Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
23.2.2017
EMENDI
52 - 295
Abbozz ta' rapport
Sophia in 't Veld
(PE593.978v02-00)
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)
Proposta għal direttiva
( COM(2016)0465 – C8-0323/0216 – 2016/0222(COD) )
AM_Com_LegReport
Emenda 52
Gilles Lebreton
Proposta għal direttiva
–
| |
| Proposta għal ċaħda |
| Il-Parlament Ewropew jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni. |
Or. fr
Emenda 53
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
–
| |
| Proposta għal ċaħda |
| Il-Parlament Ewropew jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni. |
Or. en
Emenda 54
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA), li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967, hija parti kostitwenti tal-għan tal-Unjoni Ewropea biex tistabbilixxi progressivament żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, imġiegħla minn ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu protezzjoni fl-Unjoni, u b'hekk jaffermaw il-prinċipju ta' non-refoulement. Tali politika għandha tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u l-qsim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri. | (2) Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA), li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967, hija parti kostitwenti tal-għan tal-Unjoni Ewropea biex tistabbilixxi progressivament żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, imġiegħla minn ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu protezzjoni fl-Unjoni, u b'hekk jaffermaw il-prinċipju ta' non-refoulement. Tali politika għandha tkun regolata mill-prinċipju ta' affordabbiltà, billi tqis il-kapaċitajiet ta' assorbiment tas-soċjetajiet riċeventi kif ukoll l-awtodipendenza massimali ta' dawk li jfittxu protezzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) effettiva ma tistax tinbena fuq il-bażi ta' qsim tal-piżijiet u ta' solidarjetà. Minflok, il-ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji u t-tnaqqis ta' fatturi ta' attrazzjoni żejda, bħal benefiċċji soċjali ġenerużi, jenħtieġ li jiggwidaw l-implimentazzjoni tas-SEKA.
Emenda 55
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) hija bbażata fuq sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u standards komuni għal proċeduri ta' asil, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u proċeduri u drittijiet ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Minkejja l-progress sinifikanti li sar fl-iżvilupp tas-SEKA, għad hemm differenzi notevoli bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta' proċeduri użati, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti lill-applikanti, ir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' protezzjoni mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi huma xprunaturi importanti tal-moviment sekondarju u jimminaw l-objettiv li jiġi żgurat li l-applikanti kollha jiġu trattati b'mod ugwali irrispettivament minn fejn japplikaw fl-Unjoni. | (3) Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) hija bbażata fuq sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u standards komuni għal proċeduri ta' asil, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u proċeduri u drittijiet ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Minkejja l-progress sinifikanti li sar fl-iżvilupp tas-SEKA, għad hemm differenzi notevoli bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta' proċeduri użati, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti lill-applikanti, ir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' protezzjoni mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi jimminaw l-objettiv li jiġi żgurat li l-applikanti kollha jiġu trattati b'mod ugwali irrispettivament minn fejn japplikaw fl-Unjoni. |
Or. en
Emenda 56
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016 "Għar-Riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u għat-Tisħiħ ta' Rotot Legali lejn l-Ewropa",22 il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tissaħħaħ u tkompli tiġi armonizzata s-SEKA. Hija stabbiliet ukoll opzjonijiet biex ittejjeb is-SEKA, partikolarment biex twaqqaf sistema sostenibbli u ġusta li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, biex issaħħaħ is-sistema tal-Eurodac, biex tikseb aktar konverġenza fis-sistema ta' asil tal-Unjoni, biex tipprevjeni l-movimenti sekondarji fl-Unjoni u mandat ġdid għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropa għall-Asil. Dan iwieġeb għat-talbiet tal-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201623 u fis-17-18 ta' Marzu 201624 biex isir progress lejn riforma tal-qafas eżistenti tal-Unjoni sabiex tiżgura politika ta' asil umana u effiċjenti. Tipproponi wkoll triq 'il quddiem konformi mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016. | (4) Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016 "Għar-Riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u għat-Tisħiħ ta' Rotot Legali lejn l-Ewropa",22 il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tissaħħaħ u tkompli tiġi armonizzata s-SEKA. Hija stabbiliet ukoll opzjonijiet biex ittejjeb is-SEKA, partikolarment biex twaqqaf sistema sostenibbli u ġusta li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, biex issaħħaħ is-sistema tal-Eurodac, biex tikseb aktar konverġenza fis-sistema ta' asil tal-Unjoni, biex tipprevjeni l-movimenti sekondarji fl-Unjoni u mandat ġdid għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropa għall-Asil. Dan iwieġeb għat-talbiet tal-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201623 u fis-17-18 ta' Marzu 201624 biex isir progress lejn riforma tal-qafas eżistenti tal-Unjoni sabiex tiżgura politika ta' asil umana u effiċjenti. Tipproponi wkoll triq 'il quddiem parzjalment konformi mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016. |
__________________ | __________________ |
22 COM(2016) 197 finali. | 22 COM(2016) 197 final. |
23 EUCO 19.02.2016, SN 1/16. | 23 EUCO 19.02.2016, SN 1/16. |
24 EUCO 12/1/16. | 24 EUCO 12/1/16. |
Or. en
Emenda 57
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament dinjituż tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex inaqqsu l-istandards tagħhom. Standards ta' akkoljenza aktar ekwi stabbiliti f'livell xieraq fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE. | (5) Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-varjanza fl-istandards ta' akkoljenza bejn l-Istati Membri kkontribwiet għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja. Standards ta' akkoljenza aktar ekwi stabbiliti f'livell xieraq u ekonomikament realistiku fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE u b'hekk jikkontribwixxu għall-ipproċessar aktar veloċi tal-applikazzjonijiet. |
Or. en
Emenda 58
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament dinjituż tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex inaqqsu l-istandards tagħhom. Standards ta' akkoljenza aktar ekwi stabbiliti f'livell xieraq fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE. | (5) Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament dinjituż tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex jiżguraw li jinżammu l-istandards ta' akkoljenza għoljin tagħhom. Standards ta' akkoljenza ekwi u għoljin fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE. |
Or. en
Emenda 59
Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament dinjituż tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex inaqqsu l-istandards tagħhom. Standards ta' akkoljenza aktar ekwi stabbiliti f'livell xieraq fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE. | (5) Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament xieraq tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex inaqqsu l-istandards tagħhom. Standards ta' akkoljenza aktar ekwi stabbiliti f'livell xieraq fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE. |
Or. it
Emenda 60
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandhom ikunu mobilizzati sabiex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stipulati f'din id-Direttiva , inkluż għal dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. | (6) Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandhom ikunu mobilizzati b'mod ristrett sabiex jipprovdu appoġġ supplimentari għall-isforzi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stipulati f'din id-Direttiva, inkluż għal dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ir-responsabbiltà ewlenija sabiex ikopru l-kostijiet għall-akkoljenza tal-applikanti għall-asil taqa' taħt l-Istati Membri.
Emenda 61
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Sabiex ikun żgurat it-trattament ugwali tal-applikanti madwar l-Unjoni, din id-Direttiva għandha tapplika matul l-istadji u t-tipi kollha ta' proċeduri li jirrigwardaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, fil-postijiet u fil-faċilitajiet kollha li jilqgħu lill-applikanti u sakemm jitħallew jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri bħala applikanti. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-applikanti mill-mument meta dik il-persuna tesprimi x-xewqa tagħha li tapplika għal protezzjoni internazzjonali lill-uffiċjali tal-awtorità determinanti, kif ukoll kwalunkwe uffiċjal ta' awtoritajiet oħrajn li jkunu mfassla bħala kompetenti biex jirċievu u jirreġistraw applikazzjonijiet jew li jassistu lill-awtorità determinanti li tirċievi dawn l-applikazzjonijiet f'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. | (7) Sabiex ikun żgurat it-trattament ugwali tal-applikanti madwar l-Unjoni, din id-Direttiva għandha tapplika matul l-istadji u t-tipi kollha ta' proċeduri li jirrigwardaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, fil-postijiet u fil-faċilitajiet kollha li jilqgħu lill-applikanti u sakemm jitħallew jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri bħala applikanti. Din id-Direttiva ma tapplikax għal persuni li ma ppreżentawx applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew li ma għadhomx meqjusa bħala applikanti. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-applikanti mill-mument meta dik il-persuna tesprimi x-xewqa tagħha li tapplika għal protezzjoni internazzjonali lill-uffiċjali tal-awtorità determinanti, kif ukoll kwalunkwe uffiċjal ta' awtoritajiet oħrajn li jkunu mfassla bħala kompetenti biex jirċievu u jirreġistraw applikazzjonijiet jew li jassistu lill-awtorità determinanti li tirċievi dawn l-applikazzjonijiet f'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li persuni li rrifjutaw milli jippreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kif xieraq ma jkunux intitolati li jgawdu mis-salvagwardji pprovduti minn din id-Direttiva.
Emenda 62
Cornelia Ernst
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17. | imħassar |
Or. de
Emenda 63
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17. | imħassar |
Or. en
Emenda 64
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17. | imħassar |
Or. it
Emenda 65
Jeroen Lenaers
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17. | (8) Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji, applikant li jkun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17. |
Or. en
Emenda 66
Udo Voigt
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17. | (8) Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17. |
Or. de
Emenda 67
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Għandhom ikunu stipulati kundizzjonijiet standard għall-akkoljenza tal-applikanti li għandhom ikunu biżżejjed biex jiżguraw standard ta' ħajja dinjituż u kundizzjonijiet ta' ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha. L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-akkoljenza tal-applikanti għandha tgħin biex tillimita ċ-ċaqliq sekondarju ta' applikanti influwenzati mill-varjetà ta' kundizzjonijiet għall-akkoljenza tagħhom. | (10) Il-kundizzjonijiet għall-akkoljenza tal-applikanti huma ddeterminati mill-Istati Membri. Dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jiġu armonizzati fir-rigward tal-principju tas-sussidjarjetà. Barra minn hekk, id-diversità fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza hija rikonoxxuta bħala riżultat ta' prijoritajiet differenti fi ħdan il-baġit ta' kull Stat Membru. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 68
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Għandhom ikunu stipulati kundizzjonijiet standard għall-akkoljenza tal-applikanti li għandhom ikunu biżżejjed biex jiżguraw standard ta' ħajja dinjituż u kundizzjonijiet ta' ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha. L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-akkoljenza tal-applikanti għandha tgħin biex tillimita ċ-ċaqliq sekondarju ta' applikanti influwenzati mill-varjetà ta' kundizzjonijiet għall-akkoljenza tagħhom. | (10) Għandhom ikunu stipulati kundizzjonijiet standard għall-akkoljenza tal-applikanti u kundizzjonijiet ta' ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha. L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-akkoljenza tal-applikanti għandha tgħin biex tillimita ċ-ċaqliq sekondarju ta' applikanti influwenzati mill-varjetà ta' kundizzjonijiet għall-akkoljenza tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-kelma "dinjituż" hija suġġettiva u tagħti lok għal interpretazzjonijiet.
Emenda 69
Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese
Proposta għal direttiva
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Għandhom ikunu stipulati kundizzjonijiet standard għall-akkoljenza tal-applikanti li għandhom ikunu biżżejjed biex jiżguraw standard ta' ħajja dinjituż u kundizzjonijiet ta' ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha. L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-akkoljenza tal-applikanti għandha tgħin biex tillimita ċ-ċaqliq sekondarju ta' applikanti influwenzati mill-varjetà ta' kundizzjonijiet għall-akkoljenza tagħhom. | (10) Għandhom ikunu stipulati kundizzjonijiet standard għall-akkoljenza tal-applikanti li għandhom ikunu biżżejjed biex jiżguraw standard ta' ħajja adegwat u kundizzjonijiet ta' ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha. L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-akkoljenza tal-applikanti għandha tgħin biex tillimita ċ-ċaqliq sekondarju ta' applikanti influwenzati mill-varjetà ta' kundizzjonijiet għall-akkoljenza tagħhom. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
L-użu tal-aġġettiv "dinjituż" sabiex jiġi deskritt l-istandard tal-għajxien li l-applikanti għandhom ikunu ggarantiti li jirċievu permezz tal-adozzjoni tal-kundizzjonijiet armonizzati għall-akkoljenza tagħhom, mingħajr ma jiġi speċifikat dan xi jfisser, jista' jwassal għal tilwimiet li jinvolvu lil dawk ikkonċernati.
