Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
23.2.2017
EMENDI
296 - 543
Abbozz ta' rapport
Sophia in 't Veld
(PE593.978v02-00)
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)
Proposta għal direttiva
( COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD) )
AM_Com_LegReport
Emenda 296
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emenda timmodifika l-perjodu ta' stennija qabel ma jingħata l-aċċess, iżda naturalment tinkludi xi kliem fil-parti l-bajda peress li, fi kwalunkwe każ, in-numru ta' xhur fih innifsu huwa parti griża u t-tħassir ma jistax isir b'mod indipendenti. L-ebda kundizzjonalità ulterjuri ma titqies li hija meħtieġa.
Emenda 297
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda, li l-għan tagħha huwa li tagħti aċċess immedjat lill-applikanti għas-suq tax-xogħol, hija marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi oħra ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li l-għan tiegħu huwa li jsaħħaħ l-aċċess effettiv għas-suq tax-xogħol għall-applikanti u huwa meħtieġ biex jiżgura li tinżamm il-loġika interna tat-test, li l-għan tagħha huwa li żżid il-prospetti tal-integrazzjoni tal-applikanti u tnaqqas il-"movimenti sekondarji".
Emenda 298
Jeroen Lenaers
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess effettiv għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur, skont il-limitu taż-żmien għad-deċiżjoni fl-ewwel stadju tal-appell kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar il-Proċeduri], mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-aċċess għas-suq tax-xogħol huwa għodda importanti biex tiżdied l-awtodipendenza u l-opportunitajiet tal-appikant li jintegra f'soċjetà ospitanti. Għalhekk, huwa tajjeb li l-Istati Membri jkollhom l-obbligu li jippermettu dan l-aċċess, iżda huwa importanti wkoll li dan l-aċċess ikun ukoll effettiv. Barra minn hekk, għall-finijiet taċ-ċarezza legali, il-perjodu msemmi ta' sitt xhur huwa marbut mal-limitu ta' żmien ta' sitt xhur għal deċiżjoni fl-ewwel stadju tal-appell kif iddikjarat fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-Proċeduri tal-Asil, għalhekk jenħtieġ li hawnhekk tiddaħħal referenza għal dak ir-Regolament.
Emenda 299
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Soraya Post
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn xahrejn mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Meta jitqiesu l-perjodi ta' żmien stipulati fil-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tar-Regolament dwar il-Proċeduri, kwalunkwe proċedura aċċellerata fir-rigward ta' applikant għal protezzjoni internazzjonali se titlesta fi żmien xahrejn mill-applikazzjoni. Jekk l-applikant ma jkunx ġie miċħud sa dak iż-żmien, hemm probabbiltà akbar li huwa jew hija jingħata/tingħata protezzjoni internazzjonali u għalhekk jenħtieġ li jingħata/tingħata aċċess għas-suq tax-xogħol sa mhux aktar tard minn dak iż-żmien. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu aċċess fi stadju aktar bikri.
Emenda 300
Salvatore Domenico Pogliese, Alessandra Mussolini
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant. |
Or. it
Emenda 301
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant. | L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn sitt xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 302
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta l-Istati Membri jaċċeleraw l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-punti [(a) sa (f)] tal-Artikolu [40(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jingħatax. | imħassar |
Or. en
Emenda 303
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta l-Istati Membri jaċċeleraw l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-punti [(a) sa (f)] tal-Artikolu [40(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jingħatax. | Meta l-Istati Membri jkunu stabbilew li l-applikant ma għandu l-ebda dritt għal protezzjoni internazzjonali, l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jingħatax. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, tal-inqas, xahrejn wara li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. F'dak iż-żmien, jenħtieġ li titlesta kwalunkwe proċedura aċċellerata, skont l-Artikolu 40 tar-Regolament dwar il-Proċeduri propost. Meta tiġi miċħuda applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li l-applikant ma jingħatax aċċess għas-suq tax-xogħol.
Emenda 304
Cornelia Ernst, Martina Anderson
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta l-Istati Membri jaċċeleraw l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-punti [(a) sa (f)] tal-Artikolu [40(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jingħatax. | Meta l-Istati Membri jaċċeleraw l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-punti [(a) sa (f)] tal-Artikolu [40(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jingħatax awtomatikament. |
Or. en
Emenda 305
Jeroen Lenaers
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol skont il-paragrafu 1, ï ikollhom aċċess effettiv għas-suq tax-xogħol. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-ħtieġa li jitħalla lok għal aċċess effettiv għas-suq tax-xogħol tista' tiddaħħal fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1). Hawnhekk, id-dispożizzjoni tista' titħassar, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni. (Jenħtieġ li din l-emenda tinqara flimkien mal-emendi ta' akkumpanjament dwar l-Artikolu 15(1)(1)).
Emenda 306
Kinga Gál
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol skont il-paragrafu 1, ikollhom aċċess effettiv għas-suq tax-xogħol. | L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' aċċess għas-suq tax-xogħol għall-applikant, b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, filwaqt li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċes effettiv għas-suq tax-xogħol. |
Or. en
Emenda 307
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Elly Schlein, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ladarba jkun ċar li applikant għandu possibbiltà kbira li jingħata protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li huwa jew hija jiġi/tiġi mħeġġeġ/mħeġġa jintegra/tintegra fis-soċjetà ospitanti malajr kemm jista' jkun. Għalhekk, ma jagħmilx sens li l-aċċess tiegħu jew tagħha jiġi limitat għas-suq tax-xogħol billi jiġi introdott it-test tas-suq tax-xogħol.
Emenda 308
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-għan ta' dan it-tħassir huwa li jġib it-test f'konformità mal-Artikolu 15(3) dwar l-obbligi tal-Istati Membri biex l-applikanti jingħatalhom trattament ugwali bħaċ-ċittadini fir-rigward tal-kwistjonijiet tax-xogħol. Tabilħaqq, din l-emenda timmodifika kliem li mhumiex fil-parti l-gżira, madankollu dawn il-kliem ma għandhom assolutament l-ebda tifsira li kieku l-parti l-gżira ma kinitx teżisti.
Emenda 309
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi ammissibbli oħra fl-abbozz ta' rapport li għandu l-għan li jsaħħaħ l-aċċess effettiv għas-suq tax-xogħol għall-applikanti u hija neċessarja biex jiġi żgurat li tinżamm il-loġika interna tat-test, li l-għan tagħha huwa li żżid il-prospetti tl-integrazzjoni tal-applikanti u li tnaqqas il-"movimenti sekondarji".
Emenda 310
Salvatore Domenico Pogliese, Alessandra Mussolini
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru. | Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, u speċjalment rigward il-livelli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex, permezz ta' aċċess preferenzjali, minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
This amendment specifies that Member States are able to adopt measures designed to ensure that greater attention is paid to their nationals and EU citizens when it comes to accessing the labour market. It also emphasises the desire to take due account of the problems relating to youth unemployment. This is a highly sensitive issue for EU citizens, and the signatories wish to make clear that, when it comes to accessing the labour market, there will be no special measures or quotas designed to help applicants for international protection to find work more easily than Member State nationals.
Emenda 311
Kinga Gál
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru. | Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità liċ-ċittadini tal-Unjoni u liċ-ċittadini tal-Istati partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment residenti. |
Or. en
Emenda 312
Heinz K. Becker

Jenħtieġ li jinżammu d-dispożizzjonijiet applikabbli attwalment tad-Direttiva 2013/33. Il-kunsiderazzjoni prinċipali meta tiġi eżaminata l-applikazzjoni għall-asil huma l-bżonnijiet umanitarji - l-aspetti ekonomiċi jenħtieġ li jkunu sekondarji.
Emenda 313
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru. | Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru u jagħtuhom prijorità għal postijiet vakanti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-forza tax-xogħol Nazzjonali u tal-Unjoni tingħata dejjem prijorità fil-politika tax-xogħol.
Emenda 314
Jeroen Lenaers
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru. | Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru. |
Or. en
Emenda 315
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti bi trattament ugwali għaċ-ċittadini rigward: | 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti bi trattament ugwali għaċ-ċittadini, mill-mument meta huma jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali, rigward: |
Or. en
Emenda 316
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti bi trattament ugwali għaċ-ċittadini rigward: | 3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-applikanti bi trattament ugwali għaċ-ċittadini rigward: |
Or. en
Emenda 317
Branislav Škripek
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti bi trattament ugwali għaċ-ċittadini rigward: | 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti bi trattament adegwat u ma jagħtuhomx prijorità fuq iċ-ċittadini rigward: |
Or. en
Emenda 318
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-paga u t-tkeċċija, il-liv u s-sensja, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; | (a) il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-paga u t-tkeċċija, is-sigħat tax-xogħol, il-liv u s-sensja, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; |
Or. en
Emenda 319
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika; | (b) il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet; |
Or. en
Emenda 320
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ħlief għotjiet u self għal studju u manteniment jew għotjiet u self oħrajn relatati mal-edukazzjoni mat-taħriġ vokazzjonali; | (c) l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; |
Or. it
Emenda 321
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ħlief għotjiet u self għal studju u manteniment jew għotjiet u self oħrajn relatati mal-edukazzjoni mat-taħriġ vokazzjonali; | (c) l-opportunitajiet ta' edukazzjoni relatati mal-impjieg għall-adulti, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inklużi korsijiet ta' taħriġ biex jittejbu l-ħiliet u l-esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol, ħlief għotjiet u self għal studju u manteniment jew għotjiet u self oħrajn relatati mal-edukazzjoni mat-taħriġ vokazzjonali; |
Or. en
Emenda 322
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ħlief għotjiet u self għal studju u manteniment jew għotjiet u self oħrajn relatati mal-edukazzjoni mat-taħriġ vokazzjonali; | (c) l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; |
Or. en
Emenda 323
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) ir-rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali fil-kuntest ta' proċeduri eżistenti għar-rikonoxximent ta' kwalifiki barranin, filwaqt li jiffaċilitaw, sa fejn possibbli, l-aċċess sħiħ għal dawk l-applikanti li ma jistgħux jipprovdu evidenza dokumentarja tal-kwalifiki tagħhom għal skemi xierqa għall-valutazzjoni, il-validitazzjoni u l-akkreditazzjoni tal-edukazzjoni preċedenti tagħhom. | (d) ir-rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali fil-kuntest ta' proċeduri eżistenti għar-rikonoxximent ta' kwalifiki barranin. |
Or. en
Emenda 324
Branislav Škripek
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004. | imħassar |
Or. en
Emenda 325

Emenda 326
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004. | (e) fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għal dawk l-applikanti li jkunu qed jaħdmu f'attività ekonomika bi qligħ. |
Or. en
Emenda 327
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali tal-applikanti: | L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali tal-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol skont il-paragrafu 1: |
Or. en
Emenda 328
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
ii) skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għall-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali li huwa direttament marbut mal-attività ta' xogħol speċifika; | imħassar |
Or. it
Emenda 329
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(ii) skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għall-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali li huwa direttament marbut mal-attività ta' xogħol speċifika; | imħassar |
Or. en
Emenda 330
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon

Din hija restrizzjoni ġdida fuq l-aċċess għat-taħriġ vokazzjonali. Din għandha titħassar.
Emenda 331
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(ii) skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għall-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali li huwa direttament marbut mal-attività ta' xogħol speċifika; | imħassar |
Or. en
Emenda 332
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt iii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
iii) skont il-punt (e) ta' dan il-paragrafu billi jiġu esklużi l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010. | imħassar |
Or. it
Emenda 333
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt iii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(iii) skont il-punt (e) ta' dan il-paragrafu billi jiġu esklużi l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010. | imħassar |
Or. en
Emenda 334
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt iii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(iii) skont il-punt (e) ta' dan il-paragrafu billi jiġu esklużi l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010. | imħassar |
Or. en
Emenda 335
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-dritt għat-trattament ugwali ma jagħtix lok għal dritt ta' residenza f'każijiet fejn deċiżjoni meħuda skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] tkun temmet id-dritt li l-applikant jibqa'. | imħassar |
Or. en
Emenda 336
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Aċċess għas-suq tax-xogħol m'għandux ikun irtirat matul proċeduri ta' appell, meta appell kontra deċiżjoni negattiva fi proċedura regolari għandu effett ta' sospensjoni, sa meta deċiżjoni negattiva wara l-appell tkun innotifikata. | 4. Aċċess għas-suq tax-xogħol m'għandux ikun irtirat matul proċeduri ta' appell, sabiex jiġu skoraġġuti appelli infondati bl-għan waħdieni ta' aċċess estiż għas-suq tax-xogħol. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-aċċess għas-suq tax-xogħol jista' jikkostitwixxi raġuni għal appelli infondati.
Emenda 337
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Aċċess għas-suq tax-xogħol m'għandux ikun irtirat matul proċeduri ta' appell, meta appell kontra deċiżjoni negattiva fi proċedura regolari għandu effett ta' sospensjoni, sa meta deċiżjoni negattiva wara l-appell tkun innotifikata. | 4. Aċċess għas-suq tax-xogħol ma jistax ikun irtirat matul proċeduri ta' appell, meta appell kontra deċiżjoni negattiva fi proċedura regolari għandu effett ta' sospensjoni, sa meta deċiżjoni negattiva wara l-appell tkun innotifikata. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 338
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tx-xogħol skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokument tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu [29] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jiddikjara li l-applikant ikollu permess jimpjega ruħu bi qligħ. | 5. Meta l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tx-xogħol skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokument tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu [29] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jiddikjara li l-applikant ikollu permess jimpjega ruħu bi qligħ. Jekk in-natura tal-impjieg tirrikjedi li l-applikant jivvjaġġa, l-Istati Membri għandhom jipproċedu mingħajr dewmien fil-ħruġ ta' dokument ta' vvjaġġar validu għall-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva. |
Or. en
Emenda 339
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tx-xogħol skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokument tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu [29] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jiddikjara li l-applikant ikollu permess jimpjega ruħu bi qligħ. | 5. Meta l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tx-xogħol skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li d-dokument tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu [29] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jiddikjara li l-applikant ikollu permess jimpjega ruħu bi qligħ. |
Or. en
Emenda 340
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. L-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol skont il-paragrafu 1, għandhom jitħallew japplikaw għal Karta Blu tal-UE f'konformità mal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva XXX/XXXX [Direttiva dwar il-Karta Blu]. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda, li l-għan tagħha huwa li tagħti possibbiltà lill-applikanti biex japplikaw għal Karta Blu tal-UE, hija marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi ammissibbli fl-abbozz ta' rapport li l-għan tagħhom huwa li jsaħħu l-aċċess effettiv għas-suq tax-xogħol għall-applikanti u hija meħtieġa biex jiġi żgurat li tinżamm il-loġika interna tat-test, li l-għan tagħha huwa li żżid il-prospetti ta' integrazzjoni tal-applikanti u tnaqqas il-"movimenti sekondarji".
Emenda 341
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 5b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5b. L-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol skont il-paragrafu 1 għandhom jitħallew japplikaw għal permess ta' residenza għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/801. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda, li l-għan tagħha huwa li tagħti possibbiltà lill-applikanti biex japplikaw għal permess għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/801, hija meħtieġa biex jiġi żgurat li tinżamm il-loġika interna tat-test, li l-għan tagħha huwa li żżid il-prospetti ta' integrazzjoni tal-applikanti u li tnaqqas il-"movimenti sekondarji".
