Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
28.4.2015
EMENDI
37 - 172
Abbozz ta’ rapport
Giulia Moi, Renate Sommer
(PE551.999v01-00)
dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta’ annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta’ biedja
Proposta għal direttiva
( COM(2013)0892 – C7‑0002/2014 – 2013/0433(COD) )
(Laqgħat ta' kumitati konġunti – Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura)
AM_Com_LegReport
Emenda 37
Janusz Wojciechowski, Beata Gosiewska, Bolesław G. Piecha
Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva
Kunsiderazzjoni 3a (ġdid)
| |
Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1331/2008 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001, |
Or. pl
Emenda 38
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta’ annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta’ biedja | Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprojbixxi l-ikklonjar ta’ annimali miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta’ biedja jew għal avvenimenti sportivi jew kulturali |
| (L-ewwel parti ta’ din l-emenda, jiġifieri l-bidla minn Direttiva għal Regolament, tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha titlob tibdil korrispondenti fit-test kollu.) |
Or. en
Emenda 39
Ulrike Müller
Proposta għal direttiva
Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta’ annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta’ biedja | Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta’ annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta’ biedja |
| (Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha titlob bidliet korrispondenti fit-test kollu.) |
Or. en
Emenda 40
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-1) Fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni u filwaqt li jitqies it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun garantit livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bnedmin u ħarsien tal-konsumatur, kif ukoll livell għoli ta’ benessri tal-annimali u ta’ ħarsien ambjentali. F’kull ħin, għandu jiġi applikat il-prinċipju ta’ prekawzjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. |
| __________________ |
| 1a Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1). |
Or. en
Emenda 41
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE20 tistabbilixxi standards minimi ġenerali dwar il-benessri tal-annimali mrobbija jew miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. Hija titlob lill-Istati Membri sabiex jevitaw uġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn tal-annimali tal-irziezet. Jekk l-ikklonjar jikkawża wġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn, l-Istati Membri jridu jaġixxu fuq livell nazzjonali sabiex jevitaw li jsir dan. Approċċi nazzjonali differenti għall-ikklonjar tal-annimali jistgħu jwasslu għal distorsjoni tas-suq. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi assigurat li japplikaw l-istess kundizzjonijiet għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ annimali ħajjin madwar l-Unjoni. | (1) L-ikklonjar tal-annimali huwa inkompatibbli mad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE20, li tistabbilixxi standards minimi ġenerali dwar il-benessri tal-annimali mrobbija jew miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. Id-Direttiva 98/58/KE titlob lill-Istati Membri sabiex jevitaw uġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn tal-annimali tal-irziezet, u, aktar speċifikament, tistipola li “Ma jistgħux jiġu prattikati trobbija jew proċeduri ta’ trobbija naturali jew artifiċjali li jikkawżaw jew li aktarx jistgħu jikkawżaw tbatija jew korriment lil xi wieħed mill-annimali konċernati”. Approċċi nazzjonali differenti għall-ikklonjar tal-annimali jistgħu jwasslu għal distorsjoni tas-suq. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi assigurat li japplikaw l-istess kundizzjonijiet għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ kloni tal-annimali, kloni tal-embrijuni, dixxendenti ta’ kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta’ kloni tal-annimali u tad-dixxendenti tagħhom, u ikel minn kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom madwar l-Unjoni. |
__________________ | __________________ |
20 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23). | 20 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23). |
Or. en
Emenda 42
Ivo Belet, Tom Vandenkendelaere
Proposta għal direttiva
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE14 tistabbilixxi standards minimi ġenerali dwar il-benessri tal-annimali mrobbija jew miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. Hija titlob lill-Istati Membri sabiex jevitaw uġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn tal-annimali tal-irziezet. Jekk l-ikklonjar jikkawża wġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn, l-Istati Membri jridu jaġixxu fuq livell nazzjonali sabiex jevitaw li jsir dan. Approċċi nazzjonali differenti għall-ikklonjar tal-annimali jistgħu jwasslu għal distorsjoni tas-suq. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi assigurat li japplikaw l-istess kundizzjonijiet għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ annimali ħajjin madwar l-Unjoni. | (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE14 tistabbilixxi standards minimi ġenerali dwar il-benessri tal-annimali mrobbija jew miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. Hija titlob lill-Istati Membri sabiex jevitaw uġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn tal-annimali tal-irziezet. Jekk l-ikklonjar jikkawża wġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn, l-Istati Membri jridu jaġixxu fuq livell nazzjonali sabiex jevitaw li jsir dan. Barra minn hekk, maġġoranza kbira tal-konsumaturi Ewropej ma jaqblux mal-konsum ta’ ikel li ġej minn annimali kklonati. Approċċi nazzjonali differenti għall-ikklonjar tal-annimali jistgħu jwasslu għal distorsjoni tas-suq. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi assigurat li japplikaw l-istess kundizzjonijiet għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ annimali ħajjin madwar l-Unjoni. |
__________________ | __________________ |
14 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23). | 14 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23). |
Or. nl
Emenda 43
Marc Tarabella
Proposta għal direttiva
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE20 tistabbilixxi standards minimi ġenerali dwar il-benessri tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. Hija titlob lill-Istati Membri sabiex jevitaw uġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn tal-annimali tal-irziezet. Jekk l-ikklonjar jikkawża wġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn, l-Istati Membri jridu jaġixxu fuq livell nazzjonali sabiex jevitaw li jsir dan. Approċċi nazzjonali differenti għall-ikklonjar tal-annimali jistgħu jwasslu għal distorsjoni tas-suq. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi assigurat li japplikaw l-istess kundizzjonijiet għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ annimali ħajjin madwar l-Unjoni. | (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE20 tistabbilixxi standards minimi ġenerali dwar il-benessri tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. Hija titlob lill-Istati Membri sabiex jevitaw uġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn tal-annimali tal-irziezet. Jekk l-ikklonjar jikkawża wġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn, l-Istati Membri jridu jaġixxu fuq livell nazzjonali sabiex jevitaw li jsir dan. Approċċi nazzjonali differenti għall-ikklonjar tal-annimali jew għall-użu ta’ prodotti mill-ikklonjar jistgħu jwasslu għal distorsjoni tas-suq. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi assigurat li japplikaw l-istess kundizzjonijiet għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ annimali ħajjin madwar l-Unjoni. |
__________________ | __________________ |
20 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23). | 20 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23). |
Or. fr
Emenda 44
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar jsofru b’mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ korrimenti21 . Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika, 6 sa 15 % għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina, u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f’diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid. | (2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonkludiet, fl-opinjoni tagħha tal-2008 dwar l-ikklonjar tal-annimali20a, li “is-saħħa u l-benessri ta’ proporzjon sinifikanti tal-kloni (...) instabu li huma affettwati ħażin, ħafna drabi b’mod sever u b’riżultat fatali”. Aktar speċifikament, l-EFSA ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar jsofru b’mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ korrimenti. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika, 6 sa 15 % għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina, u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f’diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid. Ir-rati għoljin ta’ mortalità fl-istadji kollha ta’ żvilupp huma karatteristiċi tat-teknika tal-ikklonjar21a. |
__________________ | __________________ |
| 20a http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/767.pdf |
21 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta’ Nuklei ta’ Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali http://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/cloning.htm?wtrl=01 | 21 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta’ Nuklei ta’ Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali http://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/cloning.htm?wtrl=01 |
| 21a http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/2794.pdf |
Or. en
Emenda 45
Valentinas Mazuronis
Proposta għal direttiva
