Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

2016/0132(COD)

3.3.2017

EMENDI

272 - 455

Abbozz ta' rapport

Monica Macovei

(PE597.620v02-00)

L-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, għall-idenifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (riformulazzjoni)

Proposta għal regolament

( COM(2016)0272 – C8-0179/2016 – 2016/0132(COD) )

AM_Com_LegReport

Emenda     272

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek, Hilde Vautmans

Proposta għal regolament

Kapitolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KAPITOLU IIa: ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI APOLIDI LI GĦALIHOM STAT MEMBRU BIĦSIEBU JWETTAQ PROĊEDURA TA' RISISTEMAZZJONI

Artikolu 12a: Ġbir u trażmissjoni ta' data tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ

1. Kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront il-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha u jieħu ritratt tax-xbiha tal-wiċċ ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li jkollhom tal-inqas sitt snin li għalihom huwa biħsiebu jwettaq proċedura ta' risistemazzjoni u għandu jibgħathom lis-Sistema Ċentrali mill-aktar fis possibbli wara r-reġistrazzjoni tal-persuna kif iddefinit mill-Artikolu 10(2), tar-Regolament XXX/XXX flimkien ma' data oħra msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.

In-nuqqas ta' konformità mat-teħid tal-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha u tat-teħid ta' ritratt tax-xbiha tal-wiċċ fil-ħin tar-reġistrazzjoni ma għandux jeżonora lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jittrażmettu l-marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ lis-Sistema Ċentrali. Meta l-kundizzjoni tat-truf tas-swaba' ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba' ta' kwalità li tassigura tqabbil xieraq skont l-Artikolu 26, l-Istat Membru ta' oriġini għandu jerġa' jieħu l-marki tas-swaba' tal-applikant u jibgħathom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu ttieħdu b'suċċess.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, meta ma jkunx possibbli li jittieħdu l-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li għalihom Stat Membru biħsiebu jwettaq proċedura ta' risistemazzjoni minħabba miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata s-saħħa tagħhom jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri għandhom jieħdu u jibagħtu dawn il-marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li dawn ir-raġunijiet ta' saħħa ma jibqgħux validi.

3. Id-data tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ kif ukoll id-data l-oħra msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament XXX/XXX tista' tittieħed u tintbagħat ukoll minn esperti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) meta jwettqu l-ħidmiet tagħhom skont ir-Regolament dwar l-EUAA.

Artikolu 12b: Reġistrazzjoni ta' data

L-informazzjoni li ġejja biss għandha tiġi reġistrata fis-Sistema Ċentrali:

a) data dwar il-marki tas-swaba';

b) xbiha tal-wiċċ;

c) kunjom(ijiet) u isem(ismijiet), isem(ismijiet) fit-twelid u ismijiet użati qabel u kwalunkwe psewdonimu, li jistgħu jiddaħħlu separatament;

d) ċittadinanza(i);

e) post u data tat-twelid;

f) l-Istat Membru ta' oriġini, post u data tal-applikazzjoni;

g) is-sess;

h) fejn ikun xieraq, it-tip u n-numru tal-identità jew dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti u l-validità;

i) in-numru ta' referenza użat mill-Istat Membru ta' oriġini;

j) id-data li fiha ttieħdu l-marki tas-swaba' u/jew ix-xbiha tal-wiċċ;

(k) id-data li fiha l-informazzjoni ġiet trażmessa lis-Sistema Ċentrali;

(l) il-user ID tal-operatur;

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Recast: la création de ce nouveau chapitre se justifie par la proposition d'inclure dans Eurodac les ressortissants de pays tiers et les apatrides pour lesquels un Etat membre entend exécuter une procédure de réinstallation conformément au règlement XXX/XXX. L'article 10 dudit règlement prévoit que les États membres enregistrent les données des personnes qu'ils entendent réinstaller et les stockent ensuite. Il n'est pas précisé dans quelle base de données celles-ci sont enregistrées. Il est donc proposé de les enregistrer directement dans Eurodac afin qu'elles puissent bénéficier des garanties offertes par le présent règlement et qu'elles soient soumises au même régime que les données des autres bénéficiaires de protection internationale. Cet enregistrement permettra aussi de pouvoir déterminer l'État membre de réinstallation et ce, afin de contrôler les mouvements secondaires comme cela est avancé par la Commission dans sa proposition.

Emenda     273

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI APOLIDI LI JINQABDU B'KONNESSJONI MAL-QSIM IRREGOLARI TA' FRUNTIERA ESTERNA

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

In many cases, asylum seekers who enter the EU in an irregular manner are first fingerprinted as irregular border crossers. When they formally lodge a claim for international protection, they are fingerprinted again as applicants for international protection. Double fingerprinting could lead to an excessive interference into the right to respect for private life enshrined in Article 7 of the Charter and Article 8 of the European Convention on Human Rights (ECHR). It could also create situations of tensions leading to the use of coercive measures to enforce fingerprinting.Moreover, the EU legislator should carefully assess the necessity and proportionality of centrally storing the name, surname, nationality, date and place of birth, as well as information on the travel document of an applicant for international protection for a period as long as 10 years. To reduce risk of abuse, the EU legislator should consider blocking the personal data of international protection applicants listed in Article 13 (2) (c)-(e) and (h) of the proposal until the international protection claim is rejected in the final instance that these are not automatically visible in case of a Eurodac match. Where such data are needed to achieve the objectives laid down in Article 1 (1) (a) and (c) of the proposed recast Eurodac Regulation, it should be exchanged bilaterally between Member States as it is currently the case under Regulation (EU) No. 603/2013.

Emenda     274

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

Emenda     275

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront il-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha u jieħdu ritratt tax-xbiha tal-wiċċ ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li jkollhom tal-inqas sitt snin , li jinqabdu mill-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti b'konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera ta' dak l-Istat Membru wara li jkunu ġew minn pajjiż terz u li ma jintbagħtux lura fih jew li baqgħu fiżikament fit-territorju tal-Istati Membri u li ma nżammewx f'kustodja, reklużjoni jew detenzjoni waqt il-perjodu sħiħ bejn il-qbid u t-tneħħija fuq il-bażi tad-deċiżjoni li jintbagħtu lura.

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront il-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha u jieħdu ritratt tax-xbieha tal-wiċċ ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li jkollhom tal-inqas sitt snin , li jinqabdu mill-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti b'konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera ta' dak l-Istat Membru wara li jkunu ġew minn pajjiż terz u li ma jintbagħtux lura fih jew li baqgħu fiżikament fit-territorju tal-Istati Membri u li ma nżammewx f'kustodja, reklużjoni jew detenzjoni waqt il-perjodu sħiħ bejn il-qbid u t-tneħħija fuq il-bażi tad-deċiżjoni li jintbagħtu lura. It-teħid tal-marki tas-swaba' u t-teħid ta' ritratti tax-xbieha tal-wiċċ ta' tfal huwa b'mod partikolari għall-iskop stipulat fl-Artikolu 1(1)(ca).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta direttament mal-bidla fl-età minn 14-il sena għal 6 snin proposta mill-Kummissjoni f'dan l-Artikolu.

Emenda     276

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront il-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha u jieħdu ritratt tax-xbiha tal-wiċċ ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li jkollhom tal-inqas sitt snin , li jinqabdu mill-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti b'konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera ta' dak l-Istat Membru wara li jkunu ġew minn pajjiż terz u li ma jintbagħtux lura fih jew li baqgħu fiżikament fit-territorju tal-Istati Membri u li ma nżammewx f'kustodja, reklużjoni jew detenzjoni waqt il-perjodu sħiħ bejn il-qbid u t-tneħħija fuq il-bażi tad-deċiżjoni li jintbagħtu lura.

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront il-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li jkollhom tal-inqas 18-il sena, li jinqabdu mill-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti b'konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera ta' dak l-Istat Membru wara li jkunu ġew minn pajjiż terz u li ma jintbagħtux lura fih jew li baqgħu fiżikament fit-territorju tal-Istati Membri u li ma nżammewx f'kustodja, reklużjoni jew detenzjoni waqt il-perjodu sħiħ bejn il-qbid u t-tneħħija fuq il-bażi tad-deċiżjoni li jintbagħtu lura.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan huwa marbut mal-introduzzjoni ta' paragrafu 1A ġdid f'dan l-Artikolu, li għandu l-għan li jipproteġi aħjar il-vittmi tfal minn traffikar u jappoġġja l-identifikazzjoni u l-protezzjoni tat-tfal li jintilfu.

Emenda     277

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Għall-fini tal-Artikolu 1(1)(ca), kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront il-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha u jieħu ritratt tax-xbieha tal-wiċċ ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li jkollhom tal-inqas sitt snin, li jinqabdu mill-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti b'konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera ta' dak l-Istat Membru wara li jkunu ġew minn pajjiż terz u li ma jintbagħtux lura fih jew li baqgħu fiżikament fit-territorju tal-Istati Membri.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex iżżomm il-loġika tat-test peress li jenħtieġ li sservi sabiex tipproteġi l-vittmi tfal mit-traffikar u tappoġġja l-identifikazzjoni u l-protezzjoni tat-tfal mhux akkumpanjati li jintilfu, jisparixxu jew jaħarbu, bħalma enfasizzat il-Kummissjoni Ewropea fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha li jakkumpanja r-riformulazzjoni proposta tar-Regolament Eurodac. Sabiex jikkonforma mal-Artikolu 7, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 24 tal-Karta, l-ipproċessar tad-data bijometrika ta' tfal sa 6 snin jista' jkun iġġustifikat biss jekk ikun ifittex b'mod espliċitu objettiv ta' protezzjoni tat-tfal.

Emenda     278

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ix-xbiha tal-wiċċ;

(b)  ix-xbieha tal-wiċċ fejn is-suġġett tad-data huwa minorenni;

Or. en

Emenda     279

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kunjom(ijiet) u l-isem(ismijiet), l-isem(ismijiet) fit-twelid u l-ismijiet użati preċedentement u kull psewdonimu, li jistgħu jiddaħħlu separatament;

(c)  il-kunjom(ijiet) u l-isem(ismijiet), l-isem(ismijiet) fit-twelid u l-ismijiet użati preċedentement;

Or. en

Emenda     280

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  iċ-ċittadinanza(i);

imħassar

Or. en

Emenda     281

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  iċ-ċittadinanza(i);

(d)  iċ-ċittadinanza(i) jew ċittadinanza jew status bħala persuna apolida preżunta u ddikjarata f'konformità mal-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Persuni Apolidi tal-1954;

Or. en

Emenda     282

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-post u d-data tat-twelid

imħassar

Or. en

Emenda     283

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga)  dettalji ta' rbit familjari ta' minorenni, bħal ismijiet ta' membri familjari u persuni li jakkumpanjawhom jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tista' tgħin għal traċċar jew riunifikazzjoni possibbli tal-familja;

Or. en

Ġustifikazzjoni

As the European Commission highlighted in its explanatory memorandum accompanying the proposed Eurodac recast, the lowering of the minimum age from 14 years to 6 years in Article 10(1) et al. should serve in order to protect child victims of trafficking and support the identification and protection of unaccompanied children. In order to comply with Article 7, 8 and 24 of the EU Charter of Fundamental Rights the processing of childrens' biometric data could be only justified by a child protection purpose. Therefore this amendment is directly linked to the changes which the Commission proposed.

Emenda     284

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  it-tip u n-numru tal-identità jew dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti u l-validità;

imħassar

Or. en

Emenda     285

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek, Hilde Vautmans

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ia)  deċiżjoni ta' ritorn jew ordni ta' tkeċċija meħuda mill-Istat Membru ta' oriġini;

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Sabiex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni irregolari, iċ-ċittadini residenti illegalment għandhom iżidu l-isem tal-ordni ta' tkeċċija meħuda mill-Istat Membru li jkun introduċa d-data fil-Eurodac, minflok in-numru tal-applikazzjoni għall-ażil.