Emenda 70
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu konxji mill-konsegwenzi jekk jaħarbu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti b'mod uniformi, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, bl-obbligazzjonijiet kollha li l-applikanti jridu jikkonformaw magħhom li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, inkluż iċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrestrinġu l-għoti ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u bi kwalunkwe benefiċċju. | (11) Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu konxji mill-konsegwenzi jekk jaħarbu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti b'mod uniformi, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom, bid-drittijiet, bl-intitolamenti u bl-obbligi kollha li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, inkluż iċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrestrinġu l-għoti ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u bi kwalunkwe benefiċċju u għajnuna legali, bżonn speċjali, rimedju u dritt ta' appell kontra d-detenzjoni jew deċiżjonijiet relatati mas-sostituzzjoni, mat-tnaqqis jew mal-irtirar tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u informazzjoni dwar il-proċedura ta' asil rilevanti. |
Or. en
Emenda 71
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu konxji mill-konsegwenzi jekk jaħarbu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti b'mod uniformi, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, bl-obbligazzjonijiet kollha li l-applikanti jridu jikkonformaw magħhom li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, inkluż iċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrestrinġu l-għoti ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u bi kwalunkwe benefiċċju. | (11) Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu konxji mill-konsegwenzi jekk jaħarbu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti b'mod uniformi, malli l-persuna kkonċernata tesprimi l-intenzjoni li tapplika għal protezzjoni internazzjonali u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, bl-obbligazzjonijiet kollha li l-applikanti jridu jikkonformaw magħhom li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, inkluż iċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrestrinġu l-għoti ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u bi kwalunkwe benefiċċju. |
Or. it
Emenda 72
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta kun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett. | (12) Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. |
Or. it
Emenda 73
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta kun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett. | (12) Ir-regoli armonizzati tal-Unjoni dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta kun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. |
Or. en
Emenda 74
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta kun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett. | (12) Ir-regoli armonizzati tal-Unjoni dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti sabiex jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat jistgħu jiġu adottati biss jekk jiġu stabbiliti mill-ġdid kontrolli permanenti fil-fruntieri. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta kun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett. |
Or. en
Emenda 75
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta kun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett. | (12) Ir-regoli armonizzati tal-Unjoni dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti meta jkun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet oħrajn. Jenħtieġ li l-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkopri tal-inqas il-finijiet u d-durata meħtieġa għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett. |
Or. en
Emenda 76
Cornelia Ernst
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' residenza legali. Applikant li ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu aktarx li, wara li jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin ], ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni u konsegwentement aktarx li jaħrab. Għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | imħassar |
Or. de
Emenda 77
Emil Radev
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' residenza legali. Applikant li ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu aktarx li, wara li jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin ], ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni u konsegwentement aktarx li jaħrab. Għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | imħassar |
Or. bg
Emenda 78
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' permanenza jew residenza legali. Applikant li ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu aktarx li, wara li jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin ], ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni u konsegwentement aktarx li jaħrab. Għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | imħassar |
Or. en
Emenda 79
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' residenza legali. Applikant li ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu aktarx li, wara li jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin ], ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni u konsegwentement aktarx li jaħrab. Għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | (13) L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin ]. |
Or. it
Emenda 80
Cornelia Ernst
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-applikanti huma meħtieġa jkunu preżenti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. F'każ li applikant jaħrab mill-Istat Membru u, mingħajr awtorizzazzjoni, jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | imħassar |
Or. de
Emenda 81
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-applikanti huma meħtieġa jkunu preżenti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. F'każ li applikant jaħrab mill-Istat Membru u, mingħajr awtorizzazzjoni, jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | (14) L-applikanti huma meħtieġa jibqgħu disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jimponux sanzjonijiet fuq applikant abbażi tal-unika raġuni ta' dħul irregolari jew għaliex huwa preżenti fit-territorju tagħhom, inkluż għaliex ma kkonformax mal-obbligu li jagħmel applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru tad-dħul kif stipulat fl-[Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Dublin IV] jew għaliex huwa preżenti fi Stat Membru ieħor f'konformità mar-[Regolament ta' Dublin IV], fejn ikun hemm raġunijiet serji għaliex wieħed jemmen li l-applikant wasal minn territorju fejn ħajtu jew il-libertà tiegħu kienu mheddin f'konformità mal-[Artikolu 9 tar-Regolament dwar l-Ikkwalifikar] jew mal-[Artikolu 16 tar-Regolament dwar l-Ikkwalifikar] jew meta l-applikant juri kawża ġusta għad-dħul jew għall-preżenza irregolari tiegħu. |
Or. en
Emenda 82
Emil Radev
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-applikanti huma meħtieġa jkunu preżenti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. F'każ li applikant jaħrab mill-Istat Membru u, mingħajr awtorizzazzjoni, jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | (14) L-applikanti huma meħtieġa jkunu preżenti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. |
Or. bg
Emenda 83
Udo Voigt
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-applikanti huma meħtieġa jkunu preżenti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. F'każ li applikant jaħrab mill-Istat Membru u, mingħajr awtorizzazzjoni, jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | (14) L-applikanti huma meħtieġa jkunu preżenti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. Applikant li jkun ħarab minn dak l-Istat Membru u, mingħajr awtorizzazzjoni, jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor ma jibqax intitolat li jirrisjedi fl-Unjoni Ewropea. |
Or. de
Emenda 84
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-applikanti huma meħtieġa jkunu preżenti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. F'każ li applikant jaħrab mill-Istat Membru u, mingħajr awtorizzazzjoni, jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | (14) L-applikanti huma meħtieġa jkunu preżenti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. F'każ li applikant jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. |
Or. it
Emenda 85
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Il-fatt li applikant ikun ħarab preċedentement lejn Stat Membru ieħor huwa fatt importanti meta jiġi vvalutat ir-riskju li l-applikant jista' jaħrab. Sabiex jiġi żgurat li l-applikant ma jerġax jaħrab u jibqa' għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ladarba l-applikant jintbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | imħassar |
Or. en
Emenda 86
Emil Radev
Proposta għal direttiva
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Il-fatt li applikant ikun ħarab preċedentement lejn Stat Membru ieħor huwa fatt importanti meta jiġi vvalutat ir-riskju li l-applikant jista' jaħrab. Sabiex jiġi żgurat li l-applikant ma jerġax jaħrab u jibqa' għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ladarba l-applikant jintbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | (15) Il-fatt li applikant ikun ħarab preċedentement lejn Stat Membru ieħor huwa fatt importanti meta jiġi vvalutat ir-riskju li l-applikant jista' jaħrab. Sabiex jiġi żgurat li l-applikant ma jerġax jaħrab u jibqa' għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. |
Or. bg
Emenda 87
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, minħabba proċessar malajr u monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, minħabba l-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew sabiex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex: japplika fl-Istat Membru tal-ewwel dħul irregolari jew legali; jibqa' fl-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti; jew f'każijiet fejn l-applikant ikun intbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku. | (16) Minħabba raġunijiet iġġustifikati kif xieraq u serji ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, l-Istati Membri jistgħu, meta meħtieġ, jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni miftuħ, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll lill-applikant li jkun joqgħod f'dak il-post speċifiku. |
Or. en
Emenda 88
Emil Radev
Proposta għal direttiva
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, minħabba proċessar malajr u monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, minħabba l-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew sabiex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex: japplika fl-Istat Membru tal-ewwel dħul irregolari jew legali; jibqa' fl-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti; jew f'każijiet fejn l-applikant ikun intbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku. | (16) Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, minħabba proċessar malajr u monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, minħabba l-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew sabiex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku. |
Or. bg
Emenda 89
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, minħabba proċessar malajr u monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, minħabba l-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew sabiex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex: japplika fl-Istat Membru tal-ewwel dħul irregolari jew legali; jibqa' fl-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti; jew f'każijiet fejn l-applikant ikun intbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku. | (16) Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, minħabba proċessar malajr u monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, minħabba l-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku. |
Or. it
Emenda 90
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Meta jkun hemm raġunijiet biex jitqies li jkun hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri għandhom jitolbu li l-applikanti jirraportaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' spiss skont kemm meħtieġ sabiex isir monitoraġġ tal-applikant b'tali mod li ma jaħrabx. Sabiex jiskoraġġixxu lill-applikanti milli jaħarbu, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi wkoll jagħtu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, meta l-applikant ikun intitolat għal dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, in natura biss. | (17) Meta jkun hemm raġunijiet speċifiċi u oġġettivi biex jitqies li jkun hemm riskju serju u imminenti li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri jistgħu, fejn ikun hemm bżonn, b'mod proporzjonat u ġġustifikat kif xieraq wara valutazzjoni individwalizzata mwettqa minn awtorità ġudizzjarja, u wara konsultazzjoni mal-applikant ikkonċernat, jirrikjedu li l-applikanti jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti bi frekwenza u f'ħin raġonevoli. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi wkoll jagħtu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, meta l-applikant ikun intitolat għal dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, in natura biss, fejn, wara valutazzjoni individwali u deċiżjoni minn awtorità ġudizzjarja, ikun hemm raġunijiet iġġustifikati kif xieraq għaliex jikkunsidraw li hemm riskju li applikant jista' jaħrab. Jenħtieġ li l-applikanti jkollhom id-dritt ta' appell kontra deċiżjonijiet li jimponu dmirijiet ta' rapportar jew li jipprovdu kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza biss in natura u jenħtieġ li jiġu informati kif xieraq dwar dan id-dritt. |
Or. en
Emenda 91
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Id-deċiżjonijiet kollha li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment tal-applikant jeħtieġ li jkunu bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, filwaqt li titqies kull ħtieġa ta' akkoljenza speċjali ta' applikanti u l-prinċipji ta' proporzjonalità. L-applikanti jridu jkunu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità. | (18) Id-deċiżjonijiet kollha li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment tal-applikant jeħtieġ li jiġu adottati biss bħala miżura tal-aħħar istanza u jridu jkunu bbażati fuq id-deċiżjoni ta' awtorità ġudizzjarja, wara valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, filwaqt li titqies kull ħtieġa ta' akkoljenza speċjali ta' applikanti u l-prinċipji ta' neċessità u tal-proporzjonalità. L-applikanti jridu jkunu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet, bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità u bid-dritt tagħhom li jappellaw dawn id-deċiżjonijiet. |
Or. en
Emenda 92
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Fid-dawl ta' konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, it-tifsira ta' ħarba għandha tiġi definita li tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritjaiet rilevanti, inkluż billi jitlaq mit-territorju fejn l-applikant ikun meħtieġ li jkun preżenti. | (19) Fid-dawl ta' konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, it-tifsira ta' ħarba għandha tiġi definita strettament, f'konformità mal-linji gwida stabbiliti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, u bbażata fuq valutazzjoni taċ-ċirkustanzi individwali tal-persuna involuta mwettqa minn awtorità ġudizzjarja, bħala tifsira li tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritjaiet rilevanti. Jenħtieġ li d-dħul irregolari, in-nuqqas ta' indirizz jew ta' dokumenti li juru bil-provi l-identità ta' applikant qatt ma jikkostitwixxu kriterji validi għad-determinazzjoni tar-riskju ta' ħarba. |
Or. en
Emenda 93
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Jenħtieġ li d-detenzjoni tal-applikanti tkun applikata skont il-prinċipju sottostanti li jenħtieġ li persuna ma tinżammx f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. L-applikanti jistgħu jiġu detenuti biss taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar ħafna li qed jiġu stipulati fid-Direttiva u b'mod soġġeti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' tali detenzjoni. Id-detenzjoni tal-applikanti skont din id-Direttiva għandha tkun ordnata bil-miktub biss minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi u jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, inkluż fil-każijiet fejn il-persuna tkun diġà detenuta meta tagħmel l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Meta applikant jinżamm detenut huwa għandu jkollu aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħar-rimedju ġudizzjarju quddiem awtorità ġudizzjarja nazzjonali. | (20) Jenħtieġ li d-detenzjoni tal-applikanti tkun applikata skont il-prinċipju sottostanti li jenħtieġ li persuna ma tinżammx f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. L-applikanti jistgħu jiġu detenuti biss taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar ħafna li qed jiġu stipulati fid-Direttiva u b'mod soġġeti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' tali detenzjoni. Id-detenzjoni tal-applikanti skont din id-Direttiva għandha tkun ordnata bil-miktub biss minn awtoritajiet ġudizzjarji u jiddikjaraw ir-raġunijiet individwali li fuqhom tkun ibbażata, inkluż fil-każijiet fejn il-persuna tkun diġà detenuta meta tagħmel l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. L-awtorità ġudizzjarja teħtiġilha tipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub tar-raġunijiet għaliex ma ġewx applikati l-alternattivi għad-detenzjoni fil-każ individwali. Meta applikant jinżamm detenut huwa għandu jkollu aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħar-rimedju ġudizzjarju quddiem awtorità ġudizzjarja nazzjonali. |
Or. en
Emenda 94
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tkun applikata skont il-prinċipju sottostanti li persuna m'għandiex tinżamm f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. L-applikanti jistgħu jiġu detenuti biss taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar stipulati fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' tali detenzjoni. Id-detenzjoni tal-applikanti skont din id-Direttiva għandha tkun ordnata bil-miktub biss minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi u jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, inkluż fil-każijiet fejn il-persuna tkun diġà detenuta meta tagħmel l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Meta applikant jinżamm detenut huwa jew hija għanduhom jikolluhom aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħar-rimedju ġudizzjarju quddiem awtorità ġudizzjarja nazzjonali. | (20) Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tkun applikata skont il-prinċipju sottostanti li persuna m'għandiex tinżamm f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. L-applikanti jistgħu jiġu detenuti biss taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar stipulati fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' tali detenzjoni. Jenħtieġ li l-minorenni f'ebda ċirkustanza ma jiġu detenuti jew reklużi. Id-detenzjoni tal-applikanti skont din id-Direttiva għandha tkun ordnata bil-miktub biss minn awtoritajiet ġudizzjarji u jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, inkluż fil-każijiet fejn il-persuna tkun diġà detenuta meta tagħmel l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Meta applikant jinżamm detenut huwa jew hija għanduhom jikolluhom aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħar-rimedju ġudizzjarju quddiem awtorità ġudizzjarja nazzjonali u d-dritt għal assistenza legali mingħajr ħlas. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
L-aħħar parti tal-Emenda hija neċessarja sabiex tiġi żgurata konsistenza ma' proposti leġiżlattivi oħrajn b'mod partikolari mal-APR li jagħti assistenza legali mingħajr ħlas fl-istadji kollha tal-proċedura. Din hija informazzjoni li hija essenzjali għall-applikant u, għalhekk, ta' min isemmiha.
Emenda 95
Salvatore Domenico Pogliese, Alessandra Mussolini
Proposta għal direttiva
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tkun applikata skont il-prinċipju sottostanti li persuna m'għandiex tinżamm f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. L-applikanti jistgħu jiġu detenuti biss taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar stipulati fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' tali detenzjoni. Id-detenzjoni tal-applikanti skont din id-Direttiva għandha tkun ordnata bil-miktub biss minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi u jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, inkluż fil-każijiet fejn il-persuna tkun diġà detenuta meta tagħmel l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Meta applikant jinżamm detenut huwa jew hija għanduhom jikolluhom aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħar-rimedju ġudizzjarju quddiem awtorità ġudizzjarja nazzjonali. | (20) Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tkun applikata skont il-prinċipju sottostanti li persuna m'għandiex tinżamm f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. L-applikanti jistgħu jiġu detenuti biss taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar stipulati fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' tali detenzjoni. Id-detenzjoni tal-applikanti skont din id-Direttiva għandha tkun ordnata bil-miktub biss minn awtoritajiet ġudizzjarji u jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, inkluż fil-każijiet fejn il-persuna tkun diġà detenuta meta tagħmel l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Meta applikant jinżamm detenut huwa jew hija għanduhom jikolluhom aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħar-rimedju ġudizzjarju quddiem awtorità ġudizzjarja nazzjonali. |
Or. it
Emenda 96
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Meta applikant jiġi assenjat post ta' residenza speċifiku iżda ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu, jeħtieġ li jkun hemm riskju ppruvat li l-applikant jista' jaħrab sabiex l-applikant jiġi detenut. Fiċ-ċirkustanzi kollha, trid issir attenzjoni speċjali sabiex it-tul tad-detenzjoni jkun proporzjonali u jintemm hekk kif l-obbligu tal-applikant jiġi ssodisfat jew ma jkunx għad hemm raġuni biex wieħed jemmen li mhuwiex se jissodisfa dan l-obbligu. L-applikant ukoll irid ikun konxju tal-obbligu inkwistjoni u tal-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità. | (21) Meta applikant jiġi assenjat post ta' residenza speċifiku iżda ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu, jeħtieġ li jkun hemm riskju ppruvat, iġġustifikat b'mod individwali, imminenti u serju li l-applikant jista' jaħrab sabiex l-applikant jiġi detenut. Fiċ-ċirkustanzi kollha, trid issir attenzjoni speċjali sabiex it-tul tad-detenzjoni jkun proporzjonali u jintemm hekk kif l-obbligu tal-applikant jiġi ssodisfat jew ma jkunx għad hemm raġuni biex wieħed jemmen li mhuwiex se jissodisfa dan l-obbligu. L-applikant ukoll irid ikun konxju tal-obbligu inkwistjoni u tal-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità. |
Or. en
Emenda 97
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Meta applikant jiġi assenjat post ta' residenza speċifiku iżda ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu, jeħtieġ li jkun hemm riskju ppruvat li l-applikant jista' jaħrab sabiex l-applikant jiġi detenut. Fiċ-ċirkustanzi kollha, trid issir attenzjoni speċjali sabiex it-tul tad-detenzjoni jkun proporzjonali u jintemm hekk kif l-obbligu tal-applikant jiġi ssodisfat jew ma jkunx għad hemm raġuni biex wieħed jemmen li mhuwiex se jissodisfa dan l-obbligu. L-applikant ukoll irid ikun konxju tal-obbligu inkwistjoni u tal-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità. | (21) Meta applikant jiġi assenjat post ta' residenza speċifiku iżda ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu, jenħtieġ li dan jitqies li huwa indikazzjoni li applikant jista' jaħrab, u li dan jipprovdi r-raġunijiet għaliex l-applikant għandu jiġi detenut. Fiċ-ċirkustanzi kollha, trid issir attenzjoni speċjali sabiex it-tul tad-detenzjoni jkun proporzjonali u jintemm hekk kif l-obbligu tal-applikant jiġi ssodisfat jew ma jkunx għad hemm raġuni biex wieħed jemmen li mhuwiex se jissodisfa dan l-obbligu. L-applikant ukoll irid ikun konxju tal-obbligu inkwistjoni u tal-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa impossibbli li jinstabu l-provi għal eventwalità, u għalhekk il-kunċett ta' "riskju muri bil-provi" huwa assurd. Għaldaqstant hija pprovduta formulazzjoni alternattiva.
Emenda 98
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Fir-rigward ta' proċeduri amministrattivi relatati mar-raġunijiet għad-detenzjoni, il-kunċett ta' "diliġenza Ö dovuta Õ" tal-anqas jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu passi konkreti u siewja biex jiżguraw li ż-żmien sabiex jiġu vverifikati r-raġunijiet għad-detenzjoni jkun l-iqsar possibbli, u li jkun hemm prospettiva reali li tali verifika tkun tista' ssir b'suċċess fl-iqsar żmien possibbli. Id-detenzjoni m'għandhiex taqbeż iż-żmien raġonevolment meħtieġ biex jitlestew il-proċeduri rilevanti. | (22) Fir-rigward ta' proċeduri amministrattivi relatati mar-raġunijiet għad-detenzjoni, il-kunċett ta' "diliġenza dovuta" tal-anqas jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu passi konkreti u siewja biex jiżguraw li ż-żmien sabiex jiġu vverifikati r-raġunijiet għad-detenzjoni jkun l-iqsar possibbli, u li jkun hemm prospettiva reali li tali verifika tkun tista' ssir b'suċċess fl-iqsar żmien possibbli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għas-salvagwardja tal-ordni pubbliku u għas-sigurtà interna tal-Istati Membri, hemm bżonn li jiġi evitat it-tqegħid ta' restrizzjonijiet għad-durata tal-perjodu ta' detenzjoni.
Emenda 99
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Applikanti li huma f'detenzjoni għandhom ikunu ttrattati b'rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u l-akkoljenza tagħhom għandha tkun imfassla b'mod speċifiku biex tissodisfa l-bżonnijiet tagħhom f'dik is-sitwazzjoni. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ð l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u ï l-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal ikun applikat. | (24) Applikanti li huma f'detenzjoni għandhom ikunu ttrattati b'rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ð l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u ï l-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal ikun applikat. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-arranġament ta' kundizzjonijiet speċjali ta' akkoljenza għal persuni li huma f'detenzjoni jikkostitwixxi piż amministrattiv żejjed għall-Istati Membri.
Emenda 100
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) Meta jiddeċiedu dwar l-arranġamenti ta' akkomodazzjoni, l-Istati Membri għandhom iqisu l-aħjar interessi tat-tfal, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari tal-applikant fil-każ ta' kwalunkwe applikant li jkun dipendenti fuq membri tal-familja jew qraba stretti oħra bħal aħwa minorenni mhux miżżewġa li jkunu diġà fl-Istat Membru. | (28) Meta jiddeċiedu dwar l-arranġamenti ta' akkomodazzjoni, l-Istati Membri għandhom iqisu l-aħjar interessi tat-tfal, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari tal-applikant fil-każ ta' kwalunkwe applikant li jkun dipendenti fuq membri tal-familja li jkunu diġà fl-Istat Membru. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tal-membri tal-familja ma jitwessax.