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar jsofru b’mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ korrimenti15. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika, 6 sa 15 % għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina, u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f’diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid. | (2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar isofru b’mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ korrimenti15. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika, 6 sa 15 % għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina, u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f’diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. L-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid. Minħabba f’hekk it-teknika tal-ikklonjar hija assoċjata ma’ rata għolja ta’ mortalità. Barra minn hekk, l-ikklonjar jippreżenta riskji għall-bijodiversità u għall-wirt ġenetiku, u dan iwassal għal problemi fir-rigward tar-reżistenza għar-riskji emerġenti u għall-aġenti żoonotiċi ġodda li jidħlu fl-Ewropa. |
__________________ | __________________ |
15 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta’ Nuklei ta’ Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali http://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/cloning.htm?wtrl=01 | 15 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta’ Nuklei ta’ Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali http://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/cloning.htm?wtrl=01 |
Or. lt
Emenda 46
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Edouard Ferrand
Proposta għal direttiva
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar jsofru b’mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ korrimenti21. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika (6 sa 15 % ta’ suċċess għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina) u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f’diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid. | (2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar jsofru b’mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ korrimenti21. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika (6 sa 15 % ta’ suċċess għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina) u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f’diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelid diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid. Barra minn hekk, l-ommijiet surrogati huma soġġetti għal trattamenti tal-ormoni qawwija li jagħmlu ħsara lill-benessri tagħhom u huma perikolużi għas-saħħa tal-annimal, tal-bniedem u għall-ambjent meta jiġu rilaxxati b’mod naturali. |
__________________ | __________________ |
21 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta’ Nuklei ta’ Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali | 21 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta’ Nuklei ta’ Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali |
Or. fr
Emenda 47
Nicola Caputo
Proposta għal direttiva
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar jsofru b’mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ korrimenti21. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika, 6 sa 15 % għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina, u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f’diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid. | (2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar jsofru b’mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ korrimenti21. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika, 6 sa 15 % għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina, u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f’diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli, mwiet fil-frieħ tat-twelid u jista’ jkollhom riperkussjonijiet negattivi fuq is-saħħa tal-ommijiet surrogati. |
__________________ | __________________ |
21 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta’ Nuklei ta’ Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali: http://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/cloning.htm?wtrl=01. | 21 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta’ Nuklei ta’ Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali: http://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/cloning.htm?wtrl=01. |
Or. it
Emenda 48
Momchil Nekov
Proposta għal direttiva
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar jsofru b’mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ korrimenti15. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika, 6 sa 15 % għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina, u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f’diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid. | (2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar isofru b’mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ korrimenti15. Dan jikkontribwixxi, fost elementi oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika, 6 sa 15 % għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina, u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f’diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid. |
__________________ | __________________ |
15 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta’ Nuklei ta’ Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali http://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/cloning.htm?wtrl=01 | 15 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta’ Nuklei ta’ Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali http://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/cloning.htm?wtrl=01 |
Or. bg
Emenda 49
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Rigward is-sigurtà fl-ikel, l-EFSA tenfasizza l-importanza li jkun rikonoxxut li l-bażi tad-data hija limitata, u tikkonkludi li: “L-inċertezzi fil-valutazzjoni tar-riskji jqumu minħabba n-numru limitat ta’ studji disponibbli, id-daqsijiet żgħar tal-kampjuni investigati u, b’mod ġenerali, in-nuqqas ta’approċċ uniformi li jippermetti li l-kwistjonijiet kollha rilevanti għal din l-opinjoni jkunu indirizzati b’mod sodisfaċenti.” Bħala eżempju, l-EFSA ssostni li l-informazzjoni dwar il-kompetenza immunoloġika tal-kloni hija limitata u tirrakkomanda li, jekk ikun hemm evidenza disponibbli ta’ tnaqqis fl-immunokompetenza tal-kloni, għandu jiġi investigat “jekk, u jekk huwa l-każ, sa liema limitu, il-konsum tal-laħam u l-ħalib li ġejjin mill-kloni jew il-frieħ tagħhom jista’ jwassal għal żieda fl-esponiment tal-bniedem għal aġenti trażmissibbli”1a. |
| __________________ |
| 1a http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/767.pdf |
Or. en
Emenda 50
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) Rigward l-impatti potenzjali fuq l-ambjent, l-EFSA ssostni li d-data disponibbli hija limitata1a u, rigward l-impatti potenzjali fuq id-diversità ġenetika, l-EFSA tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jista’ jkun hemm effett indirett minħabba l-użu żejjed ta’ numru limitat ta’ annimali fil-programmi tat-trobbija, u li ż-żieda fl-omoġeneità ta’ ġenotip f’popolazzjoni tal-annimali tista’ żżid is-suxxettibbiltà ta’ dik il-popolazzjoni għall-infezzjonijiet u riskji oħra1b. |
| __________________ |
| 1a http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/2794.pdf |
| 1b http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/767.pdf |
Or. en
Emenda 51
Nicola Caputo
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) Ħafna annimali kklonati jmutu qabel iż-żmien minħabba kollass kardjovaskulari, defiċjenzi tal-immunità, insuffiċjenza tal-fwied, problemi respiratorji, disfunzjoni tal-kliewi u anormalitajiet muskuloskeletali. |
Or. it
Emenda 52
Marc Tarabella
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) Ir-rapport dwar l-ikklonjar tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (EGE) tal-2008 indika li ma kien hemm l-ebda argument konvinċenti li jiġġustifika l-produzzjoni tal-ikel mill-kloni u d-dixxendenti tagħhom. |
Or. fr
Emenda 53
Damiano Zoffoli
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) Skont il-ġurisprudenza1a tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 43 tat-TFUE huwa l-bażi ġuridika adatta għal kwalunkwe leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE li jikkontribwixxi għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi tal-politika agrikola komuni stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE. L-Artikolu 43 jista’ wkoll jintuża għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tindirizza objettivi oħrajn apparti dawk tal-politika agrikola komuni, għalhekk mhux meħtieġ li wieħed jirrikorri għall-użu tal-Artikolu 114, li normalment jiġi applikat, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi, jekk jkunu meħtieġa miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. |
Or. it
Emenda 54
Daciana Octavia Sârbu, Pavel Poc, Karin Kadenbach, Damiano Zoffoli, Viorica Dăncilă
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) Riċerka dwar il-konsumaturi wriet l-eżistenza ta’ oppożizzjoni ċara u konsistenti, madwar l-Unjoni, għall-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni tal-ikel. |
Or. en
Emenda 55
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Settembru 2008, dwar l-ikklonjar ta’ annimali għall-provvista tal-ikel1a, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti li jipprojbixxu, għal skopijiet ta’ provvista tal-ikel (i) l-ikklonjar tal-annimali, (ii) it-trobbija ta’ annimali kklonjati jew id-dixxendenti tagħhom, (iii) it-tqegħid fis-suq ta’ laħam jew prodotti magħmulin mill-ħalib li ġejjin minn annimali kklonjati jew mid-dixxendenti tagħhom (iv) l-importazzjoni ta’ annimali kklonjati, tad-dixxendenti tagħhom, ta’ semen u ta’ embrijuni minn annimali kklonjati jew mid-dixxendenti tagħhom, u ta’ laħam u prodotti tal-ħalib li ġejjin minn annimali kklonjati jew mid-dixxendenti tagħhom. |
| __________________ |
| ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 42. |
Or. en
Emenda 56