Emenda     286

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  fejn applikabbli skont l-Artikolu 6, id-data li fiha l-persuna kkonċernata ħalliet jew tkeċċiet mit-territorju tal-Istati Membri;

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan jenħtieġ li jkun irreġistrat fis-SIS. Kwalunkwe data li tibqa' fil-Eurodac wara li l-persuna titlaq jew ġiet irritornata jenħtieġ li titħassar.

Emenda     287

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-paragrafu 1, fejn mhux possibbli li jittieħdu l-marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ ta' persuna mwaqqfa minħabba miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata s-saħħa tal-applikant jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri konċernati għandhom jieħdu u jibagħtu dawn il-marki u x-xbiha tal-wiċċ mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li dawn ir-raġunijiet ta' saħħa ma jibqgħux validi.

B'deroga mill-paragrafu 1, fejn mhux possibbli li jittieħdu l-marki tas-swaba', ix-xbieha tal-wiċċ jew it-tnejn ta' persuna mwaqqfa minħabba miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata s-saħħa tal-applikant jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri konċernati għandhom jieħdu u jibagħtu dawn il-marki, ix-xbieha tal-wiċċ jew it-tnejn mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li dawn ir-raġunijiet ta' saħħa ma jibqgħux validi.

Or. en

Emenda     288

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Hekk kif l-Istat Membru tal-oriġini jiżgura li l-persuna konċernata li d-data tagħha ġiet reġistrata fil-Eurodac skont il-paragrafu (1) ħalliet it-territorju tal-Istat Membri f'konformità mad-deċiżjoni tar-ritorn jew l-ordni ta' tkeċċija, huwa għandu jaġġorna s-sett tad-data rreġistrata f'konformità mal-paragrafu (2) relatat mal-persuna konċernata billi jżid id-data tat-tkeċċija tagħha jew meta ħalliet it-territorju.

6.  Hekk kif l-Istat Membru responsabbli jiżgura li l-persuna konċernata li d-data tagħha ġiet reġistrata fil-Eurodac skont il-paragrafu (1) ingħatat permess għar-residenza jew ħalliet it-territorju tal-Istat Membri f'konformità mad-deċiżjoni tar-ritorn jew l-ordni ta' tkeċċija, huwa għandu jħassar is-sett tad-data rreġistrata f'konformità mal-paragrafu (2) relatat mal-persuna konċernata.

Or. en

Emenda     289

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-data tal-marki tas-swaba' tista' tittieħed u tiġi trażmessa mill-membri tat-Timijiet tal-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] meta jwettqu l-ħidmiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat skont [ir-Regolament dwar il-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE].

7.  Id-data tal-marki tas-swaba' għandha tittieħed u tiġi trażmessa minn esperti tal-ażil tal-Istat Membru li rċevew taħriġ speċifiku dwar id-drittijiet fundamentali, id-dritt għall-ażil u dwar kif jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċjali ta' migranti vulnerabbli, inkluż tfal.

Or. en

Emenda     290

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-data tal-marki tas-swaba' tista' tittieħed u tiġi trażmessa mill-membri tat-Timijiet tal-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] meta jwettqu l-ħidmiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat skont [ir-Regolament dwar il-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE].

7.  Id-data tal-marki tas-swaba' u x-xbieha tal-wiċċ jistgħu jittieħdu u jiġu trażmessi mill-membri tat-Timijiet tal-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] meta jwettqu l-ħidmiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat skont [ir-Regolament dwar il-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE].

Or. en

Emenda     291

Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Kapitolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI APOLIDI LI JINSTABU JOQOGĦDU B'MOD ILLEGALI FI STAT MEMBRU

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emendi ammissibbli li jħassru l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6).

Emenda     292

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Kapitolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI APOLIDI LI JINSTABU JOQOGĦDU B'MOD ILLEGALI FI STAT MEMBRU

ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI APOLIDI LI JINSTABU JOQOGĦDU B'MOD IRREGOLARI FI STAT MEMBRU

Or. en

Ġustifikazzjoni

Marbuta mal-Emenda tad-definizzjoni fl-Artikolu 3(1)(d). Din l-emenda tapplika għat-test kollu.

Emenda     293

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emendi ammissibbli li jħassru l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6).

Emenda     294

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu immedjatament jieħu l-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha u jieħu ritratt tax-xbiha tal-wiċċ ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida ta' mill-anqas sitt snin li tinstab illegalment fit-territorju tiegħu.

1.  Kull Stat Membru għandu immedjatament jieħu l-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha u jieħu ritratt tax-xbieha tal-wiċċ ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida ta' mill-anqas sitt snin li tinstab illegalment fit-territorju tiegħu. It-teħid tal-marki tas-swaba' u t-teħid ta' ritratti tax-xbieha tal-wiċċ ta' tfal huwa b'mod partikolari għall-iskop stipulat fl-Artikolu 1(1)(ca).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta direttament mal-bidla fl-età minn 14-il sena għal 6 snin proposta mill-Kummissjoni f'dan l-Artikolu.

Emenda     295

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Sabiex jiġi ċċekkjat jekk ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li jinstabu joqogħdu b'mod illegali fit-territorju tiegħu jkunux issottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor, Stat Membru jista' jittrażmetti lis-Sistema Ċentrali kull data dwar marki tas-swaba' li jkollha x'taqsam ma' marki tas-swaba' li l-Istat Membru seta' kien ħa ta' kwalunkwe ċittadin terz jew persuna apolida ta' mill-inqas 14-il sena flimkien man-numru ta' referenza użat minn dak l-Istat Membru.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda li timmira li tirrestawra l-paragrafu 1 tat-test tal-Artikolu 14 fis-seħħ.

Emenda     296

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ix-xbiha tal-wiċċ;

imħassar

Or. en

Emenda     297

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  iċ-ċittadinanza(i);

(d)  iċ-ċittadinanza(i) jew ċittadinanza jew status bħala persuna apolida preżunta u ddikjarata f'konformità mal-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Persuni Apolidi tal-1954;

Or. en

Emenda     298

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga)  dettalji ta' rbit familjari ta' minorenni, bħal ismijiet ta' membri familjari u persuni li jakkumpanjawhom jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tista' tgħin għal traċċar jew riunifikazzjoni possibbli tal-familja.

Or. en

Ġustifikazzjoni

As the European Commission highlighted in its explanatory memorandum accompanying the proposed Eurodac recast, the lowering of the minimum age from 14 years to 6 years in Article 10(1) et al. should serve in order to protect child victims of trafficking and support the identification and protection of unaccompanied children. In order to comply with Article 7, 8 and 24 of the EU Charter of Fundamental Rights the processing of childrens' biometric data could be only justified by a child protection purpose. Therefore this amendment is directly linked to the changes which the Commission proposed.

Emenda     299

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek, Hilde Vautmans

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ia)  deċiżjoni ta' ritorn jew ordni ta' tkeċċija meħuda mill-Istat Membru ta' oriġini.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni irregolari, iċ-ċittadini residenti illegalment għandhom iżidu l-isem tal-ordni ta' tkeċċija meħuda mill-Istat Membru li jkun introduċa d-data fil-Eurodac, minflok in-numru tal-applikazzjoni għall-ażil.

Emenda     300

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek, Hilde Vautmans

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Fir-rigward taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza irregolari iżda li jkunu daħlu billi qasmu l-fruntiera esterna taż-żona Schengen b'mod legali u li s-soġġorn awtorizzat tagħhom ma jkunx qabeż 15-il jum, l-Istat Membru jista' jidderoga mill-obbligi li jirriżultaw mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Les données de ressortissant de pays tiers en séjour irrégulier seront enregistrées pour une période de 5 ans dans Eurodac. C'est pourquoi, les personnes qui sont entrée légalement sur le territoire de l'UE et qui font l'objet d'un dépassement très court de la durée de séjour autorisée et pour lesquels soit un retour volontaire est imminent soit une procédure de régularisation est cours et qu'ils ne présentent aucun risque de fuite, les Etats membres devrait disposer d'une marge d'appréciation et leur octroyer un délai raisonnable pour quitter le territoire ou se régulariser avant d'enregistrer leur données pour une si longue durée. Il convient donc que pour les personnes entré illégalement sur le territoire d'un Etat membre, ces données soient directement enregistrées dans Eurodac mais que pour celles entré légalement un délai raisonnable de 15 jours leur soit laissé.

Emenda     301

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Juan Fernando López Aguilar, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' ċittadini minn pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment li daħlu irregolarment billi qasmu l-fruntiera esterna taż-żona Schengen u li damu aktar mill-perjodu legali ta' residenza b'mhux aktar minn 15-il jum.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta direttament mal-Artikolu 14 fil-proposta tal-Kummissjoni. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni sabiex tinkludi "ċittadini minn pajjiżi terzi jew persuni apolidi misjuba joqogħdu illegalment fi Stat Membru" trid tkun akkumpanjata minn salvagwardji jekk persuna daħlet illegalment fl-UE u tibqa' aktar milli suppost għal xi ġranet minħabba raġunijiet li jistgħu jkunu mhux intenzjonati.

Emenda     302

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-data dwar il-marki tas-swaba' ta' ċittadin terz jew persuna apolida kif imfisser fil-paragrafu 1 għandha tiġi trażmessa lis-Sistema Ċentrali u mqabbla mad-data dwar marki tas-swaba' ta' persuni li tteħdulhom il-marki tas-swaba' għall-fini tal-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1) trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà rreġistrata fis-Sistema Ċentrali.

3.  Id-data dwar il-marki tas-swaba' u x-xbieha tal-wiċċ ta' ċittadin terz jew persuna apolida kif imfisser fil-paragrafu 1 għandha tiġi trażmessa lis-Sistema Ċentrali u mqabbla mad-data dwar marki tas-swaba' u x-xbieha tal-wiċċ ta' persuni għall-fini tal-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1) trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà rreġistrata fis-Sistema Ċentrali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li ma ddaħħalx fil-postijiet meħtieġa kollha kemm "marki tas-swaba'" kif ukoll "xbieha tal-wiċċ", li hija f'konformità mal-obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Emenda     303

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  In-nuqqas ta' konformità mal-limitu tal-ħin ta' 72 siegħa msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma għandux jeħles lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jitrażmettu l-marki tas-swaba' lis-Sistema Ċentrali. Meta l-kundizzjoni tat-truf tas-swaba' ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba' ta' kwalità li tassigura tqabbil xieraq skont l-Artikolu 26, l-Istat Membru ta' oriġini għandu jerġa' jieħu l-marki tas-swaba' tal-persuni maqbudin kif deskritt fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jibgħathom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu ttieħdu b'suċċess.