Emenda 101
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà tagħhom u għall-kura fiżika u emozzjonali tagħhom u pprovduta b'mod li tħeġġeġ l-iżvilupp ġenerali tagħhom. | (30) Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. |
Or. en
Emenda 102
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà tagħhom u għall-kura fiżika u emozzjonali tagħhom u pprovduta b'mod li tħeġġeġ l-iżvilupp ġenerali tagħhom. | (30) Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà tagħhom u għall-kura fiżika u emozzjonali tagħhom u pprovduta b'mod li tħeġġeġ l-iżvilupp ġenerali tagħhom. Id-detenzjoni ta' tfal, kemm jekk mhux akkumpanjati jew fi ħdan familji, qatt ma hija fl-aħjar interessi tagħhom, dejjem tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tat-tfal u, għalhekk, jenħtieġ li tiġi pprojbita. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Amendments aimed at prohibiting detention of children are inextricably linked to admissible amendments under the draft report aiming to strengthen the conditions related to the deprivation of personal freedom, and also to enhance the provisions related to the treatment of vulnerable persons including children.The UN CRC, UNHCR and UNICEF have clarified that children, whether unaccompanied, separated, or together with their parents or other caregivers, should never be detained for immigration purposes, irrespective of their legal/migration status or that of their parents, and that detention can never be justified as in a child's best interests. See:UNHCR's position regarding the detention of refugee and migrant children in the migration context, January 2017, p. 2; UNHCR 2012 Detention Guidelines, paragraph 51. References to the application of Art.37(b), "exceptional circumstances / measure of last resort", are not appropriate for cases of detention of any child for immigration related purposes. It is understood from the commentaries of the UN CRC, that while Art. 37 (b) may apply in other contexts (such as in cases of children in conflict with the law – CRC/C/GC/10), its application to detention in the immigration context would be in conflict with the principle of best interests of the child. See also: CRC/GC/2005/6) – para. 61;UN CRC, Report on the 2012 DGD: The rights of all children in the context of international migration – para.78: "The detention of a child because of their or their parent's migration status constitutes a child rights violation and always contravenes the principle of the best interests of the child. In this light, States should expeditiously and completely cease the detention of children on the basis of their immigration status."; UN SR on Torture, 5 March 2015 (A/HRC/28/68) – para. 80.
Emenda 103
Udo Voigt
Proposta għal direttiva
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard u ta' disturbi mentali serji. Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Ir-riżultati tal-kontrolli mediċi ma għandhomx jinfluwenzaw il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. | (31) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard. Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Ir-riżultati tal-kontrolli mediċi jinfluwenzaw il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. |
Or. de
Emenda 104
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard u ta' disturbi mentali serji. Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Jenħtieġ li r-riżultati tal-kontrolli mediċi ma jinfluwenzawx il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. | (31) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u primarja mingħajr ħlas u trattament essenzjali ta' mard u ta' disturbi mentali serji u aċċess għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva. Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim u l-kura sekondarja. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Jenħtieġ li r-riżultati tal-kontrolli mediċi ma jinfluwenzawx il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. |
Or. en
Emenda 105
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Id-dritt ta' applikant għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali skont din id-Direttiva jista' jitnaqqas f'ċerti ċirkustanzi bħal meta applikant ikun ħarab lejn Stat Membru ieħor mill-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Madankollu, l-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikulari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikulari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Meta minorenni jkun fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-minorenni b'aċċess għal attivitajiet edukattivi xierqa sakemm jiġu trasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali. | (32) Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Meta minorenni jkun fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-minorenni b'aċċess għal attivitajiet edukattivi xierqa sakemm jiġu trasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali. |
Or. it
Emenda 106
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Id-dritt ta' applikant għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali skont din id-Direttiva jista' jitnaqqas f'ċerti ċirkustanzi bħal meta applikant ikun ħarab lejn Stat Membru ieħor mill-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Madankollu, l-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikulari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikulari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Meta minorenni jkun fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-minorenni b'aċċess għal attivitajiet edukattivi xierqa sakemm jiġu trasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali. | (32) Jenħtieġ li d-dritt ta' applikant għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali skont din id-Direttiva jitnaqqas f'ċerti ċirkustanzi bħal meta applikant ikun ħarab lejn Stat Membru ieħor mill-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Madankollu, l-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa ta' emerġenza għall-applikanti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. Meta minorenni jkun fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-minorenni b'aċċess għal attivitajiet xierqa sakemm jiġu trasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom. |
Or. en
Emenda 107
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Id-dritt ta' applikant għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali skont din id-Direttiva jista' jitnaqqas f'ċerti ċirkustanzi bħal meta applikant ikun ħarab lejn Stat Membru ieħor mill-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Madankollu, l-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikulari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikulari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Meta minorenni jkun fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-minorenni b'aċċess għal attivitajiet edukattivi xierqa sakemm jiġu trasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali. | (32) L-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja adegwat għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikolari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikolari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw vjolenza sesswali jew abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali. |
Or. en
Emenda 108
Ulrike Lunacek, Daniele Viotti, Malin Björk
Proposta għal direttiva
Premessa 32a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (32a) Il-vjolenza diretta kontra persuna minħabba s-sess ta' dik il-persuna, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru jew li taffettwa lil persuni ta' sess partikolari b'mod disproporzjonat, titqies bħala vjolenza abbażi ta' sess. Din tista' tirriżulta fi ħsara fiżika, sesswali, emozzjonali jew psikoloġika jew telf ekonomiku għall-vittma. Il-vjolenza abbażi ta' sess titqies bħala forma ta' diskriminazzjoni u ksur tal-libertajiet fundamentali tal-vittma u tinkludi vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib, vjolenza sesswali (inkluż stupru, attakk u abbuż sesswali), traffikar tal-bnedmin, skjavitù u forom differenti ta' prattiki li jagħmlu l-ħsara, bħal żwiġijiet sfurzati, mutilazzjoni ġenitali femminili u l-hekk imsejħa "reati tal-unur". Vittmi nisa ta' vjolenza abbażi ta' sess u t-tfal tagħhom ta' spiss jirrikjedu appoġġ u protezzjoni speċjali minħabba r-riskju għoli ta' vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta, ta' intimidazzjoni u ta' ritaljazzjoni marbuta ma' tali vjolenza. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-vjolenza abbażi ta' sess ma tistax tinftiehem bħala vjolenza kontra n-nisa biss. Hemm bżonn li d-definizzjoni tiġi estiża sabiex tinkludi l-identità u l-espressjoni tal-ġeneru.
Emenda 109
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) L-ambitu tad-definizzjoni ta' membru tal-familja għandu jirrifletti r-realtà tat-tendenzi migratorji attwali, li skonthom l-applikanti ta' spiss jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu mtawwal ta' żmien fi tranżitu. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-definizzjoni tinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla fit-territorju tal-Istati Membri. | imħassar |
Or. en
Emenda 110
Udo Voigt
Proposta għal direttiva
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) L-ambitu tad-definizzjoni ta' membru tal-familja għandu jirrifletti r-realtà tat-tendenzi migratorji attwali, li skonthom l-applikanti ta' spiss jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu mtawwal ta' żmien fi tranżitu. Għaldaqstant, id-definizzjoni għandha tinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla fit-territorju tal-Istati Membri | (33) Jenħtieġ li d-definizzjoni ta' membru tal-familja tkun konformi mar-rekwiżiti legali tal-Istati Membri. |
Or. de
Emenda 111
Ulrike Lunacek, Daniele Viotti, Malin Björk
Proposta għal direttiva
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) L-ambitu tad-definizzjoni ta' membru tal-familja għandu jirrifletti r-realtà tat-tendenzi migratorji attwali, li skonthom l-applikanti ta' spiss jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu mtawwal ta' żmien fi tranżitu. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-definizzjoni tinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla fit-territorju tal-Istati Membri. | (33) L-ambitu tad-definizzjoni ta' membru tal-familja għandu jirrifletti r-realtà tat-tendenzi migratorji attwali, li skonthom l-applikanti ta' spiss jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu mtawwal ta' żmien fi tranżitu. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-definizzjoni tinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla fit-territorju tal-Istati Membri. Rigward koppji mhux miżżewġin, jenħtieġ li l-kunċett ma jiddiskriminax fuq il-bażi tas-sess tas-sieħeb jew tas-sieħba. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Diversi pajjiżi ma jirrikonoxxux lil koppji omosesswali miżżewġin jew fi sħubija ċivili. Hemm bżonn li jiġu protetti l-għaqdiet u, konsegwentement, il-familji, li ma jistgħux jiġu rikonoxxuti mil-liġi tal-pajjiż ta' oriġini.
Emenda 112
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 34
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(34) Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli. | (34) Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. |
Or. en
Emenda 113
Salvatore Domenico Pogliese, Alessandra Mussolini
Proposta għal direttiva
Premessa 34
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(34) Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli. | (34) Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg, ħlief għall-possibbiltà li l-Istat Membru kkonċernat jagħti prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tispeċifika li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri mfassla sabiex jiżguraw li tingħata attenzjoni ikbar liċ-ċittadini tagħhom u liċ-ċittadini tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess għas-suq tax-xogħol. Din hija kwistjoni sensittiva ħafna għaċ-ċittadini tal-UE, u l-firmatarji jixtiequ jagħmluha ċara li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess tas-suq tax-xogħol, mhuwa se jkun hemm ebda miżura speċjali jew kwota mfassla sabiex jassistu lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali jsibu xogħol b'mod aktar faċli miċ-ċittadini tal-Istati Membri.
Emenda 114
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 34
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(34) Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli. | (34) Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet, inklużi restrizzjonijiet settorjali, restrizzjonijiet fuq il-ħin tax-xogħol jew formalitajiet amministrattivi mhux raġonevoli, li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. |
Or. en
Emenda 115
Jeroen Lenaers
Proposta għal direttiva
Premessa 34
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(34) Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli. | (34) Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet sproporzjonati li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx jikkostitwixxu ostakoli sproporzjonati għall-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli. |
Or. en
Emenda 116
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata. | (35) Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, jenħtieġ li jiġi pprovdut aċċess immedjat għas-suq tax-xogħol lill-applikant. |
Or. en
Emenda 117
Udo Voigt
Proposta għal direttiva
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata. | (35) Jenħtieġ li l-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol ikun ibbażat primarjament fuq il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fl-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata. |
Or. de
Emenda 118
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata. | (35) Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata. |
Or. en
Emenda 119
Jeroen Lenaers
Proposta għal direttiva
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata. | (35) Huwa kruċjali li tiġi appoġġjata u mħeġġa l-integrazzjoni ta' dawk l-applikanti li għandhom possibbiltà realistika li jirċievu l-asil. Għaldaqstant, il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata. |
Or. en
Emenda 120
Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese
Proposta għal direttiva
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata. | (35) Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol, inkluż billi l-applikant jiġi involut f'attività ta' benefiċċju lis-soċjetà, fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata. |
Or. it
Emenda 121
Udo Voigt
Proposta għal direttiva
Premessa 36
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(36) Ladarba l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, huma għandhom ikunu intitolati għal sett komuni ta' drittijiet abbażi tat-trattament ugwali maċ-ċittadini. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom ikopru mill-inqas il-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u r-rekwiżiti tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-liv, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ. L-applikanti għandhom igawdu wkoll minn trattament ugwali fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u sigurta soċjali. | (36) Ladarba l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, huma għandhom ikunu intitolati għal sett komuni ta' drittijiet abbażi tat-trattament ugwali maċ-ċittadini, b'enfasi partikolari wkoll fuq il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni kontra ċ-ċittadini. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom ikopru mill-inqas il-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u r-rekwiżiti tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-liv, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ. |
Or. de
Emenda 122
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 36
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(36) Ladarba l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, huma għandhom ikunu intitolati għal sett komuni ta' drittijiet abbażi tat-trattament ugwali maċ-ċittadini. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom ikopru mill-inqas il-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u r-rekwiżiti tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-liv, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ. L-applikanti għandhom igawdu wkoll minn trattament ugwali fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u sigurta soċjali. | (36) Ladarba l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, huma għandhom ikunu intitolati għal sett komuni ta' drittijiet abbażi tat-trattament ugwali maċ-ċittadini. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom ikopru mill-inqas il-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u r-rekwiżiti tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-liv, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ. L-applikanti għandhom igawdu wkoll minn trattament ugwali fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni. |
Or. en
Emenda 123
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(37) Stat Membru għandu jirrikonoxxi l-kwalifiki professjonali miksuba minn applikant fi Stat Membru ieħor bl-istess mod ta' dawk ta' ċittadini tal-Unjoni u għandhom iqisu l-kwalifiki miksuba f'pajjiż terz skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Jeħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll miżuri speċjali sabiex jiġu indirizzati b'mod effettiv id-diffikultajiet prattiċi li jiltaqgħu magħhom l-applikanti dwar l-awtentikazzjoni tad-diplomi u ċ-ċertifikati barranin tagħhom jew ta' evidenza oħra ta' kwalifiki formali, b'mod partikolari minħabba n-nuqqas ta' evidenza dokumentarja u tal-inabilità li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta' rikonoxximent. | (37) Stat Membru għandu jirrikonoxxi l-kwalifiki professjonali miksuba minn applikant fi Stat Membru ieħor bl-istess mod ta' dawk ta' ċittadini tal-Unjoni u għandhom iqisu l-kwalifiki miksuba f'pajjiż terz skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. |
__________________ | __________________ |
25 Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22). | 25 Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22). |
Or. en
Emenda 124
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 38
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(38) Għandha tapplika d-definizzjoni ta' fergħat tas-sigurtà soċjali użata fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. | imħassar |
__________________ |
|
26 Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.). |
|
Or. en
Emenda 125
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Premessa 39
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(39) Minħabba n-natura possibbilment temporanja tas-soġġorn tal-applikanti u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jeskludu l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad mit-trattament ugwali bejn l-applikanti u ċ-ċittadini proprji u għandhom ikunu kapaċi jillimitaw l-applikazzjoni tat-trattament ugwali rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Id-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni jista' jkun limitat ukoll billi jiġu esklużi applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika. | imħassar |
Or. it
Emenda 126
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 39
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(39) Minħabba n-natura possibbilment temporanja tas-soġġorn tal-applikanti u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jeskludu l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad mit-trattament ugwali bejn l-applikanti u ċ-ċittadini proprji u għandhom ikunu kapaċi jillimitaw l-applikazzjoni tat-trattament ugwali rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Id-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni jista' jkun limitat ukoll billi jiġu esklużi applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika. | (39) Id-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni jista' jkun limitat billi jiġu esklużi applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika. |
Or. en
Emenda 127
Udo Voigt
Proposta għal direttiva
Premessa 39
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(39) Minħabba n-natura possibbilment temporanja tas-soġġorn tal-applikanti u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jeskludu l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad mit-trattament ugwali bejn l-applikanti u ċ-ċittadini proprji u għandhom ikunu kapaċi jillimitaw l-applikazzjoni tat-trattament ugwali rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Id-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni jista' jkun limitat ukoll billi jiġu esklużi applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika. | (39) Minħabba n-natura temporanja tas-soġġorn tal-applikanti u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jeskludu l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad mit-trattament ugwali bejn l-applikanti u ċ-ċittadini proprji u għandhom ikunu kapaċi jillimitaw l-applikazzjoni tat-trattament ugwali rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Id-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni jrid ikun limitat ukoll billi jiġu esklużi applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika. |
Or. de
Emenda 128
Jeroen Lenaers
Proposta għal direttiva
Premessa 40a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (40a) Il-ħiliet lingwistiċi huma indispensabbli sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkollhom standard tal-għajxien adegwat, li jingħataw aċċess immedjat għas-suq tax-xogħol u li l-kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza tagħhom, inklużi oġġetti mhux tal-ikel, jiġu salvagwardjati. It-tagħlim tal-lingwa uffiċjali jew ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat kieku jżid l-awtosuffiċjenza u l-possibbiltà ta' integrazzjoni fis-soċjetà ospitanti, u jikkostitwixxi deterrent kontra movimenti sekondarji. Għalhekk, jenħtieġ li jingħata aċċess effettiv għall-korsijiet lingwistiċi lill-applikanti mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data meta ssir l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li tingħata prijorità lil dawk l-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom aktarx li jkollha bażi soda. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux responsabbli għall-korsijiet fil-lingwa għall-applikanti, li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Language courses are an important tool to increase an applicants' self-reliance and chances of integration in a host society. Member States should therefore have an obligation to make language courses available as soon as possible and should focus on applicants that have a high probability of receiving asylum. It is necesarry to focus on those that have a high probablity because a substantive share of the asylum seekers that arrive in Europe today do not have a right to asylum. (This amendment should be read together with the accompanying amendment on a new article for language courses (art. 15a))
Emenda 129
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Premessa 41
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(41) Sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jingħataw lill-applikanti jkunu f'konformità mal-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tkompli tiġi ċċarata n-natura ta' dawn il-kundizzjonijiet, inkluż mhux biss l-akkomodazzjoni, l-ikel u l-ħwejjeġ iżda anke oġġetti essenzjali li mhumiex ikel bħal oġġetti sanitarji. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiddeterminaw il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers fuq il-bażi ta' referenzi relevanti biex jiżguraw standards ta' għajxien adegwati għaċ-ċittadini, bħal benefiċċji ta' introjtu minimu, pagi minimi, pensjonijiet minimi, benefiċċji ta' qgħad u benefiċċji ta' assistenza soċjali. Dan ma jfissirx li l-ammont mogħti għandu jkun l-istess bħal dak taċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament anqas favorevoli lill-applikanti minn dak li jagħtu liċ-ċittadini kif speċifikat f'din id-Direttiva. | (41) Sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jingħataw lill-applikanti jkunu f'konformità mal-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tkompli tiġi ċċarata n-natura ta' dawn il-kundizzjonijiet, inkluż mhux biss l-akkomodazzjoni, l-ikel u l-ħwejjeġ iżda anke oġġetti essenzjali li mhumiex ikel bħal oġġetti sanitarji. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiddeterminaw il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers fuq il-bażi ta' referenzi relevanti biex jiżguraw standards ta' għajxien adegwati għaċ-ċittadini, bħal benefiċċji ta' introjtu minimu, pagi minimi, pensjonijiet minimi, benefiċċji ta' qgħad u benefiċċji ta' assistenza soċjali. Dan ma jfissirx li l-ammont mogħti għandu jkun l-istess bħal dak taċ-ċittadini. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Ma hemm ebda bżonn li tinżamm l-aħħar sentenza ta' din il-premessa fit-test tad-direttiva peress li l-parti riformulata diġà tiċċara li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal trattament differenti għall-applikanti għall-asil.