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Premessa 2c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2c) L-ikklonjar tal-annimali huwa inkompatibbli mal-punt 20 tal-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE, li jistipola li ma jistgħux jiġu prattikati proċeduri ta’ trobbija naturali jew artifiċjali li jikkawżaw jew li aktarx jistgħu jikkawżaw tbatija jew korriment lil xi wieħed mill-annimali konċernati. L-ikel minn annimali kklonjati jew mid-dixxendenti tagħhom ma jistax għalhekk jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni. |
Or. en
Emenda 57
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Premessa 2d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2d) L-ikklonjar tal-annimali għall-produzzjoni tal-ikel diġà qed iseħħ f’pajjiżi terzi bħall-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada u l-Istati Uniti. Dawn il-pajjiżi indikaw matul il-proċess ta’ konsultazzjoni li l-annimali qed jiġu kklonjati fit-territorji tagħhom. Għalhekk huwa xieraq li tiġi rregolata f’mod komprensiv u xieraq il-projbizzjoni tal-ikklonjar tal-annimali għall-produzzjoni tal-ikel fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġi evitat li l-prodotti li ġejjin minn annimali kklonjati u mid-dixxendenti tagħhom jitpoġġew fis-suq tal-Unjoni u jidħlu fil-katina alimentari. |
Or. en
Emenda 58
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. | (3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA, ir-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 TFUE, u l-fatt li l-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni ma japprovawx l-ikklonjar għall-produzzjoni tal-ikel minħabba l-benessri tal-annimali u t-tħassib etiku ġenerali, huwa prudenti li jiġi pprojbit għal kollox l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali għal skopijiet ta’ biedja jew għal avvenimenti sportivi jew kulturali. |
Or. en
Emenda 59
Daciana Octavia Sârbu, Pavel Poc, Karin Kadenbach, Damiano Zoffoli, Viorica Dăncilă
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. | (3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA, ir-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, u t-tħassib taċ-ċittadini, huwa xieraq li jiġi pprojbit l-ikklonjar għall-produzzjoni ta’ annimali għal skopijiet ta’ biedja fl-Unjoni u l-bejgħ fl-Unjoni ta’ prodotti li ġejjin minn tali kklonjar li jseħħ f’pajjiżi terzi. |
Or. en
Emenda 60
Bas Belder
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. | (3) Minħabba kunsiderazzjonijiet etiċi u meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa essenzjali li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali. L-Unjoni għandha timplimenta kollox sabiex tiġbor l-appoġġ neċessarju fil-forums internazzjonali favur projbizzjoni globali tal-ikklonjar għar-raġunijiet imsemmijin qabel, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ekwi. |
Or. nl
Emenda 61
Zoltán Balczó
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. | (3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali għal skopijiet ta’ biedja. |
Or. hu
Emenda 62
Nicola Caputo
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. | (3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA, ir-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat u kwistjonijiet etiċi relatati mal-ikklonjar tal-annimali, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. |
Or. it
Emenda 63
Ulrike Müller
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. | (3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi kkonfermati kontinwament tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali għal skopijiet ta’ biedja. |
Or. en
Emenda 64
Pilar Ayuso, Esther Herranz García, Ramón Luis Valcárcel Siso
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. | (3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet riċenti tal-EFSA, ibbażati fuq l-istudji xjentifiċi kollha disponibbli, u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-TFUE, huwa prudenti li jiġi pprojbit l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali għal skopijiet ta’ biedja. |
Or. es
Emenda 65
Tibor Szanyi
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. | (3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali u l-importazzjoni ta’ kloni ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. |
Or. en
Emenda 66
Daniel Buda
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. | (3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja. Sakemm il-bdiewa jkunu kkonfermaw il-bżonn ta’ materjal ġenetiku produttiv, inkluż bl-ikklonjar, sabiex jibqgħu kompetittivi, għandhom jiġu intensifikati r-riċerka u l-istudji fuq l-effetti fit-tul tal-ikklonjar. |
Or. ro
Emenda 67
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Għalkemm it-tħassib dwar il-benessri tal-annimali jista’ ma jkunx ovvju fil-każ tad-dixxendenti ta’ annimali kklonjati, minħabba li dawn jitwieldu permezz tar-riproduzzjoni sesswali konvenzjonali, sabiex l-ewwel nett ikun hemm dixxendent, huma meħtieġ li jkun hemm proġenitur ta’ annimal ikklonjat, li jinvolvi tħassib sinifikanti dwar il-benessri tal-annimali u etiku. Għalhekk huwa xieraq li jkun hemm projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ dixxendenti ta’ kloni ta’ annimali u tal-prodotti tagħhom u li jiġi pprevenut id-dħul ta’ dawn il-prodotti fil-katina alimentari. |
Or. en
Emenda 68
Daciana Octavia Sârbu, Pavel Poc, Karin Kadenbach, Damiano Zoffoli, Viorica Dăncilă
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Sabiex jiġi stabbilit jekk annimali humiex kloni jew dixxendenti ta’ kloni, u jekk l-ikel li joriġina mill-annimali huwiex ġej minn annimali kklonjati jew minn dixxendenti ta’ annimali kklonjati, huwa meħtieġ li ċ-ċertifikati tal-importazzjoni jindikaw informazzjoni bħal din. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tipproponi t-tibdil meħtieġ fil-leġiżlazzjoni rilevanti żooteknika u dwar is-saħħa tal-annimali. |
Or. en
Emenda 69
Frédérique Ries
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Għandu jkun hemm miżuri ta’ traċċabilità għas-semen, il-bajd u l-embrijuni minn annimali kklonjati u għall-frieħ ħajjin ta’ annimali kklonjati hekk kif propost mill-Parlament Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2011 fil-laqgħa ta’ rikonċiljazzjoni dwar ikel innovattiv u fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar “l-ikklonjar ta’ annimali” adottata mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parlament Ewropew fl-20 ta’ Frar 2014. |
Or. en
Emenda 70
Frédérique Ries
Proposta għal direttiva
Premessa 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) Fir-rapport tagħha tal-2010 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni sostniet li l-miżuri biex tiġi stabbilita t-traċċabilità tal-importazzjonijiet tas-semen u l-embrijuni sabiex jiġu stabbiliti banek tad-data tal-frieħ fl-Unjoni kienu xierqa. Il-Kummissjoni għalhekk għandha taġixxi skont dan. |
Or. en
Emenda 71
Marc Tarabella
Proposta għal direttiva
Premessa 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) L-ikklonjar ta’ annimali għall-produzzjoni tal-ikel jipperikola l-essenza nnifisha tal-mudell agrikolu Ewropew, li huwa bbażat fuq il-kwalità tal-prodotti, is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-konsumatur, regoli stretti dwar il-benesseri tal-annimali kif ukoll fuq ir-rispett għall-ambjent. |
Or. fr
Emenda 72
Elisabeth Köstinger, Albert Deß
Proposta għal direttiva
Premessa3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) B’konsistenza mal-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tal-ikklonjar stipulata f'dan ir-regolament, għandhom jiġu implimentati wkoll miżuri ta’ promozzjoni tal-bejgħ immirati tal-Kummissjoni Ewropea għall-appoġġ tal-produzzjoni tal-laħam u t-tnissil tal-annimali ta’ kwalità għolja fl-Ewropa; |
Or. de
Emenda 73
Ulrike Müller
Proposta għal direttiva
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Fil-preżent, annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina huma probabbli li jiġu kklonati għal skopijiet ta’ biedja. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għalhekk għandu jkun limitat għall-użu tal-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja ta’ dawk il-ħames speċijiet. | imħassar |
Or. en
Emenda 74
Ivo Belet, Tom Vandenkendelaere
Proposta għal direttiva
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Fil-preżent, annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina huma probabbli li jiġu kklonati għal skopijiet ta’ biedja. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għalhekk għandu jkun limitat għall-użu tal-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja ta’ dawk il-ħames speċijiet. | imħassar |
Or. nl
Emenda 75
Annie Schreijer-Pierik
Proposta għal direttiva
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Fil-preżent, annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina huma probabbli li jiġu kklonati għal skopijiet ta’ biedja. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għalhekk għandu jkun limitat għall-użu tal-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja ta’ dawk il-ħames speċijiet. | imħassar |
Or. nl
Emenda 76
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Edouard Ferrand
Proposta għal direttiva
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Fil-preżent, annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina huma probabbli li jiġu kklonati għal skopijiet ta’ biedja. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għalhekk għandu jkun limitat għall-użu tal-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja ta’ dawk il-ħames speċijiet. | (4) Fil-preżent, annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina huma probabbli li jiġu kklonati għal skopijiet ta’ biedja. Il-mammiferi b’hekk huma partikolarment iktar fil-mira ta’ din it-teknoloġija għalkemm huma rikonoxxuti bħala partikolarment sensittivi. Għalhekk huwa xieraq li d-disposizzjonijiet tat-test jiġu estiżi għall-mammiferi kollha. Meta tiġi kkunsidrata l-ispiża ta’ klonu, huwa evidenti li l-klonu mhux maħsub biex jiġi kkunsmat huwa stess iżda aktar speċifikament sabiex jirriproduċi. F’termini ta’ volum, l-ikel għalhekk se jkun partikolarment affettwat mid-dixxendenti tal-kloni, aktar milli mill-kloni nfushom. |
Or. fr
Emenda 77
Zoltán Balczó
Proposta għal direttiva