4.  In-nuqqas ta' konformità mal-limitu tal-ħin ta' 72 siegħa msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma għandux jeħles lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jitrażmettu d-data tal-marki tas-swaba' u x-xbieha tal-wiċċ lis-Sistema Ċentrali. Meta l-kundizzjoni tat-truf tas-swaba' ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba' ta' kwalità li tassigura tqabbil xieraq skont l-Artikolu 26, l-Istat Membru ta' oriġini għandu jerġa' jieħu l-marki tas-swaba' tal-persuni maqbudin kif deskritt fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jibgħathom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu ttieħdu b'suċċess.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li ma ddaħħalx fil-postijiet meħtieġa kollha kemm "marki tas-swaba'" kif ukoll "xbieha tal-wiċċ", li hija f'konformità mal-obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Emenda     304

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Kapitolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PROĊEDURA GĦALL-PARAGUN TA' DATA GĦAL APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI NAZZJONALI U ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI LI JINQABDU JAQSMU L-FRUNTIERIA B'MOD IRREGOLALARI JEW LI JKUNU QED JIRRESJIEDU ILLEGALMENT FIT-TERRITORJU TAL-ISTAT MEMBRU

PROĊEDURA GĦALL-PARAGUN TA' DATA GĦAL APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI NAZZJONALI, GĦAL ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI APOLIDI LI GĦALIHOM STAT MEMBRU BIĦSIEBU JWETTAQ PROĊEDURA TA' RISISTEMAZZJONI U ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI LI JINQABDU JAQSMU L-FRUNTIERA B'MOD IRREGOLALARI JEW LI JKUNU QED JIRRISJEDU ILLEGALMENT FIT-TERRITORJU TAL-ISTAT MEMBRU

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     305

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Kapitolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PROĊEDURA GĦALL-PARAGUN TA' DATA GĦAL APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI NAZZJONALI U ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI LI JINQABDU JAQSMU L-FRUNTIERIA B'MOD IRREGOLALARI JEW LI JKUNU QED JIRRESJIEDU ILLEGALMENT FIT-TERRITORJU TAL-ISTAT MEMBRU

PROĊEDURA GĦALL-PARAGUN TA' DATA GĦAL APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI NAZZJONALI U ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI LI JINQABDU JAQSMU L-FRUNTIERA B'MOD IRREGOLALARI

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emendi ammissibbli li jħassru l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6).

Emenda     306

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Kapitolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PROĊEDURA GĦALL-PARAGUN TA' DATA GĦAL APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI NAZZJONALI U ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI LI JINQABDU JAQSMU L-FRUNTIERIA B'MOD IRREGOLALARI JEW LI JKUNU QED JIRRESJIEDU ILLEGALMENT FIT-TERRITORJU TAL-ISTAT MEMBRU

PROĊEDURA GĦALL-PARAGUN TA' DATA GĦAL APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI NAZZJONALI U ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI U PERSUNI APOLIDI LI JINQABDU JAQSMU L-FRUNTIERA B'MOD IRREGOLALARI JEW LI JKUNU QED JIRRISJEDU ILLEGALMENT FIT-TERRITORJU TAL-ISTAT MEMBRU

Or. en

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li ma ddaħħalx fil-postijiet meħtieġa kollha l-kelmiet "u persuni apolidi", li hija f'konformità mal-iskop tal-Eurodac kif imsemmi fl-Artikolu 1(a).

Emenda     307

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Kapitolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PROĊEDURA GĦALL-PARAGUN TA' DATA GĦAL APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI NAZZJONALI U ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI LI JINQABDU JAQSMU L-FRUNTIERIA B'MOD IRREGOLALARI JEW LI JKUNU QED JIRRESJIEDU ILLEGALMENT FIT-TERRITORJU TAL-ISTAT MEMBRU

PROĊEDURA GĦALL-PARAGUN TA' DATA GĦAL APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI NAZZJONALI U ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI LI JINQABDU JIRRESJIEDU B'MOD IRREGOLARI FIT-TERRITORJU TAL-ISTAT MEMBRU

Or. en

Emenda     308

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-data dwar il-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ trażmessa minn kwalunkwe Stat Membru, bl-eċċezzjoni ta' dik trażmessa skont l-Artikolu 11(b) u (c) għandha tkun imqabbla awtomatikament mad-data dwar marki tas-swaba' trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1)

1.  Id-data dwar il-marki tas-swaba' trażmessa minn kwalunkwe Stat Membru, bl-eċċezzjoni ta' dik trażmessa skont l-Artikolu 11(b) u (c) għandha tkun imqabbla awtomatikament mad-data dwar marki tas-swaba' trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1)

Or. en

Emenda     309

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-data dwar il-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ trażmessa minn kwalunkwe Stat Membru, bl-eċċezzjoni ta' dik trażmessa skont l-Artikolu 11(b) u (c) għandha tkun imqabbla awtomatikament mad-data dwar marki tas-swaba' trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1)

1.  Id-data dwar il-marki tas-swaba' u, bħala l-aħħar alternattiva, tax-xbieha tal-wiċċ trażmessa minn kwalunkwe Stat Membru, bl-eċċezzjoni ta' dik trażmessa skont l-Artikolu 11(b) u (c) għandha tkun imqabbla awtomatikament mad-data dwar marki tas-swaba' trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(1) u 13(1).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emendi ammissibbli li jħassru l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6). L-inseriment ta' "bħala l-aħħar alternattiva" huwa meħtieġ sabiex jiżgura konsistenza mal-Artikolu 16 tal-proposta għal riformulazzjoni, ibbażata fuq il-kummenti tal-KEPD.

Emenda     310

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-data dwar il-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ trażmessa minn kwalunkwe Stat Membru, bl-eċċezzjoni ta' dik trażmessa skont l-Artikolu 11(b) u (c) għandha tkun imqabbla awtomatikament mad-data dwar marki tas-swaba' trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1).

1.  Id-data dwar il-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ trażmessa minn kwalunkwe Stat Membru, bl-eċċezzjoni ta' dik trażmessa skont l-Artikolu 11(b) u (c) għandha tkun imqabbla awtomatikament mad-data dwar marki tas-swaba' trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(1), 12(a), 13(1) u 14(1).

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     311

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-Sistema Ċentrali għandha tiżgura, bit-talba ta' Stat Membru, li t-tqabbil imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkopri l-informazzjoni dwar marki tas-swaba' u xbiha tal-wiċċ trażmessa qabel minn dak l-Istat Membru, b'żieda għad-data tal-marki tas-swaba' u taxbiha tal-wiċċ minn Stati Membri oħra.

2.  Is-Sistema Ċentrali għandha tiżgura, bit-talba ta' Stat Membru, li t-tqabbil imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkopri l-informazzjoni dwar marki tas-swaba', xbieha tal-wiċċ jew it-tnejn trażmessa qabel minn dak l-Istat Membru, b'żieda għad-data tal-marki tas-swaba', data tax-xbieha tal-wiċċ jew it-tnejn minn Stati Membri oħra.

Or. en

Emenda     312

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Fejn ikun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4) . Meta tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

3.  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Fejn ikun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12 u 13(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 19(1). Meta tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12 u 13(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emendi ammissibbli li jħassru l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6).

Emenda     313

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Fejn ikun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4) . Meta tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

3.  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Fejn ikun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4). Meta jasal lura riżultat negattiv, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

Or. en

Emenda     314

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Fejn ikun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikoli 12, 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4) . Fejn tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

3.  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Fejn ikun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikoli 12, 12(b), 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 19(1), 3(a) u (4) . Fejn tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 12(b), 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     315

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta tasal evidenza ta' hit fi Stat Membru mill-Eurodac li tista' tassisti lill-Istat Membru jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 1(1)(a), din l-evidenza għandha tieħu preċedenza fuq kull hit oħra li tasal.

imħassar

Or. en

Emenda     316

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta tasal evidenza ta' hit fi Stat Membru mill-Eurodac li tista' tassisti lill-Istat Membru jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 1(1)(a), din l-evidenza għandha tieħu preċedenza fuq kull hit oħra li tasal.

4.  Meta tasal evidenza ta' hit fi Stat Membru mill-Eurodac li tista' tassisti lill-Istat Membru jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 1(1)(ca) u 1(1)(a), din l-evidenza għandha tieħu preċedenza fuq kull hit oħra li tasal.

Or. en

Emenda     317

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16  

imħassar

Tqabbil tad-data tax-xbiha tal-wiċċ

(1) Meta l-kundizzjoni tal-marki tas-swaba' ma tippermettix għat-teħid tal-marki tas-swaba' ta' kwalità suffiċjenti li tippermetti paragun xieraq skont l-Artikolu 26 jew fejn persuna msemmija skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1) tirrifjuta li tikkonforma mal-proċess tat-teħid tal-marki tas-swaba', Stat Membru jista' jwettaq tqabbil tax-xbiha tal-wiċċ bħala l-aħħar alternattiva.

(2) Id-data tax-xbiha tal-wiċċ u d-data relatata mas-sess tas-suġġett tad-data tista' titqabbel awtomatikament mad-data tax-xbiha tal-wiċċ u data personali relatata mas-sess tas-suġġett tad-data trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1) bl-eċċezzjoni ta' dawk trażmessi skont l-Artikolu 11(b) u (c).

(3) Is-Sistema Ċentrali għandha tiżgura, bit-talba ta' Stat Membru, li t-tqabbil imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkopri d-data dwar ix-xbiha tal-wiċċ trażmessa qabel minn dak l-Istat Membru, b'żieda għad-data tax-xbiha tal-wiċċ minn Stati Membri oħra.

(4) Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Meta jkun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 17(1) u (4). Meta tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

(5) Meta tasal evidenza ta' hit fi Stat Membru mill-Eurodac li tista' tassisti lill-Istat Membru jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 1(1)(a), din l-evidenza għandha tieħu preċedenza fuq kull hit oħra li tasal.

Or. en

Emenda     318

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tqabbil tad-data tax-xbiha tal-wiċċ

Tqabbil tad-data tax-xbieha tal-wiċċ ta' minorenni

Or. en

Emenda     319

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tqabbil tad-data tax-xbiha tal-wiċċ

Tqabbil tad-data tax-xbieha tal-wiċċ biss

Or. en

Emenda     320

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Meta l-kundizzjoni tal-marki tas-swaba' ma tippermettix għat-teħid tal-marki tas-swaba' ta' kwalità suffiċjenti li tippermetti paragun xieraq skont l-Artikolu 26 jew fejn persuna msemmija skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1) tirrifjuta li tikkonforma mal-proċess tat-teħid tal-marki tas-swaba', Stat Membru jista' jwettaq tqabbil tax-xbiha tal-wiċċ bħala l-aħħar alternattiva.

(1)  Meta l-kundizzjoni tal-marki tas-swaba' ma tippermettix għat-teħid tal-marki tas-swaba' ta' kwalità suffiċjenti li tippermetti paragun xieraq skont l-Artikolu 26, Stat Membru jista' jwettaq tqabbil tax-xbieha tal-wiċċ ta' minorenni bħala l-aħħar alternattiva.

Or. en

Emenda     321

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Meta l-kundizzjoni tal-marki tas-swaba' ma tippermettix għat-teħid tal-marki tas-swaba' ta' kwalità suffiċjenti li tippermetti paragun xieraq skont l-Artikolu 26 jew fejn persuna msemmija skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1) tirrifjuta li tikkonforma mal-proċess tat-teħid tal-marki tas-swaba', Stat Membru jista' jwettaq tqabbil tax-xbiha tal-wiċċ bħala l-aħħar alternattiva.

(1)  Meta l-kundizzjoni tal-marki tas-swaba' ma tippermettix għat-teħid tal-marki tas-swaba' ta' kwalità suffiċjenti li tippermetti paragun xieraq skont l-Artikolu 26 jew fejn persuna msemmija skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1) tirrifjuta li tikkonforma mal-proċess tat-teħid tal-marki tas-swaba', Stat Membru għandu jwettaq tqabbil tax-xbieha tal-wiċċ bħala l-aħħar alternattiva.

Or. en

Emenda     322

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-data tax-xbiha tal-wiċċ u d-data relatata mas-sess tas-suġġett tad-data tista' titqabbel awtomatikament mad-data tax-xbiha tal-wiċċ u data personali relatata mas-sess tas-suġġett tad-data trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1) bl-eċċezzjoni ta' dawk trażmessi skont l-Artikolu 11(b) u (c).