Emenda 130
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 41
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(41) Sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jingħataw lill-applikanti jkunu f'konformità mal-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tkompli tiġi ċċarata n-natura ta' dawn il-kundizzjonijiet, inkluż mhux biss l-akkomodazzjoni, l-ikel u l-ħwejjeġ iżda anke oġġetti essenzjali li mhumiex ikel bħal oġġetti sanitarji. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiddeterminaw il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers fuq il-bażi ta' referenzi relevanti biex jiżguraw standards ta' għajxien adegwati għaċ-ċittadini, bħal benefiċċji ta' introjtu minimu, pagi minimi, pensjonijiet minimi, benefiċċji ta' qgħad u benefiċċji ta' assistenza soċjali. Dan ma jfissirx li l-ammont mogħti għandu jkun l-istess bħal dak taċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament anqas favorevoli lill-applikanti minn dak li jagħtu liċ-ċittadini kif speċifikat f'din id-Direttiva. | (41) Sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jingħataw lill-applikanti jkunu f'konformità mal-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tkompli tiġi ċċarata n-natura ta' dawn il-kundizzjonijiet, inkluż mhux biss l-akkomodazzjoni, l-ikel u l-ħwejjeġ iżda anke oġġetti essenzjali li mhumiex ikel bħal oġġetti sanitarji. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiddeterminaw il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers u l-varjazzjoni possibbli f'dan fuq il-bażi tar-referenzi rilevanti. Dan ma jfissirx li l-ammont mogħti għandu jkun l-istess bħal dak taċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament anqas iżda mhux aktar favorevoli lill-applikanti minn dak li jagħtu liċ-ċittadini kif speċifikat f'din id-Direttiva. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-kunflitti mal-Premessa 40 li tiddikjara li jenħtieġ li d-dritt tal-Unjoni ma jidħolx fis-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom, inkluża l-possibbiltà li jiġi stabbilit livell minimu għall-benefiċċji tal-introjtu, għall-pagi u għall-pensjonijiet.
Emenda 131
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 41
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(41) Sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jingħataw lill-applikanti jkunu f'konformità mal-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tkompli tiġi ċċarata n-natura ta' dawn il-kundizzjonijiet, inkluż mhux biss l-akkomodazzjoni, l-ikel u l-ħwejjeġ iżda anke oġġetti essenzjali li mhumiex ikel bħal oġġetti sanitarji. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiddeterminaw il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers fuq il-bażi ta' referenzi relevanti biex jiżguraw standards ta' għajxien adegwati għaċ-ċittadini, bħal benefiċċji ta' introjtu minimu, pagi minimi, pensjonijiet minimi, benefiċċji ta' qgħad u benefiċċji ta' assistenza soċjali. Dan ma jfissirx li l-ammont mogħti għandu jkun l-istess bħal dak taċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament anqas favorevoli lill-applikanti minn dak li jagħtu liċ-ċittadini kif speċifikat f'din id-Direttiva. | (41) Sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jingħataw lill-applikanti jkunu f'konformità mal-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tkompli tiġi ċċarata n-natura ta' dawn il-kundizzjonijiet, inkluż mhux biss l-akkomodazzjoni, l-ikel u l-ħwejjeġ iżda anke oġġetti essenzjali li mhumiex ikel bħal oġġetti sanitarji, apparati mediċi jew materjal edukattiv. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiddeterminaw il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers fuq il-bażi ta' referenzi relevanti biex jiżguraw standards ta' għajxien adegwati għaċ-ċittadini, bħal benefiċċji ta' introjtu minimu, pagi minimi, pensjonijiet minimi, benefiċċji ta' qgħad u benefiċċji ta' assistenza soċjali. Dan ma jfissirx li l-ammont mogħti għandu jkun l-istess bħal dak taċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament anqas favorevoli lill-applikanti minn dak li jagħtu liċ-ċittadini kif speċifikat f'din id-Direttiva. |
Or. en
Emenda 132
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 42
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(42) Sabiex inaqqsu l-possibbiltà tal-abbuż tas-sistema ta' akkoljenza, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali biss sa fejn l-applikanti ma jkollhomx biżżejjed mezzi biex jipprovdu għalihom infushom. Meta jivvalutaw ir-riżorsi ta' applikant u jitolbu li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità u jqisu ċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità jew l-integrita personali tiegħu, inkluż il-ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. L-applikanti ma għandhomx ikunu meħtieġa jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa neċessarja tagħhom. Il-possibilità ta' abbuż tas-sistemi ta' akkoljenza għandha tkun ristretta wkoll billi jkunu speċifikati ċ-ċirkustanzi fejn l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali li mhumiex ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers jistgħu jiġu sostitwiti b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti in natura u ċ-ċirkustanzi li fihom il-gratifiki għal kull jum jistgħu jkunu ridotti jew tali akkoljenza rtirata filwaqt li fl-istess ħin għandu jkun żgurat standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha. | (42) Sabiex inaqqsu l-possibbiltà tal-abbuż tas-sistema ta' akkoljenza, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali biss sa fejn l-applikanti jew il-membri tal-familja tagħhom kif iddefiniti f'din id-Direttiva u meta preżenti fl-Istat Membru, ma jkollhomx biżżejjed mezzi biex jipprovdu għalihom infushom. Meta jivvalutaw ir-riżorsi ta' applikant u tal-membri tal-familja tiegħu u jitolbuhom ikopru jew jikkontribwixxu għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. Il-possibilità ta' abbuż tas-sistemi ta' akkoljenza għandha tkun ristretta wkoll billi jkunu speċifikati ċ-ċirkustanzi fejn l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali li mhumiex ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers jistgħu jiġu sostitwiti b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti in natura u ċ-ċirkustanzi li fihom il-gratifiki għal kull jum jistgħu jkunu ridotti jew tali akkoljenza rtirata. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Hemm bżonn li l-awtoritajiet iqisu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-membri tal-familja tal-applikant meta jistabbilixxu l-livell tal-kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza. Il-kelma "dinjituż" hija suġġettiva u tagħti wisq lok għal interpretazzjonijiet.
Emenda 133
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Premessa 42
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(42) Sabiex inaqqsu l-possibbiltà tal-abbuż tas-sistema ta' akkoljenza, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali biss sa fejn l-applikanti ma jkollhomx biżżejjed mezzi biex jipprovdu għalihom infushom. Meta jivvalutaw ir-riżorsi ta' applikant u jitolbu li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità u jqisu ċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità jew l-integrita personali tiegħu, inkluż il-ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. L-applikanti ma għandhomx ikunu meħtieġa jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa neċessarja tagħhom. Il-possibilità ta' abbuż tas-sistemi ta' akkoljenza għandha tkun ristretta wkoll billi jkunu speċifikati ċ-ċirkustanzi fejn l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali li mhumiex ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers jistgħu jiġu sostitwiti b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti in natura u ċ-ċirkustanzi li fihom il-gratifiki għal kull jum jistgħu jkunu ridotti jew tali akkoljenza rtirata filwaqt li fl-istess ħin għandu jkun żgurat standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha. | (42) L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali biss sa fejn l-applikanti ma jkollhomx biżżejjed mezzi biex jipprovdu għalihom infushom. Meta jivvalutaw ir-riżorsi ta' applikant u jitolbu li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità u jqisu ċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità jew l-integrita personali tiegħu, inkluż il-ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. L-applikanti ma għandhomx ikunu meħtieġa jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa neċessarja tagħhom. Il-possibilità ta' abbuż tas-sistemi ta' akkoljenza għandha tkun ristretta wkoll billi jkunu speċifikati ċ-ċirkustanzi fejn l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali li mhumiex ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers jistgħu jiġu sostitwiti b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti in natura u ċ-ċirkustanzi li fihom il-gratifiki għal kull jum jistgħu jkunu ridotti jew tali akkoljenza rtirata filwaqt li fl-istess ħin għandu jkun żgurat standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha. |
Or. en
Emenda 134
Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese
Proposta għal direttiva
Premessa 42
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(42) Sabiex inaqqsu l-possibbiltà tal-abbuż tas-sistema ta' akkoljenza, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali biss sa fejn l-applikanti ma jkollhomx biżżejjed mezzi biex jipprovdu għalihom infushom. Meta jivvalutaw ir-riżorsi ta' applikant u jitolbu li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità u jqisu ċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità jew l-integrita personali tiegħu, inkluż il-ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. L-applikanti ma għandhomx ikunu meħtieġa jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa neċessarja tagħhom. Il-possibilità ta' abbuż tas-sistemi ta' akkoljenza għandha tkun ristretta wkoll billi jkunu speċifikati ċ-ċirkustanzi fejn l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali li mhumiex ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers jistgħu jiġu sostitwiti b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti in natura u ċ-ċirkustanzi li fihom il-gratifiki għal kull jum jistgħu jkunu ridotti jew tali akkoljenza rtirata filwaqt li fl-istess ħin għandu jkun żgurat standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha. | (42) Sabiex inaqqsu l-possibbiltà tal-abbuż tas-sistema ta' akkoljenza, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali biss sa fejn l-applikanti ma jkollhomx biżżejjed mezzi biex jipprovdu għalihom infushom. Meta jivvalutaw ir-riżorsi ta' applikant u jitolbu li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità u jqisu ċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità jew l-integrita personali tiegħu, inkluż il-ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. L-applikanti ma għandhomx ikunu meħtieġa jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa neċessarja tagħhom. Il-possibilità ta' abbuż tas-sistemi ta' akkoljenza għandha tkun ristretta wkoll billi jkunu speċifikati ċ-ċirkustanzi fejn l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali li mhumiex ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers jistgħu jiġu sostitwiti b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti in natura u ċ-ċirkustanzi li fihom il-gratifiki għal kull jum jistgħu jkunu ridotti jew tali akkoljenza rtirata filwaqt li fl-istess ħin għandu jkun żgurat standard ta' ħajja adegwat għall-applikanti kollha. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
L-użu tal-aġġettiv "dinjituż" sabiex jiġi deskritt l-istandard tal-għajxien li l-applikanti għandhom ikunu ggarantiti li jirċievu permezz tal-adozzjoni tal-kundizzjonijiet armonizzati għall-akkoljenza tagħhom, mingħajr ma jiġi speċifikat dan xi jfisser, jista' jwassal għal tilwimiet li jinvolvu lil dawk ikkonċernati.
Emenda 135
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 45
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(45) L-esperjenza turi li l-ippjanar ta' kontinġenza huwa meħtieġ biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa tal-applikanti f'każijiet fejn l-Istati Membri jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' għadd sproporzjonat ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. Għandu jsir monitoraġġ u valutazzjoni regolari ta' jekk il-miżuri previsti fil-pjanijiet ta' kontinġenza tal-Istati Membri humiex adegwati. | (45) L-esperjenza turi li l-ippjanar ta' kontinġenza huwa meħtieġ biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa tal-applikanti f'każijiet fejn l-Istati Membri jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' għadd sproporzjonat ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali ta' kontinġenza jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali bil-qafas leġiżlattiv neċessarju sabiex jibagħtu lura lil dawk li jaslu fil-fruntieri interni tagħhom fil-każ ta' influss f'daqqa ta' migranti irregolari. Għandu jsir monitoraġġ u valutazzjoni regolari ta' jekk il-miżuri previsti fil-pjanijiet ta' kontinġenza tal-Istati Membri humiex adegwati. |
Or. en
Emenda 136
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 46
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(46) L-Istati Membri għandu jkollhom il-poter li jintroduċu jew iżommu provvedimenti iktar favorevoli għal ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi li jitolbu għal protezzjoni internazzjonali mingħand Stat Membru. | (46) L-Istati Membri m'għandux ikollhom il-poter li jintroduċu jew iżommu provvedimenti iktar favorevoli għal ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi li jitolbu għal protezzjoni internazzjonali mingħand Stat Membru ħlief meta jkun iddikjarat b'mod espliċitu f'din id-Direttiva. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Standards u dispożizzjonijiet differenti bejn l-Istati Membri jikkontribwixxu għal shopping għal asil u għal moviment sekondarju fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li t-tneħħija ta' fatturi ta' attrazzjoni bħal dawn tingħata prijorità importanti fis-SEKA.
Emenda 137
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 47
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(47) L-Istati Membri huma wkoll mistiedna japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva b'konnessjoni ma' proċeduri biex ikunu deċiżi applikazzjonijiet għal forom ta' protezzjoni barra dik prevista fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Ikkwalifikar]. | (47) L-Istati Membri huma wkoll mistiedna japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva bħala livell massimu ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza b'konnessjoni ma' proċeduri biex ikunu deċiżi applikazzjonijiet għal forom ta' protezzjoni barra dik prevista fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Ikkwalifikar]. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-applikazzjoni tal-istandards minimi biss fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza tiskoraġġixxi l-pressjoni migratorja fuq l-UE u l-moviment sekondarju fi ħdan l-Unjoni.
Emenda 138
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Premessa 49
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(49) Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi standards dwar il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza tal-applikanti fl-Istati Membri, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif iddikjarati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. | (49) Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi standards komuni dwar il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza tal-applikanti fl-Istati Membri, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif iddikjarati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Standards minimi komuni fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza huma vitali sabiex jiġu skoraġġiti l-movimenti sekondarji tal-migranti irregolari.
Emenda 139
Kati Piri, Sylvie Guillaume, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Juan Fernando López Aguilar, Tanja Fajon, Péter Niedermüller, Maria Grapini
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) "membri tal-familja": tfisser membri tal-familja kif definit fl-Artikolu [2(9)] tar-Regolament (UE) XXX/XXX29 [ir-Regolament dwar l-Ikkwalifikar]; | (3) "membri tal-familja": tfisser il-membri tal-familja li ġejjin tal-familja tal-applikant li huma preżenti fit-territorju tal-Istati Membri |
| - il-konjuġi tal-applikant jew is-sieħeb jew is-sieħba mhux miżżewweġ tiegħu jew tagħha f'relazzjoni stabbli, fejn il-liġi jew il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat tittratta koppji mhux miżżewġin b'mod komparabbli għal koppji miżżewġin skont il-liġi tiegħu relatata ma' ċittadini ta' pajjiż terz, |
| - it-tfal minorenni tal-koppji msemmijin fl-ewwel inċiż jew tal-applikant... u indipendentement minn jekk twildux barra miż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit jew rikonoxxut skont il-liġi nazzjonali, |
| - meta l-applikant ikun minorenni..., il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-applikant, kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru fejn l-adult ikun preżenti, |
| - l-aħwa tal-applikant; |
__________________ |
|
29 ĠU C […], […], p. […]. |
|
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li d-definizzjoni ta' "membri tal-familja" tiġi allinjata fl-Acquis dwar l-Asil sħiħ. Id-definizzjoni mogħtija fir-Regolament ta' Dublin intużat bħala mudell bil-modifiki neċessarji sabiex jiġi żgurat li t-tfal miżżewġin ma jkunux żvantaġġati.
Emenda 140
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) "membri tal-familja": tfisser membri tal-familja kif definit fl-Artikolu [2(9)] tar-Regolament (UE) XXX/XXX29 [ir-Regolament dwar l-Ikkwalifikar]; | (3) "membri tal-familja": tfisser, dment li l-familja diġà tkun eżistiet fil-pajjiż ta' oriġini, il-membri li ġejjin tal-familja tal-applikant li huma preżenti fl-istess Stat Membru b'rabta mal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali: il-konjuġi tal-applikant, it-tfal minorenni mhux miżżewġin tal-applikant u l-ġenituri tal-applikant minorenni mhux miżżewweġ; |
__________________ |
|
29 ĠU C […], […], p. […]. |
|
Or. en
Ġustifikazzjoni
Peress li d-Direttiva dwar l-Ikkwalifikar bħalissa qiegħda tiġi riveduta u d-definizzjoni futura ta' "membri tal-familja" għadha indeċiża, jenħtieġ li d-definizzjoni attwali tinżamm b'mod sostanzjali.
Emenda 141
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. "membri tal-familja": tfisser membri tal-familja kif definit fl-Artikolu [2(9)] tar-Regolament (UE) XXX/XXX29 [ir-Regolament dwar l-Ikkwalifikar]; | 3. "membri tal-familja": tfisser konjuġi ta' applikant, wild dirett ta' applikant, u, fil-każ ta' minorenni mhux akkumpanjati, il-ġenituri tagħhom; |
__________________ |
|
29 ĠU C […], […], p. […]. |
|
Or. de
Emenda 142
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) "kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali": tfisser kundizzjonijiet ta' akkoljenza li jinkludu akkomodazzjoni, ikel, ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali mhux tal-ikel li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-applikanti fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza speċifiċi tagħhom, bħal oġġetti sanitarji, ipprovduti in natura, jew bħala konċessjonijiet finanzjarji jew f'vawċers, jew kombinazzjoni tat-tlieta, u konċessjoni għal spejjeż ta' kuljum; | (7) "kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali": tfisser kundizzjonijiet ta' akkoljenza li jinkludu akkomodazzjoni, ikel, ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali mhux tal-ikel li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-applikanti fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza speċifiċi tagħhom, bħal oġġetti sanitarji, apparati mediċi jew materjal edukattiv, ipprovduti in natura, jew bħala konċessjonijiet finanzjarji jew f'vawċers, jew kombinazzjoni tat-tlieta, u konċessjoni għal spejjeż ta' kuljum; |
Or. en
Emenda 143
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) "Standard tal-għajxien adegwat": tfisser kwalità tal-ħajja li tiggarantixxi s-saħħa u l-benessri tal-applikant u tal-familja tiegħu, b'mod partikolari bl-iżgurar li jirċievu l-ikel, l-ilbies, l-akkomodazzjoni, it-trattament mediku u s-servizzi soċjali neċessarji; |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Din id-definizzjoni hija essenzjali sabiex jiġi ċċarat xi trid tgħid id-Direttiva meta tirreferi għal "standard tal-għajxien adegwat". Huwa propost li tinżamm biss din id-definizzjoni u li mit-test titħassar kwalunkwe referenza għal "standard tal-għajxien dinjituż".