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Fil-preżent, annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina huma probabbli li jiġu kklonati għal skopijiet ta’ biedja. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għalhekk għandu jkun limitat għall-użu tal-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja ta’ dawk il-ħames speċijiet. | (4) Fil-preżent, annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina huma probabbli li jiġu kklonati għal skopijiet ta’ biedja. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għalhekk għandu jkun estiż, minbarra dawn il-ħames speċijiet, għall-ikklonjar kollu għal skopijiet ta’ biedja. |
Or. hu
Emenda 78
Ulrike Müller
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Il-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni huma kontra l-ikklonjar għall-produzzjoni tal-ikel minħabba l-benessri tal-annimali u t-tħassib etiku ġenerali. Huma ma jridux jikkunsmaw ikel minn kloni tal-annimali. Sabiex jiġu indirizzati l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi dwar l-ikklonjar b’rabta mat-tħassib dwar il-benessri tal-annimali, huwa neċessarju li jkun assigurat li ikel minn kloni tal-annimali ma jidħolx fil-katina alimentari. Miżuri anqas restrittivi, bħat-tikkettar tal-ikel, ma jindirizzawx kompletament it-tħassib taċ-ċittadini billi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel prodott permezz ta’ teknika li timplika t-tbatija għall-annimali xorta tkun permessa. L-ikklonjar tal-annimali huwa permess f’ċerti pajjiżi terzi. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri sabiex tiġi evitata l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ikel miksub minn kloni tal-annimali prodotti f’dawk il-pajjiżi terzi. |
Or. en
Emenda 79
Beata Gosiewska
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Il-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni huma kontra l-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja minħabba, partikolarment, il-benessri tal-annimali, in-nuqqas ta’ studji xjentifiċi suffiċjenti u t-tħassib etiku ġenerali. L-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja jista’ jwassal b’konsegwenza sabiex kloni tal-annimali jew dixxendenti tagħhom jidħlu fil-katina alimentari. Il-konsumaturi ma jridux jikkunsmaw prodotti tal-ikel li jkunu ġejjin mill-kloni tal-annimali jew mid-dixxendenti tagħhom. |
Or. pl
Emenda 80
Damiano Zoffoli
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Il-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni huma kontra l-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja minħabba, inter alia, il-benesseri tal-annimali, it-tħassib etiku ġenerali u fid-dawl tal-fatt li l-ikklonjar għal skopijiet ta’biedja jista’ jwassal sabiex kloni tal-annimali jew dixxendenti tagħhom jidħlu fil-katina alimentari. Iċ-ċittadini tal-Unjoni huma fil-fatt l-aktar kontra l-konsum ta’ dawn il-prodotti. |
Or. it
Emenda 81
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Il-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni huma kontra l-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja minħabba, inter alia, il-benessri tal-annimali u t-tħassib etiku ġenerali. L-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja jista’ jwassal sabiex kloni tal-annimali jew dixxendenti tagħhom jidħlu fil-katina alimentari. Il-konsumaturi ma jridux jikkunsmaw ikel li jkun ġej mill-kloni tal-annimali jew mid-dixxendenti tagħhom. |
| __________________ |
| 1a Ara pereżempju r-rapporti tal-Eurobarometer tal-2008 u l-2010: http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_238_en.pdf and http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_341_en.pdf |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-iskop ta’ din l-emenda huwa li sempliċement tagħti eżempju f’nota f’qiegħ il-paġna għall-emenda 7 mill-Korapporteurs.
Emenda 82
Clara Eugenia Aguilera García
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Il-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni huma kontra l-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja minħabba, inter alia, il-benessri tal-annimali. |
Or. es
Emenda 83
Iratxe García Pérez
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Il-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni huma kontra l-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja minħabba, inter alia, il-benessri tal-annimali. |
Or. es
Emenda 84
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4b) Il-projbizzjoni tal-ikklonjar tal-annimali, tat-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali, kloni ta’ embrijuni, dixxendenti ta’ kloni tal-annimali, il-prodotti ġerminali tal-kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom, u tat-tqegħid fis-suq ta’ ikel minn annimali kklonjati u mid-dixxendenti tagħhom hija miżura li hija meħtieġa sabiex tipproteġi l-morali pubblika u s-saħħa tal-annimali, fis-sens tal-Artikolu XX tal-GATT. |
Or. en
Emenda 85
Beata Gosiewska
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4b) Fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, bħala konsegwenza li jiġi projbit l-użu tal-ikklonjar u sabiex jiġu indirizzati l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi dwar l-ikklonjar b’rabta, partikolarment, mal-benessri tal-annimali, in-nuqqas ta’ studji xjentifiċi suffiċjenti u t-tħassib etiku ġenerali, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li ikel mill-kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom ma jidħolx fil-katina tal-ikel. Miżuri anqas restrittivi, bħat-tikkettar tal-ikel, ma jindirizzawx kompletament it-tħassib taċ-ċittadini billi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-ikel prodotti permezz ta’ teknika li timplika t-tbatija għall-annimali xorta tkun permessa. |
Or. pl
Emenda 86
Clara Eugenia Aguilera García
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4b) B’konnessjoni mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-ikel prodott minn kloni tal-annimali ma jidħolx fil-katina alimentari; |
Or. es
Emenda 87
Iratxe García Pérez
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4b) B’konnessjoni mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-ikel prodott minn kloni tal-annimali ma jidħolx fil-katina alimentari; |
Or. es
Emenda 88
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 4c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4c) Il-kloni tal-annimali mhumiex prodotti sabiex iservu għall-produzzjoni tal-laħam jew tal-ħalib, iżda għal skopijiet ta’ trobbija. Għall-kuntrarju, huma d-dixxendenti riprodotti sesswalment tal-kloni tal-annimali li jsiru annimali għall-produzzjoni tal-ikel. Għalhekk il-miżuri li għandhom bħala għan li jindirizzaw it-tħassib dwar il-benessri tal-annimali u l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi relatati mat-teknika tal-ikklonjar għandhom jinkludu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom prodotti li ġejjin mid-dixxendenti ta’ annimali kklonjati. |
Or. en
Emenda 89
Sirpa Pietikäinen
Proposta għal direttiva
Premessa 4c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4c) L-użu tal-metodu tal-ikklonjar fil-produzzjoni tal-ikel huwa bbażat espliċitament fuq il-produzzjoni tad-dixxendenti minn annimali kklonjati. Għalhekk huwa imperattiv li tiġi inkluża projbizzjoni tal-użu tad-dixxendenti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni. |
Or. en
Emenda 90
Beata Gosiewska
Proposta għal direttiva
Premessa 4c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4c) L-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni tal-annimali għal skopijiet ta’ biedja hu permess f’ċerti pajjiżi terzi. Fid-dawl tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15a, il-prodotti tal-ikel importati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni sabiex jitqiegħdu fis-suq għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti applikabbli tal-leġiżlazzjoni alimentari tal-Unjoni jew il-kundizzjonijiet li l-Unjoni qieset bħala mill-inqas ekwivalenti. Għaldaqstant, għandhom jittieħdu miżuri sabiex tiġi evitata l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali kklonati, id-dixxendenti tagħhom, l-embrijuni tagħhom jew il-prodotti ġerminali tagħhom kif ukoll ikel miksub mill-kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom prodotti f’pajjiżi terzi. |
| _________________________ |
| 15a Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1). |
Or. pl
Emenda 91
Clara Eugenia Aguilera García
Proposta għal direttiva
Premessa 4ċ (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4ċ) L-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni tal-annimali għal skopijiet ta’ biedja hu permess f’ċerti pajjiżi terzi. Skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-ikel importat minn pajjiżi terzi għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni jrid jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-liġi tal-ikel tal-Unjoni jew mal-kundizzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni bħala, tal-inqas, ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti. |
Or. es
Emenda 92
Iratxe García Pérez
Proposta għal direttiva
Premessa 4ċ (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4ċ) L-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni tal-annimali għal skopijiet ta’ biedja hu permess f’ċerti pajjiżi terzi. Skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ikel importat minn pajjiżi terzi għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni jrid jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-liġi tal-ikel tal-Unjoni jew mal-kundizzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni bħala, tal-inqas, ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti. |
Or. es
Emenda 93
Marc Tarabella
Proposta għal direttiva
Premessa 4c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4c) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-ftehimiet kummerċjali li qed jiġu attwalment innegozjati ma jkunux jistgħu jippromwovu l-awtorizzazzjoni ta’ prattiki li jista’ jkollhom effett negattiv fuq is-saħħa tal-konsumaturi, il-bdiewa, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali. F’dan is-sens, għandhom jittieħdu passi biex tkun ipprojbita l-importazzjoni ta’ laħam ibbażat minn annimali kklonati jew mid-dixxendenti tagħhom. |