(2)  Id-data tax-xbieha tal-wiċċ u d-data relatata mas-sess tas-suġġett tad-data tista' titqabbel awtomatikament mad-data tax-xbieha tal-wiċċ u data personali relatata mas-sess tas-suġġett tad-data trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(1), 10(1a), 13(1) u 13(1a).

Or. en

Emenda     323

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-data tax-xbiha tal-wiċċ u d-data relatata mas-sess tas-suġġett tad-data tista' titqabbel awtomatikament mad-data tax-xbiha tal-wiċċ u data personali relatata mas-sess tas-suġġett tad-data trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1) bl-eċċezzjoni ta' dawk trażmessi skont l-Artikolu 11(b) u (c).

(3)  Id-data tax-xbiha tal-wiċċ u d-data relatata mas-sess tas-suġġett tad-data tista' titqabbel awtomatikament mad-data tax-xbiha tal-wiċċ u data personali relatata mas-sess tas-suġġett tad-data trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(1), 12a, 13(1) u 14(1) bl-eċċezzjoni ta' dawk trażmessi skont l-Artikolu 11(b) u (c).

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     324

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Meta jkun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 17(1) u (4). Meta tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

(4)  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Fejn ikun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4). Meta tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

Or. en

Emenda     325

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Meta jkun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 17(1) u (4). Meta tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

(4)  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(5). Fejn ikun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12 u 13(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 19(1). Meta tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12 u 13(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

Or. en

Emenda     326

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Meta tasal evidenza ta' hit fi Stat Membru mill-Eurodac li tista' tassisti lill-Istat Membru jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 1(1)(a), din l-evidenza għandha tieħu preċedenza fuq kull hit oħra li tasal.

imħassar

Or. en

Emenda     327

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Meta jkun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 17(1) u (4). Meta tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

(5)  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Meta jkun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 12(b), 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 17(1) u (4). Meta tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 12(b), 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     328

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Meta tasal evidenza ta' hit fi Stat Membru mill-Eurodac li tista' tassisti lill-Istat Membru jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 1(1)(a), din l-evidenza għandha tieħu preċedenza fuq kull hit oħra li tasal.

(5)  Meta tasal evidenza ta' hit fi Stat Membru mill-Eurodac li tista' tassisti lill-Istat Membru jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 1(1)(a) jew (ca), din l-evidenza għandha tieħu preċedenza fuq kull hit oħra li tasal.

Or. en

Emenda     329

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1), kull sett ta' data relatata ma' applikant għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12, għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal 10 snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1), kull sett ta' data relatata ma' applikant għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12, għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal 10 snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba' u x-xbieha tal-wiċċ tiegħu jew tagħha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li ma ddaħħalx fil-postijiet meħtieġa kollha kemm "marki tas-swaba'" kif ukoll "xbieha tal-wiċċ", li hija f'konformità mal-obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Emenda     330

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1), kull sett ta' data relatata ma' applikant għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12, għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal 10 snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1), kull sett ta' data relatata ma' applikant għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12, għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba' għall-ewwel darba.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont ir-regola 104 tar-regoli ta' proċedura, din l-emenda hija meħtieġa għaliex hija intrinsikament marbuta ma' emendi ammissibbli oħrajn marbuta mal-iskopijiet ta' Eurodac (Artikolu 1), li jintroduċu referenzi għal konformità mal-prinċipji tal-ħtieġa u l-proporzjonalità skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta u l-ġurisprudenza tal-QtĠ rilevanti.

Emenda     331

Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1), kull sett ta' data relatata ma' applikant għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12, għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal 10 snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1), kull sett ta' data relatata ma' applikant għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12, għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' żamma ta' 10 snin mhuwiex iġġustifikat u eċċessiv meta jiġi kkunsidrat l-impatt tiegħu fuq il-ħajja privata (cf l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 7 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali fl-UE fir-rigward tad-dritt għal ħajja privata). Nipproponi perjodu ta' żamma ta' 5 snin - dan jikkorrispondi għall-perjodu ta' żamma propost illum mill-Kummissjoni għal dawk li jidħlu fl-UE b'mod irregolari. Ma tagħmilx sens li jkun hemm 5 snin aktar għal dawk li qegħdin fit-territorju legalment.

Emenda     332

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(a), kull sett ta' data dwar persuna li għaliha Stat Membru biħsiebu jwettaq proċedura ta' risistemazzjoni għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali għal 10 snin mid-data tat-teħid tal-marki tas-swaba' f'każ ta' deċiżjoni pożittiva ta' risistemazzjoni tal-persuna kkonċernata.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda. Hija tfittex li tispeċifika t-tul tal-ħżin tad-data tal-persuni li għalihom l-Istati Membri biħsiebhom iwettqu proċedura ta' risistemazzjoni. Huwa propost li d-data tinħażen għal 10 snin f'każ ta' deċiżjoni pożittiva ta' risistemazzjoni. Dan il-perjodu huwa ġġustifikat peress li huwa wkoll il-perjodu msemmi f'dan ir-Regolament għad-data ta' benefiċjarji oħra ta' protezzjoni internazzjonali.

Emenda     333

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  F'każ li l-proċedura ta' risistemazzjoni ma titlestiex, l-Istati Membri għandhom iħassru mill-Eurodac id-data rreġistrata skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament XXX/XXX.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda. Hija tipproponi li d-data rreġistrata titħassar mill-Eurodac, f'każ li l-proċedura ta' risistemazzjoni ma titlestiex.

Emenda     334

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal sena mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba' għall-ewwel darba minn Stat Membru, jew, fejn tkun inħarġet projbizzjoni tad-dħul kontra dak iċ-ċittadin minn pajjiż terz jew persuna apolida, għat-tul tal-projbizzjoni tad-dħul li jibda mid-data tal-ewwel teħid tal-marki tas-swaba' pproċessat minn Stat Membru, sa massimu ta' ħames snin.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija bbażata fuq il-kummenti mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data sabiex ikun żgurat li l-perjodu ta' żamma tad-data huwa proporzjonat għall-iskop tal-ġbir tad-data. Ladarba d-data jenħtieġ li tinżamm primarjament għal skopijiet ta' projbizzjoni tad-dħul, aħna nipproponu l-allinjament taż-żamma tad-data mat-tul tal-projbizzjoni tad-dħul. Jekk ma jkunx hemm projbizzjoni tad-dħul, id-data jenħtieġ li tinżamm għal sena minflok għal ħames snin.

Emenda     335

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal perjodu limitat għat-tul ta' miżura meħuda fuq individwu speċifiku b'massimu ta' ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba' għall-ewwel darba.

Or. en

Emenda     336

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal għaxar snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba' u x-xbieha tal-wiċċ.

Or. en

Emenda     337

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal tmintax-il xahar mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

Or. it

Emenda     338

Monika Hohlmeier, Heinz K. Becker, Rachida Dati, Brice Hortefeux, Mariya Gabriel

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal għaxar snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

Or. en

Emenda     339

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Għall-fini stipulati fl-Artikolu 10(1a) u l-Artikolu 13(1a), kull sett ta' data marbut ma' minorenni għandu jinħażen fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data tal-ewwel teħid tal-marki tas-swaba' pproċessat minn Stat Membru.

Or. en

Ġustifikazzjoni

This amendment is needed to maintain the logic of the text as it should serve to protect child victims of trafficking and support the identification and protection of unaccompanied children who go missing, disappear or abscond, as the European Commission highlighted in its explanatory memorandum accompanying the proposed recast Eurodac Regulation. To respect the duty to give a primary consideration to the best interests of the child, fingerprints should not be compared anymore with those taken in the past if the likelihood of a wrong match increases. In case of young children, the reliability of matches of fingerprints after more than five years have passed is not yet proven. To avoid the negative consequences of a possible mismatch after a certain period has elapsed, fingerprints of children younger than 14 years should only be automatically compared for a maximum of five years. Following this period, dactyloscopic experts should only carry out manually such comparisons to avoid disadvantages for the child.

Emenda     340

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 14(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emendi ammissibbli li jħassru l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6).

Emenda     341

3.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 14(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal perjodu limitat għat-tul ta' miżura meħuda fuq individwu speċifiku b'massimu ta' ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba' għall-ewwel darba.

Or. en

Emenda     342

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 14(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

3.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 14(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal għaxar snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba' u x-xbieha tal-wiċċ.

Or. en

Emenda     343

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 14(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

3.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 14(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal tmintax-il xahar mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

Or. it

Emenda     344

Monika Hohlmeier, Heinz K. Becker, Rachida Dati, Brice Hortefeux, Mariya Gabriel

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 14(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal ħames snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

3.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(1), kull sett ta' data relatata ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 14(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal għaxar snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba'.

Or. en

Emenda     345

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Malli jiskadu l-perjodi ta' ħażna ta' data msemmija fil-paragrafu 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu , is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tħassar id-data tas-suġġetti tad-data mis-Sistema Ċentrali.

4.  Malli jiskadu l-perjodi ta' ħażna ta' data msemmija fil-paragrafu 1 sa 2a ta' dan l-Artikolu , is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tħassar id-data tas-suġġetti tad-data mis-Sistema Ċentrali.

Or. en

Emenda     346

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Dietmar Köster

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Data li għandha x'taqsam ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 17(1) , (2) jew (3) għandha tiġi mħassra mis-Sistema Ċentrali, taħt l-Artikolu 28(4), malli l-Istat Membru ta' oriġini jinduna li dik il-persuna konċernata tkun kisbet tali ċittadinanza.

1.  Data li għandha x'taqsam ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 17(1) , (2) jew (3) għandha tiġi mħassra mis-Sistema Ċentrali, taħt l-Artikolu 28(4). L-Istat Membru ta' oriġini għandu jiġi infurmat immedjatament jekk il-persuna konċernata tkun kisbet tali ċittadinanza sabiex iħassar id-data.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-Artikolu 17(2) ġdid u l-Artikolu 17(3) ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni. Minħabba l-estensjoni tal-perjodu ta' żamma tad-data għal suġġetti tad-data jenħtieġ li jkun hemm obbligu ċar li d-data titħassar malli l-persuna tikseb iċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru.

Emenda     347

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Data li għandha x'taqsam ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 17(1) , (2) jew (3) għandha tiġi mħassra mis-Sistema Ċentrali, taħt l-Artikolu 28(4), malli l-Istat Membru ta' oriġini jinduna li dik il-persuna konċernata tkun kisbet tali ċittadinanza.

1.  Data li għandha x'taqsam ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 17(1) , (2) jew (3) għandha tiġi mħassra mill-aktar fis possibbli mis-Sistema Ċentrali, taħt l-Artikolu 28(4), malli dik il-persuna konċernata tkun kisbet tali ċittadinanza.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-bażijiet tad-data jenħtieġ li dejjem jiġu aġġornati mill-aktar fis possibbli sabiex jiffunzjonaw tajjeb.

Emenda     348

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Data li għandha x'taqsam ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 17(1), (2) jew (3) għandha tiġi mħassra mis-Sistema Ċentrali, taħt l-Artikolu 28(4), malli l-Istat Membru ta' oriġini jinduna li dik il-persuna konċernata tkun kisbet tali ċittadinanza.

1.  Data li għandha x'taqsam ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 17(1) u (1a), (2) jew (3) għandha tiġi mħassra mis-Sistema Ċentrali, taħt l-Artikolu 28(4), malli l-Istat Membru ta' oriġini jinduna li dik il-persuna konċernata tkun kisbet tali ċittadinanza.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     349

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Data li għandha x'taqsam ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 17(1) , (2) jew (3) għandha tiġi mħassra mis-Sistema Ċentrali, taħt l-Artikolu 28(4), malli l-Istat Membru ta' oriġini jinduna li dik il-persuna konċernata tkun kisbet tali ċittadinanza.