Emenda 144
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) "ħarba"; tfisser l-azzjoni li biha applikant, sabiex jevita l-proċeduri tal-asil, jitlaq mit-territorju fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew ma jibqax għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-qorti jew tat-tribunal; | (10) "ħarba"; tfisser azzjoni delibarata u mhux ġustifikata li biha applikant jevita b'mod intenzjonat u ripetut kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti; |
__________________ |
|
32 ĠU C […], […], p. […]. |
|
Or. en
Emenda 145
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi ddefiniti mid-dritt nazzjonali, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab; | (11) "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza murija bil-provi ta' raġunijiet f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji speċifiċi u oġġettivi ddefiniti strettament mid-dritt nazzjonali, f'konformità mal-linji gwida stabbiliti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab; |
Or. en
Emenda 146
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili. | (13) "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Lista indefinita tiżgura li l-każ ta' kull applikant jiġi vvalutat b'mod individwali u mingħajr ma jiġu vvittimizzati, pereżempju, in-nisa tqal kollha. Barra minn hekk, sehem kbir ta' applikanti nisa huma ċirkonċiżi, u b'hekk jaqgħu b'mod awtomatiku taħt il-kamp ta' applikazzjoni bħala vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili.
Emenda 147
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Tanja Fajon, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Elly Schlein, Soraya Post, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili. | (13) "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, persuni indeboliti, persuni liżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali, inkluż id-disturb minn stress postrawmatiku (PTSD) u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali jew abbażi ta' sess, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili. |
Or. en
Emenda 148
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
13. "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili. | 13. "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani debboli, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom oħrajn ta' vjolenza serja. |
Or. de
Emenda 149
Ulrike Lunacek, Daniele Viotti, Malin Björk
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili. | (13) "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni liżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-persuni LGBTI huma "applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali" għaliex huma grupp vulnerabbli u diskriminat.
Emenda 150
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili. | (13) "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal, fost l-oħrajn, applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili u persuni b'disturb minn stress postrawmatiku. |
Or. en
Emenda 151
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha minn pajjiżi terzi u dawk apolidi li jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fit-territorju, inkluż fil-fruntiera esterna, fl-ibħra territorjali jew fiż-żoni ta' transitu, tal-Istati Membri, sakemm jitħallew joqogħdu fit-territorju bħala applikanti, kif ukoll għal membri tal-familja, jekk huma koperti minn applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali skont il-liġi nazzjonali | (1) Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha minn pajjiżi terzi u dawk apolidi li jidħlu fi Stat Membru permezz tal-fruntiera esterna u jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fil-fruntiera esterna tiegħu, fl-ibħra territorjali tiegħu jew fiż-żoni ta' transitu tiegħu, sakemm jitħallew joqogħdu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru bħala applikanti, kif ukoll għal membri tal-familja, jekk huma jgawdu mill-protezzjoni internazzjonali skont il-liġi internazzjonali. |
Or. de
Ġustifikazzjoni
It-test oriġinali huwa legalment żbaljat peress li wieħed jista' jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali filwaqt li jkun fil-fruntieri u ma jkunx għadu daħal fit-territorju jew fiż-żoni ta' tranżitu ta' Stat Membru.
Emenda 152
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Bodil Valero, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck, Jean Lambert
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva għall-minorenni mhux akkumpanjati kollha minn pajjiżi terzi minn meta jaslu sal-mument li jikkwalifikaw bħala refuġjat jew tingħatalhom protezzjoni sussidjarja skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Ikkwalifikar], jew jingħataw xi forma oħra ta' protezzjoni umanitarja, jew jiġu ttrasferiti lejn pajjiż terz, skont l-aħjar interessi tagħhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Minorenni mhux akkumpanjati għandhom bżonnijiet bażiċi speċifiċi minn meta jaslu, indipendentement minn jekk humiex applikanti għall-asil, migranti ekonomiċi jew tfal ittraffikati. Importanti li l-Istati Membri japplikaw din id-Direttiva minnufih malli jaslu mingħajr ma jistennew sakemm tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-asil.
Emenda 153
Kati Piri, Péter Niedermüller, Juan Fernando López Aguilar, Tanja Fajon, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Elly Schlein, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Din id-Direttiva ma tapplikax meta tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE33. | imħassar |
__________________ |
|
33 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalita' ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 1). |
|
Or. en
Ġustifikazzjoni
Fil-prattika, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE qatt ma ġiet skattata, minkejja influssi kbar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li dejjem tiġi applikata d-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza.
Emenda 154
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 4 | imħassar |
Dispożizzjonijiet aktar favorevoli |
|
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza għall-applikanti u l-qraba stretti tagħhom dipendenti fuqhom li huma preżenti fl-istess Stat Membru , jew għal raġunijiet umanitarji sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma' din id-Direttiva. |
|
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġi miġġieled b'mod effettiv ix-shopping għal asil, jenħtieġ li ma jkunx possibbli li Stat Membru jagħti kundizzjonijiet ta' akkoljenza aktar favorevoli minn din id-Direttiva.
Emenda 155
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Elly Schlein, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza għall-applikanti u l-qraba stretti tagħhom dipendenti fuqhom li huma preżenti fl-istess Stat Membru , jew għal raġunijiet umanitarji sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma' din id-Direttiva. | L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza għall-applikanti u l-qraba stretti tagħhom li huma preżenti fl-istess Stat Membru , jew għal raġunijiet umanitarji sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma' din id-Direttiva. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu ħielsa li jipprovdu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-membri tal-familja, kemm jekk ikunu qraba "dipendenti" kif ukoll jekk le.
Emenda 156
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. | L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti meta jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom b'rabta mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'konformità mal-Artikolu 3 tagħha, din id-Direttiva tapplika għall-persuni kollha li "għamlu" applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikanti jirċievu informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza malli jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom, bl-istess mod kif jiġu informati dwar id-drittijiet proċedurali u l-obbligi tagħhom f'dak il-ħin skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament propost dwar il-Proċeduri.
Emenda 157
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. | L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . |
Or. en
Emenda 158
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. | L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti meta l-persuna kkonċernata tesprimi l-intenzjoni tagħha li tapplika għal protezzjoni internazzjonali u mhux aktar tard minn meta tippreżenta l-applikazzjoni tagħha għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li trid tirrispetta b'rabta mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . |
Or. it
Emenda 159
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. | L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 25 tar-Regolament XXX/XXXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Asil], mill-inqas b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li d-drittijiet u l-intitolamenti tal-applikant b'rabta mal-aċċess għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza, mal-għajnuna legali, mal-bżonnijiet speċjali, mar-rimedju u mad-dritt ta' appell kontra d-detenzjoni jew deċiżjonijiet relatati mas-sostituzzjoni, mat-tnaqqis jew mal-irtirar tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u informazzjoni dwar il-proċeduri ta' asil rilevanti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test u hija marbuta mill-qrib ma' emendi ammissibbli oħrajn bl-għan li tiċċara li l-applikanti għandhom aċċess għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza minn meta jagħmlu l-applikazzjoni f'konformità mar-Regolament dwar il-Proċeduri ta' Asil.
Emenda 160
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. | L-Istati Membri jistgħu jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Jistgħu jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-"jistgħu" fl-ewwel parti tas-subparagrafu 1 tirrifletti l-bidla fl-emenda ammissibbli għat-tieni parti tas-subparagrafu 1.
Emenda 161
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. | L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx il-15-il jum wara li jkunu għamlu l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. |
Or. en
Emenda 162
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti tingħatalhom informazzjoni dwar organizzazzjonijiet jew gruppi ta' persuni li jipprovdu assistenza legali speċifika u organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom jew jinformawhom dwar il-kundizzjonijiet ta' lqigħ disponibbli, inkluża l-kura tas-saħħa. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan il-paragrafu jkun aktar adattat fir-regolament il-ġdid dwar il-Proċeduri ta' Asil.
Emenda 163
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti tingħatalhom informazzjoni dwar organizzazzjonijiet jew gruppi ta' persuni li jipprovdu assistenza legali speċifika u organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom jew jinformawhom dwar il-kundizzjonijiet ta' lqigħ disponibbli, inkluża l-kura tas-saħħa. | L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-applikanti tingħatalhom informazzjoni dwar organizzazzjonijiet jew gruppi ta' persuni li jipprovdu assistenza legali speċifika u organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom jew jinformawhom dwar il-kundizzjonijiet ta' lqigħ disponibbli, inkluża l-kura tas-saħħa. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-"jistgħu" fl-ewwel parti tas-subparagrafu 1 tirrifletti l-bidla fl-emenda ammissibbli għat-tieni parti tas-subparagrafu 1.
Emenda 164
Kati Piri, Elly Schlein, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Istati Membri m'għandhomx jimponu dokumentazzjoni mhux meħtieġa jew sproporzjonata jew rekwiżiti amministrattivi oħra fuq l-applikanti qabel ma jikkonċedulhom id-drittijiet li huma intitolati għalihom skont din id-Direttiva għar-raġuni unika li huma applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, jew fuq il-bażi unika tan-nazzjonalità ta' applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din id-dispożizzjoni teżisti fid-Direttiva attwali. Jenħtieġ li tinżamm.
Emenda 165
Ulrike Lunacek, Daniele Viotti, Malin Björk
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u tintuża formola standard li tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u f'lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija bil-fomm u adattata għall-ħtiġijiet tal-minorenni. | 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u tintuża formola standard li tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u għandhom juru b'mod viżibbli l-informazzjoni rilevanti relatata maċ-ċirkustanzi personali li jistgħu jirriżultaw fi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jew fi bżonnijiet ta' garanziji proċedurali speċjali kif elenkati f'din id-Direttiva u fir-Regolament dwar il-Proċeduri ta' Asil, u f'lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija bil-fomm u adattata għall-ħtiġijiet tal-minorenni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jivvalutaw b'mod immedjat il-bżonn ta' akkoljenza speċjali jew ta' garanziji proċedurali u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-applikant.
Emenda 166
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u tintuża formola standard li tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u f'lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija bil-fomm u adattata għall-ħtiġijiet tal-minorenni. | 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u tintuża formola standard li tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u f'lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija bil-fomm u adattata għall-ħtiġijiet tat-tfal jew tal-persuni bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali. |
Or. en
Emenda 167
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u tintuża formola standard li tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u f'lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija bil-fomm u adattata għall-ħtiġijiet tal-minorenni. | 2. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u tintuża formola standard li tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u f'lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija bil-fomm u adattata għall-ħtiġijiet tal-minorenni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 168
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u tintuża formola standard li tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u f'lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija bil-fomm u adattata għall-ħtiġijiet tal-minorenni. | 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u tintuża formola standard li tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u f'lingwa li l-applikant jifhem. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija bil-fomm u adattata għall-ħtiġijiet tal-persuna kkonċernata, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi individwali tagħha. |
Or. en
Emenda 169
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. | L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta l-identità tal-applikant tkun ġiet ivverifikata u meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Għal raġunijiet ta' sikurezza, id-dokument tal-ivvjaġġar ma jistax jinħareġ għall-ivvjaġġar lejn żona fejn hemm kunflitt. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-offerta ta' dokument tal-ivvjaġġar issir biss f'każijiet eċċezzjonali u biss jekk tkun tista' tiġi vverifikata l-informazzjoni personali tal-applikant.
Emenda 170
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. | L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar meta jkun hemm raġunijiet li jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Il-każijiet li fihom jista' jinħareġ dokument tal-ivvjaġġar huma restrittivi wisq fit-test propost riformulat u ma hemm ebda bżonn għal approċċ restrittiv bħal dan. Din l-emenda hija konformi mal-emendi kollha ppreżentati li għandhom l-għan li jillimitaw l-approċċ punittiv lejn l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali.
Emenda 171
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. | L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. |
Or. en
Emenda 172
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. | L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkopri tal-inqas il-fini u t-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. |
Or. en
Emenda 173
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. | L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. |
Or. en
Emenda 174
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Dan id-dokument tal-ivvjaġġar għandu jippermettu dħul mill-ġdid illimitat fit-territorju tal-Istat Membru emittenti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din il-kjarifika hija neċessarja għaliex issa l-Artikolu 6 sar jikkonċerna d-"dokumenti tal-ivvjaġġar", u mhux aktar id-"dokumentazzjoni". Jinkludi l-possibbiltà li d-dokument tal-ivvjaġġar jinħareġ għall-ivvjaġġar barra mill-Unjoni, u b'hekk jintroduċi bżonn ta' dħul mill-ġdid.
Emenda 175
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-applikanti jistgħu jiċċaqilqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istat Membru li jilqagħhom jew f'żona assenjata lilhom minn dak l-Istat Membru. Iż-żona assenjata m'għandhiex taffettwa l-isfera inaljenabbli tal-ħajja privata u għandha tippermetti ambitu suffiċjenti biex tiggarantixxi aċċess għall-benefiċċji kollha skont din id-Direttiva. | 1. L-applikanti jistgħu jiċċaqilqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istat Membru li jilqagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-parti mħassra hawn hija marbuta b'mod intrinsiku mal-Artikolu 6(1) il-qadim, li l-Kummissjoni qed tipproponi li tħassar. Mingħajr dokument li jissodisfa l-Artikolu 6(1) il-qadim, ir-restrizzjoni lejn żona fi ħdan Stat Membru ma tistax tibqa' tagħmel sens.
Emenda 176
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-applikanti jistgħu jiċċaqilqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istat Membru li jilqagħhom jew f'żona assenjata lilhom minn dak l-Istat Membru. Iż-żona assenjata m'għandhiex taffettwa l-isfera inaljenabbli tal-ħajja privata u għandha tippermetti ambitu suffiċjenti biex tiggarantixxi aċċess għall-benefiċċji kollha skont din id-Direttiva. | 1. L-applikanti jistgħu jiċċaqilqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istat Membru li jilqagħhom jew f'żona assenjata lilhom minn dak l-Istat Membru. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni wiesgħa meta jassenjaw żona għas-soġġorn tal-applikanti.
Emenda 177
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) L-applikanti jistgħu jiċċaqilqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istat Membru li jilqagħhom jew f'żona assenjata lilhom minn dak l-Istat Membru. Iż-żona assenjata m'għandhiex taffettwa l-isfera inaljenabbli tal-ħajja privata u għandha tippermetti ambitu suffiċjenti biex tiggarantixxi aċċess għall-benefiċċji kollha skont din id-Direttiva. | (1) L-applikanti jistgħu jiċċaqilqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istat Membru li jilqagħhom jew f'żona assenjata lilhom minn dak l-Istat Membru. Iż-żona assenjata m'għandhiex taffettwa l-isfera inaljenabbli tal-ħajja privata u għandha tippermetti ambitu suffiċjenti biex tiggarantixxi aċċess għad-drittijiet kollha skont din id-Direttiva. |
Or. de
Ġustifikazzjoni
Liġi tista' tagħti biss drittijiet, mhux benefiċċji.
Emenda 178
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza soġġetti għal residenza reali mill-applikanti f'post speċifiku, li għandu jkun determinat mill-Istati Membri. Id-determinazzjoni tar-residenza f'post speċifiku ma teħtieġx li tieħu l-forma ta' proċedura amministrattiva. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-bżonn ta' deċiżjoni individwali (li tista' tiġi appellata) jkun limitat għal restrizzjonijiet bħad-determinazzjoni tar-residenza (§2) u mhux allokazzjoni regolari tal-akkomodazzjoni (forniment ta' kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza) (§1). F'każ li allokazzjoni regolari tal-akkomodazzjoni jkollha tkun ibbażata fuq deċiżjoni individwali bħal din, is-sistemi ta' akkoljenza ta' Stati Membri bħall-Awstrija jkunu pparalizzati, peress li d-deċiżjoni formali jkollha tittieħed saħansitra qabel ma jkun għadu beda l-proċess ta' allokazzjoni.
Emenda 179
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Elly Schlein, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: | 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Klawżola ta' "fejn meħtieġ, jistgħu" hija qarrieqa ħafna - hemm obbligu fuq l-Istati Membri li jiddeċiedu f'kull każ jekk applikant jeħtiġlux jirresjedi f'post speċifiku? Dispożizzjoni b'"jistgħu" hija aktar ċara. Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqa' jkollhom l-alternattiva li jiddeterminaw li applikant jeħtieġlu jirresjedi f'post speċifiku.