Or. fr
Emenda 94
Frédérique Ries
Proposta għal direttiva
Premessa 4c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4c) L-ikklonjar imwettaq għar-riċerka, għall-preservazzjoni ta’ razez rari jew speċi fil-periklu u għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali u apparat mediku għandu jkun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni. |
Or. en
Emenda 95
Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b’mod provviżorju. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiġi riveduta fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, il-progress xjentifiku u tekniku u l-iżviluppi internazzjonali. | imħassar |
Or. en
Emenda 96
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Edouard Ferrand, Philippe Loiseau
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b’mod provviżorju. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiġi riveduta fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, il-progress xjentifiku u tekniku u l-iżviluppi internazzjonali. | imħassar |
Or. fr
Emenda 97
Tibor Szanyi
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b’mod provviżorju. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiġi riveduta fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, il-progress xjentifiku u tekniku u l-iżviluppi internazzjonali. | (5) It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b’mod provviżorju. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiġi riveduta fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, il-progress xjentifiku u tekniku u l-iżviluppi internazzjonali. |
Or. en
Emenda 98
Zoltán Balczó
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b’mod provviżorju. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiġi riveduta fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, il-progress xjentifiku u tekniku u l-iżviluppi internazzjonali. | (5) Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw minn issa. Din id-Direttiva għalhekk tista’ tiġi riveduta fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, il-progress xjentifiku u tekniku u l-iżviluppi internazzjonali. |
Or. hu
Emenda 99
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b’mod provviżorju. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiġi riveduta fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, il-progress xjentifiku u tekniku u l-iżviluppi internazzjonali. | (5) Huwa mistenni li l-għarfien tal-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati, u fuq l-ikel u s-saħħa, ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b’mod provviżorju. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jiġi rivedut fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tiegħu, il-progress xjentifiku u tekniku, l-iżviluppi internazzjonali u l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi. |
Or. en
Emenda 100
Nicola Caputo
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b’mod provviżorju. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiġi riveduta fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, il-progress xjentifiku u tekniku u l-iżviluppi internazzjonali. | (5) Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b’mod provviżorju. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiġi riveduta fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, il-progress xjentifiku u tekniku, it-tħassib taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-iżviluppi internazzjonali. |
Or. it
Emenda 101
Fredrick Federley, Ulrike Müller
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) Sistema ta’ traċċabilità għal materjal riproduttiv minn annimali kklonjati għandha tiġi introdotta biss jekk tkun teknikament fattibbli u ma timponix piż amministrattiv addizzjonali fuq l-awtoritajiet u l-operaturi, ukoll fir-rigward ta’ operazzjonijiet. |
Or. en
Emenda 102
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Edouard Ferrand
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) L-ogħla livell ta’ żvilupp xjentifiku jiżgura li huwa impossibbli li jiġi ddeterminat a posteriori jekk annimal, karkassa jew laħam huwiex derivat jew le minn klonu jew minn dixxendent ta’ klonu. L-uniku mod biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà u għalhekk l-informazzjoni essenzjali tal-konsumatur biex tiġi żgurata l-libertà tal-għażla huwa għalhekk li tiġi stabbilita traċċabilità mill-ġbir tas-semen għad-dixxendenti tal-klonu jew taċ-ċelloli tal-klonu nnifsu. Minkejja din l-opportunità potenzjali, l-esperti intervistati jaqblu li t-traċċabilità għadha kkumplikata ferm jew saħansitra inkompatibbli ma’ attività ekonomika. |
Or. fr
Ġustifikazzjoni
L-għażliet ta’ projbizzjoni, b’mod partikolari tal-importazzjoni, għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-possibbiltajiet u n-nuqqas ta’ possibbiltajiet tar-rikonoxximent tal-prodott kopert mill-projbizzjoni.
Emenda 103
Christofer Fjellner
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) Din id-Direttiva għandha tkun implimentata f’tali mod li l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni dwar miżuri sanitarji u fitosanitarji tkun iggarantita. |
Or. en
Emenda 104
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) In-nuqqas ta’ esperjenza twila prattika internazzjonali, fir-rigward tal-ikel minn annimali kklonjati u l-konsegwenzi kollha possibbli għas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali u għall-bijodiversità għandu jingħata kunsiderazzjoni. Dan il-fatt, flimkien mat-tħassib u l-preferenzi tal-konsumaturi, ifisser li l-prinċipju ta’ prekawzjoni jikkostitwixxi, fil-preżent, fattur importanti li jrid jittieħed inkonsiderazzjoni meta l-leġiżlazzjoni dwar l-ikklonjar tiġi proposta. |
Or. en
Emenda 105
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5b) Skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru, il-maġġoranza tal-Ewropej ma jikkunsidrawx l-ikklonjar tal-annimali fil-produzzjoni tal-ikel bħala sikur għas-saħħa tagħhom u tal-familja tagħhom. Barra minn hekk, fil-każ tal-ikklonjar tal-annimali, hemm ħafna aktar pajjiżi fl-Ewropa li jippreferu f’mod ċar deċiżjonijiet li jittieħdu primarjament mill-perspettiva ta’ kwistjonijiet morali u etiċi, aktar milli fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika. Għalhekk, qabel ma din il-leġiżlazzjoni tiġi riveduta, għandu jitwettaq Stħarriġ tal-UE ġdid li jivvaluta l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Billi għaddew diversi snin mill-pubblikazzjoni tar-riżultati ta’ “Attitudnijiet lejn l-ikklonjar tal-annimali” (2008) u “L-Ewropej u l-Bijoteknoloġija” (2010) tal-Ewrobarometru, huwa rakkomandat li titwettaq konsultazzjoni pubblika ġdida biex jiġu vvalutati x-xejriet ġodda dwar il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi tal-prodotti tal-ikel li ġejjin minn annimali kklonjati u/jew biex jiġi indirizzat kwalunkwe aspett ġdid kopert mit-tekniki tal-ikklonjar.
Emenda 106
Marc Tarabella
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5b) Għandhom jitqiesu r-riżultati tar-Rapport tal-Ewrobarometru dwar il-bijoteknoloġija, fejn il-maġġoranza tal-Ewropej jesprimu riservi sostanzjali fir-rigward tal-ikklonjar tal-annimali għall-ikel, billi dawn ma jarawx il-benefiċċji u ma jaħsbux li huwa għaqli li jiġi inkoraġġut. |
Or. fr
Ġustifikazzjoni
Ewrobarometru Speċjali, “Il-bijoteknoloġija”, Ottubru 2010
Emenda 107
Clara Eugenia Aguilera García
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5b) Is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli għal sistemi ta’ traċċabilità għall-kloni tal-annimali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Or. es
Emenda 108
Iratxe García Pérez
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5b) Is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli għal sistemi ta’ traċċabilità għall-kloni tal-annimali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Or. es
Emenda 109
Annie Schreijer-Pierik
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5b) Is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli għal sistemi ta’ traċċabbiltà tal-kloni tal-annimali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Or. nl
Emenda 110
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Edouard Ferrand, Sophie Montel
Proposta għal direttiva
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-libertà ta’ impriża u l-libertà tax-xjenzi. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji. | (6) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-libertà ta’ impriża u l-libertà tax-xjenzi u fuq kollox il-libertà tal-għażla tal-konsumatur u s-sikurezza tal-ikel. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji iżda wkoll skont l-Artikolu 13 tat-Trattat ta’ Lisbona. Dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar ipoġġu l-benesseri tal-annimali fuq l-istess livell bħall-prinċipji fundamentali oħra msemmija f’dan it-titolu tat-Trattat, jiġifieri l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, il-garanzija tal-protezzjoni soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-promozzjoni ta’ żvilupp sostenibbli, kif ukoll il-protezzjoni tal-konsumatur u d-data personali. Barra minn hekk, il-punt 17 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2012-2015 jispeċifika li jekk prodott importat jew prodott li jkun fih komponent importat ikun ġej minn annimali mrobbija f’kundizzjonijiet li ma jikkonformawx mar-regoli Ewropej dwar il-benessri tal-annimali, għandu jkun obbligatorju li jiġi infurmat il-konsumatur. |
Or. fr
Ġustifikazzjoni
Il-premessa 3 ssemmi fil-qosor l-Artikolu 13 tat-Trattat ta’ Lisbona iżda jidher li tinsa t-tifsira aktar profonda tiegħu. Jeħtieġ li din il-kwistjoni titqiegħed fil-qalba tat-test peress li hija preċiżament l-importanza tal-benesseri tal-annimali li tiggwida l-opinjoni negattiva li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom dwar l-ikklonjar. Ir-riżoluzzjoni tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benesseri tal-annimali 2012-2015 tispjega b’mod ċar min-naħa tagħha li l-informazzjoni tal-konsumatur għandha tkun obbligatorja.