1.  Data li għandha x'taqsam ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 17(1) , (2) jew (2a) għandha tiġi mħassra mis-Sistema Ċentrali, taħt l-Artikolu 28(4), malli l-Istat Membru ta' oriġini jinduna li dik il-persuna konċernata tkun kisbet tali ċittadinanza.

Or. en

Emenda     350

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Data li għandha x'taqsam ma' persuna li tkun għalqet it-18-il sena qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 17(2a) għandha titħassar mis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 28(4), malli l-Istat Membru ta' oriġini jinduna li dik il-persuna konċernata tkun għalqet it-18-il sena.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex iżżomm il-loġika tat-test peress li jenħtieġ li sservi sabiex tipproteġi l-vittmi tfal mit-traffikar u tappoġġja l-identifikazzjoni u l-protezzjoni tat-tfal mhux akkumpanjati li jintilfu, jisparixxu jew jaħarbu, bħalma enfasizzat il-Kummissjoni Ewropea fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha li jakkumpanja r-riformulazzjoni proposta tar-Regolament Eurodac. Sabiex jikkonforma mal-Artikolu 7, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 24 tal-Karta, l-ipproċessar tad-data bijometrika ta' tfal sa 6 snin jista' jkun iġġustifikat biss jekk ikun ifittex b'mod espliċitu objettiv ta' protezzjoni tat-tfal.

Emenda     351

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta' oriġini kollha dwar it-tħassir tad-data taħt il-paragrafu 1 minn Stat Membru ta' oriġini ieħor li jkun kiseb hit b'data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), jew 13(1) jew 14(1).

2.  Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta' oriġini kollha dwar it-tħassir tad-data taħt il-paragrafu 1 minn Stat Membru ta' oriġini ieħor li jkun kiseb hit b'data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), 12(a), jew 13(1) jew 14(1).

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     352

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta' oriġini kollha dwar it-tħassir tad-data taħt il-paragrafu 1 minn Stat Membru ta' oriġini ieħor li jkun kiseb hit b'data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), 13(1) jew 14(1) .

2.  Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta' oriġini kollha dwar it-tħassir tad-data taħt il-paragrafi 1 u 1a minn Stat Membru ta' oriġini ieħor li jkun kiseb hit b'data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), 13(1).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex iżżomm il-loġika tat-test peress li jenħtieġ li sservi sabiex tipproteġi l-vittmi tfal mit-traffikar u tappoġġja l-identifikazzjoni u l-protezzjoni tat-tfal mhux akkumpanjati li jintilfu, jisparixxu jew jaħarbu, bħalma enfasizzat il-Kummissjoni Ewropea fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha li jakkumpanja r-riformulazzjoni proposta tar-Regolament Eurodac. Sabiex jikkonforma mal-Artikolu 7, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 24 tal-Karta, l-ipproċessar tad-data bijometrika tat-tfal sa 6 snin jista' jkun iġġustifikat biss jekk ikun ifittex b'mod espliċitu objettiv ta' protezzjoni tat-tfal.

Emenda     353

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a), l-Istat Membru ta' oriġini li jkun ta protezzjoni internazzjonali lil applikant għall-protezzjoni internazzjonali li d-data dwaru kienet irreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikolu 12 għandu jimmarka d-data rilevanti f'konformità mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbilita minn eu-LISA . Dik il-marka għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali konformement mal-Artikolu 17(1) għall-finijiet tat-trażmissjoni taħt l-Artikolu 15 . Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta' oriġini kollha dwar l-immarkar tad-data minn Stat Membru ta' oriġini ieħor li jkun kiseb hit b'data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), 13(1) jew 14(1) . Dawk l-Istati Membri ta' oriġini għandhom jimmarkaw ukoll is-settijiet tad-data korrispondenti.

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a), l-Istat Membru ta' oriġini li jkun ta protezzjoni internazzjonali lil applikant għall-protezzjoni internazzjonali li d-data dwaru kienet irreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikolu 12 għandu jimmarka d-data rilevanti f'konformità mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbilita minn eu-LISA . Dik il-marka għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali konformement mal-Artikolu 17(1) għall-finijiet tat-trażmissjoni taħt l-Artikolu 15 . Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta' oriġini kollha dwar l-immarkar tad-data minn Stat Membru ta' oriġini ieħor li jkun kiseb hit b'data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1) jew 13(1). Dawk l-Istati Membri ta' oriġini għandhom jimmarkaw ukoll is-settijiet tad-data korrispondenti.

Or. en

Emenda     354

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a), l-Istat Membru ta' oriġini li jkun ta protezzjoni internazzjonali lil applikant għall-protezzjoni internazzjonali li d-data dwaru kienet irreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikolu 12 għandu jimmarka d-data rilevanti f'konformità mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbilita minn eu-LISA . Dik il-marka għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali konformement mal-Artikolu 17(1) għall-finijiet tat-trażmissjoni taħt l-Artikolu 15 . Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta' oriġini kollha dwar l-immarkar tad-data minn Stat Membru ta' oriġini ieħor li jkun kiseb hit b'data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), 13(1) jew 14(1) . Dawk l-Istati Membri ta' oriġini għandhom jimmarkaw ukoll is-settijiet tad-data korrispondenti.

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a), l-Istat Membru ta' oriġini li jkun ta protezzjoni internazzjonali lil applikant għall-protezzjoni internazzjonali li d-data dwaru kienet irreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikolu 12 għandu jimmarka d-data rilevanti f'konformità mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbilita minn eu-LISA . Dik il-marka għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali konformement mal-Artikolu 17(1) għall-finijiet tat-trażmissjoni taħt l-Artikoli 15 u 16. Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta' oriġini kollha dwar l-immarkar tad-data minn Stat Membru ta' oriġini ieħor li jkun kiseb hit b'data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), 13(1) jew 14(1). Dawk l-Istati Membri ta' oriġini għandhom jimmarkaw ukoll is-settijiet tad-data korrispondenti.

Or. en

Emenda     355

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data dwar benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali maħżuna fis-Sistema Ċentrali u mmarkata taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha ssir disponibbli għat-tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c) għal perjodu ta' tliet snin wara d-data li fiha s-suġġett tad-data ngħata protezzjoni internazzjonali.

Id-data ta' persuni li jgawdu protezzjoni internazzjonali maħżuna fis-Sistema Ċentrali u mmarkata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha ssir disponibbli għall-paragun għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c) sakemm tali data titħassar awtomatikament mis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 17(4).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-bażijiet tad-data jenħtieġ li dejjem jiġu aġġornati mill-aktar fis possibbli sabiex jiffunzjonaw tajjeb, għalhekk ir-rekwiżit tat-tħassir fl-Artikolu 17(4) jenħtieġ li jkun marbut ma' dan is-subparagrafu.

Emenda     356

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun hemm hit, is-sistema Ċentrali għandha tittrażmetti d-data msemmija fl-Artikolu 12 minn (b) sa (s) għas-settijiet tad-data kollha korrispondenti għall-hit. Is-Sistema Ċentrali ma għandhiex tittrażmetti l-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Malli jiskadi l-perjodu ta' tliet snin, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tibblokka tali data milli tiġi trażmessa fil-każ ta' talba għal tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 (1)(c), filwaqt li tħalli dik id-data disponibbli għat-tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) sal-punt ta' tħassir. Data mblukkata ma għandhiex tiġi trażmessa, u s-Sistema Ċentrali għandha tagħti riżultat negattiv lill-Istat Membru rikjedenti fil-każ ta' hit.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-bażijiet tad-data jenħtieġ li jkunu disponibbli sakemm ma jitħassrux skont l-Artikolu 17(4).

Emenda     357

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istat Membru ta' oriġini għandu jneħħi l-marka fuq data jew jiżblokka data li tikkonċerna ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li d-data tagħhom kienet ġiet preċedentement immarkata jew żblukkata taħt il-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jekk l-istatus tagħhom ġie revokat jew intemm jew it-tiġdid tal-istatus tagħhom ġie rifjutat taħt [l-Artikolu 14 jew 19 tad-Direttiva 2011/95/UE].

3.  L-Istat Membru ta' oriġini għandu jneħħi l-marka fuq data li tikkonċerna ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li d-data tagħhom kienet ġiet preċedentement immarkata taħt il-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jekk l-istatus tagħhom ġie revokat jew intemm jew it-tiġdid tal-istatus tagħhom ġie rifjutat taħt [l-Artikolu 14 jew 19 tad-Direttiva 2011/95/UE].

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda preċedenti

Emenda     358

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(aa), l-Istat Membru ta' oriġini li jkun ħa deċiżjoni pożittiva ta' risistemazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew ta' persuna apolida skont ir-Regolament XXX/XXX, li d-data dwarha kienet irreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 12(a), għandu jimmarka d-data rilevanti skont ir-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbilita mill-eu-LISA. Din il-marka għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 17(1a), għall-finijiet tat-trażmissjoni skont l-Artikoli 15 u 16. Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta' oriġini kollha dwar l-immarkar tad-data minn Stat Membru ta' oriġini ieħor li jkun kiseb hit b'data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 12(a). Dawn l-Istati Membri ta' oriġini jimmarkaw ukoll is-settijiet tad-data korrispondenti.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     359

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  F'każ li l-proċedura ta' risistemazzjoni mibdija għal ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida skont ir-Regolament XXX/XXX ma titlestiex, l-Istat Membru kkonċernat għandu jħassar mill-Eurodac id-data rreġistrata skont l-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     360

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3c.  Id-data tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali risistemati fi Stat Membru li tinħażen fis-Sistema Ċentrali u li hija mmarkata skont il-paragrafu 3a ta' dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli għat-tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), għal tliet snin wara d-data li fiha l-persuna kkonċernata tkun ġiet risistemata.

Fejn ikun hemm hit, is-Sistema Ċentrali tittrażmetti d-data msemmija fl-Artikolu 12 minn (b) sa (l), għas-settijiet tad-data kollha korrispondenti għall-hit. Din ma għandhiex tittrażmetti l-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Malli jiskadi l-perjodu ta' tliet snin, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament timblokka tali data milli tiġi trażmessa fil-każ ta' talba għal tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), filwaqt li tħalli dik id-data disponibbli għat-tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(aa) sal-punt ta' tħassir. Data mblukkata ma għandhiex tiġi trażmessa u s-Sistema Ċentrali għandha tagħti riżultat negattiv lill-Istat Membru rikjedenti fil-każ ta' hit.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     361

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3d.  L-Istat Membru ta' oriġini għandu jneħħi l-marka fuq data jew jiżblokka data li tikkonċerna ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li d-data tagħhom kienet ġiet immarkata jew żblukkata qabel skont il-paragrafi 3a jew 3c ta' dan l-Artikolu jekk l-istatus tagħhom ġie revokat jew intemm jew it-tiġdid tal-istatus tagħhom ġie rifjutat skont [l-Artikolu 14 jew 19 tad-Direttiva 2011/95/UE].

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     362

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(b), l-Istat Membru ta' oriġini li jkun ta dokument ta' residenza lil ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li allegatament tkun fuq permanenza illegali li d-data dwarha kienet irreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 13(2) u 14(2) għandu jimmarka d-data rilevanti f'konformità mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbilita minn eu-LISA. Din il-marka għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali konformement mal-Artikolu 17(2) u (3) għall-finijiet tat-trażmissjoni skont l-Artikolu 15 u 16. Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta' oriġini kollha dwar l-immarkar tad-data minn Stat Membru ta' oriġini ieħor li jkun kiseb hit b'data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 14(1). Dawk l-Istati Membri ta' oriġini għandhom jimmarkaw ukoll is-settijiet tad-data korrispondenti.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emenda ammissibbli li tħassar l-Artikolu 1(1)(b).