Emenda 180
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: | 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
Or. en
Emenda 181
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: | 2. L-Istati Membri, fejn huwa meħtieġ, proporzjonat u ġġustifikat kif xieraq, jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'ċentru ta' akkoljenza miftuħ jew f'akkomodazzjoni miftuħa speċifika għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
Or. en
Emenda 182
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: | 2. L-Istati Membri, fejn meħtieġ, jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal raġunijiet iġġustifikati bħal: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Kif intqal aktar 'il fuq, jenħtieġ li d-determinazzjoni tal-allokazzjoni regolari tal-akkomodazzjoni u d-deċiżjoni dwar ir-residenza tal-applikanti jitqiesu b'mod separat minn xulxin. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-lista ta' raġunijiet ma tkunx eżawrjenti.
Emenda 183
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) interess pubbliku jew l-ordni pubbliku ; | (a) interess pubbliku jew l-ordni pubbliku, bħall-awtorizzazzjoni ta' distribuzzjoni ekwa tal-applikanti fiż-żona tal-Istat Membru; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-immigranti għandhom tendenza li jikkonċentraw fuq ċerti żoni. Raggruppament bħal dan jikkontribwixxi għas-segregazzjoni u jxekkel l-integrazzjoni.
Emenda 184
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) interess pubbliku jew l-ordni pubbliku ; | (a) interess pubbliku, is-sigurtà pubblika jew l-ordni pubbliku; |
Or. de
Ġustifikazzjoni
Hemm differenza bejn ordni pubbliku u sigurtà pubblika
Emenda 185
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Elly Schlein, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) għall-ipproċessar rapidu u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]; | imħassar |
Or. en
Emenda 186
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) għall-ipproċessar rapidu u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta u mill-Artikolu 2 tal-Protokoll 4 tal-KEDB, restrizzjonijiet fuq il-moviment jistgħu jiġu imposti biss għal raġunijiet ta' sigurtà nazzjonali, ta' ordni pubbliku, ta' prevenzjoni tal-kriminalità, tal-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali, tal-protezzjoni tad-drittijiet ta' oħrajn jew fejn huma ġġustifikati mill-interess pubbliku f'soċjetà demokratika. Iż-żamma ta' dan jirriskja l-implikazzjoni ta' applikazzjoni ġenerali ta' restrizzjonijiet fuq ir-residenza f'każijiet li fihom ikun applikabbli r-Regolament ta' Dublin.
Emenda 187
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) għall-ipproċessar rapidu u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]; | imħassar |
Or. en
Emenda 188
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) biex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, b'mod partikulari: | imħassar |
Or. en
Emenda 189
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) biex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, b'mod partikulari: | imħassar |
Or. en
Emenda 190
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) biex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, b'mod partikulari: | (d) biex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab; |
Or. it
Emenda 191
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- għall-applikanti li ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkunu għamlu applikazzjoni hemm; jew | imħassar |
Or. en
Emenda 192
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- għall-applikanti li ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkunu għamlu applikazzjoni hemm; jew | imħassar |
Or. it
Emenda 193
Emil Radev
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- għall-applikanti li ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkunu għamlu applikazzjoni hemm; jew | imħassar |
Or. bg
Emenda 194
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- għall-applikanti li ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkunu għamlu applikazzjoni hemm; jew | imħassar |
Or. en
Emenda 195
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- meta l-applikanti jkunu meħtieġa jkunu preżenti fi Stat Membru ieħor skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]; jew | imħassar |
Or. en
Emenda 196
Emil Radev
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- meta l-applikanti jkunu meħtieġa jkunu preżenti fi Stat Membru ieħor skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]; jew | imħassar |
Or. bg
Emenda 197
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- meta l-applikanti jkunu meħtieġa jkunu preżenti fi Stat Membru ieħor skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]; jew | imħassar |
Or. en
Emenda 198
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- meta l-applikanti jkunu meħtieġa jkunu preżenti fi Stat Membru ieħor skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]; jew | imħassar |
Or. it
Emenda 199
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- għall-applikanti li jkunu ntbagħtu lura lejn l-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] wara li jkunu ħarbu lejn Stat Membru ieħor. | imħassar |
Or. en
Emenda 200
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- għall-applikanti li jkunu ntbagħtu lura lejn l-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] wara li jkunu ħarbu lejn Stat Membru ieħor. | imħassar |
Or. en
Emenda 201
Emil Radev
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- għall-applikanti li jkunu ntbagħtu lura lejn l-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] wara li jkunu ħarbu lejn Stat Membru ieħor. | imħassar |
Or. bg
Emenda 202
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- għall-applikanti li jkunu ntbagħtu lura lejn l-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] wara li jkunu ħarbu lejn Stat Membru ieħor. | imħassar |
Or. it
Emenda 203
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
F'dawk il-każijiet, id-dispożizzjoni tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali tkun soġġetta għar-resdienza attwali mill-applikant f'dak il-post speċifiku. | imħassar |
Or. en
Emenda 204
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
F'dawk il-każijiet, id-dispożizzjoni tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali tkun soġġetta għar-resdienza attwali mill-applikant f'dak il-post speċifiku. | imħassar |
Or. en
Emenda 205
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. | 3. Meta jkun hemm raġunijiet speċifiċi u oġġettivi biex wieħed iqis li hemm riskju serju u imminenti li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri jistgħu, meta jkun meħtieġ, proporzjonat u ġġustifikat kif xieraq wara valutazzjoni individwalizzata mwettqa minn awtorità ġudizzjarja, u wara li jikkonsultaw mal-applikant, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, b'mod elettroniku jew bit-telefown, jew jidher quddiemhom fiżikament, bi frekwenza u f'ħin raġonevoli. Dawn il-miżuri għandhom ikunu neċessarji, proporzjonati u ma għandhomx ikunu estensivi jew invażivi tant li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment jew id-dritt għall-privatezza u għall-ħajja tal-familja tal-applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Bħala restrizzjoni fuq il-moviment liberu, l-obbligi ta' rapportar iridu jiġu skrutinizzati wkoll fl-isfond tar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali skont il-Karta u l-KEDB. Dan jinkludi valutazzjoni individwalizzata, kif ukoll in-neċessità u l-proporzjonalità tat-tali miżuri.
Emenda 206
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Anna Hedh
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. | 3. Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri jistgħu, meta dan ikun meħtieġ u proporzjonat jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. Tali deċiżjoni għandha tittieħed bil-miktub u tkun soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja. Tali reviżjoni ġudizzjarja għandha ssir ex officio jekk tinżamm għal perjodu ta' aktar minn xahrejn. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Kwalunkwe deċiżjoni li tirrikjedi li l-applikant jidher quddiem l-awtoritajiet kompetenti trid tkun neċessarja u proporzjonata, jenħtieġ li tingħata bil-miktub u jenħtieġ li tkun soġġetta għal analiżi ġudizzjarja. Jenħtieġ li tali analiżi ġudizzjarja ssir b'mod awtomatiku jekk il-miżura tinżamm għal perjodu ta' aktar minn xahrejn.
Emenda 207
Cornelia Ernst, Martina Anderson
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. | 3. Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri jistgħu, meta dan ikun meħtieġ u proporzjonat u fuq il-bażi ta' deċiżjoni ta' awtorità ġudizzjarja, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ, iżda mhux aktar minn darba kull jum ta' xogħol, biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. |
Or. en
Emenda 208
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. | 3. Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri jistgħu, meta meħtieġ, u bl-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. |
Or. it
Emenda 209
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. | 3. Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri jistgħu, meta meħtieġ, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. |
Or. en
Emenda 210
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li jagħtu lill-applikanti permess temporanju li jħallu l-post ta' residenza tagħhom. Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod oġġettivt u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u jingħataw raġunijiet jekk dawn ikunu negattivi. | (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija marbuta b'mod intrinsiku mat-tħassiriet mill-Kummissjoni fl-Artikolu 6.
Emenda 211
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li jagħtu lill-applikanti permess temporanju li jħallu l-post ta' residenza tagħhom. Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod oġġettivt u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u jingħataw raġunijiet jekk dawn ikunu negattivi. | L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li jagħtu lill-applikanti permess temporanju li jħallu l-post ta' residenza tagħhom u li jirrisjedu xi mkien ieħor. Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod oġġettivt u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u jingħataw raġunijiet jekk dawn ikunu negattivi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Id-dritt ta' tluq temporanju minn post tar-residenza jimplika wkoll dritt ta' residenza xi mkien ieħor. Jenħtieġ li dan ikun espliċitu.
Emenda 212
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li jagħtu lill-applikanti permess temporanju li jħallu l-post ta' residenza tagħhom. Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod oġġettivt u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u jingħataw raġunijiet jekk dawn ikunu negattivi. | L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-possibbiltà li jagħtu lill-applikanti permess temporanju li jħallu l-post ta' residenza tagħhom. Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod oġġettivt u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u jingħataw raġunijiet jekk dawn ikunu negattivi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 213
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ð bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. | 5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon jew bl-indirizz tal-posta elettronika fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fil-posta elettronika jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. |
Or. en
Emenda 214
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. | 5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom, jew b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. |
Or. it
Emenda 215
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ð bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. | 5. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 216
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. | 5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza u bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon u fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. |
Or. en
Emenda 217
Kinga Gál
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. | 5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza u bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon, fil-post tar-residenza jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. |
Or. en
Emenda 218
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. | 5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew, fejn applikabbli, b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan sabiex jiġu kkunsidrati dawk il-każijiet, għad li huma rari, li fihom applikant ma jkollux numru tat-telefown.
Emenda 219
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali soġġetti għal residenza reali mill-applikanti f'post speċifiku. | 6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali soġġetti għal residenza reali mill-applikanti f'post speċifiku. Deċiżjoni bħal din trid tieħu l-forma ta' deċiżjoni amministrattiva. |
Or. en
Emenda 220
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali soġġetti għal residenza reali mill-applikanti f'post speċifiku. | (6) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali soġġetti għal konformità ġenwina mill-applikanti mar-rekwiżiti stabbiliti għalihom, b'mod partikolari, pereżempju, ir-residenza f'post speċifiku. |
Or. de
Ġustifikazzjoni
Hemm bżonn ta' kjarifika dwar il-fatt li tħassret it-tieni sentenza griża li tirreferi għal-liġi nazzjonali.
Emenda 221
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali soġġetti għal residenza reali mill-applikanti f'post speċifiku. | 6. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali soġġetti għal residenza reali mill-applikanti f'post speċifiku. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji, huwa vitali li l-migranti jiġu soġġetti għall-istess regoli fl-Istati Membri kollha.
Emenda 222
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Deċiżjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu jkunu bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, inkluż rigward l-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, u b'attenzjoni partikulari għall-prinċipju ta' proporzjonalità. | 7. Deċiżjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu jkunu bbażati fuq valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, inkluż rigward l-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, u b'attenzjoni partikulari għall-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità. |
Or. en
Emenda 223
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Deċiżjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu jkunu bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, inkluż rigward l-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, u b'attenzjoni partikulari għall-prinċipju ta' proporzjonalità. | 7. Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, inkluż rigward l-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, u b'attenzjoni partikulari għall-prinċipju ta' proporzjonalità. |
Or. en
Emenda 224
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, f'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment maħsuba li jifhmu, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni. | (8) L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, f'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment maħsuba li jifhmu, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni. L-applikanti jistgħu jintalbu jagħmlu kontribuzzjoni xierqa għall-ispiża ta' kwalunkwe traduzzjoni meħtieġa. |
Or. de
Emenda 225
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, f'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment maħsuba li jifhmu, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni. | 8. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, f'lingwa li jifhmu, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni. |
Or. it
Emenda 226
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, f'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment maħsuba li jifhmu, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni. | 8. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kif ukoll f'lingwa li jifhem l-applikant, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni. |
Or. en
Emenda 227
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, f'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment maħsuba li jifhmu, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni. | 8. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont il-paragrafu 2. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, f'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment maħsuba li jifhmu, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni. |
Or. en
Emenda 228
Kati Piri, Elly Schlein, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri ma għandhomx iżommu persuna f'detenzjoni għar-raġuni biss li huwa/hija jkun/tkun applikant. | 1. L-Istati Membri ma għandhomx iżommu persuna f'detenzjoni għar-raġuni biss li huwa/hija jkun/tkun applikant jew fuq l-unika bażi tan-nazzjonalità tal-applikanti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li n-nazzjonalità tal-applikant ma tkunx l-unika raġuni għaż-żamma ta' dak l-applikant f'detenzjoni.
Emenda 229
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-minorenni fl-ebda ċirkustanza ma jistgħu jiġu detenuti jew reklużi. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
L-emenda hija neċessarja sabiex tiġi żgurata konsistenza ma' partijiet oħrajn li ġew emendati u sabiex jiġi ddikjarat biċ-ċar li l-minorenni ma jistgħu jiġu detenuti fl-ebda ċirkustanza.
Emenda 230
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. Kwalunkwe deċiżjoni li tinvolvi d-detenzjoni tal-applikant trid tittieħed mill-awtoritajiet ġudizzjarji; |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Dan l-Artikolu jrid jiġi emendat ukoll sabiex tiġi żgurata konsistenza fit-test tad-Direttiva, peress li saru emendi f'taqsimiet oħrajn tat-test li jistipulaw li kwalunkwe deċiżjoni li tinvolvi d-detenzjoni jew ir-reklużjoni ta' applikant għall-asil bilfors li trid tkun maħruġa mill-awtoritajiet ġudizzjarji.
Emenda 231
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-applikanti ma għandhomx jiġu detenuti qabel ma ssir l-evalwazzjoni tal-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tagħhom, skont l-Artikolu 21. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din iż-żieda saret biex jiġu implimentati t-tibdiliet introdotti mill-Kummissjoni fl-Artikolu 21 il-ġdid, fejn huwa stipulat li l-valutazzjoni għandha ssir b'mod sistematiku. Din l-emenda ssegwi l-loġika tat-tibdiliet introdotti fl-Artikolu 21 u hija neċessarja f'dan ir-rigward.
Emenda 232
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Applikant jista' jinżamm f'detenzjoni biss: | (3) Applikant jista' jinżamm f'detenzjoni b'mod partikolari: |
Or. de
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 233
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Applikant jista' jinżamm f'detenzjoni biss: | 3. Applikant għandu jinżamm f'detenzjoni biss: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu marbuta bil-liġi li jużaw id-detenzjoni f'każijiet speċifiċi.
Emenda 234
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) sabiex tiġi determinata, aċċertata jew ivverifikata l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu ; | (a) sabiex tiġi determinata, aċċertata jew ivverifikata l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu jew meta jinstab li l-informazzjoni mogħtija mill-applikant rigward l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu hija falza; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-falsifikazzjoni ta' informazzjoni personali tiġi skoraġġita b'konsegwenzi effettivi.
Emenda 235
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi ġuridiċi imposti fuq l-applikant permezz ta' deċiżjoni individwali skont l-Artikolu 7(2) f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma ma' dawn l-obbligi u jkun hemm riskju li l-applikant jaħrab. | imħassar |
Or. en
Emenda 236
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi ġuridiċi imposti fuq l-applikant permezz ta' deċiżjoni individwali skont l-Artikolu 7(2) f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma ma' dawn l-obbligi u jkun hemm riskju li l-applikant jaħrab. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din ir-raġuni ma tikkonċernax l-issodisfar ta' obbligu ċar u preċiż inkombenti fuq l-applikant, kif jirrekjedu l-Artikolu 5(1)(b) tal-KEDB u l-Artikolu 6 tal-Karta. Din ir-raġuni tindika wkoll karattru punittiv għad-detenzjoni, li huwa wkoll imur kontra l-Artikolu 5(1)(b) tal-KEDB u l-Artikolu 6 tal-Karta.
Emenda 237
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi ġuridiċi imposti fuq l-applikant permezz ta' deċiżjoni individwali skont l-Artikolu 7(2) f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma ma' dawn l-obbligi u jkun hemm riskju li l-applikant jaħrab. | (c) sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligu li jinżamm fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli meta jkun hemm riskju li l-applikant jaħrab. |
Or. en
Emenda 238
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) sabiex tittieħed deċiżjoni, fil-kuntest ta' proċedura fuq il-fruntiera skont l-Artikolu [41] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], fuq id-dritt tal-applikant sabiex jidħol fit-territorju; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Id-detenzjoni fuq din il-bażi ma tistax isservi l-iskop ta' "prevenzjoni ta' dħul mhux awtorizzat" u, għalhekk, tmur kontra l-Artikolu 5(1)(f) tal-KEDB. Possibbiltà ta' detenzjoni filwaqt li tittieħed deċiżjoni "dwar id-dritt tal-applikant sabiex jidħol fit-territorju" ma tkunx konformi mal-Artikolu 5(1)(f) u mal-Artikolu 5(1)(b) tal-KEDB.
Emenda 239
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) sabiex tittieħed deċiżjoni, fil-kuntest ta' proċedura fuq il-fruntiera skont l-Artikolu [41] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], fuq id-dritt tal-applikant sabiex jidħol fit-territorju; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan it-tħassir huwa sabiex tinżamm koerenza mat-tibdiliet introdotti mill-Kummissjoni għall-Artikolu 21 il-ġdid, fejn huwa stipulat li valutazzjoni ta' jekk applikant għandux bżonnijiet speċjali trid issir b'mod sistematiku u mill-aktar fis possibbli. Din l-emenda ssegwi l-loġika tat-tibdiliet introdotti fl-Artikolu 21 u hija neċessarja f'dan ir-rigward peress li bit-test eżistenti detenzjoni tista' ssir qabel il-valutazzjoni li tista' twassal għal projbizzjoni/limitazzjoni tad-detenzjoni.