Emenda 111
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Edouard Ferrand
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
a) l-ikklonjar tal-annimali fl-Unjoni; | a) l-ikklonjar tal-mammiferi u tal-annimali mrobbija u riprodotti għal finijiet agrikoli fl-Unjoni; |
Or. fr
Emenda 112
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Edouard Ferrand
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
a) l-ikklonjar tal-annimali fl-Unjoni; | a) l-ikklonjar tal-annimali fl-Unjoni u l-isfruttament ta’ dawn l-annimali għar-riproduzzjoni; |
Or. fr
Emenda 113
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Edouard Ferrand
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali. | b) it-tqegħid fis-suq tal-mammiferi u tal-annimali mrobbija u miżmuma għal skopijiet tal-ikklonjar argrikolu, oġġetti tal-ikel u oġġetti mhux tal-ikel derivati minnhom kif ukoll mid-dixxendenti tagħhom. |
Or. fr
Emenda 114
Annie Schreijer-Pierik
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali. | (b) it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ kloni tal-embrijuni, kloni tal-annimali u prodotti ġerminali tal-kloni tal-annimali. |
Or. nl
Emenda 115
Clara Eugenia Aguilera García
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali. | b) it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali. |
Or. es
Ġustifikazzjoni
Il-projbizzjoni trid tkun konformi mal-kloni tal-annimali u mal-kloni tal-embrijuni.
Emenda 116
Iratxe García Pérez
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali. | b) it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali. |
Or. es
Ġustifikazzjoni
Il-projbizzjoni trid tkun konformi mal-kloni tal-annimali u mal-kloni tal-embrijuni.
Emenda 117
Zoltán Balczó
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali. | (b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali, tal-prodotti ġerminali tagħhom jew ta’ prodotti li ġejjin minnhom. |
Or. hu
Emenda 118
Herbert Dorfmann
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali. | (b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali, u ikel li joriġina minn kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali; |
Or. en
Emenda 119
Ulrike Müller
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali. | (b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-embrijuni u ikel minn kloni tal-annimali. |
Or. en
Emenda 120
Ivo Belet, Tom Vandenkendelaere
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandha tapplika għal annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina ('l-annimali') imrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. | imħassar |
Or. nl
Emenda 121
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandha tapplika għal annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina (“l-annimali”) imrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. | Għandha tapplika għall-ispeċi kollha ta’ annimali mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja jew għal avvenimenti sportivi jew kulturali. |
Or. en
Emenda 122
Ulrike Müller
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandha tapplika għal annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina (“l-annimali”) imrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. | Għandha tapplika għal annimali mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. |
Or. en
Emenda 123
Marc Tarabella
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 - paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandha tapplika għal annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina (“l-annimali”) imrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. | Għandha tapplika għall-annimali kollha (“l-annimali”) mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. |
Or. fr
Emenda 124
Zoltán Balczó
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandha tapplika għal annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina ('l-annimali') imrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. | Għandha tapplika għall-annimali kollha mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja, b’mod partikolari dawk tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina ('l-annimali'). |
Or. hu
Emenda 125
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 1a |
| Objettiv |
| L-objettiv ta’ dan ir-Regolametn huwa li jindirizza t-tħassib relatat mas-saħħa u l-benessri tal-annimali u mal-perċezzjonijiet tal-konsumaturi u l-kunsiderazzjonijiet etiċi rigward it-teknika tal-ikklonjar. |
Or. en
Emenda 126
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) annimali “mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja” tfisser annimali miżmuma u riprodotti għall-produzzjoni tal-ikel, suf, ġilda jew pil jew għal skopijiet oħra ta’ biedja. M’għandhiex tinkludi annimali miżmuma u riprodotti esklussivament għal skopijiet oħra bħar-riċerka, il-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali u apparat mediku, il-preservazzjoni ta’ razez rari jew speċi fil-periklu, avvenimenti sportivi u kulturali; | (a) annimali “mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja” tfisser annimali miżmuma u riprodotti għall-produzzjoni tal-ikel, suf, ġilda jew pil jew għal skopijiet oħra ta’ biedja jew għal avvenimenti sportivi u kulturali. M’għandhiex tinkludi annimali miżmuma u riprodotti esklussivament għal skopijiet oħra bħar-riċerka, il-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali u apparat mediku, jew il-preservazzjoni ta’ razez rari jew speċi fil-periklu; |
Or. en
Emenda 127
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) annimali “mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja” tfisser annimali miżmuma u riprodotti għall-produzzjoni tal-ikel, suf, ġilda jew pil jew għal skopijiet oħra ta’ biedja. M’għandhiex tinkludi annimali miżmuma u riprodotti esklussivament għal skopijiet oħra bħar-riċerka, il-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali u apparat mediku, il-preservazzjoni ta’ razez rari jew speċi fil-periklu, avvenimenti sportivi u kulturali; | (a) annimali “mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja” (“l-annimali”) tfisser annimali miżmuma u riprodotti għall-produzzjoni tal-ikel, suf, ġilda jew pil jew għal skopijiet oħra ta’ biedja, bħall-preservazzjoni ta’ razez rari. M’għandhiex tinkludi annimali miżmuma u riprodotti esklussivament għal skopijiet ta’ riċerka; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-ewwel għandhom jiġu ppruvati t-tekniki ta’ riproduzzjoni konvenzjonali qabel jintuża l-ikklonjar għal speċi rari.
Emenda 128
Elisabeth Köstinger, Albert Deß, Renate Sommer
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
a) annimali “mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja” tfisser annimali miżmuma u riprodotti għall-produzzjoni tal-ikel, suf, ġilda jew pil jew għal skopijiet oħra ta’ biedja. M’għandhiex tinkludi annimali miżmuma u riprodotti esklussivament għal skopijiet oħra bħar-riċerka, il-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali u apparat mediku, il-preservazzjoni ta’ razez rari jew speċi fil-periklu, avvenimenti sportivi u kulturali; | a) “annimali mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja” tfisser annimali miżmuma u riprodotti għall-produzzjoni tal-ikel, suf, ġilda jew pil jew għal skopijiet oħra ta’ biedja. M’għandhiex tinkludi annimali miżmuma u riprodotti esklussivament għal skopijiet oħra bħar-riċerka, il-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali u apparat mediku; |
Or. de
Emenda 129
Momchil Nekov
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) annimali "mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja" tfisser annimali miżmuma u riprodotti għall-produzzjoni tal-ikel, suf, ġilda jew pil jew għal skopijiet oħra ta’ biedja. M’għandhiex tinkludi annimali miżmuma u riprodotti esklussivament għal skopijiet oħra bħar-riċerka, il-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali u apparat mediku, il-preservazzjoni ta’ razez rari jew speċi fil-periklu, avvenimenti sportivi u kulturali; | (a) annimali "mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja" tfisser annimali miżmuma u riprodotti għall-produzzjoni tal-ikel, suf, ġilda jew pil jew għal skopijiet oħra ta’ biedja. M’għandhiex tinkludi annimali miżmuma u riprodotti esklussivament għal skopijiet oħra bħar-riċerka u l-preservazzjoni ta’ razez rari jew speċi fil-periklu; |
Or. bg
Emenda 130
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) “klonjar” tfisser ir-riproduzzjoni veġetattiva ta’ annimali permezz ta’ teknika li biha n-nukleu ta’ ċellola ta’ annimal individwali jiġi trasferit f’ooċit li minnu jkun tneħħa n-nukleu sabiex jinħolqu embrijuni individwali ġenetikament identiċi (“kloni ta’ embrijuni”), li mbagħad ikunu jistgħu jiġu impjantati f’ommijiet surrogati sabiex jipproduċu popolazzjonijiet ta’ annimali ġenetikament identiċi (“kloni tal-annimali”); | (b) “klonjar” tfisser ir-riproduzzjoni veġetattiva ta’ annimali permezz ta’ teknika li għandha bħala għan il-produzzjoni ta’ kopja ġenetikament identika jew kważi identika ta’ annimal individwali; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għalkemm l-SCNT (trasferiment nukleari taċ-ċelloli somatiċi) hija t-teknika tal-ikklonjar li tintuża l-aktar frekwentement, jeżistu tekniki oħrajn, anke jekk uħud jistgħu ma jkunux għadhom lesti biex jintużaw fuq annimali tal-biedja. Eżempji ta’ dawn huma l-qsim tal-embrijuni jew ir-riprogrammar dirett taċ-ċelloli somatiċi u t-tibdil tagħhom f’ċelloli embrijoniċi. Id-definizzjoni mogħtija mill-Kummissjoni tkopri biss il-kloni tal-annimali prodotti bl-SCNT.