Emenda     363

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Id-data ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi fuq permanenza illegali maħżuna fis-Sistema Ċentrali u mmarkata skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli għall-paragun għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c) sakemm tali data titħassar awtomatikament mis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 17(4).

imħassar

Or. en

Emenda     364

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċedura għat-tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba' ma' data tal-Eurodac

Proċedura għat-tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba', tax-xbieha tal-wiċċ u data alfanumerika ma' data tal-Eurodac

Or. en

Ġustifikazzjoni

Correction of the commission's proposal that doesn't insert in all the required places both 'fingerprints' and'facial image', which is in line with the obligation as mentioned in article 2. With regards to the search on alphanumeric data: In line with the purpose extention in Article1(1)(c) of proposal (non-codified) which provides thatEurodac will serve not only the purpose of implementation of the Dublin Regulation, but also law enforcementpurposes. In order to fullfill the obligation of Member States designatedauthorities and Europol the procedure for access toEurodac should be quick and effective, but should still take into considerationthat the main purpose of Eurodac is to support the Member States in applyingthe Dublin regulation.

Emenda     365

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikoli 6(1) u 8(2) jistgħu jippreżentaw talba elettronika motivata kif huwa previst fl-Artikolu 21(1) flimkien man-numru ta' referenza użat minnhom, lill-awtorità ta' verifika għat-trażmissjoni għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ lis-Sistema Ċentrali permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali. Wara li tirċievi talba bħal din, l-awtorità ta' verifika għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-talba għal tqabbil imsemmi fl-Artikolu 21 jew 22, kif xieraq, ikunux issodisfati.

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikoli 6(1) u 8(2) jistgħu jippreżentaw talba elettronika motivata kif huwa previst fl-Artikolu 21(1) flimkien man-numru ta' referenza użat minnhom, lill-awtorità ta' verifika għat-trażmissjoni għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba' u x-xbieha tal-wiċċ lis-Sistema Ċentrali, l-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikolu 6(1) permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali. Wara li tirċievi talba bħal din, l-awtorità ta' verifika għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-talba għal tqabbil imsemmi fl-Artikolu 21 jew 22, kif xieraq, ikunux issodisfati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-Artikolu 1(1)(c). Kemm minħabba raġunijiet tekniċi kif ukoll ta' protezzjoni tad-data l-Europol attwalment mhijiex kapaċi titlob paragun permezz tal-punt ta' kuntatt nazzjonali, minkejja li l-leġiżlatur kien ippermetta lill-Europol tagħmel hekk matul l-aħħar proċedura ta' riformulazzjoni fl-2013. Għalhekk, l-Europol jenħtieġ li titħalla titlob paragun mingħajr devjazzjonijiet.

Emenda     366

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikoli 6(1) u 8(2) jistgħu jippreżentaw talba elettronika motivata kif huwa previst fl-Artikolu 21(1) flimkien man-numru ta' referenza użat minnhom, lill-awtorità ta' verifika għat-trażmissjoni għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ lis-Sistema Ċentrali permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali. Wara li tirċievi talba bħal din, l-awtorità ta' verifika għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-talba għal tqabbil imsemmi fl-Artikolu 21 jew 22, kif xieraq, ikunux issodisfati.

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikoli 6(1) u 8(2) jistgħu jippreżentaw talba elettronika motivata kif huwa previst fl-Artikolu 21(1) flimkien man-numru ta' referenza użat minnhom, lill-awtorità ta' verifika għat-trażmissjoni għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba', tax-xbieha tal-wiċċ jew it-tnejn lis-Sistema Ċentrali permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali. Wara li tirċievi talba bħal din, l-awtorità ta' verifika għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-talba għal tqabbil imsemmi fl-Artikolu 21 jew 22, kif xieraq, ikunux issodisfati.

Or. en

Emenda     367

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikoli 6(1) u 8(2) jistgħu jippreżentaw talba elettronika motivata kif huwa previst fl-Artikolu 21(1) flimkien man-numru ta' referenza użat minnhom, lill-awtorità ta' verifika għat-trażmissjoni għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ lis-Sistema Ċentrali permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali. Wara li tirċievi talba bħal din, l-awtorità ta' verifika għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-talba għal tqabbil imsemmi fl-Artikolu 21 jew 22, kif xieraq, ikunux issodisfati.

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikolu 6(1) jistgħu jippreżentaw talba elettronika motivata kif huwa previst fl-Artikolu 21(1) flimkien man-numru ta' referenza użat minnhom, lill-awtorità ta' verifika għat-trażmissjoni għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba', tax-xbieha tal-wiċċ u data alfanumerika lis-Sistema Ċentrali permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali. Wara li tirċievi talba bħal din, l-awtorità ta' verifika għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-talba għal tqabbil imsemmi fl-Artikolu 21 jew 22, kif xieraq, ikunux issodisfati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-istess ġustifikazzjoni bħall-ġustifikazzjoni tal-emenda fit-titolu tal-Artikolu 20.

Emenda     368

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 21 or 22 għat-talba għal tqabbil ikunu sodisfati, l-awtorità ta' verifika għandha tittrażmetti t-talba għal tqabbil lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali li jipproċessaha għas-Sistema Ċentrali skont l-Artikoli 15 u 16 għall-finijiet ta' tqabbil mad-data tal-marki tas-swaba' u xbiha tal-wiċċ trażmessa lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikoli 10(1), 13 (1) u 14(1) .

2.  Fejn il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 21 jew 22 għat-talba għal tqabbil ikunu sodisfati, l-awtorità ta' verifika għandha tittrażmetti t-talba għal tqabbil lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali li jipproċessaha għas-Sistema Ċentrali skont l-Artikoli 15 u 16 għall-finijiet ta' tqabbil mad-data tal-marki tas-swaba', tax-xbieha tal-wiċċ jew it-tnejn trażmessa lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikoli 10(1), 13 (1) u 14(1) .

Or. en

Emenda     369

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 21 or 22 għat-talba għal tqabbil ikunu sodisfati, l-awtorità ta' verifika għandha tittrażmetti t-talba għal tqabbil lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali li jipproċessaha għas-Sistema Ċentrali skont l-Artikoli 15 u 16 għall-finijiet ta' tqabbil mad-data tal-marki tas-swaba' u xbiha tal-wiċċ trażmessa lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikoli 10(1), 13 (1) u 14(1) .

2.  Fejn il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 21 jew 22 għat-talba għal tqabbil ikunu sodisfati, l-awtorità ta' verifika għandha tittrażmetti t-talba għal tqabbil lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali li jipproċessaha għas-Sistema Ċentrali skont l-Artikoli 15 u 16 għall-finijiet ta' tqabbil mad-data tal-marki tas-swaba', tax-xbieha tal-wiċċ u data alfanumerika trażmessa lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikoli 10(1), 13 (1) u 14(1).

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-istess ġustifikazzjoni bħall-ġustifikazzjoni tal-emenda fit-titolu tal-Artikolu 20.

Emenda     370

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 21 or 22 għat-talba għal tqabbil ikunu sodisfati, l-awtorità ta' verifika għandha tittrażmetti t-talba għal tqabbil lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali li jipproċessaha għas-Sistema Ċentrali skont l-Artikoli 15 u 16 għall-finijiet ta' tqabbil mad-data tal-marki tas-swaba' u xbiha tal-wiċċ trażmessa lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikoli 10(1), 13 (1) u 14(1) .

2.  Fejn il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 21 jew 22 għat-talba għal tqabbil ikunu sodisfati, l-awtorità ta' verifika għandha tittrażmetti t-talba għal tqabbil lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali li jipproċessaha għas-Sistema Ċentrali skont l-Artikoli 15 u 16 għall-finijiet ta' tqabbil mad-data tal-marki tas-swaba' u xbiha tal-wiċċ trażmessa lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikoli 10(1), 12(a), 13 (1) u 14(1) .

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     371

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  F'każijiet eċċezzjonali ta' urġenza fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġi pprevenut riskju imminenti assoċjat ma' reat terroristiku jew ma' reat serju ieħor, l-awtorità ta' verifika tista' tittrażmetti d-data dwar il-marki tas-swaba' lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali għal tqabbil immedjatament kif tirċievi t-talba mill-awtorità maħtura u tivverifika ex post jekk il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 21 jew fl-Artikoli 22 ikunux issodisfati, inkluż jekk każ eċċezzjonali ta' urġenza kienx jeżisti fir-realtà. Il-verifika ex post għandha ssir mingħajr dewmien żejjed wara l-ipproċessar tat-talba.

4.  F'każijiet eċċezzjonali ta' urġenza fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġi pprevenut riskju imminenti assoċjat ma' reat terroristiku jew ma' reat serju ieħor, l-awtorità ta' verifika tista' tittrażmetti d-data dwar il-marki tas-swaba', tax-xbieha tal-wiċċ u data alfanumerika lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali għal tqabbil immedjatament kif tirċievi t-talba mill-awtorità maħtura u tivverifika ex post jekk il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 21 jew fl-Artikoli 22 ikunux issodisfati, inkluż jekk każ eċċezzjonali ta' urġenza kienx jeżisti fir-realtà. Il-verifika ex post għandha ssir mingħajr dewmien żejjed wara l-ipproċessar tat-talba.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-istess ġustifikazzjoni bħall-ġustifikazzjoni tal-emenda fit-titolu tal-Artikolu 20.

Emenda     372

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura jistgħu jissottomettu talba elettronika motivata għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba' mad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali fl-ambitu tas-setgħat tagħhom biss jekk it-tqabbil mal-bażijiet tad-data li ġejjin ma jwasslux sabiex tiġi stabbilita l-identità tas-suġġett tad-data:

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura jistgħu jissottomettu talba elettronika motivata għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba', tax-xbieha tal-wiċċ u data alfanumerika mad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali fl-ambitu tas-setgħat tagħhom biss jekk ikun sar kontroll minn qabel:

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-estensjoni tal-iskop fl-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux ikkodifikata) li tipprevedi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop ta' implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda anke skopijiet ta' infurzar tal-liġi. Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Europol, il-proċedura għall-aċċess għall-Eurodoc jenħtieġ li tkun rapida u effettiva, iżda jenħtieġ li tikkunsidra wkoll li l-iskop ewlieni tal-Eurodac huwa li tappoġġja lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-Regolament ta' Dublin.

Emenda     373

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

is-sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' tal-Istati Membri l-oħra kollha taħt id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI fejn tqabbil huwa teknikament disponibbli, sakemm ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li t-tqabbil ma' tali sistemi ma jwassalx sabiex tiġi stabbilita l-identità tas-suġġett tad-data. Tali raġunijiet raġonevoli għandhom jiġu inklużi fit-talba elettronika motivata għal tqabbil mad-data tal-Eurodac mibgħuta mill-awtorità maħtura lill-awtorità ta' verifika; u

is-sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' tal-Istati Membri l-oħra kollha taħt id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI; u

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont ir-regola 104 tar-regoli ta' proċedura, din l-emenda hija meħtieġa għaliex hija intrinsikament marbuta ma' emendi ammissibbli oħrajn marbuta mal-iskopijiet ta' Eurodac (Artikolu 1), li jintroduċu referenzi għal konformità mal-prinċipji tal-ħtieġa u l-proporzjonalità skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta u l-ġurisprudenza tal-QtĠ rilevanti.