Emenda 342
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 5c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5c. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol skont il-paragrafu 1 u li l-applikazzjoni għall-asil tagħhom tkun ġiet miċħuda, il-possibbiltà li japplikaw fil-pajjiż għal permess ta' residenza maħruġ bl-użu ta' format stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 f'konformità mal-liġijiet nazzjonali li jirregolaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol għal ċittadini ta' pajjiżi terzi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda, li l-għan tagħha huwa li tagħti possibbiltà lill-applikanti biex japplikaw għal permess maħruġ f'konformità mal-liġijiet nazzjonali li jirregolaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol għaċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, hija marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi ammissibbli fl-abbozz ta' rapport li l-għan tagħhom huwa li jsaħħu l-aċċess effettiv għas-suq tax-xogħol għall-applikanti u hija meħtieġa biex jiġi żgurat li tinżamm il-loġika interna tat-test, li l-għan tagħha huwa li żżid il-prospetti ta' integrazzjoni tal-applikanti u tnaqqas il-"movimenti sekondarji".
Emenda 343
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 5d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5d. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-applikanti aċċess għal taħriġ vokazzjonali irrispettivament minn jekk huma jkollhomx aċċess għas-suq tax-xogħol. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
This amendment seeks to ensure that applicants' possibility to access the labour market and effective integration and access to reception conditions are rendered effective by allowing access to language courses from the moment applicants have made their application for international protection. The amendment is inextricably linked to admissible amendments under the draft report aiming at ensuring effective access to the labour market and is necessary for ensuring that the internal logic of the text, aimed at increasing applicants' integration prospects and decreasing "secondary movements", is maintained.
Emenda 344
Jeroen Lenaers
Proposta għal direttiva
Artikolu 15a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 15a |
| Korsijiet tal-lingwa |
| L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti aċċess effettiv għal korsijiet tal-lingwa kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn 6 xhur, mid-data meta tkun saret l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f'konformità mal-limitu ta' żmien għal deċiżjoni fl-ewwel stadju tal-appell kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar il-Proċeduri]. Għandha tingħata prijorità lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom x'aktarx ikollha bażi tajba, anke meta l-eżami tagħha jkun ingħata prijorità f'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' korsijiet bħal dawn, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(4) u (5) ta' din id-Direttiva. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-korsijiet tal-lingwa huma strument importanti biex jiżdiedu l-awtodipendenza kif ukoll l-opportunitajiet ta' integrazzjoni tal-applikanti f'soċjetà ospitanti. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-obbligu li jagħmlu l-korsijiet tal-lingwa disponibbli malajr kemm jista' jkun u jenħtieġ li ssir enfasi fuq l-applikanti li jkollhom probabbiltà kbira li jirċievu l-asil. Jinħtieġ li ssir enfasi fuq dawk li jkollhom probabbiltà kbira minħabba li parti sostanzjali tal-persuni li jfittxu l-asil li jaslu fl-Ewropa llum il-ġurnata ma għandhomx dritt għall-asil.
Emenda 345
Salvatore Domenico Pogliese, Alessandra Mussolini
Proposta għal direttiva
Artikolu 15a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 15a |
| Korsijiet tal-lingwa u korsijiet ta' orjentazzjoni ċivika |
| L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti aċċess effettiv għal korsijiet tal-lingwa u korsijiet ta' edukazzjoni ċivika mingħajr ħlas mid-data meta tkun saret l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' korsijiet bħal dawn, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(4) u (5). |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Fehim tal-lingwa/lingwi u d-drittijiet, id-dmirijiet, it-tradizzjonijiet u d-drawwiet ewlenin tal-Istat ospitanti huma għodda ewlenija għall-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali.
Emenda 346
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Elly Schlein, Soraya Post, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 15a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 15a |
| Korsijiet tal-lingwa |
| L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti b'aċċess effettiv għall-korsijiet tal-lingwa mingħajr ħlas mid-data meta l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet ippreżentata. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-korsijiet tal-lingwa għall-applikanti hija miżura ta' integrazzjoni pożittiva. Tali korsijiet jenħtieġ li dejjem ikunu mingħajr ħlas għall-applikanti.
Emenda 347
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume
Proposta għal direttiva
Artikolu 15b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 15b |
| Taħriġ vokazzjonali |
| L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-applikanti aċċess għal taħriġ vokazzjonali irrispettivament minn jekk huma jkollhomx aċċess għas-suq tax-xogħol. Aċċess għal taħriġ vokazzjonali relatat ma' kuntratt ta' xogħol għandu jiddependi minn kemm l-applikant għandu aċċess għas-suq tax-xogħol skont l-Artikolu 15. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni pproponiet li tħassar id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar it-taħriġ vokazzjonali u ċċaqlaq xi elementi ta' dawk id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 15(2) dwar l-Impjieg. Madankollu, mill-kliem tad-dispożizzjonijiet eżistenti, huwa ċar li tali taħriġ vokazzjonali ma jiddependix fuq l-impjieg jew fuq l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet eżistenti jinżammu kif inhuma.
Emenda 348
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jkunu disponibbli lill-applikanti mill-mument meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu [25] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jkunu disponibbli lill-applikanti mill-mument meta jaslu fit-territorju ta' Stat Membru. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tagħmel it-test konformi mal-ispirtu espress fil-Premessa 7 li tqis li huwa essenzjali li jiġi ċċarat li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jenħtieġ li jsiru disponibbli għall-applikanti mill-mument meta l-persuna tesprimi x-xewqa tagħha jew tiegħu biex tapplika għal protezzjoni internazzjonali peress li t-test eżistenti jista' jwassal b'mod qarrieqi għall-esklużjoni tal-persuni li effettivament, ma kinux kapaċi jippreżentaw applikazzjoni formali li, bħalissa, huma l-maġġoranza tal-persuni fil-hotspots. Tali esklużjoni tikkontradixxi l-kamp ta' applikazzjoni u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.
Emenda 349
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jkunu disponibbli lill-applikanti mill-mument meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu [25] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. | 1. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jkunu disponibbli lill-applikanti mill-mument meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu [25] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 350
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jipprovdu standard xieraq ta' ħajja għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, li jiggarantixxi s-sussistenza tagħhom kif ukoll jipproteġilhom is-saħħa fiżika u mentali. | L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jipprovdu standard xieraq ta' ħajja għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, li jiggarantixxi s-sussistenza tagħhom kif ukoll jipproteġilhom is-saħħa fiżika u mentali. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 351
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jipprovdu standard xieraq ta' ħajja għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, li jiggarantixxi s-sussistenza tagħhom kif ukoll jipproteġilhom is-saħħa fiżika u mentali. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jipprovdu standard minimu ta' ħajja għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, li jiggarantixxi s-sussistenza tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġu eliminati fatturi ta' attrazzjoni mhux mixtieqa għat-tiftix tal-asil fl-UE, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jinżammu f'livell minimu sempliċi.
Emenda 352
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak l-istandard ta' ħajja jkun issodisfat fis-sitwazzjoni speċifika ta' ð applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali ï , kif ukoll fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' persuni li huma f'detenzjoni. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri ma jistgħux jintalbu jfasslu l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza f'dawk il-każijiet fejn applikant jinżamm jew jitqies li jeħtieġ bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali peress li dan jikkawża piż ferm kbir fuq il-finanzi pubbliċi.
Emenda 353
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak l-istandard ta' ħajja jkun issodisfat fis-sitwazzjoni speċifika ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, kif ukoll fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' persuni li huma f'detenzjoni. | L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li dak l-istandard ta' ħajja jkun issodisfat fis-sitwazzjoni speċifika ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, kif ukoll fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' persuni li huma f'detenzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 354
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Bodil Valero, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck, Jean Lambert
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak l-istandard ta' ħajja jkun issodisfat fis-sitwazzjoni speċifika ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali , kif ukoll fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' persuni li huma f'detenzjoni. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak l-istandard ta' ħajja jkun issodisfat fis-sitwazzjoni speċifika ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, bħall-minorenni, kif ukoll fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' persuni li huma f'detenzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-għan ta' din l-emenda huwa li tenfasizza l-bżonn għall-minorenni, bħala l-aktar grupp vulnerabbli ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, li jingħataw standard ta' għajxien li jiggarantixxi l-għajxien tagħhom kif ukoll jipproteġilhom saħħithom.
Emenda 355
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali kollha jew xi wħud minnhom soġġetti għall-kondizzjoni li l-applikanti m'għandhomx mezzi suffiċjenti biex ikollhom standard ta' ħajja adegwat għal saħħithom u biex jagħmlu possibbli s-sussistenza tagħhom. | 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali kollha jew xi wħud minnhom soġġetti għall-kondizzjoni li l-applikanti jew il-membri tal-familja tagħhom, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(3) u meta preżenti fl-Istat Membru, ma jkollhomx biżżejjed mezzi biex jagħmlu possibbli s-sussistenza tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-awtodipendenza tal-applikanti għandha tiġi mħeġġa b'kull mod. Jenħtieġ li l-benefiċċji soċjali jingħataw biss lil dawk l-applikanti li ma għandhom l-ebda mezz ieħor biex ikopru l-bżonnijiet tagħhom ta' kuljum.
Emenda 356
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali kollha jew xi wħud minnhom soġġetti għall-kondizzjoni li l-applikanti m'għandhomx mezzi suffiċjenti biex ikollhom standard ta' ħajja adegwat għal saħħithom u biex jagħmlu possibbli s-sussistenza tagħhom. | 3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali kollha jew xi wħud minnhom u għal kura tas-saħħa soġġetti għall-kondizzjoni li l-applikanti m'għandhomx mezzi suffiċjenti biex ikollhom standard ta' ħajja adegwat għal saħħithom u biex jagħmlu possibbli s-sussistenza tagħhom. |
Or. en
Emenda 357
Salvatore Domenico Pogliese, Alessandra Mussolini
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti biex ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jipprovdi għalihom il-paragrafu 3, jekk l-applikanti għandhom riżorsi suffiċjenti, pereżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta' żmien raġonevoli. | L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti biex ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jipprovdi għalihom il-paragrafu 3, jekk l-applikanti għandhom riżorsi suffiċjenti, pereżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta' żmien raġonevoli. Jekk l-applikanti ma jkollhomx biżżejjed riżorsi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bi ftehim mal-awtoritajiet lokali, jistgħu jiffaċilitaw l-impjieg tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, fuq bażi volontarja, f'attivitajiet ta' benefiċċju lis-soċjetà mmirati lejn ir-rekwiżiti speċifiċi tal-komunitajiet territorjali ospitanti. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Il-preżenza tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali se tiġi aċċettata aħjar mill-komunitajiet lokali li jospitawhom jekk dawn ikunu qed iwettqu attivitajiet ta' benefiċċju lis-soċjetà, li se jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom u jagħtuhom konoxxenza aħjar tas-sitwazzjoni soċjali u ekonomika fiż-żona li qed jgħixu fiha.
Emenda 358
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti biex ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jipprovdi għalihom il-paragrafu 3, jekk l-applikanti għandhom riżorsi suffiċjenti, pereżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta' żmien raġonevoli. | L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-applikanti jew lill-membri tal-familja tagħhom biex ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti, jekk l-applikanti jew il-membri tal-familja tagħhom għandhom riżorsi suffiċjenti, pereżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta' żmien raġonevoli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sabiex jitnaqqas il-piż finanzjarju tal-persuni li jfittxu l-asil fuq is-settur pubbliku, jenħtieġ li l-applikanti jintalbu jkopru b'mod indipendenti l-ispejjeż tagħhom ta' kuljum kull meta jkun possibbli.
Emenda 359
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti biex ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jipprovdi għalihom il-paragrafu 3, jekk l-applikanti għandhom riżorsi suffiċjenti, pereżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta' żmien raġonevoli. | L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti biex ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u tal-kura tas-saħħa li jipprovdi għalihom il-paragrafu 3, jekk l-applikanti għandhom riżorsi suffiċjenti, pereżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta' żmien raġonevoli. |
Or. en
Emenda 360
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jekk jinstab li applikant kellu mezzi suffiċjenti biex ikopri kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali fiż-żmien li dawk il-ħtiġijiet bażiċi kienu qegħdin ikunu koperti, l-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż mingħand l-applikant. | Jekk jinstab li applikant jew il-membri tal-familja tiegħu kellhom mezzi suffiċjenti biex ikopru kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali fiż-żmien li dawk il-ħtiġijiet bażiċi kienu qegħdin ikunu koperti, l-Istati Membri għandhom jitolbu rimborż mingħand l-applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-benefiċċji soċjali jridu jiġu rimborżati mill-applikant jekk ingħataw abbażi ta' raġunijiet foloz.