Emenda 131
Aldo Patriciello
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – Paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) “klonjar” tfisser ir-riproduzzjoni veġetattiva tal-annimali permezz ta’ teknika li biha n-nukleu ta’ ċellola ta’ annimal individwali jiġi trasferit f’ooċit li minnu jkun tneħħa n-nukleu sabiex jinħolqu embrijuni individwali ġenetikament identiċi (“kloni ta’ embrijuni”), li mbagħad ikunu jistgħu jiġu impjantati f’ommijiet surrogati sabiex jipproduċu popolazzjonijiet ta’ annimali ġenetikament identiċi (“kloni tal-annimali”); | b) “klonjar” tfisser ir-riproduzzjoni veġetattiva tal-annimali permezz ta’ proċess li bih n-nukleu ta’ ċellola ta’ annimal individwali jiġi trasferit f’ooċit li minnu jkun estratt in-nukleu sabiex jinħolqu embrijuni individwali ġenetikament identiċi (“kloni ta’ embrijuni”), li mbagħad ikunu jistgħu jiġu impjantati f’ommijiet surrogati sabiex jipproduċu popolazzjonijiet ta’ annimali ġenetikament identiċi (“kloni tal-annimali”); |
Or. it
Emenda 132
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) “kloni ta’ embrijuni” tfisser embrijuni individwali ġenetikament identiċi; |
Or. en
Emenda 133
José Bové, Bart Staes
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) “kloni ta’ annimali” tfisser annimali ġenetikament identiċi; |
Or. en
Emenda 134
Zoltán Balczó
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) "tqegħid fis-suq" tfisser l-ewwel darba li annimal jew prodott jitqiegħed disponibbli fis-suq intern. | (c) "tqegħid fis-suq" tfisser meta annimal, prodott jew prodotti ġerminali jitqiegħdu disponibbli fis-suq intern. |
Or. hu
Emenda 135
Zoltán Balczó
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Projbizzjoni provviżorja | Projbizzjoni |
Or. hu
Emenda 136
Norbert Erdős
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Projbizzjoni provviżorja | Projbizzjoni |
Or. hu
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li jiġi enfasizzat, mar-rapporteur, li minħabba tħassib etiku, dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ikklonjar għandu jibqa’ projbit fil-futur.
Emenda 137
Norbert Erdős
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu provviżorjament: | Dan li ġej għandu jiġi pprojbit: |
Or. hu
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li jiġi enfasizzat, mar-rapporteur, li minħabba tħassib etiku, dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ikklonjar għandu jibqa’ projbit fil-futur.
Emenda 138
Zoltán Balczó
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu provviżorjament: | L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu: |
Or. hu
Emenda 139
Norbert Erdős
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni. | (b) it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kloni tal-annimali, kloni tal-embrijuni, dixxendenti ta’ kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta’ kloni tal-annimali u tad-dixxendenti tagħhom u ikel jew għalf tal-annimali minn kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom. |
Or. hu
Ġustifikazzjoni
Minħabba tħassib għas-saħħa tal-annimali, għandha tiġi estiża l-projbizzjoni tal-ikklonjar għall-għalf tal-annimali li joriġina mill-annimali (l-ikel għall-klieb jew għall-qtates jista’ jkun fih ingredjenti mill-kloni tal-annimali).
Emenda 140
György Hölvényi
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni. | (b) it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kloni tal-annimali, kloni tal-embrijuni, dixxendenti ta’ kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta’ kloni tal-annimali u tad-dixxendenti tagħhom u ikel jew għalf tal-annimali minn kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom. |
Or. hu
Ġustifikazzjoni
Minħabba tħassib għas-saħħa tal-annimali, għandha tiġi estiża l-projbizzjoni tal-ikklonjar għall-għalf tal-annimali li joriġina mill-annimali (l-ikel għall-klieb jew għall-qtates jista’ jkun fih ingredjenti mill-kloni tal-annimali).
Emenda 141
Frédérique Ries
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b)it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni. | (b)it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali, id-dixxendenti immedjati tagħhom u ta’ kloni tal-embrijuni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-ikel mid-dixxendent immedjat (il-frieħ) għandu jitqies bħala ikel minn kloni, l-ikel mid-dixxendenti tat-tieni u tat-tielet ġenerazzjoni minn annimali kklonjati għandu jitqies l-istess bħal kwalunkwe ikel ieħor li jinkiseb mill-annimali.
Emenda 142
Zoltán Balczó
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni. | (b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali, kloni tal-embrijuni, prodotti li ġejjin minnhom jew prodotti ġerminali. |
Or. hu
Emenda 143
Annie Schreijer-Pierik
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni. | (b) it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ kloni tal-annimali, kloni tal-embrijuni u prodotti ġerminali tal-kloni tal-annimali. |
Or. nl
Emenda 144
Clara Eugenia Aguilera García
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni. | b) it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ kloni tal-annimali u kloni tal-embrijuni. |
Or. es
Ġustifikazzjoni
Il-projbizzjoni trid tkun konformi mal-kloni tal-annimali u l-kloni tal-embrijuni.
Emenda 145
Iratxe García Pérez
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni. | b) it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ kloni tal-annimali u kloni tal-embrijuni. |
Or. es
Ġustifikazzjoni
Il-projbizzjoni trid tkun konformi mal-kloni tal-annimali u mal-kloni tal-embrijuni.
Emenda 146
Tibor Szanyi
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b)it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni. | (b)it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni. |
Or. en
Emenda 147
Herbert Dorfmann
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b)it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni. | (b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni, u ikel li joriġina minn kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali; |
Or. en
Emenda 148
Ulrike Müller
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b)it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ kloni tal-embrijuni. | (b) it-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali u ta’ ikel minn kloni tal-embrijuni. |
Or. en
Emenda 149
Frédérique Ries
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) ikel minn kloni tal-annimali u mid-dixxendenti immedjati tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
konness mal-emenda 4
Emenda 150
Ivo Belet, Tom Vandenkendelaere
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ ikel li ġej minn kloni tal-annimali. |
Or. nl
Emenda 151
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Edouard Ferrand
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| ba) l-użu ta’ ommijiet surrogati għall-mammiferi kollha. |
Or. fr
Ġustifikazzjoni
Billi l-benesseri huwa l-element ewlieni li jiddetermina l-ostilità għall-ikklonjar u li fost dawn l-elementi tal-benesseri dak tal-omm surrogata huwa determinanti daqs dak tal-klonu. L-użu ta’ omm surrogata kemm jekk l-embriju jkun klonu u kemm jekk ma jkunx, jeħtieġ għadd ta’ trattamenti ormonali fuq l-omm. Huwa għalhekk xieraq li jiġu pprojbiti prattiki bħal dawn għall-istess raġunijiet.