Emenda     374

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal tiftix bid-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ .

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal dak li hu strettament meħtieġ u proporzjonat, u fi kwalunkwe każ għal tiftix bid-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbieha tal-wiċċ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont ir-regola 104 tar-regoli ta' proċedura, din l-emenda hija meħtieġa għaliex hija intrinsikament marbuta ma' emendi ammissibbli oħrajn marbuta mal-iskopijiet ta' Eurodac (Artikolu 1), li jintroduċu referenzi għal konformità mal-prinċipji tal-ħtieġa u l-proporzjonalità skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta u l-ġurisprudenza tal-QtĠ rilevanti.

Emenda     375

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal tiftix bid-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ .

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal tiftix bid-data tal-marki tas-swaba', tax-xbieha tal-wiċċ jew data alfanumerika.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-istess ġustifikazzjoni bħall-ġustifikazzjoni tal-emenda fit-titolu tal-Artikolu 20.

Emenda     376

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal tiftix bid-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ .

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal tiftix bid-data tal-marki tas-swaba', tax-xbieha tal-wiċċ jew it-tnejn.

Or. en

Emenda     377

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 22  

imħassar

Kundizzjonijiet għall-aċċess għal data tal-Eurodac mill-Europol

1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtorità maħtura tal-Europol tista' tippreżenta talba elettronika motivata għat-tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba' mad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali fil-limiti tal-mandat tal-Europol u fejn hu meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol biss jekk it-tqabbil ma' data dwar marki tas-swaba' maħżuna fi kwalunkwe sistema ta' pproċessar ta' informazzjoni li tkun teknikament u legalment aċċessibbli mill-Europol ma jkunx wassal sabiex tiġi stabbilita l-identità tas-suġġett tad-data u fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a) it-tqabbil huwa neċessarju biex tiġi appoġġata u msaħħa azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati serji oħra li jaqgħu fil-mandat tal-Europol, li jfisser li jkun jeżisti tħassib prevalenti ta' sigurtà pubblika li jirrendi it-tiftix fil-bażi tad-data xi ħaġa proporzjonata;

(b) it-tqabbil ikun meħtieġ f'każ speċifiku (jiġifieri tqabbil sistematiku ma jitwettaqx); u

(c) ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jikkunsidra li t-tqabbil jikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' kwalunkwe mir-reati kriminali kkonċernati. Tali motivazzjonijiet raġonevoli jeżistu b'mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor jaqgħu fil-kategorija koperta b'dan ir-Regolament.

2. It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal paragun ta' data tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ .

3. L-ipproċessar tal-informazzjoni miksub mill-Europol mit-tqabbil mad-data tal-Eurodac għandu jkun suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru ta' oriġini. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tinkiseb permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol ta' dak l-Istat Membru.

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Or. en

Ġustifikazzjoni

In its original form, the Eurodac Regulation was conceived to assist in the detection of multiple asylum applications. As such, access to data was restricted to immigration and asylum authorities. In 2013, the Eurodac Regulation was amended to introduce the possibility for Member States' law enforcement authorities and Europol to access Eurodac for the purposes of prevention, detection and investigation of terrorist offences and other serious criminal offences.The proposal to add a secondary objective not envisaged in the original architecture of the system raised considerable concerns. In its opinion, the European Data Protection Supervisor (EDPS) argued that the necessity and proportionality of law enforcement access were not sufficiently demonstrated and applicable data protection law aspects had not been sufficiently considered. In particular, it argued that the additional purpose of Eurodac presented a 'function creep' and was hard to reconcile with the principle of purpose limitation, and that the access to a database of vulnerable persons (international protection applicants) was potentially discriminatory.The rapporteur has opened up this part of the regulation in order to give Europol direct access to the Eurodac database.However, the concerns raised in 2013 against the enlargement of the scope remains, and there has yet not been a assessment of necessity or proportionality. As long as necessity and proportionality have not been proven for each of these elements, the Regulation risks violating the Charter and could be challenged before the CJEU. As recommended by the EDPS, such an expansion should not be done before a careful assessment of the suitability of Eurodac to meet these objectives.

Emenda     378

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtorità maħtura tal-Europol tista' tippreżenta talba elettronika motivata għat-tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba' mad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali fil-limiti tal-mandat tal-Europol u fejn hu meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol biss jekk it-tqabbil ma' data dwar marki tas-swaba' maħżuna fi kwalunkwe sistema ta' pproċessar ta' informazzjoni li tkun teknikament u legalment aċċessibbli mill-Europol ma jkunx wassal sabiex tiġi stabbilita l-identità tas-suġġett tad-data u fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtorità maħtura tal-Europol tista' tippreżenta talba biex taċċessa d-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali fil-limiti tal-mandat tal-Europol u fejn hu meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol biss jekk ikun twettaq kontroll minn qabel fi kwalunkwe sistema ta' pproċessar ta' informazzjoni li tkun teknikament u legalment aċċessibbli mill-Europol u fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-estensjoni tal-iskop fl-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux ikkodifikata) li tipprevedi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop ta' implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda anke skopijiet ta' infurzar tal-liġi. Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Europol, il-proċedura għall-aċċess għall-Eurodoc jenħtieġ li tkun rapida u effettiva, iżda jenħtieġ li tikkunsidra wkoll li l-iskop ewlieni tal-Eurodac huwa li tappoġġja lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-Regolament ta' Dublin.

Emenda     379

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal paragun ta' data tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ.

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat u fi kwalunkwe każ għal paragun ta' data tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont ir-regola 104 tar-regoli ta' proċedura, din l-emenda hija meħtieġa għaliex hija intrinsikament marbuta ma' emendi ammissibbli oħrajn marbuta mal-iskopijiet ta' Eurodac (Artikolu 1), li jintroduċu referenzi għal konformità mal-prinċipji tal-ħtieġa u l-proporzjonalità skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta u l-ġurisprudenza tal-QtĠ rilevanti.

Emenda     380

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal paragun ta' data tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ.

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal paragun ta' data tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ u alfanumerika

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-istess ġustifikazzjoni bħall-ġustifikazzjoni tal-emenda fit-titolu tal-Artikolu 20.

Emenda     381

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal paragun ta' data tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ .

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal paragun ta' data tal-marki tas-swaba', data tax-xbieha tal-wiċċ jew it-tnejn.

Or. en

Emenda     382

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), il-marki tas-swaba' għandhom jiġu pproċessati diġitalment mill-Istati Membri u jiġu trażmessi fil-format ta' data stabbilit fid-Dokument ta' Kontroll tal-Interface li dwar kien sar qbil , sabiex jiġi żgurat li t-tqabbil ikun jista' jseħħ permezz ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba'.

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), il-marki tas-swaba' u x-xbieha tal-wiċċ għandhom jiġu pproċessati diġitalment mill-Istati Membri u jiġu trażmessi fil-format ta' data stabbilit fid-Dokument ta' Kontroll tal-Interface li dwaru kien sar qbil, sabiex jiġi żgurat li t-tqabbil ikun jista' jseħħ permezz ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li ma ddaħħalx fil-postijiet meħtieġa kollha kemm "marki tas-swaba'" kif ukoll "xbieha tal-wiċċ", li hija f'konformità mal-obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Emenda     383

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ jittieħdu b'mod legali;

(a)  il-marki tas-swaba', ix-xbieha tal-wiċċ jew it-tnejn jittieħdu b'mod legali;

Or. en

Emenda     384

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  id-data dwar il-marki tas-swaba' u data oħra msemmija fl-Artikolu 12, l-Artikolu 13(2) u Artikolu 14(2) tkun trażmessa b'mod legali lis-Sistema Ċentrali;

b)  id-data dwar il-marki tas-swaba' u data oħra msemmija fl-Artikolu 12, 12(b), l-Artikolu 13(2) u Artikolu 14(2) tkun trażmessa b'mod legali lis-Sistema Ċentrali;

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     385

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  ir-riżultati ta' tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ trażmessi mis-Sistema Ċentrali jiġu pproċessati b'mod legali.

(e)  ir-riżultati ta' tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba', ta' tqabbil ta' data tax-xbieha tal-wiċċ jew it-tnejn trażmessi mis-Sistema Ċentrali jiġu pproċessati b'mod legali.

Or. en

Emenda     386

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-marki tas-swaba' għandhom ikunu proċessati diġitalment u trażmessi fil-format tad-data kif stabbilit fid-Dokument ta' Kontroll tal-Interface li dwaru kien intlaħaq qbil . Sa fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-ħtiġijiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-format tad-data mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċi versa. eu-LISA għandha tiżgura li d-data tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ trażmessa mill-Istati Membri tista' titqabbel mis-sistema kompjuterizzata tal-għarfien tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ.

1.  Il-marki tas-swaba' u x-xbieha tal-wiċċ għandhom ikunu proċessati diġitalment u trażmessi fil-format tad-data kif stabbilit fid-Dokument ta' Kontroll tal-Interface li dwaru kien intlaħaq qbil. Sa fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-ħtiġijiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-format tad-data mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċi versa. eu-LISA għandha tiżgura li d-data tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ trażmessa mill-Istati Membri tista' titqabbel mis-sistema kompjuterizzata tal-għarfien tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li ma ddaħħalx fil-postijiet meħtieġa kollha kemm "marki tas-swaba'" kif ukoll "xbieha tal-wiċċ", li hija f'konformità mal-obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Emenda     387

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu elettronikament id-data msemmija fl-Artikolu 12, l-Artikolu 13(2) u Artikolu 14(2). Id-data msemmija fl-Artikolu 12, l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(2) għandha tiġi rreġistrata awtomatikament fis-Sistema Ċentrali. Sa fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, eu-LISA għandha tistabbilixxi l-ħtiġijiet tekniċi biex tiżgura li d-data tista' tiġi trażmessa elettronikament mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċe versa.

2.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu elettronikament id-data msemmija fl-Artikolu 12, u l-Artikolu 13(2). Id-data msemmija fl-Artikolu 12 u l-Artikolu 13(2) għandha tiġi rreġistrata awtomatikament fis-Sistema Ċentrali. Sa fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, eu-LISA għandha tistabbilixxi l-ħtiġijiet tekniċi biex tiżgura li d-data tista' tiġi trażmessa elettronikament mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċe versa.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emendi ammissibbli li jħassru l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6).

Emenda     388

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu elettronikament id-data msemmija fl-Artikolu 12, l-Artikolu 13(2) u Artikolu 14(2). Id-data msemmija fl-Artikolu 12, l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(2) għandha tiġi rreġistrata awtomatikament fis-Sistema Ċentrali. Sa fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, eu-LISA għandha tistabbilixxi l-ħtiġijiet tekniċi biex tiżgura li d-data tista' tiġi trażmessa elettronikament mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċe versa.

2.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu elettronikament id-data msemmija fl-Artikolu 12, l-Artikolu 12(b), l-Artikolu 13(2) u Artikolu 14(2). Id-data msemmija fl-Artikolu 12, l-Artikolu 12(b), l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(2) għandha tiġi rreġistrata awtomatikament fis-Sistema Ċentrali. Sa fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, eu-LISA għandha tistabbilixxi l-ħtiġijiet tekniċi biex tiżgura li d-data tista' tiġi trażmessa elettronikament mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċe versa.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     389

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  In-numru ta' referenza msemmi fl-Artikoli 12(i), 13(2)(i), 14(2)(i) u 20(1) għandu jagħmilha possibbli li d-data tkun relatata mingħajr ambigwità ma' persuna waħda partikolari u mal-Istat Membru li qed jittrażmetti d-data. Minbarra dan, għandu jagħmilha possibbli li jkun magħruf jekk din id-data għandhiex x'taqsam ma' persuna msemmija fl-Artikolu 10(1), 13(1) jew 14(1).