Emenda 361
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jekk jinstab li applikant kellu mezzi suffiċjenti biex ikopri kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali fiż-żmien li dawk il-ħtiġijiet bażiċi kienu qegħdin ikunu koperti, l-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż mingħand l-applikant. | Jekk jinstab li applikant kellu mezzi suffiċjenti biex ikopri kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u tal-kura tas-saħħa fiż-żmien li dawk il-ħtiġijiet bażiċi kienu qegħdin ikunu koperti, l-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż mingħand l-applikant. |
Or. en
Emenda 362
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu. | 5. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant jew tal-membri tal-familja tiegħu jew tagħha, meta jkun meħtieġ li dawn ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta dawn jintalbu għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu. |
Or. en
Emenda 363
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu. | 5. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u tal-kura tas-saħħa jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. |
Or. en
Emenda 364
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu. | 5. Meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità u jqisu ċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu. |
Or. en
Emenda 365
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Elly Schlein, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu. | 5. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu. |
Or. en
Emenda 366
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu. | 5. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri jistgħu iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu. |
Or. en
Emenda 367
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu. | 5. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien adegwat kif definit f'din id-Direttiva. |
Or. it
Emenda 368
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Meta l-Istati Membri jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali fil-forma ta' konċessjonijiet finanzjarji jew vawċers, l-ammont tagħhom għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-livell(i) stabbilit(i) mill-Istat Membru kkonċernat sew bil-liġi jew bil-prattika sabiex ikunu żgurati standards tal-għajxien adegwati għaċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament inqas favorevoli lill-applikanti meta mqabbla maċ-ċittadini f'dan ir-rigward, b'mod partikolari fejn il-materjal ta' appoġġ jingħata parzjalment f'oġġetti jew fejn il-livell(i) msemmija hawn fuq, applikati għaċ-ċittadini, ikollhom l-għan li jiżguraw standard tal-għajxien ogħla minn dak preskritt għall-applikanti skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil bil-livelli ta' referenza applikati bil-liġi jew bil-prattika nazzjonali bil-ħsieb li jiġi determinat il-livell ta' assistenza finanzjarja pprovdut lill-applikanti b'dan il-paragrafu. | 6. Meta l-Istati Membri jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali fil-forma ta' konċessjonijiet finanzjarji jew vawċers, l-ammont tagħhom għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-livell(i) stabbilit(i) mill-Istat Membru kkonċernat sew bil-liġi jew bil-prattika sabiex ikunu żgurati standards tal-għajxien adegwati għaċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament inqas favorevoli lill-applikanti meta mqabbla maċ-ċittadini f'dan ir-rigward, b'mod partikolari fejn il-materjal ta' appoġġ jingħata parzjalment f'oġġetti jew fejn il-livell(i) msemmija hawn fuq, applikati għaċ-ċittadini, ikollhom l-għan li jiżguraw standard tal-għajxien ogħla minn dak preskritt għall-applikanti skont din id-Direttiva. |
Or. en
Emenda 369

Emenda 370
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Meta l-Istati Membri jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali fil-forma ta' konċessjonijiet finanzjarji jew vawċers, l-ammont tagħhom għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-livell(i) stabbilit(i) mill-Istat Membru kkonċernat sew bil-liġi jew bil-prattika sabiex ikunu żgurati standards tal-għajxien adegwati għaċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament inqas favorevoli lill-applikanti meta mqabbla maċ-ċittadini f'dan ir-rigward, b'mod partikolari fejn il-materjal ta' appoġġ jingħata parzjalment f'oġġetti jew fejn il-livell(i) msemmija hawn fuq, applikati għaċ-ċittadini, ikollhom l-għan li jiżguraw standard tal-għajxien ogħla minn dak preskritt għall-applikanti skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil bil-livelli ta' referenza applikati bil-liġi jew bil-prattika nazzjonali bil-ħsieb li jiġi determinat il-livell ta' assistenza finanzjarja pprovdut lill-applikanti b'dan il-paragrafu. | 6. Meta l-Istati Membri jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali fil-forma ta' konċessjonijiet finanzjarji jew vawċers, l-ammont tagħhom għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-livell(i) stabbilit(i) mill-Istat Membru kkonċernat sew bil-liġi jew bil-prattika sabiex ikunu żgurati standards tal-għajxien adegwati għaċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament inqas favorevoli lill-applikanti meta mqabbla maċ-ċittadini f'dan ir-rigward, b'mod partikolari fejn il-materjal ta' appoġġ jingħata parzjalment f'oġġetti jew fejn il-livell(i) msemmija hawn fuq, applikati għaċ-ċittadini, ikollhom l-għan li jiżguraw standard tal-għajxien ogħla minn dak preskritt għall-applikanti skont din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil bil-livelli ta' referenza applikati bil-liġi jew bil-prattika nazzjonali bil-ħsieb li jiġi determinat il-livell ta' assistenza finanzjarja pprovdut lill-applikanti b'dan il-paragrafu. |
Or. en
Emenda 371
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Bla ħsara għal kwalunkwe kundizzjoni speċifika prevista fl-Artikoli 10 u 11, rigward l-akkomodazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) ta' dan l-Artikolu, L-Istati Membri għandhom jiżguraw li: | 2. Bla ħsara għal kwalunkwe kundizzjoni speċifika prevista fl-Artikoli 10 u 11, rigward l-akkomodazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) ta' dan l-Artikolu, L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 372
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-applikanti jkollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw mal-qraba, konsultenti legali, jew konsulenti , persuni li jirrappreżentaw lill-UNHCR u organizzazzjonijiet u korpi oħra nazzjonali, internazzjonali u mhux governattivi relevanti; | (b) l-applikanti jkollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw mal-qraba, konsultenti legali, jew counsellors, persuni li jirrappreżentaw lill-UNHCR; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Bosta entitajiet nazzjonali jew internazzjonali jew NGOs għandhom fehma preġudikata dwar il-proċess tal-asil. Għalhekk, huwa neċessarju li dawn l-entitajiet jinżammu barra mill-proċess tal-asil sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tiegħu.
Emenda 373
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) membri tal-familja, konsulenti legali jew konsulenti , persuni li jirrappreżentaw lill-UNHCR u organizzazzjonijiet mhux governattivi relevanti rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat jingħataw aċċess biex jgħinu lill-applikanti. Limiti dwar tali aċċess jistgħu jkunu imposti biss għal raġunijiet konnessi mas-sigurtà tal-binjiet u tal-applikanti. | (c) membri tal-familja, konsulenti legali jew konsulenti , persuni li jirrappreżentaw lill-UNHCR jingħataw aċċess biex jgħinu lill-applikanti. Limiti dwar tali aċċess jistgħu jkunu imposti biss għal raġunijiet konnessi mas-sigurtà tal-binjiet u tal-applikanti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Bosta NGOs magħrufa kkontribwew b'mod attiv biex jaljenaw u jfixklu proċess tal-asil effettiv. Għalhekk, mhuwiex rakkomandat li dawn jiġu involuti fil-proċess.
Emenda 374
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal- applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali meta jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali. | 3. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal- applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali meta jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali. Madankollu, it-trattament tal-applikanti ma għandux ikun aktar favorevoli mit-trattament mogħti b'mod ġenerali lir-residenti u liċ-ċittadini tal-Istati Membri f'sitwazzjonijiet u fi kwistjonijiet komparabbli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sabiex tiġi żgurata l-fiduċja tal-pubbliku fil-politiki dwar l-immigrazzjoni, jenħtieġ li dawk li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali ma jkunux intitolati għal trattament speċjali mill-awtoritajiet.
Emenda 375
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal- applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali meta jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali. | 3. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal- applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali meta jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 376
Ulrike Lunacek, Daniele Viotti
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakki u vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk u l-fastidju sesswali meta tiġi pprovduta akkomodazzjoni. | 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakki u vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk u l-fastidju sesswali meta tiġi pprovduta akkomodazzjoni kif ukoll il-forom kollha ta' vjolenza mwettqa abbażi ta' preġudizzju u raġuni diskriminatorja relatata mal-karatteristiċi personali tal-vittmi kif imsemmi fl-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2012/29/UE. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-persuni LGBTI jinħtieġu jiġu protetti minn attakki omotransfobiċi.
Emenda 377
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakki u vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk u l-fastidju sesswali meta tiġi pprovduta akkomodazzjoni. | 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakki u vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk u l-fastidju sesswali lejn l-applikanti kif ukoll iċ-ċittadini meta tiġi pprovduta akkomodazzjoni u possibbiltajiet ta' divertiment. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Iż-żieda fin-numru ta' reati aggravati mwettqa minn dawk il-persuni li jfittxu l-asil hija fatt ippruvat li jitlob reazzjoni qawwija mill-awtoritajiet nazzjonali.
Emenda 378
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakki u vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk u l-fastidju sesswali meta tiġi pprovduta akkomodazzjoni. | 4. L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakki u vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk u l-fastidju sesswali meta tiġi pprovduta akkomodazzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 379
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Bodil Valero, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck, Jean Lambert
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu faċilitajiet sanitarji separati għall-applikanti nisa kif ukoll post sikur fiċ-ċentri ta' akkoljenza għalihom u għat-tfal tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-għan ta' din l-emenda huwa li ssaħħaħ id-dispożizzjoni inkluża fil-paragrafu 4 bħala mezz biex jiġi evitat li jseħħu attakki u tal-vjolenza bbażata fuq is-sess, inklużi l-attakk u l-fastidju sesswali.
Emenda 380
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw bħala regola ġenerali li applikanti adulti dipendenti bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza jkunu akkomodati flimkien ma' qraba stretti adulti li jkunu diġà preżenti fl-Istat Membru u li jkunu responsabbli minnhom sew jekk bil-liġi jew bi prassi tal-Istat Membru kkonċernat. | 5. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw bħala regola ġenerali li applikanti adulti dipendenti bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza jkunu akkomodati flimkien ma' qraba stretti adulti li jkunu diġà preżenti fl-Istat Membru u li jkunu responsabbli minnhom sew jekk bil-liġi jew bi prassi tal-Istat Membru kkonċernat. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 381
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li trasferimenti ta' applikanti minn faċilità ta' akkomodazzjoni għal oħra jsiru biss meta meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li l-applikanti jinformaw lill-konsulenti legali jew konsulenti tagħhom bit-trasferiment u bl-indirizz il-ġdid tagħhom. | 6. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li trasferimenti ta' applikanti minn faċilità ta' akkomodazzjoni għal oħra jsiru biss meta meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li l-applikanti jinformaw lill-konsulenti legali jew konsulenti tagħhom bit-trasferiment u bl-indirizz il-ġdid tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 382
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Persuni li jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, inklużi dawk ï li jaħdmu f'ċentri ta' akkomodazzjoni, għandhom ikunu mħarrġa b'mod adegwat u għandhom ikunu marbuta bir-regoli tal-kunfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali inkonnessjoni ma' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. | 7. Persuni li jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, inklużi dawk ï li jaħdmu f'ċentri ta' akkomodazzjoni, għandhom ikunu mħarrġa b'mod adegwat u għandhom ikunu marbuta bir-regoli tal-kunfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali inkonnessjoni ma' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. Madankollu, dejta anonimizzata biżżejjed li tikkonċerna l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali mogħtija, għandha tkun disponibbli pubblikament fuq bażi regolari mill-awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 26, għall-iskrutinju pubbliku. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-pubbliku għandu d-dritt li jirċievi informazzjoni preċiża dwar l-ispejjeż ikkawżati mill-bżonnijiet ta' akkoljenza tal-applikanti.
Emenda 383
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Persuni li jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, inklużi dawk ï li jaħdmu f'ċentri ta' akkomodazzjoni, għandhom ikunu mħarrġa b'mod adegwat u għandhom ikunu marbuta bir-regoli tal-kunfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali inkonnessjoni ma' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. | 7. Persuni li jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, inklużi l-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, u dawk li jaħdmu f'ċentri ta' akkomodazzjoni, għandhom ikunu mħarrġa b'mod adegwat u għandhom ikunu marbuta bir-regoli tal-kunfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali inkonnessjoni ma' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. |
Or. en
Emenda 384
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. L-Istati Membri jistgħu jinvolvu applikanti fl-amministrazzjoni tar-riżorsi materjali u aspetti mhux materjali tal-ħajja fiċ-ċentru permezz ta' bord konsultattiv jew kunsill li jirrappreżenta lir-residenti. | 8. L-Istati Membri għandhom jinvolvu applikanti fl-amministrazzjoni tar-riżorsi materjali u aspetti mhux materjali tal-ħajja fiċ-ċentru. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-applikanti għandhom jiġu mħeġġa jkunu attivi fiċ-ċentri tal-asil. Min-naħa l-oħra, it-twaqqif ta' korpi konsultattivi jista' jwassal għal tensjonijiet soċjali fiċ-ċentru.
Emenda 385
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
9. F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu b'mod eċċezzjonali jistabbilixxu modalitajiet għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali differenti minn dawk li jipprovdi għalihom dan l-Artikolu, għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun, meta: | 9. F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu b'mod eċċezzjonali jistabbilixxu modalitajiet għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali inferjuri għal dawk li jipprovdi għalihom dan l-Artikolu, għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun, meta: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jagħtu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali inferjuri għall-applikanti jekk dan huwa meħtieġ biex l-ispejjeż ta' akkoljenza jinżammu f'limiti raġonevoli.
Emenda 386
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) kapaċitajiet ta' akkomodazzjoni normalment disponibbli huma temporanjament eżawriti. | (b) kapaċitajiet ta' akkomodazzjoni pprezzati b'mod moderat normalment disponibbli huma temporanjament eżawriti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-użu ta' akkomodazzjoni għalja, anke jekk din tkun disponibbli, tkun ta' ħsara mhux biss għall-finanzi pubbliċi iżda wkoll għall-fiduċja tal-pubbliku fil-politiki dwar l-asil.
Emenda 387
Miltiadis Kyrkos
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, kif previst f'dan l-Artikolu, mhumiex disponibbli f'ċerti żoni ġeografiċi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa essenzjali li jitqies il-fatt li l-Istati Membri fil-fruntieri esterni tal-baħar ma jkunux f'pożizzjoni li jipprovdu bis-sħiħ il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza previsti fid-Direttiva.
Emenda 388
Miltiadis Kyrkos
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – punt bb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (bb) l-Istat Membru qed jiffaċċja sitwazzjoni ta' emerġenza kkaratterizzata b'influss f'daqqa ta' ċittadini minn pajjiżi terzi |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-għan ta' din id-dispożizzjoni huwa li tindirizza s-sitwazzjoni fejn Stat Membru huwa ffaċċjat b'influss f'daqqa ta' ċittadini minn pajjiżi terzi. F'din it-tip ta' emerġenza, jistgħu jiġu pprovduti kundizzjonijiet differenti ta' akkoljenza għal perjodu ta' żmien raġonevoli.
Emenda 389
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. | Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess mingħajr ħlas għall-kura tas-saħħa primarja u sekondarja, inkluż il-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti kollha. |
Or. en
Emenda 390
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. | Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien adegwat kif definit f'din id-Direttiva għall-applikanti kollha. |
Or. it
Emenda 391
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta jdur għal dawk il-miżuri eċċezzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Huwa għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil hekk kif ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ma jibqgħux jeżistu. | imħassar |
Or. en
Emenda 392

Emenda 393
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta jdur għal dawk il-miżuri eċċezzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Huwa għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil hekk kif ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ma jibqgħux jeżistu. | Meta jdur għal dawk il-miżuri eċċezzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu joħroġ ġustifikazzjoni raġonevoli u jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Huwa għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil hekk kif ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ma jibqgħux jeżistu. |
Or. en
Emenda 394
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta jdur għal dawk il-miżuri eċċezzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Huwa għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil hekk kif ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ma jibqgħux jeżistu. | Meta jdur għal dawk il-miżuri eċċezzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil mingħajr dewmien. Huwa għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil hekk kif ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ma jibqgħux jeżistu. |
Or. en
Emenda 395
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 17a | imħassar |
Kundizzjonijiet ta' akkoljenza fi Stat Membru għajr dak li fih l-applikant ikun meħtieġ ikun preżenti |
|
1. Applikant ma għandux ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 fi kwalunwe Stat Membru għajr dak li fih ikun meħtieġ ikun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. |
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. |
|
3. Sakemm minorenni jiġi trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom jipprovdulu aċċess għall-attivitajiet edukattivi xierqa. |
|
Or. it
Emenda 396

Id-deroga introdotta mill-Artikolu 17a hija f'kontravenzjoni mar-raġunament tal-QtĠ f'Cimade u Gisti, peress li din tipprova teskludi ċerti persuni li jfittxu l-asil mill-benefiċċji li huma magħmula disponibbli mid-Direttiva għal individwi bħala suppliment għall-istatus ta' applikant għall-asil fid-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza.
Emenda 397
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a – Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 17a | imħassar |
Kundizzjonijiet ta' akkoljenza fi Stat Membru għajr dak li fih l-applikant ikun meħtieġ ikun preżenti |
|
1. Applikant ma għandux ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 fi kwalunwe Stat Membru għajr dak li fih ikun meħtieġ ikun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. |
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. |
|
3. Sakemm minorenni jiġi trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom jipprovdulu aċċess għall-attivitajiet edukattivi xierqa. |
|
Or. en
Emenda 398
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Elly Schlein, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Applikant ma għandux ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 fi kwalunwe Stat Membru għajr dak li fih ikun meħtieġ ikun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-kunċett tal-Kummissjoni ta' distinzjoni bejn standard tal-għajxien adegwat u standard tal-għajxien dinjituż, jista' jwassal biss għal konfużjoni u piż amministrattiv addizzjonali għall-awtoritajiet tal-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-applikanti jirċievu standard tal-għajxien adegwat.
Emenda 399
Emil Radev
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Applikant ma għandux ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 fi kwalunwe Stat Membru għajr dak li fih ikun meħtieġ ikun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. | 1. Applikant ma għandux ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 jekk jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. |
Or. bg
Emenda 400
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Elly Schlein, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-kunċett tal-Kummissjoni ta' distinzjoni bejn standard tal-għajxien adegwat u standard tal-għajxien dinjituż, jista' jwassal biss għal konfużjoni u piż amministrattiv addizzjonali għall-awtoritajiet tal-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-applikanti jirċievu standard tal-għajxien adegwat.