Emenda 152
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Edouard Ferrand
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 - paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Huwa pprojbit li jiġu importati annimali ħajjin, karkassi, laħam u ikel ippreparat bil-laħam minn pajjiżi terzi li jipprattikaw l-ikklonjar tal-annimali għal għanijiet agrikoli ladarba l-prodott ma jkunx immarkat b’mod ċar u identifikabbli mill-konsumaturi bħala derivat minn teknoloġija tal-ikklonjar, kemm direttament jew permezz ta’ dixxendenza. |
Or. fr
Emenda 153
Daciana Octavia Sârbu, Pavel Poc, Karin Kadenbach, Damiano Zoffoli, Viorica Dăncilă
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Annimali minn pajjiżi terzi ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni sakemm iċ-ċertifikati tal-importazzjoni li jakkompanjaw dawk l-annimali ma jurux li dawn mhumiex annimali kklonjati jew dixxendenti ta’ annimali kklonjati. |
Or. en
Emenda 154
Daciana Octavia Sârbu, Pavel Poc, Karin Kadenbach, Damiano Zoffoli, Viorica Dăncilă
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 - paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni sakemm iċ-ċertifikati tal-importazzjoni li jakkompanjaw dawk il-prodotti ma jurux li dawn mhumiex miksuba minn annimali kklonjati jew minn dixxendenti ta’ annimali kklonjati. |
Or. en
Emenda 155
Daciana Octavia Sârbu, Pavel Poc, Karin Kadenbach, Damiano Zoffoli, Viorica Dăncilă
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-Kummissjoni għandha tipproponi l-emendi meħtieġa għal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali u żooteknika sabiex tiżgura li ċ-ċertifikati tal-importazzjoni li jakkumpanjaw annimali u prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali jindikaw jekk dawn humiex, jew humiex imnissla jew derivati minn, annimali kklonjati jew id-dixxendenti tagħhom. |
Or. en
Emenda 156
Clara Eugenia Aguilera García
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1ċ (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Biex jiġi żgurat li l-kloni tal-annimali minn pajjiżi terzi ma jiġux impurtati fl-Unjoni Ewropea fejn dawn jistgħu jiġu kkummerċjalizzati jew esportati legalment, il-Kummissjoni għandha tadotta kundizzjonijiet speċifiċi ta’ importazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 48 jew 49 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhux aktar tard minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
Or. es
Emenda 157
Iratxe García Pérez
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1ċ (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Biex jiġi żgurat li l-kloni tal-annimali minn pajjiżi terzi ma jiġux impurtati fl-Unjoni Ewropea fejn dawn jistgħu jiġu kkummerċjalizzati jew esportati legalment, il-Kummissjoni għandha tadotta kundizzjonijiet speċifiċi ta’ importazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 48 jew 49 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhux aktar tard minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
Or. es
Emenda 158
Ulrike Müller
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ikel li joriġina mill-annimali li jiġi importat minn pajjiżi terzi fejn l-ikel miksub mill-kloni jista’ jitqiegħed legalment fis-suq jew jiġi esportat, jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni biss skont il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni stabbiliti bl-Artikoli 48 u 49 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, sabiex jevitaw li ikel minn kloni tal-annimali jiġi esportat lejn l-Unjoni minn dawk il-pajjiżi terzi. |
| ___________________ |
| 1a Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1). |
Or. en
Emenda 159
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Edouard Ferrand
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 - paragrafu 1c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Huwa pprojbit li jiġu importati minn pajjiżi terzi mammiferi minn ommijiet surrogati. |
Or. fr
Emenda 160
Clara Eugenia Aguilera García
Proposta għal direttiva
Artikolu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3a |
| Traċċabilità |
| Sabiex tiġi provduta lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi ekonomiċi l-informazzjoni li jeħtieġu għall-applikazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, is-sistemi ta’ traċċabilità għandhom jiġu stabbiliti għall-: |
| a) kloni tal-annimali; |
| b) kloni tal-embrijuni. |
| Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 4a, biex tistabbilixxi regoli dettaljati għall-inklużjoni tal-punt a) u b) tal-ewwel paragrafu fiċ-ċertifikati previsti fil-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali u ż-żooteknoloġija mfassla mill-Kummissjoni għal dawk il-finijiet. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati mhux aktar tard minn (sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament). |
Or. es
Emenda 161
Iratxe García Pérez
Proposta għal direttiva
Artikolu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3 a |
| Traċċabilità |
| Sabiex tiġi provduta lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi ekonomiċi l-informazzjoni li jeħtieġu għall-applikazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, is-sistemi ta’ traċċabilità għandhom jiġu stabbiliti għall-: |
| a) kloni tal-annimali; |
| b) kloni tal-embrijuni. |
| Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 4a, biex tistabbilixxi regoli dettaljati għall-inklużjoni tal-punt a) u b) tal-ewwel paragrafu fiċ-ċertifikati previsti fil-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali u ż-żooteknoloġija mfassla mill-Kummissjoni għal dawk il-finijiet. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati mhux aktar tard minn (sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament). |
Or. es
Emenda 162
Frédérique Ries
Proposta għal direttiva
Artikolu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3a |
| Traċċabbiltà |
| Sabiex tiġi provduta lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi ekonomiċi l-informazzjoni li jeħtieġu għall-applikazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, is-sistemi ta’ traċċabilità għandhom jiġu stabbiliti għal: |
| (a) semen, bajd u embrijuni minn annimali kklonjati; |
| (b) il-frieħ ħajjin ta’ annimali kklonjati. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Jannar 2014 dwar il-kriżi alimentari, il-frodi fil-katina alimentari u l-kontroll tagħha, fil-paragrafu 46, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodu għat-traċċabbiltà u l-identifikazzjoni tal-laħam minn annimali kklonjati. Fl-istess mod, il-Kumitat għall-Ambjent tal-Parlament Ewropew adotta mozzjoni għal riżoluzzjoni fl-20 ta’ Frar 2014 fejn tenna l-pożizzjoni tiegħu għall-miżuri ta’ traċċabbiltà għas-semen u l-embrijuni minn annimali kklonjati u mill-frieħ ħajjin ta’ annimali kklonjati.
Emenda 163
Ivan Jakovčić
Proposta għal direttiva
Artikolu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [data għat-traspożizzjoni tad-Direttiva] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. | L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod ċar. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [data għat-traspożizzjoni tad-Direttiva] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. |
Or. hr
Emenda 164
Norbert Erdős, György Hölvényi
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Sa [data = 5 snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni fuq l-esperjenza miksuba minnhom dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. | imħassar |
Or. hu
Ġustifikazzjoni
Emenda neċessarja għall-konformità mal-fatt li dan huwa Regolament.
Emenda 165
Norbert Erdős, György Hölvényi
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 –parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva billi tikkunsidra: | 2. Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi tikkunsidra: |
Or. hu
Ġustifikazzjoni
Emenda neċessarja għall-konformità mal-fatt li dan huwa Regolament.
Emenda 166
Norbert Erdős, György Hölvényi
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) ir-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1; | imħassar |
Or. hu
Ġustifikazzjoni
Emenda neċessarja għall-konformità mal-fatt li dan huwa Regolament.
Emenda 167
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) il-progress xjentifiku u tekniku, b’mod partikolari dak li jirrigwarda l-aspetti tal-ikklonjar relatati mal-benessri tal-annimali; | (b) l-evidenza xjentifika u teknika kollha disponibbli tal-progress, b’mod partikolari dak li jirrigwarda l-aspetti tal-ikklonjar relatati mal-benessri tal-annimali u l-kwistjonijiet tas-sikurezza tal-ikel; |
Or. en
Emenda 168
Marc Tarabella
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 - paragrafu 2 - punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) il-progress xjentifiku u tekniku, b’mod partikolari dak li jirrigwarda l-aspetti tal-ikklonjar relatati mal-benessri tal-annimali; | b) il-progress xjentifiku u tekniku, b’mod partikolari dak li jirrigwarda l-aspetti tal-ikklonjar relatati mal-benessri tal-annimali u l-progress fil-ħolqien ta’ sistemi ta’ traċċabilità affidabbli għall-kloni u d-dixxendenti tagħhom. |
Or. fr
Emenda 169
Nicola Caputo
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – Paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| ba) it-tħassib taċ-ċittadini tal-Unjoni; |
Or. it
Emenda 170
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) it-tħassib tal-konsumaturi fir-rigward tas-saħħa pubblika u l-benessri tal-annimali; |
Or. en
Emenda 171
Nicola Caputo
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – Paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| c a) kwistjonijiet etiċi relatati mal-ikklonjar tal-annimali. |
Or. it
Emenda 172
Stefan Eck, Anja Hazekamp
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Permezz ta’ Stħarriġ uffiċjali tal-UE, il-Kummissjoni għandha tniedi konsultazzjoni pubblika bil-għan li tivvaluta kull xejra ġdida rigward il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi tal-prodotti tal-ikel mill-annimali kklonjati. |
Or. en