Emenda 240
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) meta huwa jinżamm f'detenzjoni soġġett għal proċedura ta' ritorn skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 sabiex iħejju r-ritorn u/jew iwettqu l-proċess ta' tneħħija, u l-Istat Membru konċernat ikun jista' jiddeċiedi abbażi ta' kriterji oġġettivi, inkluż li huwa diġà kellu l-opportunità li jaċċessal-proċedura tal-asil, li hemm raġunijiet raġonevoli biex jemmen li huwa qed japplika għall-protezzjoni internazzjonali sempliċiment sabiex itawwal jew jipprevjeni l-infurzar tad-deċiżjoni ta' ritorn; | (e) meta huwa jinżamm f'detenzjoni soġġett għal proċedura ta' ritorn skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 sabiex iħejju r-ritorn u/jew iwettqu l-proċess ta' tneħħija, jew l-Istat Membru konċernat ikun jista' jiddeċiedi abbażi ta' kriterji oġġettivi, inkluż li huwa diġà kellu l-opportunità li jaċċessal-proċedura tal-asil, li hemm raġunijiet raġonevoli biex jemmen li huwa qed japplika għall-protezzjoni internazzjonali sempliċiment sabiex itawwal jew jipprevjeni l-infurzar tad-deċiżjoni ta' ritorn; |
__________________ | __________________ |
34 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 343, 23.12.2011, p.1). | 34 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 343, 23.12.2011, p.1). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li jitneħħew l-ostakoli legali żejda għar-ritorni.
Emenda 241
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli rigward l-alternattivi għad-detenzjoni, bħal rappurtaġġ regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta' garanzija finanzjarja, jew l-obbligu li joqgħod f'żona ġeografika indikata, huma stipulati fil-liġi nazzjonali. | 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli rigward l-alternattivi għad-detenzjoni, bħal rappurtaġġ regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta' garanzija finanzjarja, l-użu ta' moniters elettroniċi mal-għaksa, jew l-obbligu li joqgħod f'żona ġeografika indikata, huma stipulati fil-liġi nazzjonali. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-moniters elettroniċi mal-għaksa jipprovdu lill-Istati Membri għodda kosteffiċjenti kif jissorveljaw l-applikanti b'mod effettiv.
Emenda 242
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-proċeduri amministrattivi relevanti għar-raġunijiet għad-detenzjoni stipulati fl-Artikolu 8(3) għandhom jiġi eżegwiti bid-diliġenza dovuta. Dewmien fl-ipproċessar tal-proċeduri amministrattivi li ma jistgħux ikunu attribwiti lill-applikant m'għandux jiġġustifika l-kontinwazzjoni tad-detenzjoni. | Il-proċeduri amministrattivi relevanti għar-raġunijiet għad-detenzjoni stipulati fl-Artikolu 8(3) għandhom jiġi eżegwiti bid-diliġenza dovuta. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li d-detenzjoni tkompli sakemm jibqgħu jeżistu r-raġunijiet għad-detenzjoni, stipulati fl-Artikolu 8(3).
Emenda 243
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tiġi ordnata bil-miktub minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi. L-ordni tad-detenzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet fil-fatt u bi dritt li fuqhom hija bbażata. | 2. Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tiġi ordnata bil-miktub minn awtoritajiet ġudizzjarji. L-ordni tad-detenzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet fil-fatt u bi dritt li fuqhom hija bbażata. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Dan l-Artikolu jrid jiġi emendat ukoll sabiex tiġi żgurata konsistenza fit-test tad-Direttiva, peress li saru emendi fl-Artikolu 8 li jistipulaw li kwalunkwe deċiżjoni li tinvolvi d-detenzjoni jew ir-reklużjoni ta' applikant għall-asil bilfors li trid tkun maħruġa mill-awtoritajiet ġudizzjarji.
Emenda 244
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta d-detenzjoni tiġi ordnata minn awtoritajiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu eżami ġudizzjarju rapidu tal-legalità tad-detenzjoni li jiġi mwettaq ex officio u/jew fuq talba tal-applikant. Meta jitwettaq ex officio tali eżami għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli mill-bidu tad-detenzjoni. Meta jitwettaq fuq talba tal-applikant, huwa għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli wara t-tnedija tal-proċedimenti rilevanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fil-liġi nazzjonali l-perjodu li fih għandhom jitwettqu l-eżami ex officio u/jew l-eżami fuq talba tal-applikant. | imħassar |
Meta, b'riżultat tal-eżami ġudizzjarju, id-detenzjoni tinstab li kienet illegali, l-applikant ikkonċernat għandu jinħeles minnufih. |
|
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux mgħobbija bil-piż ta' rekwiżit li jipprovdu reviżjoni ġudizzjarja meta d-detenzjoni tkun ġiet ordnata mill-awtoritajiet amministrattivi.
Emenda 245
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta d-detenzjoni tiġi ordnata minn awtoritajiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu eżami ġudizzjarju rapidu tal-legalità tad-detenzjoni li jiġi mwettaq ex officio u/jew fuq talba tal-applikant. Meta jitwettaq ex officio tali rieżami għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli mill-bidu tad-detenzjoni. Meta jitwettaq fuq talba tal-applikant, huwa għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli wara t-tnehdija tal-proċedimenti rilevanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fil-liġi nazzjonali l-perjodu li fih għandhom jitwettqu l-eżami ex officio u/jew l-eżami fuq talba tal-applikant. | imħassar |
Meta, b'riżultat tal-eżami ġudizzjarju, id-detenzjoni tinstab li kienet illegali, l-applikant ikkonċernat għandu jinħeles minnufih. |
|
Or. it
Ġustifikazzjoni
Dan l-Artikolu jrid jiġi emendat ukoll sabiex tiġi żgurata konsistenza fit-test tad-Direttiva, peress li saru emendi fl-Artikolu 8 li jistipulaw li kwalunkwe deċiżjoni li tinvolvi d-detenzjoni jew ir-reklużjoni ta' applikant għall-asil bilfors li trid tkun maħruġa mill-awtoritajiet ġudizzjarji.
Emenda 246
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta d-detenzjoni tiġi ordnata minn awtoritajiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu eżami ġudizzjarju rapidu tal-legalità tad-detenzjoni li jiġi mwettaq ex officio u/jew fuq talba tal-applikant. Meta jitwettaq ex officio tali rieżami għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli mill-bidu tad-detenzjoni. Meta jitwettaq fuq talba tal-applikant, huwa għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli wara t-tnehdija tal-proċedimenti rilevanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fil-liġi nazzjonali l-perjodu li fih għandhom jitwettqu l-eżami ex officio u/jew l-eżami fuq talba tal-applikant. | imħassar |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Dan l-Artikolu jrid jiġi emendat ukoll sabiex tiġi żgurata konsistenza fit-test tad-Direttiva, peress li saru emendi fl-Artikolu 8 li jistipulaw li kwalunkwe deċiżjoni li tinvolvi d-detenzjoni jew ir-reklużjoni ta' applikant għall-asil bilfors li trid tkun maħruġa mill-awtoritajiet ġudizzjarji.
Emenda 247
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta, b'riżultat tal-eżami ġudizzjarju, id-detenzjoni tinstab li kienet illegali, l-applikant ikkonċernat għandu jinħeles minnufih. | imħassar |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Dan l-Artikolu jrid jiġi emendat ukoll sabiex tiġi żgurata konsistenza fit-test tad-Direttiva, peress li saru emendi fl-Artikolu 8 li jistipulaw li kwalunkwe deċiżjoni li tinvolvi d-detenzjoni jew ir-reklużjoni ta' applikant għall-asil bilfors li trid tkun maħruġa mill-awtoritajiet ġudizzjarji.
Emenda 248
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Id-detenzjoni għandha tiġi eżaminata minn awtorità ġudizzjarja f'intervalli raġonevoli ta' żmien, ex officio u/jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat, b'mod partikolari kull meta din tkun għal perjodu estiż, iqumu ċirkostanzi relevanti jew issir disponibbli informazzjoni ġdida li jista' jkollha effett fuq il-legalità tad-detenzjoni. | 5. Id-detenzjoni għandha tiġi eżaminata minn awtorità ġudizzjarja f'intervalli raġonevoli ta' żmien, ex officio u/jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat, b'mod partikolari kull meta jqumu ċirkostanzi relevanti jew issir disponibbli informazzjoni ġdida li jista' jkollha effett fuq il-legalità tad-detenzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Perjodu ta' detenzjoni twil minnu nnifsu ma jistax jiġi kkunsidrat bħala raġuni speċifika għal analiżi ġudizzjarja.
Emenda 249
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-każijiet ta' eżami ġudizzjarju tal-ordni tad-detenzjoni previst fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għandhom aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas. Dan għandu jinkludi, tal-anqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f'isem l-applikant. | Fil-każijiet ta' eżami ġudizzjarju tal-ordni tad-detenzjoni previst fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas. Dan għandu jinkludi, tal-anqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f'isem l-applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Aċċess awtomatiku għal assistenza legali mingħajr ħlas mhuwiex kompatibbli mal-għanijiet ta' din id-Direttiva.
Emenda 250
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 7 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas jingħataw : | 7. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas jingħataw : |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-assistenza legali mingħajr ħlas għandha tiġi pprovduta biss f'każijiet iddefiniti biċ-ċar.
Emenda 251
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 7 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) biss lil dawk li ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti; u/jew | (a) biss lil dawk li ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li din tkun l-unika raġuni għaliex tinkiseb assistenza legali mingħajr ħlas.
Emenda 252
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 7 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) biss permezz tas-servizzi mogħtija minn konsulenti legali jew konsulenti oħrajn nominati speċifikament mil-liġi nazzjonali biex jassistu u jirrappreżentaw lil applikanti. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din il-kundizzjoni hija żejda għas-salvagwardja tal-protezzjoni legali tal-applikanti.
Emenda 253
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 8 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. L-Istati Membri jistgħu wkoll: | 8. L-Istati Membri għandhom ukoll: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li jkun hemm limiti ċari fuq il-kamp ta' applikazzjoni tal-assistenza legali mingħajr ħlas.
Emenda 254
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
9. L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż imħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk id-deċiżjoni li ttieħdet biex jingħataw tali spejjeż tkun ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija mill-applikant. | 9. L-Istati Membri għandhom jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż imħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk id-deċiżjoni li ttieħdet biex jingħataw tali spejjeż tkun ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija mill-applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa meħtieġ kliem aktar b'saħħtu sabiex l-applikanti jiġu skoraġġiti milli jagħtu informazzjoni falza.
Emenda 255
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li membri tal-familja, konsulenti legali jew konsulenti u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi relevanti rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat ikollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw ma' u jżuru l-applikanti f'kundizzjonijiet li jirrispettaw il-privatezza. Limiti għall-aċċess għall-faċilità ta' detenzjoni jistgħu jiġu imposti biss fejn, minħabba l-liġi nazzjonali, dawn ikunu oġġettivament meħtieġa għas-sigurtà, l-ordni pubbliku jew il-ġestjoni amministrattiva tal-faċilità tad-detenzjoni, bil-kundizzjoni li l-aċċess ma jkunx ristrett severament jew magħmul impossibbli. | 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li membri tal-familja, konsulenti legali u konsulenti jkollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw ma' u jżuru l-applikanti f'kundizzjonijiet li jirrispettaw il-privatezza. Limiti għall-aċċess għall-faċilità ta' detenzjoni jistgħu jiġu imposti biss fejn, minħabba l-liġi nazzjonali, dawn ikunu oġġettivament meħtieġa għas-sigurtà, l-ordni pubbliku jew il-ġestjoni amministrattiva tal-faċilità tad-detenzjoni, bil-kundizzjoni li l-aċċess ma jkunx ristrett severament jew magħmul impossibbli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-azzjonijiet ta' ħafna NGOs ixekklu l-implimentazzjoni effettiva tas-SEKA u, għalhekk, jenħtieġ li l-NGOs jinżammu apparti mill-proċess tal-asil.
Emenda 256
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jinżammu f'detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ regolari u jingħata appoġġ adegwat li jikkunsidra l-qagħda partikolari tagħhom, inkluża saħħithom. | Meta applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jinżammu f'detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ regolari u jingħata appoġġ adegwat li jikkunsidra l-qagħda partikolari tagħhom, inkluża s-saħħa fiżika u mentali tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din hija kjarifika li hija marbuta mill-qrib mad-definizzjoni tal-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, li minnha jsegwi li dawk l-applikanti jistgħu jbatu minn ħsara psikoloġika biss. Għalhekk, dispożizzjonijiet relatati sempliċiment mas-saħħa fiżika jew li huma ambigwi f'dak ir-rigward ikunu inutli.
Emenda 257
Elly Schlein
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jinżammu f'detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ regolari u jingħata appoġġ adegwat li jikkunsidra l-qagħda partikolari tagħhom, inkluża saħħithom. | Meta persuni vulnerabbli jinżammu f'detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ regolari u jingħata appoġġ adegwat li jikkunsidra l-qagħda partikolari tagħhom, inkluża saħħithom. |
Or. en
Emenda 258
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni għandhom jinżammu biss f'detenzjoni bħala miżura aħħarija u wara li jkun ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu applikati miżuri alternattivi inqas koerċittivi b'mod effettiv. Tali detenzjoni għandha tkun għall-iqsar perjodu ta' żmien u għandu jsir kull sforz biex id-detenuti minorenni jinħelsu u jitqiegħdu f'akkomodazzjoni adatta għal tali minorenni. | imħassar |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Din il-parti tat-test trid tiġi emendata wkoll sabiex tiġi żgurata konsistenza mat-tibdiliet li saru fl-Artikolu 8.1a li jiddikjaraw li applikant għall-asil minorenni ma jistax jiġi detenut meta jkun qed jistenna deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-asil tiegħu.
Emenda 259
Salvatore Domenico Pogliese, Alessandra Mussolini
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni għandhom jinżammu biss f'detenzjoni bħala miżura aħħarija u wara li jkun ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu applikati miżuri alternattivi inqas koerċittivi b'mod effettiv. Tali detenzjoni għandha tkun għall-iqsar perjodu ta' żmien u għandu jsir kull sforz biex id-detenuti minorenni jinħelsu u jitqiegħdu f'akkomodazzjoni adatta għal tali minorenni. | Id-detenzjoni tat-tfal għandha tkun ipprojbita. Madankollu, din ma għandhiex taffettwa l-liġi kriminali tal-Istat Membru. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emenda għandha l-għan li tipprojbixxi d-detenzjoni ta' tfal fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-akkoljenza iżda fl-istess ħin tispeċifika li f'dawk il-każijiet fejn it-tfal iwettqu reati, dawn xorta waħda jistgħu jkunu punibbli skont il-liġi nazzjonali.
Emenda 260
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni għandhom jinżammu biss f'detenzjoni bħala miżura aħħarija u wara li jkun ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu applikati miżuri alternattivi inqas koerċittivi b'mod effettiv. Tali detenzjoni għandha tkun għall-iqsar perjodu ta' żmien u għandu jsir kull sforz biex id-detenuti minorenni jinħelsu u jitqiegħdu f'akkomodazzjoni adatta għal tali minorenni. | Il-minorenni għandhom jinżammu biss f'detenzjoni bħala miżura aħħarija u wara li jkun ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu applikati miżuri alternattivi inqas koerċittivi b'mod effettiv. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Restrizzjonijiet inġustifikabbli fuq l-użu tad-detenzjoni ma jistgħux jinżammu.
Emenda 261
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Salvatore Domenico Pogliese, Alessandra Mussolini, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni għandhom jinżammu biss f'detenzjoni bħala miżura aħħarija u wara li jkun ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu applikati miżuri alternattivi inqas koerċittivi b'mod effettiv. Tali detenzjoni għandha tkun għall-iqsar perjodu ta' żmien u għandu jsir kull sforz biex id-detenuti minorenni jinħelsu u jitqiegħdu f'akkomodazzjoni adatta għal tali minorenni. | Il-minorenni ma għandhomx jinżammu; Minflok, l-Istati Membri għandhom jakkomodaw lil minorenni u lil familji b'minorenni f'postijiet mhux kustodjali bbażati fil-komunità filwaqt li jkun qed jiġi pproċessat l-istatus tal-immigrazzjoni tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emenda għandha l-għan li tallinja lil din id-Direttiva mas-CRC tan-NU billi tiżgura li jiġu rrispettati l-aħjar interessi tat-tfal billi tiġi pprojbita d-detenzjoni tat-tfal fil-kuntest ta' din id-Direttiva. Id-detenzjoni ta' minorenni qatt ma hija fl-aħjar interessi tagħhom.