Emenda 401

Emenda 402
Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. | 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' għajxien adegwat għall-applikanti kollha. |
Or. it
Emenda 403
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. | 2. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw standard ta' għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 404
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Sakemm minorenni jiġi trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom jipprovdulu aċċess għall-attivitajiet edukattivi xierqa. | imħassar |
Or. en
Emenda 405
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Sakemm minorenni jiġi trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom jipprovdulu aċċess għall-attivitajiet edukattivi xierqa. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-kunċett tal-Kummissjoni ta' distinzjoni bejn standard tal-għajxien adegwat u standard tal-għajxien dinjituż, jista' jwassal biss għal konfużjoni u piż amministrattiv addizzjonali għall-awtoritajiet tal-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-applikanti jirċievu standard tal-għajxien adegwat.
Emenda 406
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Sakemm minorenni jiġi trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom jipprovdulu aċċess għall-attivitajiet edukattivi xierqa. | 3. Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal minorenni mhux akkumpanjati. Meta l-applikanti kkonċernati jkunu ġenituri ta' minorenni, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan l-artikolu billi jqisu l-aħjar interessi tat-tfal, peress li din id-dispożizzjoni tillimita l-aċċess għall-edukazzjoni, għat-trattament ugwali u għall-kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza bħal akkomodazzjoni, ikel u ħwejjeġ. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-miżuri punittivi li dan l-Artikolu l-ġdid jipprova jintroduċi jeskludu lill-applikanti kkonċernati mill-impjieg, mill-kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza u mill-aċċess għas-sistema edukattiva u b'hekk il-minorenni jiġu affettwati b'mod sproporzjonat. Dan jista' jammonta għal trattament diskriminatorju skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (l-Artikolu 2(1) [nuqqas ta' diskriminazzjoni] flimkien mal-Artikolu 27(1) [standard tal-għajxien adegwat] u mal-Artikolu 28(1) [dritt għal aċċess ugwali għall-edukazzjoni]). Għalhekk, jenħtieġ li d-deroga mwettqa mill-Istati Membri tqis dejjem l-aħjar interess tat-tfal.
Emenda 407
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, irrispettivament minn jekk humiex meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard, inkluż disturbi mentali serji. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, irrispettivament minn jekk humiex meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], jirċievu biss kura ta' emerġenza u trattament akut ta' mard serju. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Minħabba l-isfidi serji għas-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri, ikkawżati primarjament mit-tixjiħ tal-popolazzjonijiet Ewropej, is-servizzi tal-kura tas-saħħa pprovduti lill-persuni li jfittxu l-asil iridu jkunu limitati.
Emenda 408
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, irrispettivament minn jekk humiex meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard, inkluż disturbi mentali serji. | 1. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-applikanti, irrispettivament minn jekk humiex meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard, inkluż disturbi mentali serji. |
Or. en
Emenda 409
Elly Schlein
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, irrispettivament minn jekk humiex meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard, inkluż disturbi mentali serji. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tagħhom stess, mid-data meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard, inkluż disturbi mentali serji. |
Or. en
Emenda 410
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Bodil Valero, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck, Jean Lambert
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfal minorenni tal-applikanti u l-applikanti li huma minorenni jirċievu l-istess aċċess għall-kura tas-saħħa bħall-minorenni ċittadini tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tfittex li tallinja dan l-Artikolu mal-Artikolu 2(1) [nuqqas ta' diskriminazzjoni] u mal-Artikolu 27(1) [standard tal-għajxien adegwat] u mal-Artikolu 28(1) [dritt għall-aċċess ugwali għall-edukazzjoni]) tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
Emenda 411
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ. | 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza u li huma preżenti fi Stat Membru li fih huma meħtieġa li jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ. Tali assistenza ma għandhiex tkun superjuri fil-kamp ta' applikazzjoni jew fil-kontenut għal dik ipprovduta lir-residenti tal-Istat Membru f'sitwazzjonijiet komparabbli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-applikanti li għandhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali li jiċċaqalqu legalment bejn l-Istati Membri jenħtieġ li jitilfu d-dritt tagħhom li jużaw l-assistenza medika jew assistenza oħra. Anke jekk dawk is-servizzi jingħataw, fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, huma ma jistgħux jiksru l-ugwaljanza bejn iċ-ċittadini u l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali.
Emenda 412
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ. | 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ u servizzi ta' riabilitazzjoni għal vittmi ta' ħsara bbażata fuq is-sessi, ta' tortura, ta' stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan jadatta d-dispożizzjonijiet dwar il-kura tas-saħħa għal qafas imsaħħaħ għat-trattament tal-applikanti li għandhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali u għalhekk jirriżulta mil-loġika tat-test.
Emenda 413
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ. | 2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 414
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
SOSTITUZZJONI, TNAQQIS JEW IRTIRAR TA' KUNDIZZJONIJIET TA' AKKOLJENZA MATERJALI | TNAQQIS JEW IRTIRAR TA' TA' KUNDIZZJONIJIET TA' AKKOLJENZA MATERJALI |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Fl-emendi ammissibbli rilevanti, bl-istess mod kif aħna nipproponu t-tħassir tal-għażla ta' "Sostituzzjoni" tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, ikun konsistenti li nħassruha wkoll mit-titolu tal-Artikolu li jindirizzaha (jew kif aħna nipproponu: jenħtieġ li ma jindirizzahiex).
Emenda 415
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Rigward l-applikanti li huma meħtieġa jkunu preżenti fit-territorju skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2: | 1. Rigward l-applikanti l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2, u fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji: |
Or. en
Emenda 416
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Rigward l-applikanti li huma meħtieġa jkunu preżenti fit-territorju skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2: | 1. Rigward l-applikanti li huma meħtieġa jkunu preżenti fit-territorju skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jintalbu jaġġustaw il-livell tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali f'każijiet fejun l-applikant ma jkunx osserva r-regoli tal-acquis tal-asil tal-UE.
Emenda 417
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jibdlu l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali mhux tal-ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji u vawċers, b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti in natura; jew | imħassar |
Or. en
Emenda 418
Cornelia Ernst, Martina Anderson
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jibdlu l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali mhux tal-ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji u vawċers, b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti in natura; jew | (a) jibdlu l-akkomodazzjoni pprovduta fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji u vawċers, b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti in natura; jew |
Or. en
Emenda 419
Cornelia Ernst, Martina Anderson
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) inaqqsu jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw il-benefiċċji għal kull jum. | (b) inaqqsu jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw il-benefiċċji għal kull jum, filwaqt li xorta waħda jiggarantixxu standard tal-għajxien dinjituż. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
B'rabta mal-emenda tiegħi dwar l-Artikolu 19(1)(a).
Emenda 420
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) inaqqsu jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw il-benefiċċji għal kull jum. | (b) inaqqsu jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew il-benefiċċji għal kull jum. |
Or. en
Emenda 421

Emenda 422
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) inaqqsu jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw il-benefiċċji għal kull jum. | (b) inaqqsu jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw il-benefiċċji tal-ispejjeż għal kull jum. |
Or. en
Emenda 423
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jabbanduna l-post ta' residenza ddeterminat mill-awtorità kompetenti mingħajr ma jinformaha jew, jekk dan ikun mitlub, mingħajr permess, jew jaħrab; jew | (a) jabbanduna l-post ta' residenza ddeterminat mill-awtorità kompetenti mingħajr ma jinformaha jew, jekk dan ikun mitlub, mingħajr permess, jew mingħajr ġustifikazzjoni; jew |
Or. en
Emenda 424
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) ikun kiser serjament ir-regoli taċ-ċentru tal-akkomodazzjoni jew ikun ġab ruħu b'mod serjament vjolenti; jew | imħassar |
Or. en
Emenda 425
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) ikun kiser serjament ir-regoli taċ-ċentru tal-akkomodazzjoni jew ikun ġab ruħu b'mod serjament vjolenti; jew | (e) ikun kiser ripetutament, intenzjonalment u serjament ir-regoli taċ-ċentru tal-akkomodazzjoni jew ikun ġab ruħu b'mod serjament vjolenti; jew |
Or. en
Emenda 426
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) ikun kiser serjament ir-regoli taċ-ċentru tal-akkomodazzjoni jew ikun ġab ruħu b'mod serjament vjolenti; jew | (e) ikun kiser ir-regoli taċ-ċentru tal-akkomodazzjoni jew ikun ġab ruħu b'mod vjolenti; jew |
Or. en
Emenda 427
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) ikun naqas jattendi miżuri ta' integrazzjoni obbligatorji; jew | imħassar |
Or. it
Emenda 428
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) ikun naqas jattendi miżuri ta' integrazzjoni obbligatorji; jew | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-għoti tas-setgħa lill-Istati Membri biex jissanzjonaw lil persuni li jfittxu l-asil li ma jsegwux miżuri ta' integrazzjoni obbligatorji jinvolvi riskji ta' restrizzjonijiet arbitrarji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom.
Emenda 429
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) ikun naqas jattendi miżuri ta' integrazzjoni obbligatorji; jew | (f) ikun naqas jattendi intenzjonalment miżuri ta' integrazzjoni obbligatorji; jew |
Or. en
Emenda 430
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkun ivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkun għamel applikazzjoni hemm; jew | imħassar |
Or. it
Emenda 431
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkun ivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkun għamel applikazzjoni hemm; jew | imħassar |
Or. en
Emenda 432
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkun ivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkun għamel applikazzjoni hemm; jew | imħassar |
Or. en
Emenda 433
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. | imħassar |
Or. it
Emenda 434
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. | imħassar |
Or. en
Emenda 435
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. | imħassar |
Or. en
Emenda 436
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. | (h) ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor; jew |
Or. en
Emenda 437
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ha (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ha) ikun ivvjaġġa lejn żona ta' kunflitt mingħajr ġustifikazzjoni aċċettabbli b'mod ġenerali għal dan l-ivvjaġġar. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan inaqqas il-kredibbiltà u l-leġittimità tas-sistema tal-asil, jekk l-applikanti jivvjaġġaw lura lejn ir-reġjuni li minnhom huma, skont kliemhom, ġew imġiegħla jaħarbu.
Emenda 438
Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Rigward il-punti (a) u (b), meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorità kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni mmotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, dwar installazzjoni mill-ġdid tal-għotja ta' xi wħud mill-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali sostitwiti, irtirati jew imnaqqsa kollha. | imħassar |
Or. it
Emenda 439
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Rigward il- punti (a) u (b), meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorità kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni mmotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, dwar installazzjoni mill-ġdid tal-għotja ta' xi wħud mill-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali sostitwiti, irtirati jew imnaqqsa kollha. | imħassar |
Or. en
Emenda 440
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Rigward il-punti (a) u (b), meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorità kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni mmotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, dwar installazzjoni mill-ġdid tal-għotja ta' xi wħud mill-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali sostitwiti, irtirati jew imnaqqsa kollha. | Rigward il-punti (a) u (b), meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorità kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni mmotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, bħal marda serja ddokumentata tal-applikant, dwar installazzjoni mill-ġdid tal-għotja ta' xi wħud mill-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali sostitwiti, irtirati jew imnaqqsa kollha. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Spjegazzjoni sodisfaċenti biss, pereżempju marda serja, tista' titqies bħala raġuni sodisfaċenti biex jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali.
Emenda 441
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Rigward il-punti (a) u (b), meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorità kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni mmotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, dwar installazzjoni mill-ġdid tal-għotja ta' xi wħud mill-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali sostitwiti, irtirati jew imnaqqsa kollha. | Rigward il-punti (a) u (b), meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorità kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni mmotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, dwar installazzjoni mill-ġdid tal-għotja ta' xi wħud mill-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali rtirati jew imnaqqsa kollha. |
Or. en
Emenda 442
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b'mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b'mod speċjali fir-rigward ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali , filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal- għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. | 3. Deċiżjonijiet għal tnaqqis jew irtirar ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b'mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b'mod speċjali fir-rigward ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. |
Or. en
Emenda 443
Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b'mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b'mod speċjali fir-rigward ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. | 3. Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b'mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b'mod speċjali fir-rigward ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti kollha. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
L-użu tal-aġġettiv "dinjituż" biex jiġi deskritt l-istandard tal-għajxien li l-applikanti għandhom jiġu ggarantiti permezz tal-adozzjoni ta' kundizzjonijiet armonizzati għall-akkoljenza tagħhom, mingħajr ma jiġi speċifikat xi jfisser dan, jista' jwassal għal tilwimiet li jinvolvu dawk ikkonċernati.
Emenda 444
Branislav Škripek
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b'mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b'mod speċjali fir-rigward ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. | 3. Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b'mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b'mod speċjali fir-rigward ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti kollha. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għall-konsistenza tal-kliem, il-kelma mhux speċifika "dinjituż" hija sostitwita bil-kelma "adegwat", li tindika l-għoti ta' standard tal-għajxien neċessarju. Dan isir biex ikun hemm konsistenza mal-emenda tagħna tal-parti introduttorja tal-Artikolu 15(3).
Emenda 445
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b'mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b'mod speċjali fir-rigward ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal- għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. | 3. Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b'mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b'mod speċjali fir-rigward ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien minimu għall-applikanti kollha. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġi indirizzat ix-shopping għal asil u titnaqqas il-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi, jenħtieġ li l-ambizzjoni tal-Istati Membri tkun li japplikaw biss standards minimi meta jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għal persuni li jfittxu l-asil.
Emenda 446
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b'mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b'mod speċjali fir-rigward ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. | 3. Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b'mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, billi jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità u ma jistgħux jiġu applikati fir-rigward ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li din l-emenda tkun ammissibbli minħabba li hija marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi ammissibbli oħra li jispeċifikaw garanziji għall-persuni vulnerabbli, kif ukoll garanziji proċedurali ġenerali, inkluż il-prinċipju tal-proporzjonalità u tan-neċessità.
Emenda 447
Heinz K. Becker
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali ma jkunux sostitwiti, irtirati jew imnaqqsa qabel ma tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafu 3. | 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza ma jkunux irtirati jew imnaqqsa qabel ma tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafu 3. |
Or. en
Emenda 448
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali ma jkunux sostitwiti, irtirati jew imnaqqsa qabel ma tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafu 3. | 4. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali ma jkunux sostitwiti, irtirati jew imnaqqsa qabel ma tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafu 3. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 449
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali fil-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva. | L-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, kif definit mill-Artikolu 2, fil-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw b'mod sistematiku jekk l-applikant hux applikant bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali. L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll in-natura ta' tali bżonnijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-applikanti jistgħu jindikaw lilhom infushom li għandhom bżonnijiet speċjali u li dawk l-indikazzjonijiet huma vvalutati. Dik il-valutazzjoni għandha tiġi integrata fil-valutazzjoni msemmija fir-[Regolament dwar il-Proċeduri tal-Asil], li tista' ssir fi ħdan il-proċeduri nazzjonali eżistenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-persuni li għandhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jiġu indirizzati wkoll skont din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Member States should continuously assess whether an applicant has special reception needs, and nothing should prevent applicants from informing the Member States' authorities of their special needs requirements. Furthermore, as Member States are required to assess applicants with special needs in the context of the Asylum Procedures Regulation, it is both administratively preferable and easier for the applicant if the assessment of special reception needs is carried out simultaneously with the assessment of special needs for the procedure. The two assessments should in fact be conducted as a continuum, with the aim of avoiding additional procedural layers and ensuring a holistic examination of the applicant's needs.
Emenda 450
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali fil-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-dritt tal-applikant għal smigħ fir-rigward tal-bżonnijiet ta' akkoljenza speċifiċi tagħhom u għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali fil-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li din l-emenda tkun ammissibbli minħabba li din hija marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi ammissibbli oħra li jispeċifikaw garanziji għall-persuni vulnerabbli, kif ukoll garanziji proċedurali ġenerali, inkluż id-dritt tal-applikant għal smigħ.
Emenda 451
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Sabiex tiġi żgurata aħjar l-integrità fiżika u psikoloġika tagħhom, l-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali ma għandhomx jiġu detenuti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tfittex li ttejjeb it-trattament tal-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali u ssegwi f'dan ir-rigward il-loġika tat-test u hija marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi oħra li jfittxu li jsaħħu d-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċaħda tal-libertà personali.
Emenda 452
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sabiex jimplimentaw l-Artikolu 20 b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw sistematikament jekk l-applikant hux applikant bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali. L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll in-natura ta' tali bżonnijiet. | Sabiex jimplimentaw l-Artikolu 20 b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw sistematikament jekk l-applikant hux applikant bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, bl-assistenza ta' interpretu kkwalifikat fejn meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll in-natura ta' tali bżonnijiet, il-miżuri li għandhom jittieħdu bħala tweġiba u l-awtoritajiet responsabbli għal tali tweġiba. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi ammissibbli tal-abbozz tar-rapport li jfittex li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali.
Emenda 453
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sabiex jimplimentaw l-Artikolu 20 b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw sistematikament jekk l-applikant hux applikant bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali. L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll in-natura ta' tali bżonnijiet. | Sabiex jimplimentaw l-Artikolu 20 b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw sistematikament, ladarba tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jekk l-applikant hux applikant bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali. L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll in-natura ta' tali bżonnijiet. |
Or. en
Emenda 454
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sabiex jimplimentaw l-Artikolu 20 b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw sistematikament jekk l-applikant hux applikant bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll in-natura ta' tali bżonnijiet. | Sabiex jimplimentaw l-Artikolu 20 b'mod effettiv, l-Istati Membri jistgħu jivvalutaw sistematikament jekk l-applikant hux applikant bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali. L-Istati Membri jistgħu jindikaw ukoll in-natura ta' tali bżonnijiet. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 455
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dik il-valutazzjoni għandha tibda malajr kemm jista' jkun ï wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tista' tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-persuni li għandhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jiġu indirizzati wkoll skont din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil. | Dik il-valutazzjoni għandha tibda malajr kemm jista' jkun wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tista' tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-persuni li għandhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jiġu indirizzati wkoll skont din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil, jew jekk l-applikant jesprimi talba motivata biex il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tiegħu jew tagħha jiġu vvalutati mill-ġdid. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tfittex li ttejjeb id-drittijiet proċedurali tal-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali u bħala tali hija marbuta ma' emendi ammissibbli li jfittxu li jtejbu kemm il-kundizzjonijiet għall-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali kif ukoll id-drittijiet proċedurali f'termini ġenerali.
Emenda 456
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dik il-valutazzjoni għandha tibda malajr kemm jista' jkun wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tista' tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-persuni li għandhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jiġu indirizzati wkoll skont din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil. | Dik il-valutazzjoni għandha tibda malajr kemm jista' jkun minn awtorità kompetenti wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tista' tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-persuni li għandhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jiġu indirizzati wkoll skont din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil. |
Or. en
Emenda 457
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Anna Hedh
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dik il-valutazzjoni għandha tibda malajr kemm jista' jkun wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tista' tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-persuni li għandhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jiġu indirizzati wkoll skont din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil. | Dik il-valutazzjoni għandha tibda malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn 30 jum wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tista' tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-persuni li għandhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jiġu indirizzati wkoll skont din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li jiġi stabbilit perjodu ta' żmien ċar li fih l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-bżonnijiet speċjali tal-applikanti sabiex tiġi pprovduta ċarezza legali għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-applikanti bl-istess mod.
Emenda 458
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dik il-valutazzjoni għandha tibda malajr kemm jista' jkun wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tista' tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-persuni li għandhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jiġu indirizzati wkoll skont din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil. | Dik il-valutazzjoni tista' tibda malajr kemm jista' jkun ï wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tista' tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li dawk il-persuni li għandhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jiġu indirizzati wkoll skont din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 459
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ mogħti lill-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali skont din id-Direttiva jieħu kont tal-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tagħhom matul il-proċedura tal-asil u għandhom jipprovdu għall-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni tagħhom. | L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-appoġġ mogħti lill-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali skont din id-Direttiva jieħu kont tal-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tagħhom matul il-proċedura tal-asil u għandhom jipprovdu għall-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 460
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 26: | 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 26: |
Or. en
Emenda 461
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) ikun imħarreġ u jkompli jitħarreġ biex isib l-ewwel sinjali li applikant jeħtieġ kundizzjonijiet ta' akkoljenza speċjali u biex jindirizza dawk il-ħtiġijiet meta jiġu identifikati; | (a) ikun imħarreġ u jkompli jitħarreġ biex isib b'mod proattiv l-ewwel sinjali li applikant jeħtieġ kundizzjonijiet ta' akkoljenza speċjali u biex jindirizza dawk il-ħtiġijiet meta jiġu identifikati; |
Or. en
Emenda 462
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) jipprovdi b'mod effettiv lill-applikant bil-possibbiltà li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu jew tagħha dwar il-ħtieġa li jibbenefika minn appoġġ ta' akkoljenza speċjali; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li din l-emenda tkun ammissibbli minħabba li din hija marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi ammissibbli oħra li jispeċifikaw garanziji għall-persuni vulnerabbli, kif ukoll garanziji proċedurali ġenerali, inkluż id-dritt tal-applikant għal smigħ.
Emenda 463
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) jinkludi infomazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali fil-fajl tal-applikant, flimkien mal-indikazzjoni tas-sinjali msemmija fil-punt (a) kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-tip ta' appoġġ li jista' jkun meħtieġ mill-applikant; | (b) jinkludi infomazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali fil-fajl tal-applikant, flimkien mal-indikazzjoni tas-sinjali msemmija fil-punt (a) u s-sottomissjonijiet tal-applikant imsemmija fil-punt (aa) kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-tip ta' appoġġ li jista' jkun meħtieġ mill-applikant; |
Or. en
Emenda 464
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) jirreferi lil applikanti għand tabib jew psikoloġista għal valutazzjoni ulterjuri tal-istat psikoloġiku u fiżiku tagħhom meta jkun hemm indikazzjonijiet li l-applikanti setgħu kienu vittma ta' tortura, stupru jew forma serja oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali u li dan jista' jaffettwa l-ħtiġijiet ta' akkoljenza tal-applikant; u | (c) jirreferi lil applikanti għand tabib jew psikoloġista mħarrġa biex iwettqu tali valutazzjoni, għal valutazzjoni ulterjuri tal-istat psikoloġiku u fiżiku tagħhom bl-appoġġ ta' interpretu kkwalifikat meta jkun hemm indikazzjonijiet li l-applikanti setgħu kienu vittma ta' ħsara bbażata fuq is-sessi, tortura, stupru jew forma serja oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, motivata mill-preġudizzju jew vjolenza sesswali u bbażata fuq is-sessi u li dan jista' jaffettwa l-ħtiġijiet ta' akkoljenza tal-applikant; u |
Or. en
Emenda 465
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) iqis ir-riżultat ta' dak l-eżami meta jiddeċiedi dwar it-tip ta' appoġġ ta' akkoljenza speċjali li jista' jingħata lill-applikant. | (d) iqis ir-riżultat ta' dak l-eżami, inklużi l-kunsiderazzjonijiet tal-applikant dwar il-ħtieġa li jibbenefika minn appoġġ ta' akkoljenza speċjali, meta jiddeċiedi dwar it-tip ta' appoġġ ta' akkoljenza speċjali li jista' jingħata lill-applikant. Id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' appoġġ ta' akkoljenza speċjali għandha tiġi debitament ġustifikata. |
Or. en
Emenda 466
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Hilde Vautmans, Bodil Valero, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck, Jean Lambert
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jinvolvu minorenni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard tal-għajxien xieraq għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tat-tfal. | 1. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jistgħu jaffettwaw lill-minorenni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard tal-għajxien xieraq għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tat-tfal. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Bosta dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma japplikawx direttament għall-minorenni iżda jistgħu jaffettwawhom indirettament permezz tal-adult responsabbli għalihom.
Emenda 467
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jinvolvu minorenni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard tal-għajxien xieraq għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tat-tfal. | 1. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jinvolvu minorenni. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw standard tal-għajxien xieraq għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tat-tfal. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 468
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) il-possibbiltajiet ta' riunifikazzjoni tal-familja; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-inkoraġġiment biex tiġi organizzata r-riunifikazzjoni tal-familja għall-applikanti minorenni jista' jżid il-pressjoni fuq il-koeżjoni soċjali u s-settur pubbliku fl-Istati Membri. Jenħtieġ li l-proċess tar-riunifikazzjoni tal-familja jkollu l-bażi leġiżlattiva tiegħu primarjament fid-Direttiva dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familja.
Emenda 469
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, billi titqies b'mod partikolari l-oriġini tal-minorenni; | (b) il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, billi titqies b'mod partikolari l-oriġini tal-minorenni, bħall-isfond etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku u billi jitqies ukoll il-bżonn għall-istabbiltà u t-tkomplija fil-kura u fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi ammissibbli oħra li jfittxu li jtejbu t-tifsira tal-"aħjar interessi tat-tfal".
Emenda 470
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari fejn hemm riskju li t-tfal ikunu vittmi ta' traffikar tal-bnedmin; | (c) konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari fejn hemm riskju li t-tfal ikunu vittmi ta' xi forma ta' vjolenza jew sfruttament, u ta' traffikar tal-bnedmin; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi ammissibbli oħra li jfittxu li jtejbu t-tifsira tal-"aħjar interessi tat-tfal".
Emenda 471
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Bodil Valero, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck, Jean Lambert
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari fejn hemm riskju li t-tfal ikunu vittmi ta' traffikar tal-bnedmin; | (c) konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari fejn hemm riskju li t-tfal ikunu vittmi ta' vjolenza jew sfruttament, inkluż ta' traffikar tal-bnedmin; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li jiġi enfasizzat il-fatt li t-tfal għandhom probabbiltà akbar li jkunu vittmi ta' vjolenza u ta' sfruttament li minnhom it-traffikar tal-bnedmin huwa biss forma waħda li dawn jista' jkollhom.
Emenda 472
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-minorenni jkollhom aċċess għal attivitajiet ta' rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rikreazzjoni li jkunu xierqa għall-età tagħhom, fil-postijiet u ċ-ċentri ta' akkomodazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 (1)(a) u (b) u għal attivitajiet fil-beraħ. | 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-minorenni jkollhom aċċess għal attivitajiet li jkunu xierqa għall-età tagħhom, fil-postijiet u ċ-ċentri ta' akkomodazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 (1)(a) u (b) u għal attivitajiet fil-beraħ. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li r-rekwiżiti deskrittivi b'mod miftuħ għall-attivitajiet tal-applikanti minorenni jiġu evitati.
Emenda 473
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-minorenni jkollhom aċċess għal attivitajiet ta' rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rikreazzjoni li jkunu xierqa għall-età tagħhom, fil-postijiet u ċ-ċentri ta' akkomodazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 (1)(a) u (b) u għal attivitajiet fil-beraħ. | 3. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-minorenni jkollhom aċċess għal attivitajiet ta' rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rikreazzjoni li jkunu xierqa għall-età tagħhom, fil-postijiet u ċ-ċentri ta' akkomodazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 (1)(a) u (b) u għal attivitajiet fil-beraħ. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 474
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal servizzi ta' riabilitazzjoni għal minorenni li kienu vittmi ta' xi forma ta' abbuż, negliġenza, esplojtazzjoni, tortura jew trattament kiefer, inuman u degradanti, jew li jkunu sofrew minn taqbid armat, u jiżguraw li kura ta' saħħa mentali xierqa tkun żviluppata u konsulenza kkwalifikata tkun ipprovduta meta meħtieġa. | 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal servizzi ta' riabilitazzjoni għal minuri li kienu vittmi ta' xi forma ta' abbuż, negliġenza, esplojtazzjoni, tortura jew trattament kiefer, inuman jew degradanti, jew li jkunu sofrew minn taqbid bl-armi, u jiżguraw li jingħataw kura ta' saħħa mentali xierqa u konsulenza kkwalifikata meta dawn ikunu meħtieġa u disponibbli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Meta fi Stat Membru, il-kura tas-saħħa mentali u r-riżorsi tal-konsulenza jkunu skarsi, in-nuqqas ta' għoti ta' dawn is-servizzi lill-applikanti jista' jitqies raġuni aċċettabbli.
Emenda 475
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal servizzi ta' riabilitazzjoni għal minorenni li kienu vittmi ta' xi forma ta' abbuż, negliġenza, esplojtazzjoni, tortura jew trattament kiefer, inuman u degradanti, jew li jkunu sofrew minn taqbid armat, u jiżguraw li kura ta' saħħa mentali xierqa tkun żviluppata u konsulenza kkwalifikata tkun ipprovduta meta meħtieġa. | 4. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw aċċess għal servizzi ta' riabilitazzjoni għal minorenni li kienu vittmi ta' xi forma ta' abbuż, negliġenza, esplojtazzjoni, tortura jew trattament kiefer, inuman u degradanti, jew li jkunu sofrew minn taqbid armat, u jiżguraw li kura ta' saħħa mentali xierqa tkun żviluppata u konsulenza kkwalifikata tkun ipprovduta meta meħtieġa. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 476
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tfal minorenni ta' applikanti jew applikanti li huma minorenni jkunu joqogħdu mal-ġenituri tagħhom jew mal-adult responsabbli għalihom u mal-aħwa minorenni mhux miżżewġa tagħhom kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, bil-kundizzjoni li jkun fl-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernati. | 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti li huma minorenni jkunu joqogħdu mal-ġenituri tagħhom jew mal-adult responsabbli għalihom u mal-aħwa minorenni mhux miżżewġa tagħhom kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, bil-kundizzjoni li jkun fl-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernati. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li din id-Direttiva tibqa' lura milli timponi talbiet ta' akkomodazzjoni wisq ħorox fuq l-Istati Membri.