Emenda 262
Sophia in 't Veld
f'isem il-Grupp ALDE
Kati Piri, Tanja Fajon
f'isem il-Grupp S&D
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Sylvie Guillaume, Miltiadis Kyrkos, Anna Hedh, Juan Fernando López Aguilar, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Cecilia Wikström, Barbara Spinelli, Miriam Dalli, Péter Niedermüller, Nathalie Griesbeck, Anna Maria Corazza Bildt
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni għandhom jinżammu biss f'detenzjoni bħala miżura aħħarija u wara li jkun ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu applikati miżuri alternattivi inqas koerċittivi b'mod effettiv. Tali detenzjoni għandha tkun għall-iqsar perjodu ta' żmien u għandu jsir kull sforz biex id-detenuti minorenni jinħelsu u jitqiegħdu f'akkomodazzjoni adatta għal tali minorenni. | Id-detenzjoni tat-tfal għandha tkun ipprojbita. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti xierqa ta' indukrar u programmi bbażati fil-komunità sbaiex jiżguraw l-akkoljenza adegwata tat-tfal u tal-familji tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emenda għandha l-għan li tallinja lil din id-Direttiva mas-CRC tan-NU billi tiżgura li jiġu rrispettati l-aħjar interessi tat-tfal billi tiġi pprojbita d-detenzjoni tat-tfal fil-kuntest ta' din id-Direttiva. L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 263
Sophia in 't Veld
f'isem il-Grupp ALDE
Kati Piri
f'isem il-Grupp S&D
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Sylvie Guillaume, Miltiadis Kyrkos, Anna Hedh, Juan Fernando López Aguilar, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Cecilia Wikström, Barbara Spinelli, Miriam Dalli, Péter Niedermüller, Caterina Chinnici, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-aħjar interessi tal-minorenni, kif imsemmi fl-Artikolu 22 (2), għandhom ikunu l-kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri. | L-aħjar interessi tal-minorenni, kif imsemmi fl-Artikolu 22 (2), għandhom ikunu l-kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri. Arranġamenti xierqa ta' indukrar u miżuri ta' akkoljenza għat-tfal u għall-familji tagħhom għandhom ikunu bbażati fil-komunità, l-inqas intrużivi u jirrispettaw id-dritt għall-privatezza u għall-ħajja tal-familja. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 264
Sophia in 't Veld
f'isem il-Grupp ALDE
Kati Piri, Tanja Fajon
f'isem il-Grupp S&D
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Sylvie Guillaume, Miltiadis Kyrkos, Anna Hedh, Juan Fernando López Aguilar, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Cecilia Wikström, Barbara Spinelli, Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta l-minorenni jkunu detenuti, ð id-dritt għal edukazzjoni jrid ikun assigurat u huma għandu jkollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rikreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 265
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta l-minorenni jkunu detenuti, ð id-dritt għal edukazzjoni jrid ikun assigurat u huma għandu jkollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rikreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom. | imħassar |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Din il-parti tat-test trid tiġi emendata wkoll sabiex tiġi żgurata konsistenza mat-tibdiliet li saru fl-Artikolu 8.1a li jiddikjaraw li applikant għall-asil minorenni ma jistax jiġi detenut meta jkun qed jistenna deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-asil tiegħu.
Emenda 266
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta l-minorenni jkunu detenuti, id-dritt għal edukazzjoni jrid ikun assigurat u huma għandu jkollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rikreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom. | Meta l-minorenni jkunu detenuti, għandu jkollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f'attivitajiet li huma xierqa għall-età tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-aċċess għall-edukazzjoni u għall-attivitajiet ta' rikreazzjoni matul id-detenzjoni jżidu wisq piżijiet fuq l-Istati Membri.
Emenda 267
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jinżammu f'detenzjoni biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Għandu jsir kull sforz biex il-minorenni mhux akkumpanjati u li jkunu detenuti jinħelsu malajr kemm jista' jkun. | imħassar |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Din il-parti tat-test trid tiġi emendata wkoll sabiex tiġi żgurata konsistenza mat-tibdiliet li saru fl-Artikolu 8.1a li jiddikjaraw li applikant għall-asil minorenni ma jistax jiġi detenut meta jkun qed jistenna deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-asil tiegħu.
Emenda 268
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jinżammu f'detenzjoni biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Għandu jsir kull sforz biex il-minorenni mhux akkumpanjati u li jkunu detenuti jinħelsu malajr kemm jista' jkun. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 269
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jinżammu f'detenzjoni biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Għandu jsir kull sforz biex il-minorenni mhux akkumpanjati u li jkunu detenuti jinħelsu malajr kemm jista' jkun. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ħafna minorenni mhux akkumpanjati mhumiex de facto f'pożizzjoni vulnerabbli, minħabba li l-età tagħhom tkun kważi laħqet il-maturità ta' 16 jew 17-il sena, sitwazzjoni li tirrendi dan ir-rekwiżit bla bażi.
Emenda 270
Sophia in 't Veld
f'isem il-Grupp ALDE
Kati Piri, Tanja Fajon
f'isem il-Grupp S&D
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Sylvie Guillaume, Miltiadis Kyrkos, Anna Hedh, Juan Fernando López Aguilar, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Cecilia Wikström, Barbara Spinelli, Péter Niedermüller, Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jinżammu f'detenzjoni biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Għandu jsir kull sforz biex il-minorenni mhux akkumpanjati u li jkunu detenuti jinħelsu malajr kemm jista' jkun. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 271
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhom qatt jinżammu f'akkomodazzjoni f'ħabs. | imħassar |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Din il-parti tat-test trid tiġi emendata wkoll sabiex tiġi żgurata konsistenza mat-tibdiliet li saru fl-Artikolu 8.1a li jiddikjaraw li applikant għall-asil minorenni ma jistax jiġi detenut meta jkun qed jistenna deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-asil tiegħu.
Emenda 272
Sophia in 't Veld
f'isem il-Grupp ALDE
Kati Piri, Tanja Fajon
f'isem il-Grupp S&D
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Sylvie Guillaume, Miltiadis Kyrkos, Anna Hedh, Juan Fernando López Aguilar, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Cecilia Wikström, Barbara Spinelli, Miriam Dalli, Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhom qatt jinżammu f'akkomodazzjoni f'ħabs. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 273
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhom qatt jinżammu f'akkomodazzjoni f'ħabs. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 274
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhom qatt jinżammu f'akkomodazzjoni f'ħabs. | Il-minorenni mhux akkumpanjati jenħtieġ li ma jinżammux f'akkomodazzjoni f'ħabs meta dan ikun jista' jiġi evitat b'mod raġonevoli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li ma tkunx ipprojbita b'mod kategoriku ż-żamma ta' minorenni mhux akkumpanjati f'akkomodazzjonijiet simili għal ħabsijiet.
Emenda 275
Sophia in 't Veld
f'isem il-Grupp ALDE
Kati Piri, Tanja Fajon
f'isem il-Grupp S&D
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Sylvie Guillaume, Miltiadis Kyrkos, Anna Hedh, Juan Fernando López Aguilar, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Cecilia Wikström, Barbara Spinelli, Miriam Dalli, Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sakemm ikun possibbli, minorenni mhux akkumpanjati għandhom jingħataw akkomodazzjoni f'istituzzjonijiet li jkollhom persunal li jqis id-drittijiet u ï l-ħtiġijiet tal-persuni tal-età tagħhom u l-faċilitajiet adattati għall-minorenni mhux akkumpanjati. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 276
Sophia in 't Veld
f'isem il-Grupp ALDE
Kati Piri, Tanja Fajon
f'isem il-Grupp S&D
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Sylvie Guillaume, Miltiadis Kyrkos, Anna Hedh, Juan Fernando López Aguilar, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Cecilia Wikström, Barbara Spinelli, Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta jiġu detenuti minorenni mhux akkumpanjati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu akkomodati b'mod separat mill-adulti. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 277
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta jiġu detenuti minorenni mhux akkumpanjati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu akkomodati b'mod separat mill-adulti. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 278
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Familji detenuti għandhom ikunu provduti b'akkomodazzjoni separata li tiggarantixxi privatezza xierqa. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa prattikament impossibbli li dejjem jiġu pprovduti akkomodazzjonijiet separati għal familji detenuti.
Emenda 279
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Familji detenuti għandhom ikunu provduti b'akkomodazzjoni separata li tiggarantixxi privatezza xierqa. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 280
Sophia in 't Veld
f'isem il-Grupp ALDE
Kati Piri, Tanja Fajon
f'isem il-Grupp S&D
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Sylvie Guillaume, Miltiadis Kyrkos, Anna Hedh, Juan Fernando López Aguilar, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Cecilia Wikström, Barbara Spinelli, Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Familji detenuti għandhom ikunu provduti b'akkomodazzjoni separata li tiggarantixxi privatezza xierqa. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni.
Emenda 281
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta applikanti nisa jiġu detenuti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma jiġu akkomodati separatament mill-applikanti irġiel, ħlief jekk dawn tal-aħħar ikunu membri ta' familja u li l-individwi kollha kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti rġiel u nisa detenuti jiġu akkomodati separatament, ħlief jekk dawn ikunu membri ta' familja u li l-individwi kollha kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan it-tqegħid mill-ġdid tal-kliem jenfasizza d-drittijiet indaqs taż-żewġ sessi.
Emenda 282
Sophia in 't Veld
f'isem il-Grupp ALDE
Kati Piri, Tanja Fajon
f'isem il-Grupp S&D
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Sylvie Guillaume, Miltiadis Kyrkos, Anna Hedh, Juan Fernando López Aguilar, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Cecilia Wikström, Barbara Spinelli, Miriam Dalli, Péter Niedermüller, Caterina Chinnici, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. F'każijiet ġustifikati kif xieraq u għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, paragrafu 4 u l-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 5, meta l-applikant ikun f'detenzjoni fil-fruntiera jew fiż-żona ta' transitu, bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. | 6. F'każijiet ġustifikati kif xieraq u għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 5, meta l-applikant ikun f'detenzjoni fil-fruntiera jew fiż-żona ta' transitu. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emendi mmirati sabiex jipprojbixxu d-detenzjoni għall-minorenni huma marbuta mill-qrib mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandhom l-għan li jsaħħu l-kundizzjonijiet relatati mat-tiċħid tal-libertà personali, kif ukoll li jsaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' persuni vulnerabbli inklużi l-minorenni. Din l-Emenda hija marbuta mill-qrib ukoll mal-Emenda ammissibbli tar-Rapporteur dwar l-Artikolu 8(3)(d) (Emenda 31 tal-abbozz ta' rapport).
Emenda 283
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. F'każijiet ġustifikati kif xieraq u għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, paragrafu 4 u l-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 5, meta l-applikant ikun f'detenzjoni fil-fruntiera jew fiż-żona ta' transitu, bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. | 6. F'każijiet ġustifikati kif xieraq u għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 5, meta l-applikant ikun f'detenzjoni fil-fruntiera jew fiż-żona ta' transitu, bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Minorenni mhux akkumpanjati għandhom tendenza li jkunu rġiel minorenni, demografika li tikkoinċidi ma' okkorrenza ogħla mill-medja ta' ċirkustanzi li jitolbu d-detenzjoni tagħhom. Għalhekk, bħala neċessità prattika, jenħtieġ li jkun possibbli li minorenni mhux akkumpanjati jiġu detenuti bħala l-aħħar istanza f'akkomodazzjoni f'ħabs peress li d-drittijiet tagħhom ma jistgħux ikunu prevalenti fuq id-drittijiet tal-oħrajn għas-sikurezza u għas-sigurtà.
Emenda 284
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex iżommu kemm jista' jkun possibbli l-unità tal-familja kif hija preżenti fit-territorju tagħhom, jekk applikanti jkunu pprovduti b'akkomodazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. Tali miżuri għandhom ikunu implimentati bi qbil mal-applikant. | L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li applikant u l-membri tal-familja tiegħu preżenti fit-territorju tagħhom jibqgħu flimkien, kemm jista' jkun, jekk applikanti jkunu pprovduti b'akkomodazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. |
Or. de
Ġustifikazzjoni
Hija kjarifika legali relatata mad-definizzjonijiet. Ara aktar 'il fuq fl-Artikolu 2.
Emenda 285
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. | L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti, b'mod partikolari għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. |
Or. de
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 286
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Bodil Valero, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck, Jean Lambert
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-ulied minorenni tal-applikanti u lil applikanti minorenni aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tagħhom sakemm ma tkunx tabilħaqq infurzata miżura ta' tkeċċija kontra tagħhom jew il-ġenituri tagħhom. Edukazzjoni bħal din tista' tkun ipprovduta f'ċentri ta' akkomodazzjoni. | L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-ulied minorenni tal-applikanti u lil applikanti minorenni aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tagħhom għad-durata sħiħa tal-preżenza tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru. Edukazzjoni bħal din tista' tkun ipprovduta f'ċentri ta' akkomodazzjoni, bħala miżura temporanja sakemm jiġi żgurat aċċess għas-sistemi edukattivi nazzjonali. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-kliem "kundizzjonijiet simili" jista' jwassal għal segregazzjoni fl-iskejjel. L-Artikolu 14(3) diġà jipprovdi l-possibbiltà sabiex isiru arranġamenti oħrajn fil-każ li dak li jistipula l-paragrafu 1 ma jkunx possibbli.
Emenda 287
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-ulied minorenni tal-applikanti u lil applikanti minorenni aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tagħhom sakemm ma tkunx tabilħaqq infurzata miżura ta' tkeċċija kontra tagħhom jew il-ġenituri tagħhom. Edukazzjoni bħal din tista' tkun ipprovduta f'ċentri ta' akkomodazzjoni. | L-Istati Membri jistgħu jagħtu lil applikanti minorenni aċċess taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini u r-residenti tagħhom sakemm jirċievu d-deċiżjoni dwar l-asil tagħhom. Edukazzjoni bħal din tista' tkun ipprovduta f'ċentri ta' akkomodazzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Mhuwiex iġġustifikat li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni sabiex jiġu inklużi t-tfal ta' applikanti f'dan l-Artikolu peress li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva skont l-Artikolu 3.1 huwa limitat għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali biss. Fir-rigward tal-għoti ta' aċċess għal sistemi edukattivi tal-Istati Membri, ikun preferibbli li jittieħed approċċ aktar flessibbli, filwaqt li jitqiesu, pereżempju, il-ħiliet lingwistiċi tal-applikanti, u li jiġu pprovduti b'edukazzjoni aktar imfassla apposta għalihom. It-tqegħid tal-applikanti fi klassijiet b'lingwa barranija mhuwiex ta' benefiċċju, iżda sors potenzjali ta' problemi soċjali.
Emenda 288
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-ulied minorenni tal-applikanti u lil applikanti minorenni aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tagħhom sakemm ma tkunx tabilħaqq infurzata miżura ta' tkeċċija kontra tagħhom jew il-ġenituri tagħhom. Edukazzjoni bħal din tista' tkun ipprovduta f'ċentri ta' akkomodazzjoni. | L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-ulied minorenni tal-applikanti u applikanti minorenni aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni taħt kundizzjonijiet xierqa sakemm ma tkunx tabilħaqq infurzata miżura ta' tkeċċija kontra tagħhom jew il-ġenituri tagħhom. Edukazzjoni bħal din tista' tkun ipprovduta f'ċentri ta' akkomodazzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 289
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri m'għandhomx jirtiraw edukazzjoni sekondarja għall-unika raġuni li l-minorenni laħaq l-età maġġoritarja. | L-Istati Membri ma jistgħux jirtiraw edukazzjoni sekondarja għall-unika raġuni li l-minorenni laħaq l-età maġġoritarja. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet l-griżi biss.
Emenda 290
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-aċċess għas-sistema edukattiva m'għandux ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata mill-minorenni jew f'ismu/isimha. | L-aċċess għas-sistema edukattiva ma jistax ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata mill-minorenni jew f'ismu/isimha. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 291
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-aċċess għas-sistema edukattiva m'għandux ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata mill-minorenni jew f'ismu/isimha. | Meta jingħata, l-aċċess għall-edukazzjoni m'għandux ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata mill-minorenni jew f'ismu/isimha. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Aċċess awtomatiku għas-sistema edukattiva għall-applikanti minorenni jżid wisq pressjoni fuq l-Istati Membri u jista' jhedded il-koeżjoni soċjali fl-ambjent tal-iskejjel.
Emenda 292
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-aċċess għas-sistema edukattiva m'għandux ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata mill-minorenni jew f'ismu/isimha. | L-aċċess għas-sistema edukattiva m'għandux ikun pospost għal iktar minn xahar mill-mument li fih il-minorenni għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan isegwi mil-loġika tal-Artikolu 22.
Emenda 293
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Bodil Valero, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-aċċess għas-sistema edukattiva m'għandux ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata mill-minorenni jew f'ismu/isimha. | L-aċċess għas-sistema edukattiva m'għandux ikun pospost għal iktar minn xahar mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata mill-minorenni jew f'ismu/isimha. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-aċċess bikri għas-sistema edukattiva jista' jgħin lit-tfal jerġgħu jiksbu sens ta' normalità u jiffavorixxi l-integrazzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li l-aċċess għas-sistema edukattiva jiġi żgurat mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn xahar wara l-preżentazzjoni ta' applikazzjoni mill-minorenni jew f'ismu.
Emenda 294
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Klassijiet preparatorji, inklużi lezzjonijiet tal-lingwa, għandhom jiġu pprovduti lill-minorenni fejn dan hu meħtieġ sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u l-parteċipazzjoni tagħhom għas-sistema ta' edukazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1. | Klassijiet preparatorji, inklużi lezzjonijiet tal-lingwa, jistgħu jiġu pprovduti lill-minorenni fejn dan hu meħtieġ sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u l-parteċipazzjoni tagħhom għas-sistema ta' edukazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-klassijiet preparatorji jiġu pprovduti biss meta l-Istati Membri jqisuhom fattibbli.
Emenda 295
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni kif iddikjarat fil-paragrafu 1 mhux possibbli minħabba s-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, l-Istat Membru kkonċernat għandu joffri arranġamenti edukattivi oħra skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tiegħu. | 3. Meta aċċess għall-edukazzjoni kif iddikjarat fil-paragrafu 1 mhux possibbli minħabba s-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, l-Istat Membru kkonċernat jista' joffri arranġamenti edukattivi oħra skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tiegħu. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ma jipprovdux servizzi edukattivi meta dan ikun dovut għal ċirkostanzi li mhumiex fil-kontroll tagħhom.