Emenda 477
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tfal minorenni ta' applikanti jew applikanti li huma minorenni jkunu joqogħdu mal-ġenituri tagħhom jew mal-adult responsabbli għalihom u mal-aħwa minorenni mhux miżżewġa tagħhom kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, bil-kundizzjoni li jkun fl-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernati. | 5. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li tfal minorenni ta' applikanti jew applikanti li huma minorenni jkunu joqogħdu mal-ġenituri tagħhom jew mal-adult responsabbli għalihom u mal-aħwa minorenni mhux miżżewġa tagħhom kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, bil-kundizzjoni li jkun fl-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernati. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 478
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. F'konformità mal-prinċipju tal-unità tal-familja, il-ġenituri jew dawk il-persuni ewlenin legali jew li s-soltu jipprovdu l-għajnuna ma għandhomx jiġu detenuti. |
| Il-minorenni u l-familji bit-tfal minorenni għandhom jiġu akkomodati flimkien f'postijiet mhux kustodjali, ibbażati fil-komunità, filwaqt li jkun qed jiġi solvut l-istatus tal-immigrazzjoni tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex jiġu pproċessati raġunijiet relatati mal-loġika tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 479
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Dawk li jaħdmu ma' minorenni, inklużi minorenni mhux akkompanjati, ma għandux ikollhom reġistru vverifikat ta' reati jew offiżi relatati ma' tfal u għandhom jirċievu taħriġ kontinwu u xieraq dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' minorenni mhux akkumpanjati, inkluż dwar kull standard applikabbli ta' salvagwardja tat-tfal, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. | 6. Dawk li jaħdmu ma' minorenni, inklużi minorenni mhux akkompanjati, ma għandux ikollhom reġistru vverifikat ta' reati jew offiżi relatati ma' tfal u għandhom jirċievu taħriġ xieraq dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' minorenni, inkluż dwar kull standard applikabbli ta' salvagwardja tat-tfal, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kull informazzjoni dwar kwalunkwe każ individwali li jiksbu matul xogħolhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Enfasi speċjali fuq il-bżonnijiet tal-minorenni mhux akkumpanjati mhijiex meħtieġa. Perjodu ta' taħriġ xieraq jirrendi l-bżonn ta' taħriġ kontinwu inutli. Jenħtieġ li l-kunfidenzjalità ma timpedixxix lil dawk li jaħdmu mal-minorenni milli jiddiskutu l-osservazzjonijiet ġenerali tagħhom fil-pubbliku.
Emenda 480
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Dawk li jaħdmu ma' minorenni, inklużi minorenni mhux akkompanjati, ma għandux ikollhom reġistru vverifikat ta' reati jew offiżi relatati ma' tfal u għandhom jirċievu taħriġ kontinwu u xieraq dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' minorenni mhux akkumpanjati, inkluż dwar kull standard applikabbli ta' salvagwardja tat-tfal, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. | 6. Dawk li jaħdmu ma' minorenni, inklużi minorenni mhux akkompanjati, ma għandux ikollhom reġistru kriminali vverifikat u lanqas reġistru ta' reati jew offiżi relatati ma' tfal u għandhom jirċievu taħriġ kontinwu u xieraq dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' minorenni akkumpanjati, separati u mhux akkumpanjati, inkluż dwar kull standard applikabbli ta' salvagwardja tat-tfal, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. |
Or. en
Emenda 481
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Dawk li jaħdmu ma' minorenni, inklużi ï minorenni mhux akkompanjati, ma għandux ikollhom reġistru vverifikat ta' reati jew offiżi relatati ma' tfal u għandhom jirċievu taħriġ kontinwu u xieraq dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' minorenni mhux akkumpanjati, inkluż dwar kull standard applikabbli ta' salvagwardja tat-tfal, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. | 6. Dawk li jaħdmu ma' minorenni, inklużi minorenni mhux akkompanjati, ma għandux ikollhom reġistru kriminali vverifikat, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe reat jew offiża relatati ma' tfal u għandhom jirċievu taħriġ kontinwu u xieraq dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' minorenni mhux akkumpanjati, inkluż dwar kull standard applikabbli ta' salvagwardja tat-tfal ,u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri jwettqu kontrolli regolari u ex ante tar-reġistri kriminali tal-persunal li jkun f'kuntatt mal-minorenni, sabiex jiġi evitat li dawk li wettqu reati u/jew reati oħra jaħdmu mal-minorenni.
Emenda 482
Cornelia Ernst, Martina Anderson
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar il-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. | L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jasal fi Stat Membru, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar il-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kwalifiki u l-kompetenzi meħtieġa u għandu jirċievi taħriġ kontinwu u xieraq u ma għandux ikollu reġistru kriminali verifikat, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe reat jew offiża relatati mat-tfal. Wara l-ħatra tiegħu jew tagħha, ir-reġistru kriminali tal-gwardjan għandu jiġi rivedut b'mod regolari mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġu identifikati l-inkompatibbiltajiet potenzjali mar-rwol tiegħu jew tagħha. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dawn il-modifiki jsegwu l-loġika tal-proposta tal-Kummissjoni u t-tisħiħ tagħha tad-dispożizzjonijiet dwar il-persuni li jaħdmu mal-minorenni jew li jaġixxu bħala gwardjan tagħhom.
Emenda 483
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar il-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. | L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jasal fl-Istat Membru, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar il-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jkun ikkwalifikat u jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru kriminali verifikat, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe reat jew offiża relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Ir-reġistru kriminali tal-gwardjani maħtura għandu jiġi rivedut b'mod regolari mill-awtoritajiet kompetenti biex jiġu identifikati l-inkompatibbiltajiet potenzjali mar-rwol tagħhom. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-għan ta' din l-emenda huwa li tiżgura li l-minorenni mhux akkumpanjati jiġu megħjuna mill-gwardjan qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-asil u mhux biss ħamest ijiem wara li tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, peress li r-rwol tal-gwardjan huwa li jagħti pariri lill-minorenni mhux akkumpanjati mill-bidu tal-proċedura kollha.
Emenda 484
Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhon jiġi infurmati immedjatament bil-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22(2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjat m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. | L-Istati Membri għandhom minnufih, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem mill-wasla fit-territorju tal-UE ta' minorenni mhux akkumpanjat, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhon jiġi infurmati immedjatament bil-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22(2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' offiżi kriminali, u b'mod partikolari ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw b'mod regolari l-kondotta tal-gwardjan, wara l-ħatra tiegħu/tagħha, bl-għan li jiġi vverifikat jekk hemmx xi ħaġa mhux adattata għar-rwol ta' dan tal-aħħar. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija fl-Artikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjat m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
I minori non accompagnati necessitano di tutela immediata, soprattutto alla luce del fatto che, la loro sparizione, avviene spesso subito dopo il loro ingresso in UE. Pur riconoscendo il fatto che, la necessità di ottenere una nomina "immediata" del tutore, potrebbe scontrarsi con le realtà burocratiche nazionali, si ritiene che tale figura dovrebbe essere comunque nominata, al più tardi, entro cinque giorni dall'arrivo del minore sul territorio dell'Unione. A differenza di quanto previsto dalla Commissione europea, si ritiene necessario compiere un accertamento più generale rispetto a possibili reati passati compiuti dal tutore. Tale verifica non dovrebbe essere, dunque, limitata a reati che coinvolgano minori. L'affidabilità del tutore dovrà essere costantemente monitorata. A tal proposito viene suggerito un controllo regolare della sua fedina penale, allo scopo di identificare possibili incompatibilità con il suo ruolo, sorte a seguito della sua nomina.
Emenda 485
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar il-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. | L-Istati Membri jistgħu mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar il-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 486
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar il-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. | L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar il-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kwalifiki u l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-gwardjani jinħatru malajr kemm jista' jkun. Fit-tmiem il-ġimgħa, il-minorenni mhux akkumpanjati xorta waħda jibqgħu mhux akkumpanjati, għalhekk jenħtieġ li l-limitu ta' żmien ta' ħamest ijiem ikun ta' ħamest ijiem biss u mhux ta' ħamest ijiem ta' xogħol. Jenħtieġ li l-gwardjani kollha jkunu kkwalifikati b'mod xieraq.
Emenda 487
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar il-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. | L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jasal fi Stat Membru, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar il-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa, għandu jirċievi taħriġ kontinwu u xieraq għal dan il-għan u ma għandux ikollu reġistru kriminali verifikat u lanqas reġistru ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani. |
Or. en
Emenda 488
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan jitpoġġa responsabbli ta' għadd proporzjonat u limitat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin sabiex jiġi żgurat li huwa jew hija jkun/tkun kapaċi jwettaq/twettaq il-kompiti tiegħu/tagħha b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jiġu informati, b'mod adattat għat-tfal u b'lingwa li huma jifhmu, dwar il-proċedura biex iressqu l-ilmenti kontra l-gwardjani tagħhom b'fiduċja u b'sigurtà u għandhom jingħataw id-dritt li jinstemgħu f'dan ir-rigward. |
Or. en
Emenda 489
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Soraya Post, Anna Hedh
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan jitpoġġa responsabbli ta' għadd limitat ta' mhux aktar minn 20 minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin sabiex jiġi żgurat li l-gwardjan ikun kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. Għal dan il-għan, il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jingħataw informazzjoni b'mod adattat għat-tfal u b'lingwa li huma jifhmu, dwar min huma dawn l-entitajiet jew il-persuni u dwar kif iressqu l-ilmenti kontra l-gwardjani tagħhom b'fiduċja u sigurtà. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha intenzjoni tajba iżda hija nieqsa minn ċertezza legali. Sabiex jiġi żgurat li l-gwardjani jkunu kapaċi jwettqu b'mod adegwat ir-rwol tagħhom, jenħtieġ li dawn, fi kwalunkwe ħin partikolari, ma jkunux responsabbli għal aktar minn 20 minorenni mhux akkumpanjati. Dan il-limitu massimu se jipprovdi ċarezza legali. Il-massimu ta' 20 minorenni mhux akkumpanjati jitqies bħala prattika tajba mill-esperti f'dan il-qasam tal-kustodja tal-minorenni, bħan-NIDOS u l-UNHCR.
Emenda 490
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli, Dennis de Jong
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. Għal dan il-għan, il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jingħataw informazzjoni b'mod adattat għat-tfal u b'lingwa li huma jifhmu, dwar min huma dawn l-entitajiet jew il-persuni u dwar kif iressqu l-ilmenti kontra l-gwardjani tagħhom b'fiduċja u sigurtà. |
Or. en
Emenda 491
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. | L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri jistgħu jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. |
Or. en
Emenda 492
Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan jitpoġġa responsabbli ta' għadd aċċettabbli u limitat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ, fl-ewwel xahar tal-ħatra tal-gwardjan, u wara f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Sabiex il-gwardjani jieħdu ħsieb kif suppost tal-minorenni mhux akkumpanjati allokati lilhom, dawn jenħtieġ li jkunu responsabbli biss għal numru limitat. Ir-raġuni għaliex fl-ewwel xahar tal-ħatra tagħhom jiġi vvalutat jekk il-gwardjani humiex qed iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod korrett hija minħabba li ż-żmien inizjali mqatta' mal-minorenni jidher li huwa kruċjali biex tiġi stabbilita relazzjoni ta' fiduċja fit-tul. Huwa wkoll importanti li jiġi vverifikat mal-ewwel opportunità jekk l-gwardjan huwiex qed jaqdi l-kompiti tiegħu b'mod affidabbli.
Emenda 493
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Bodil Valero, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck, Jean Lambert
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Mal-wasla tal-minorenni mhux akkumpanjati, l-Istati Membri għandhom jipprovdulhom: |
| (a) aċċess immedjat għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni bl-istess kundizzjonijiet bħall-minorenni ċittadini tagħhom |
| (b) l-informazzjoni meħtieġa kollha dwar id-drittijiet, il-proċeduri u l-opportunitajiet ta' protezzjoni tagħhom b'mod adattat għat-tfal u b'lingwa li huma jifhmu. Għal dan il-għan, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil għandu jappoġġja lill-Istati Membri fil-produzzjoni ta' materjal ta' akkoljenza biex jinforma lit-tfal. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Minorenni mhux akkumpanjati għandhom bżonnijiet bażiċi speċifiċi minn meta jaslu, indipendentement minn jekk humiex applikanti għall-asil, migranti ekonomiċi jew tfal ittraffikati. L-għan ta' din l-emenda huwa li tiżgura li mal-wasla tal-minorenni mhux akkumpanjati, dawn jiġu infurmati kif xieraq dwar id-drittijiet, il-proċedura u l-protezzjoni tagħhom u jingħataw aċċess immedjat għall-kura tas-saħħa, fid-dawl tal-vulnerabbiltà partikolari tagħhom, kif ukoll fid-dawl tat-trawmi li huma setgħu ġew esposti għalihom matul il-vjaġġ tagħhom.
Emenda 494
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jqiegħdu minorenni mhux akkompanjati ta' 16-il sena jew iktar f'ċentri ta' akkomodazzjoni għal applikanti adulti, jekk dan ikun fl-aħjar interess tagħhom, kif stipulat mill-Artikolu 22 (2). | L-Istati Membri jistgħu jqiegħdu minorenni mhux akkompanjati ta' 16-il sena jew iktar f'ċentri ta' akkomodazzjoni għal applikanti adulti, jekk dan ikun fl-aħjar interess tagħhom, kif stipulat mill-Artikolu 22 (2) jew fl-aħjar interess ta' oħrajn. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Bosta applikanti mhux akkumpanjati li għandhom aktar minn 16-il sena kkawżaw problemi serji fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni magħżula għall-minorenni. Sabiex jiġi salvagwardjat l-ordni fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni, jenħtieġ li dawk il-minorenni li jaqilgħu l-inkwiet u li għandhom aktar minn 16-il sena, jinżammu flimkien mal-adulti.
Emenda 495
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jibdew jittraċċaw il-membri tal-familja tal-minorenni mhux akkompanjati, fejn meħtieġ bl-assistenza internazzjonali jew ta' organizzazzjonijiet relevanti oħra, mill-aktar fis wara li tkun iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali filwaqt li jipproteġu l-aħjar interessi tagħhom. F'każijiet fejn jista' jkun hemm theddida għall-ħajja jew l-integrità tal-minorenni jew il-qraba stretti tiegħu jew tagħha, b'mod partikolari jekk huma baqgħu fil-pajjiż ta' orġini tagħhom, trid issir attenzjoni biex ikun żgurat li l-ġbir, l-ipproċessar u ċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni dwar dawk il-persuni ssir fuq bażi konfidenzjali, biex ikun evitat li s-sigurta tagħhom titqiegħed fil-periklu. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li din id-Direttiva żżomm lura milli tindirizza kwistjonijiet relatati mar-riunifikazzjoni tal-familja. F'bosta każijiet, riunifikazzjoni tal-familja ta' malajr, tista' xxekkel l-integrazzjoni b'suċċess tal-applikant minorenni peress li din tnaqqas l-awtodipendenza tiegħu jew tagħha.
Emenda 496
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu soġġetti għal ħsara abbażi tas-sess tagħhom, tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza oħra jirċievu t-trattament meħtieġ għad-danni kkawżati b'tali atti b'mod partikolari aċċess għal servizzi ta' trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu soġġetti għal vjolenza sesswali u abbażi tas-sess tagħhom, forom oħra ta' vjolenza motivata mill-preġudizzju tagħhom, tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali jiġu pprovduti b'servizzi ta' riabilitazzjoni olistika għad-danni kkawżati b'tali atti b'mod partikolari aċċess għal servizzi ta' trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti kif ukoll konsulenza kkwalifikata, bl-appoġġ ta' interpretu kkwalifikat fejn ikun meħtieġ. L-aċċess għal dak l-appoġġ għandu jingħata kmieni kemm jista' jkun wara li tkun ġiet identifikata l-vittma. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi ammissibbli tal-abbozz tar-rapport li jfittex li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali.
Emenda 497
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Soraya Post, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge

Jenħtieġ li jiġi żgurat li din id-Direttiva tikkonforma ma' standards internazzjonali u tiggarantixxi kundizzjonijiet ta' akkoljenza adegwati għall-vittmi tat-tortura. Dan jenħtieġ li jinkludi r-referenza espliċita ta' konsulenza kkwalifikata; l-obbligu li jiġi pprovdut appoġġ kmieni kemm jista' jkun; l-għoti tal-appoġġ ta' interpretu kkwalifikat.
Emenda 498
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu soġġetti għal ħsara abbażi tas-sess tagħhom, tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza oħra jirċievu t-trattament meħtieġ għad-danni kkawżati b'tali atti b'mod partikolari aċċess għal servizzi ta' trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza oħra jirċievu t-trattament meħtieġ għad-danni kkawżati b' tali atti b'mod partikolari aċċess għal servizzi ta' trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti. |
Or. en
Emenda 499
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu soġġetti għal ħsara abbażi tas-sess tagħhom, tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza oħra jirċievu t-trattament meħtieġ għad-danni kkawżati b'tali atti b'mod partikolari aċċess għal servizzi ta' trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti. | 1. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li persuni li kienu ssuġġettati għal ħsara, tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza oħra jirċievu t-trattament meħtieġ għad-danni kkawżati b' tali atti b'mod partikolari aċċess għal servizzi ta' trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 500
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Elly Schlein, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Soraya Post, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Dawk li jaħdmu mal-vittmi ta' tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza għandhom ikunu ħadu u jibqgħu jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġijiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, rigward kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. | 2. Dawk li jaħdmu mal-vittmi ta' ħsara abbażi tas-sess, tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, inklużi l-professjonisti tas-saħħa li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, għandhom ikunu ħadu u jibqgħu jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġijiet tagħhom u l-metodi xierqa ta' riabilitazzjoni, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali u fil-kodiċi ta' etika professjonali, rigward kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandu jiġi żgurat li din id-Direttiva tikkonforma mal-istandards internazzjonali u tiggarantixxi kundizzjonijiet ta' akkoljenza xierqa għall-vittmi tat-tortura. Jenħtieġ li dan jinkludi r-referenza espliċita tal-professjonisti tas-saħħa fost il-kategoriji tal-persunal li jenħtieġ li jkun imħarreġ kif xieraq, peress li l-professjonisti tas-saħħa li mhumiex membri tal-persunal tal-awtoritajiet responsabbli ta' spiss mhumiex koperti minn dan l-obbligu.
Emenda 501
Cornelia Ernst, Martina Anderson, Barbara Spinelli
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Dawk li jaħdmu mal-vittmi ta' tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza għandhom ikunu ħadu u jibqgħu jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġijiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, rigward kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. | 2. Dawk li jaħdmu mal-vittmi ta' ħsara abbażi tas-sess, tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, inklużi l-professjonisti tas-saħħa li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, għandhom ikunu ħadu u jibqgħu jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġijiet tagħhom u l-metodi xierqa ta' riabilitazzjoni, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, rigward kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi ammissibbli tal-abbozz tar-rapport li jfittex li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali.
Emenda 502
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Dawk li jaħdmu mal-vittmi ta' tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza għandhom ikunu ħadu u jibqgħu jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġijiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, rigward kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom. | 2. Dawk li jaħdmu mal-vittmi ta' tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza għandhom ikunu ħadu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġijiet tal-vittmi, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, rigward kwalunkwe informazzjoni dwar kwalunkwe każ individwali li jiksbu matul xogħolhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'dawn il-każijiet, it-taħriġ kontinwu mhuwiex meħtieġ.
Emenda 503
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Elly Schlein, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
F'każijiet ta' appell jew eżami quddiem awtorità ġudizzjarja msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ikunu disponibbli fuq talba sa fejn tali għajnuna tkun meħtieġa biex jiżguraw aċċess effettiv għall-ġustizzja. Dan għandu jinkludi, tal-anqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f'isem l-applikant. | F'każijiet ta' appell jew eżami quddiem awtorità ġudizzjarja imsemmija fil-paragrafu 1, sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ikunu disponibbli fuq talba. Dan għandu jinkludi, tal-anqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa, it-tħejjija tal-appell u l-parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f'isem l-applikant. Assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandha tingħata minn konsulenti legali jew konsulenti oħra permessi skont il-liġi nazzjonali li jassistu jew jirrappreżentaw lill-applikanti jew organizzazzjonijiet mhux governattivi akkreditati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu servizzi ta' konsulenza jew rappreżentanza. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
This provision has been aligned with the provisions contained on legal assistance in the Commission's Proposal for a Regulation establishing a common procedure for international protection in the Union ('the Asylum Procedures Regulation'), in particular the provisions of Article 15(1) and (4), and the first paragraph of Article 17 of the Asylum Procedures Regulation. Such an amendment is necessary relating to the internal logic of the proposals for revising the Common European Asylum System and is inextricably linked to other admissible amendments of the Rapporteur relating to the Procedural Rights of applicants.
Emenda 504
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandha tingħata minn persuni kwalifikati kif adatt, kif ammessi jew permessi skont il-liġi nazzjonali, li l-interessi tagħhom ma jkunux f'kunflitt jew li ma jistgħux ikunu f'kunflitt potenzjali mal-interessi tal-applikant. | L-assistenza u r-rappreżentanza legali għandha tingħata minn persuni kwalifikati kif adatt, kif ammessi jew permessi skont il-liġi nazzjonali, li l-interessi tagħhom ma jkunux f'kunflitt jew li ma jistgħux ikunu f'kunflitt potenzjali mal-interessi tal-applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Mil-lat tal-proċess xieraq, aċċess awtomatiku għal assistenza legali mingħajr ħlas mhuwiex meħtieġ meta jiġu appellati d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-livell tal-benefiċċji.
Emenda 505
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Birgit Sippel
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas jingħataw: | 3. L-għoti ta' assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċedura tal-appell tista' tiġi eskluża biss fejn: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
This provision has been aligned with the provisions contained on free legal assistance in the Commission's Proposal for a Regulation establishing a common procedure for international protection in the Union ('the Asylum Procedures Regulation'), in particular the provisions of Article 15(5) of the Asylum Procedures Regulation. Any differences with that text reflect amendments to be tabled to that proposal. Such an amendment is necessary relating to the internal logic of the proposals for revising the Common European Asylum System and is inextricably linked to other admissible amendments of the Rapporteur relating to the procedural rights of applicants.
Emenda 506
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas jingħataw : | 3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas jingħataw : |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jinħtieġ li jiġu definiti b'mod strett il-persuni intitolati għall-għajnuna legali mingħajr ħlas.
Emenda 507
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) biss lil dawk li ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti; u/jew | (a) biss lil dawk li ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti; u |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li l-fornituri tas-servizz intitolati biex jagħtu assistenza legali mingħajr ħlas lill-applikanti jiġu definiti b'mod ċar sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tal-fondi pubbliċi.
Emenda 508
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Birgit Sippel
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) biss lil dawk li ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti; u/jew | (a) l-applikant ikollu riżorsi suffiċjenti; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
This provision has been aligned with the provisions contained on free legal assistance in the Commission's Proposal for a Regulation establishing a common procedure for international protection in the Union ('the Asylum Procedures Regulation'), in particular the provisions of Article 15(5) of the Asylum Procedures Regulation. Any differences with that text reflect amendments to be tabled to that proposal. Such an amendment is necessary relating to the internal logic of the proposals for revising the Common European Asylum System and is inextricably linked to other admissible amendments of the Rapporteur relating to the procedural rights of applicants.
Emenda 509
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Birgit Sippel
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) biss permezz tas-servizzi mogħtija minn konsulenti legali jew konsulenti oħrajn nominati speċifikament mil-liġi nazzjonali biex jassistu u jirrappreżentaw lil applikanti. | (b) l-appell ikun fit-tieni livell tal-appell jew ogħla skont il-liġi nazzjonali kif previst skont il-liġi nazzjonali, inkluż smigħ mill-ġdid jew reviżjonijiet tal-appell, u dak it-tieni livell tal-appell jitqies li ma għandu ebda prospettiva tanġibbli ta' suċċess. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
This provision has been aligned with the provisions contained on free legal assistance in the Commission's Proposal for a Regulation establishing a common procedure for international protection in the Union ('the Asylum Procedures Regulation'), in particular the provisions of Article 15(5) of the Asylum Procedures Regulation. Any differences with that text reflect amendments to be tabled to that proposal. Such an amendment is necessary relating to the internal logic of the proposals for revising the Common European Asylum System and is inextricably linked to other admissible amendments of the Rapporteur relating to the procedural rights of applicants.
Emenda 510
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ma jkunux disponibbli jekk l-appell jew l-eżami jkunu meqjusa minn awtorità kompetenti li ma jkollhom ebda prospettiva tanġibbli ta' suċċess. F'każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ma jkunux limitati b'mod arbitrarju u li l-aċċess effettiv tal-applikant għall-ġustizzja ma jkunx ostakolat. | L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandhom ma jkunux disponibbli jekk l-appell jew l-eżami jkunu meqjusa minn awtorità kompetenti li ma jkollhom ebda prospettiva tanġibbli ta' suċċess. F'każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ma jkunux limitati b'mod arbitrarju u li l-aċċess effettiv tal-applikant għall-ġustizzja ma jkunx ostakolat, filwaqt li, fl-istess ħin, ma jsirx abbuż mis-sistema tas-asil u b'hekk l-assi finanzjarji ta' Stat Membru minn appelli infondati. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'dawn il-każijiet, l-assistenza legali mingħajr ħlas mhijiex meħtieġa. Appelli tal-asil infondati jridu jiġu skoraġġuti wkoll.
Emenda 511
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Birgit Sippel
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ma jkunux disponibbli jekk l-appell jew l-eżami jkunu meqjusa minn awtorità kompetenti li ma jkollhom ebda prospettiva tanġibbli ta' suċċess. F'każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ma jkunux limitati b'mod arbitrarju u li l-aċċess effettiv tal-applikant għall-ġustizzja ma jkunx ostakolat. | Fejn tittieħed deċiżjoni li ma tingħatax assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas minn awtorità li mhix qorti jew tribunal minħabba li jkun meqjus li l-appell ma għandux prospettiva tanġibbli ta' suċċess, l-applikant għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra dik id-deċiżjoni, u għal dak il-għan hu se jkun intitolat li jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
This provision has been aligned with the provisions contained on free legal assistance in the Commission's Proposal for a Regulation establishing a common procedure for international protection in the Union ('the Asylum Procedures Regulation'), in particular the provisions of Article 15(5) of the Asylum Procedures Regulation. Any differences with that text reflect amendments to be tabled to that proposal. Such an amendment is necessary relating to the internal logic of the proposals for revising the Common European Asylum System and is inextricably linked to other admissible amendments of the Rapporteur relating to the procedural rights of applicants.
Emenda 512
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 4 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri jistgħu wkoll: | 4. L-Istati Membri għandhom ukoll: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Restrizzjonijiet meħtieġa fuq l-assistenza legali mingħajr ħlas huma aċċettabbli sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż.
Emenda 513
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Birgit Sippel
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 4 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jimponu limiti taż-żmien u/jew monetarji dwar l-għoti ta' assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas, sakemm limiti bħal dawn ma jillimitawx b'mod arbitrarju l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali; | (a) jimponu limiti taż-żmien jew monetarji dwar l-għoti ta' assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas, sakemm limiti bħal dawn ma jillimitawx b'mod arbitrarju l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas jew ifixklu l-aċċess effettiv tal-applikanti għall-ġustizzja; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
This provision has been aligned with the provisions contained on free legal assistance in the Commission's Proposal for a Regulation establishing a common procedure for international protection in the Union ('the Asylum Procedures Regulation'), in particular the provisions of Article 17(3) of the Asylum Procedures Regulation. Any differences with that text reflect amendments to be tabled to that proposal. Such an amendment is necessary relating to the internal logic of the proposals for revising the Common European Asylum System and is inextricably linked to other admissible amendments of the Rapporteur relating to the procedural rights of applicants.
Emenda 514
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Kati Piri, Elly Schlein, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Cécile Kashetu Kyenge, Birgit Sippel
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 4 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) jipprovdu li, fir-rigward ta' tariffi u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti m'għandux ikun aktar favorevoli mit-trattament ġenerali mogħti liċ-ċittadini tagħhom f'materji li jikkonċernaw l-assistenza legali. | (b) jipprovdu li, fir-rigward ta' tariffi u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti m'għandux ikun inqas favorevoli mit-trattament ġenerali mogħti liċ-ċittadini tagħhom f'materji li jikkonċernaw l-assistenza legali. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
This provision has been aligned with the provisions contained on free legal assistance in the Commission's Proposal for a Regulation establishing a common procedure for international protection in the Union ('the Asylum Procedures Regulation'), in particular the provisions of Article 17(3) of the Asylum Procedures Regulation. Any differences with that text reflect amendments to be tabled to that proposal. Such an amendment is necessary relating to the internal logic of the proposals for revising the Common European Asylum System and is inextricably linked to other admissible amendments of the Rapporteur relating to the procedural rights of applicants.
Emenda 515
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon, Birgit Sippel
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż imħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk id-deċiżjoni li ttieħdet biex jingħataw tali spejjeż tkun ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija mill-applikant. | 5. L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali ta' kwalunkwe spejjeż imġarrba meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' assistenza u rappreżentazzjoni legali mingħajr ħlas ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija mill-applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
This provision has been aligned with the provisions contained on free legal assistance in the Commission's Proposal for a Regulation establishing a common procedure for international protection in the Union ('the Asylum Procedures Regulation'), in particular the provisions of Article 17(4) of the Asylum Procedures Regulation. Any differences with that text reflect amendments to be tabled to that proposal. Such an amendment is necessary relating to the internal logic of the proposals for revising the Common European Asylum System and is inextricably linked to other admissible amendments of the Rapporteur relating to the procedural rights of applicants. Applicants should not be asked to reimburse the costs of legal assistance if they later find a job as such a provision would undoubtedly act as a disincentive to applicants requesting legal assistance in the first place.
Emenda 516
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż imħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk id-deċiżjoni li ttieħdet biex jingħataw tali spejjeż tkun ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija mill-applikant. | 5. L-Istati Membri għandhom jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż imħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk id-deċiżjoni li ttieħdet biex jingħataw tali spejjeż tkun ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija mill-applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Fil-każijiet fejn is-sitwazzjoni finanzjarja partikolari tittejjeb b'mod konsiderevoli, huwa loġiku li l-Istati Membri għandhom jiġu rimborżati. Barra minn hekk, biex jiġi miġġieled il-frodi fil-proċess tal-asil, l-informazzjoni falza mogħtija mill-applikant jenħtieġ li twassal għal konsegwenzi.
Emenda 517
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Il-proċeduri għal aċċess għall-assistenza legali u r-rappreżentanza għandhom ikunu stipulati fil-liġi nazzjonali. | 6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli proċedurali speċifiċi dwar il-modalitajiet għat-tressiq u l-ipproċessar ta' talbiet għall-għoti ta' assistenza u rappreżentazzjoni legali mingħajr ħlas jew huma għandhom japplikaw ir-regoli eżistenti għal talbiet domestiċi ta' natura simili, diment li dawk ir-regoli ma jagħmlux l-aċċess għal assistenza u rappreżentazzjoni legali mingħajr ħlas impossibbli jew eċċessivament diffiċli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din id-dispożizzjoni ġiet allinjata mad-dispożizzjonijiet inklużi fl-assistenza legali mingħajr ħlas fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni ("ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Asil"), b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Asil. Din l-emenda neċessarjament tirrelata mal-loġika interna tal-proposti biex tiġi riveduta s-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u hija marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi ammissibbli oħra tar-Rapporteur li jirreletaw mad-drittijiet proċedurali tal-applikanti.
Emenda 518
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-identità ta' dawn l-awtoritajiet. | Kull Stat Membru jista' javża lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-identità ta' dawn l-awtoritajiet. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 519
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom, b'rispett dovut għall-istruttura kostituzzjonali tagħhom, jistabbilixxu mekkaniżmi relevanti sabiex jiżguraw l-istabbiliment ta' gwida, monitoraġġ u kontroll xierqa tal-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza. L-Istati Membri għandhom iqisu [l-istandards operazzjonali dwar il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u l-indikaturi żviluppati mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil / Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] u kull standard operazzjonali, indikatur jew linja gwida dwar kundizzjonijiet ta' akkoljenza skont l-Artikolu [12] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] . | 1. L-Istati Membri jistgħu, b'rispett dovut għall-istruttura kostituzzjonali tagħhom, jistabbilixxu mekkaniżmi relevanti sabiex jiżguraw l-istabbiliment ta' gwida, monitoraġġ u kontroll xierqa tal-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza. L-Istati Membri għandhom iqisu [l-istandards operazzjonali dwar il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u l-indikaturi żviluppati mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil / Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] u kull standard operazzjonali, indikatur jew linja gwida dwar kundizzjonijiet ta' akkoljenza skont l-Artikolu [12] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] . |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 520
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom, b'rispett dovut għall-istruttura kostituzzjonali tagħhom, jistabbilixxu mekkaniżmi relevanti sabiex jiżguraw l-istabbiliment ta' gwida, monitoraġġ u kontroll xierqa tal-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza. L-Istati Membri għandhom iqisu [l-istandards operazzjonali dwar il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u l-indikaturi żviluppati mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil / Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] u kull standard operazzjonali, indikatur jew linja gwida dwar kundizzjonijiet ta' akkoljenza skont l-Artikolu [12] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] . | 1. L-Istati Membri għandhom, b'rispett dovut għall-istruttura kostituzzjonali tagħhom, jistabbilixxu mekkaniżmi relevanti sabiex jiżguraw l-istabbiliment ta' gwida, monitoraġġ u kontroll xierqa tal-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun xieraq, iqisu [l-istandards operazzjonali dwar il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u l-indikaturi żviluppati mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil / Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] u kull standard operazzjonali, indikatur jew linja gwida dwar kundizzjonijiet ta' akkoljenza skont l-Artikolu [12] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] . |
Or. en
Emenda 521
Kinga Gál
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għandu jsir monitoraġġ u valutazzjoni tas-sistemi ta' akkoljenza tal-Istati Membri skont il-proċedura stabbilita fil-[Kapitolu 5] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar l-Asil]. | imħassar |
Or. en
Emenda 522
Kinga Gál
Proposta għal direttiva
Artikolu 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 28 | imħassar |
Ippjanar ta' kontinġenza |
|
1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta' applikanti skont din id-Direttiva f'każijiet fejn l-Istat Membru jiġi kkonfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. L-applikanti għal protezzjoni internazzjonali għandhom jinftiehmu bħala dawk meħtieġa li jkunu preżenti fuq it-territorju tiegħu, inkluż dawk li għalihom l-Istat Membru jkun responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], filwaqt li jqis il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiv deskritt fil-Kapitolu VII ta' dak ir-Regolament. |
|
2. L-ewwel pjan ta' kontinġenza għandu jimtela bl-użu ta' formola li għandha tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, u għandu jiġi nnotifikat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil mhux aktar tard minn [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Pjan ta' kontinġenza aġġornat jiġi nnotifikat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull sentejn minn dak iż-żmien 'il quddiem. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull meta l-pjan ta' kontinġenza jiġi attivat. |
|
3. Għandu jsir monitoraġġ u valutazzjoni tal-pjanijiet ta' kontinġenza, u b'mod partikulari l-adegwatezza tal-miżuri meħuda skont il-pjanijiet, skont il-proċedura stabbilita fil-[Kapitolu 5] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil]. |
|
Or. en
Emenda 523
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta' applikanti skont din id-Direttiva f'każijiet fejn l-Istat Membru jiġi kkonfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. L-applikanti għal protezzjoni internazzjonali għandhom jinftiehmu bħala dawk meħtieġa li jkunu preżenti fuq it-territorju tiegħu, inkluż dawk li għalihom l-Istat Membru jkun responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], filwaqt li jqis il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiv deskritt fil-Kapitolu VII ta' dak ir-Regolament. | 1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta' kontinġenza għal sitwazzjonijiet ta' pressjoni sproporzjonata li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali skont din id-Direttiva. |
Or. en
Emenda 524
Kati Piri, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Tanja Fajon
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta' applikanti skont din id-Direttiva f'każijiet fejn l-Istat Membru jiġi kkonfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. L-applikanti għal protezzjoni internazzjonali għandhom jinftiehmu bħala dawk meħtieġa li jkunu preżenti fuq it-territorju tiegħu, inkluż dawk li għalihom l-Istat Membru jkun responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], filwaqt li jqis il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiv deskritt fil-Kapitolu VII ta' dak ir-Regolament. | 1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta' applikanti skont din id-Direttiva f'każijiet fejn l-Istat Membru jiġi kkonfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
While introducing a welcome contingency planning obligation enabling Member States to provide adequate reception capacity in case they are confronted with disproportionate numbers of applicants, Article 28 links such obligation only to the number of applicants required to be present on a Member State's territory. Making Member States' planning obligations conditional on the desired functioning of the Dublin Regulation has no practical value as pressures on Member States reception capacity may in practice go far beyond those applicants who are required to be present on their territory upon a formal reading of responsibilities under the Dublin Regulation. Adequate contingency planning would need to prepare Member States for increased numbers of arrivals regardless of whether they occur in accordance with the allocation rules and corrective measures laid down in the Dublin Regulation.
Emenda 525
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta' applikanti skont din id-Direttiva f'każijiet fejn l-Istat Membru jiġi kkonfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. L-applikanti għal protezzjoni internazzjonali għandhom jinftiehmu bħala dawk meħtieġa li jkunu preżenti fuq it-territorju tiegħu, inkluż dawk li għalihom l-Istat Membru jkun responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], filwaqt li jqis il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiv deskritt fil-Kapitolu VII ta' dak ir-Regolament. | 1. Kull Stat Membru għandu jfassal, f'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u dawk internazzjonali rilevanti u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, pjan ta' kontinġenza li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta' applikanti skont din id-Direttiva f'każijiet fejn l-Istat Membru jiġi kkonfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. |
Or. en
Emenda 526
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta' applikanti skont din id-Direttiva f'każijiet fejn l-Istat Membru jiġi kkonfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. L-applikanti għal protezzjoni internazzjonali għandhom jinftiehmu bħala dawk meħtieġa li jkunu preżenti fuq it-territorju tiegħu, inkluż dawk li għalihom l-Istat Membru jkun responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], filwaqt li jqis il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiv deskritt fil-Kapitolu VII ta' dak ir-Regolament. | 1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta' applikanti skont din id-Direttiva f'każijiet fejn l-Istat Membru jiġi kkonfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. L-applikanti għal protezzjoni internazzjonali għandhom jinftiehmu bħala dawk meħtieġa li jkunu preżenti fuq it-territorju tiegħu, inkluż dawk li għalihom l-Istat Membru jkun responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. |
Or. en
Emenda 527
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta' applikanti skont din id-Direttiva f'każijiet fejn l-Istat Membru jiġi kkonfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. L-applikanti għal protezzjoni internazzjonali għandhom jinftiehmu bħala dawk meħtieġa li jkunu preżenti fuq it-territorju tiegħu, inkluż dawk li għalihom l-Istat Membru jkun responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], filwaqt li jqis il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiv deskritt fil-Kapitolu VII ta' dak ir-Regolament. | 1. Kull Stat Membru jista' jfassal pjan ta' kontinġenza li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta' applikanti skont din id-Direttiva f'każijiet fejn l-Istat Membru jiġi kkonfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. L-applikanti għal protezzjoni internazzjonali għandhom jinftiehmu bħala dawk meħtieġa li jkunu preżenti fuq it-territorju tiegħu, inkluż dawk li għalihom l-Istat Membru jkun responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], filwaqt li jqis il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiv deskritt fil-Kapitolu VII ta' dak ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 528
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jenħtieġ li l-pjan ta' kontinġenza jinkludi qafas leġiżlattiv għall-awtoritajiet nazzjonali biex joperaw f'każ ta' influss f'daqqa ta' numru kbir ta' immigranti irregolari. Għodda importanti biex tiġi miġġielda l-pressjoni migratorja sinifikanti huwa li jintbagħtu lura dawk li jaslu fil-fruntieri interni. Għalhekk, jenħtieġ li linji gwida għall-użu tal-mekkaniżmu li bih l-immigranti jintbagħtu lura jiġu inklużi fil-pjan ta' kontinġenza. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għadd kbir ta' persuni li jfittxu l-asil li jaslu permezz ta' Stat Membru wieħed jew aktar fejn kellhom opportunità realistika biex japplikaw għal protezzjoni, kif kien il-każ fl-2015, jeqred il-kredibbiltà tas-sistema tal-asil. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom id-dritt espliċitu li jwaqqfu t-tali migranti fil-fruntiera.
Emenda 529
József Nagy
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-ewwel pjan ta' kontinġenza għandu jimtela bl-użu ta' formola li għandha tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, u għandu jiġi nnotifikat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil mhux aktar tard minn [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Pjan ta' kontinġenza aġġornat jiġi nnotifikat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull sentejn minn dak iż-żmien 'il quddiem. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull meta l-pjan ta' kontinġenza jiġi attivat. | 2. L-ewwel pjan ta' kontinġenza għandu jimtela bl-użu ta' formola li għandha tiġi adottata mill-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, u għandu jiġi nnotifikat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil mhux aktar tard minn [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Pjan ta' kontinġenza aġġornat jiġi nnotifikat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull sentejn minn dak iż-żmien 'il quddiem. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull meta l-pjan ta' kontinġenza jiġi attivat. |
Or. en
Emenda 530
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-ewwel pjan ta' kontinġenza għandu jimtela bl-użu ta' formola li għandha tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, u għandu jiġi nnotifikat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil mhux aktar tard minn [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Pjan ta' kontinġenza aġġornat jiġi nnotifikat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull sentejn minn dak iż-żmien 'il quddiem. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull meta l-pjan ta' kontinġenza jiġi attivat. | 2. L-ewwel pjan ta' kontinġenza għandu jimtela bl-użu ta' formola li għandha tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, u għandu jiġi nnotifikat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil mhux aktar tard minn [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Pjan ta' kontinġenza aġġornat jiġi nnotifikat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull sitt xhur minn dak iż-żmien 'il quddiem. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull meta l-pjan ta' kontinġenza jiġi attivat. |
Or. en
Emenda 531
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 29 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu Ewropew tal-asil żviluppat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fit-taħriġ tal-persunal tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil]. | 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa. Għal dan il-għan, il-finanzjament adegwat għandu jsir disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz tal-possibbiltà għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jaċċessaw direttament il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF). Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu Ewropew tal-asil żviluppat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fit-taħriġ tal-persunal tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil]. |
Or. en
Emenda 532
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 29 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu Ewropew tal-asil żviluppat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fit-taħriġ tal-persunal tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil]. | 1. L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-applikanti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss. Barra minn hekk, id-dilazzjoni ammissibbli f'din l-emenda partikolari hija turija tal-imsemmija rabta inseparabbli.
Emenda 533
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Ward, Luigi Morgano, Bodil Valero, Brando Benifei, Damiano Zoffoli, Nathalie Griesbeck, Jean Lambert
Proposta għal direttiva
Artikolu 29 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu Ewropew tal-asil żviluppat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fit-taħriġ tal-persunal tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil]. | 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa, kif ukoll tfal. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu Ewropew tal-asil żviluppat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fit-taħriġ tal-persunal tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] u għandom iqisu l-materjal ta' informazzjoni ppubblikat mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, bħall-Għodda tal-EASO għall-Identifikazzjoni tal-persuni bi bżonnijiet speċjali. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
It-tfal għandhom bżonnijiet speċifiċi u min-natura tagħhom jinsabu f'fażi ta' żvilupp mentali, spiritwali u morali, u fid-dawl tal-vulnerabbiltà partikolari tagħhom u tat-trawmi li huma setgħu ġew esposti għalihom matul il-vjaġġ huwa meħtieġ li dawk li jaħdmu mat-tfal ikunu mħarrġa b'mod adegwat. Għal dan il-għan, dawk li jaħdmu mat-tfal u applikanti oħra li għandhom bżonnijiet speċjali jenħtieġ li jiġu informati bir-reqqa dwar il-materjal prodott mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil.
Emenda 534
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 29 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jallokaw ir-riżorsi meħtieġa b'konnessjoni mal-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva. | 2. L-Istati Membri għandhom jallokaw riżorsi sal-livell li huma jqisu meħtieġ b'konnessjoni mal-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 535
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sa mhux aktar tard minn [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u mill-inqas ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa. | Sa mhux aktar tard minn [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u mill-inqas tliet snin minn dak iż-żmien 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa. |
Or. en
Emenda 536
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sa mhux aktar tard minn [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u mill-inqas ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa. | Sa mhux aktar tard minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u mill-inqas sentejn minn dak iż-żmien 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jinħtieġ li jkollna r-rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva aktar kmieni minħabba li s-sitwazzjoni tal-asil fl-UE se tibqa' prekarja fil-futur qarib. Ir-rapporti sussegwenti dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jinħarġu b'mod aktar regolari.
Emenda 537
Salvatore Domenico Pogliese, Alessandra Mussolini
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sa mhux aktar tard minn [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u mill-inqas ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa. | Sa mhux aktar tard minn [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u mill-inqas tliet snin minn dak iż-żmien 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Il-firmatarji jħossu li l-Parlament Ewropew jenħtieġ li jiġi informat kif xieraq dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fi żmien sena mid-dħul tagħha fis-seħħ.
Emenda 538
Salvatore Domenico Pogliese, Alessandra Mussolini
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem. | L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull sentejn snin minn dak iż-żmien 'il quddiem. |
Or. it
Ġustifikazzjoni
Il-firmatarji jħossu li l-Istati Membri jenħtieġ li jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil tar-rapport fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tippreżenta rapport dwar id-Direttiva fi żmien sena mid-dħul tagħha fis-seħħ.
Emenda 539
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem. | L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, jistgħu jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 540
Jussi Halla-aho
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem. | L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull tliet snin minn dak iż-żmien 'il quddiem. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jinħtieġ li jkollna r-rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva aktar kmieni minħabba li s-sitwazzjoni tal-asil fl-UE se tibqa' prekarja fil-futur qarib. Ir-rapporti sussegwenti dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jinħarġu b'mod aktar regolari.
Emenda 541
Bodil Valero
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem. | L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull tliet snin minn dak iż-żmien 'il quddiem. |
Or. en
Emenda 542
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 31 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jittrasponu l-liġijiet, ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma jqisu li jkunu qegħdin jiksru l-prinċipju tas-sussidjarjetà jew l-ispirtu tat-Trattati. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna emendi ammissibbli li huma ggwidati mill-principju tas-sussidjarjetà u huma marbuta b'mod intrinsiku mal-emendi fil-partijiet il-bojod li huma ggwidati wkoll mill-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ma jkunx jagħmel sens li l-prinċipju jiġi applikat għall-partijiet il-griżi biss.
Emenda 543
Beatrix von Storch
Proposta għal direttiva
Artikolu 31 – paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jinfurmaw il-liġijiet, ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma jqisu li jkunu qegħdin jiksru l-prinċipju tas-sussidjarjetà jew l-ispirtu tat-Trattati. |