3.  In-numru ta' referenza msemmi fl-Artikoli 12(i), 12(b), 13(2)(i), 14(2)(i) u 20(1) għandu jagħmilha possibbli li d-data tkun relatata mingħajr ambigwità ma' persuna waħda partikolari u mal-Istat Membru li qed jittrażmetti d-data. Minbarra dan, għandu jagħmilha possibbli li jkun magħruf jekk din id-data għandhiex x'taqsam ma' persuna msemmija fl-Artikolu 10(1), 12(a), 13(1) jew 14(1).

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     390

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  In-numru ta' referenza msemmi fl-Artikoli 12(i), 13(2)(i), 14 (2)(i) u 20(1) għandu jagħmilha possibbli li d-data tkun relatata mingħajr ambigwità ma' persuna waħda partikolari u mal-Istat Membru li qed jittrażmetti d-data. Minbarra dan, għandu jagħmilha possibbli li jkun magħruf jekk din id-data għandhiex x'taqsam ma' persuna msemmija fl-Artikolu 10(1), 13(1) jew 14(1).

3.  In-numru ta' referenza msemmi fl-Artikoli 12(i), 13(2)(i), u 20(1) għandu jagħmilha possibbli li d-data tkun relatata mingħajr ambigwità ma' persuna waħda partikolari u mal-Istat Membru li qed jittrażmetti d-data. Minbarra dan, għandu jagħmilha possibbli li jkun magħruf jekk din id-data għandhiex x'taqsam ma' persuna msemmija fl-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 13(1).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emendi ammissibbli li jħassru l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6).

Emenda     391

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  In-numru ta' referenza għandu jibda b'ittra jew ittri ta' identifikazzjoni li bihom, jiġi identifikat l-Istat Membru li jittrażmetti d-data. L-ittra jew ittri ta' identifikazzjoni għandhom ikunu segwiti bl-identifikazzjoni tal-kategorija tal-persuna jew tat-talba. "1" tirriferi għal data rigward persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), "2" għall-persuni msemmija fl-Artikolu 13(1), "3" għall-persuni msemmija fl-Artikolu 14(1), "4" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 21, "5" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 22 u "9" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 30.

4.  In-numru ta' referenza għandu jibda b'ittra jew ittri ta' identifikazzjoni li bihom, jiġi identifikat l-Istat Membru li jittrażmetti d-data. L-ittra jew ittri ta' identifikazzjoni għandhom ikunu segwiti bl-identifikazzjoni tal-kategorija tal-persuna jew tat-talba. "1" tirriferi għal data rigward persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), "2" għall-persuni msemmija fl-Artikolu 13(1), "3" għall-persuni msemmija fl-Artikolu 14(1), "4" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 21, "5" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 22 u "9" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 30, "6" għall-persuni msemmija fl-Artikolu 12(a).

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     392

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  In-numru ta' referenza għandu jibda b'ittra jew ittri ta' identifikazzjoni li bihom, , jiġi identifikat l-Istat Membru li jittrażmetti d-data. L-ittra jew ittri ta' identifikazzjoni għandhom ikunu segwiti bl-identifikazzjoni tal-kategorija tal-persuna jew tat-talba. tirriferi għal data rigward persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), "2" għall-persuni msemmija fl-Artikolu 13(1), "3" għall-persuni msemmija fl-Artikolu 14(1), "4" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 21, "5" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 22 u "9" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 30.

4.  In-numru ta' referenza għandu jibda b'ittra jew ittri ta' identifikazzjoni li bihom, , jiġi identifikat l-Istat Membru li jittrażmetti d-data. L-ittra jew ittri ta' identifikazzjoni għandhom ikunu segwiti bl-identifikazzjoni tal-kategorija tal-persuna jew tat-talba. "1" tirriferi għal data rigward persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), "2" għall-persuni msemmija fl-Artikolu 13(1), "4" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 21, "5" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 22 u "9" għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 30.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emendi ammissibbli li jħassru l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6).

Emenda     393

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni ta' data tal-marki tas-swaba' tkun ta' kwalità xierqa għall-iskopijiet ta' tqabbil permezz ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ . Sa fejn ikun meħtieġ biex ikun żgurat li r-riżultati tat-tqabbil mis-Sistema Ċentrali jilħqu livell għoli ħafna ta' preċiżjoni, eu-LISA għandha tiddefinixxi l-kwalità xierqa ta' data tal-marki tas-swaba' trażmessa. Is-Sistema Ċentrali għandha, kemm jista' jkun malajr, tivverifika l-kwalità tad-data tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ trażmessa. Jekk id-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ ma tistax titqabbel bl-użu ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ, is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-Istat Membru għandu konsegwentement jittrażmetti d-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ ta' kwalità xierqa billi juża l-istess numru ta' referenza tas-sett preċedenti ta' data ta' marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ .

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni ta' data tal-marki tas-swaba' tkun ta' kwalità xierqa għall-iskopijiet ta' tqabbil permezz ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ . Sa fejn ikun meħtieġ biex ikun żgurat li r-riżultati tat-tqabbil mis-Sistema Ċentrali jilħqu livell għoli ħafna ta' preċiżjoni, eu-LISA għandha tiddefinixxi l-kwalità xierqa ta' data tal-marki tas-swaba' trażmessa. Is-Sistema Ċentrali għandha, kemm jista' jkun malajr, tivverifika l-kwalità tad-data tal-marki tas-swaba' jew tad-data tax-xbieha tal-wiċċ trażmessa. Jekk id-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ ma tistax titqabbel bl-użu ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ, is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-Istat Membru għandu konsegwentement jittrażmetti d-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbieha tal-wiċċ ta' kwalità xierqa billi juża l-istess numru ta' referenza tas-sett preċedenti ta' data ta' marki tas-swaba' jew tax-xbieha tal-wiċċ.

Or. en

Emenda     394

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni ta' data tal-marki tas-swaba' tkun ta' kwalità xierqa għall-iskopijiet ta' tqabbil permezz ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ . Sa fejn ikun meħtieġ biex ikun żgurat li r-riżultati tat-tqabbil mis-Sistema Ċentrali jilħqu livell għoli ħafna ta' preċiżjoni, eu-LISA għandha tiddefinixxi l-kwalità xierqa ta' data tal-marki tas-swaba' trażmessa. Is-Sistema Ċentrali għandha, kemm jista' jkun malajr, tivverifika l-kwalità tad-data tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ trażmessa. Jekk id-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ ma tistax titqabbel bl-użu ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ, is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-Istat Membru għandu konsegwentement jittrażmetti d-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ ta' kwalità xierqa billi juża l-istess numru ta' referenza tas-sett preċedenti ta' data ta' marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ .

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni tad-data tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ tkun ta' kwalità xierqa għall-iskopijiet ta' tqabbil permezz ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ. Sa fejn ikun meħtieġ biex ikun żgurat li r-riżultati tat-tqabbil mis-Sistema Ċentrali jilħqu livell għoli ħafna ta' preċiżjoni, eu-LISA għandha tiddefinixxi l-kwalità xierqa ta' data tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ trażmessa. Is-Sistema Ċentrali għandha, kemm jista' jkun malajr, tivverifika l-kwalità tad-data tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ trażmessa. Jekk id-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ ma tistax titqabbel bl-użu ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ, is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-Istat Membru għandu konsegwentement jittrażmetti d-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbieha tal-wiċċ ta' kwalità xierqa billi juża l-istess numru ta' referenza tas-sett preċedenti ta' data ta' marki tas-swaba' jew tax-xbieha tal-wiċċ .

Or. en

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li ma ddaħħalx fil-postijiet meħtieġa kollha kemm "marki tas-swaba'" kif ukoll "xbieha tal-wiċċ", li hija f'konformità mal-obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Emenda     395

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-riżultati tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mwettqa skont l-Artikolu 15 għandhom jiġu minnufih iċċekkjati fl-Istat Membru li jirċevihom minn espert tal-marki tas-swaba' kif definit f'konformità mar-regoli nazzjonali, imħarreġ speċifikament fit-tipi differenti ta' tqabbil ta' marki tas-swaba' stipulati f'dan ir-Regolament. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

4.  Ir-riżultati tat-tqabbil tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ imwettqa skont l-Artikolu 15 għandhom jiġu minnufih iċċekkjati fl-Istat Membru li jirċevihom minn espert tal-marki tas-swaba' u tal-identifikazzjoni tal-wiċċ kif definit f'konformità mar-regoli nazzjonali, imħarreġ speċifikament fit-tipi differenti ta' tqabbil ta' marki tas-swaba' u tax-xbihat tal-wiċċ stipulati f'dan ir-Regolament. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont ir-regola 104 tar-regoli ta' proċedura, din l-emenda hija meħtieġa għaliex hija intrinsikament marbuta ma' emendi ammissibbli oħrajn marbuta mal-iskopijiet ta' Eurodac (Artikolu 1), li jintroduċu salvagwardji dwar l-identifikazzjoni.

Emenda     396

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-riżultati tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mwettqa skont l-Artikolu 15 għandhom jiġu minnufih iċċekkjati fl-Istat Membru li jirċevihom minn espert tal-marki tas-swaba' kif definit f'konformità mar-regoli nazzjonali, imħarreġ speċifikament fit-tipi differenti ta' tqabbil ta' marki tas-swaba' stipulati f'dan ir-Regolament. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

4.  Ir-riżultati tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mwettqa skont l-Artikolu 15 għandhom jiġu minnufih iċċekkjati fl-Istat Membru li jirċevihom minn espert tal-marki tas-swaba' kif definit f'konformità mar-regoli nazzjonali, imħarreġ speċifikament fit-tipi differenti ta' tqabbil ta' marki tas-swaba' stipulati f'dan ir-Regolament. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u l-Artikolu 1(1)(ca) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

This amendment is admissible as inextricably linked to the admissible amendment deleting Article 1(1)(b). This amendment furthermore is needed to maintain the logic of the text as it should serve to protect child victims of trafficking and support the identification and protection of unaccompanied children who go missing, disappear or abscond, as the European Commission highlighted in its explanatory memorandum accompanying the proposed recast Eurodac Regulation. In order to comply with Article 7, Article 8 and Article 24 of the Charter, the processing of children's biometric data as young as six years of age can only be justified if it expressly pursues a child protection objective.

Emenda     397

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-riżultati tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mwettqa skont l-Artikolu 15 għandhom jiġu minnufih iċċekkjati fl-Istat Membru li jirċevihom minn espert tal-marki tas-swaba' kif definit f'konformità mar-regoli nazzjonali, imħarreġ speċifikament fit-tipi differenti ta' tqabbil ta' marki tas-swaba' stipulati f'dan ir-Regolament. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) and (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

4.  Ir-riżultati tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mwettqa skont l-Artikolu 15 għandhom jiġu minnufih iċċekkjati fl-Istat Membru li jirċevihom minn espert tal-marki tas-swaba' kif definit f'konformità mar-regoli nazzjonali, imħarreġ speċifikament fit-tipi differenti ta' tqabbil ta' marki tas-swaba' stipulati f'dan ir-Regolament. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a), (aa) u (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     398

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riżultat tat-tqabbil tad-data tax-xbiha tal-wiċċ imwettaq skont l-Artikolu 16 għandu jiġi ċċekkjat u verifikat immedjatament fl-Istat Membru riċeventi. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

imħassar

Or. en

Emenda     399

Ir-riżultat tat-tqabbil tad-data tax-xbieha tal-wiċċ imwettaq skont l-Artikolu 16 għandu jiġi ċċekkjat u verifikat immedjatament fl-Istat Membru riċeventi. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u l-Artikolu 1(1)(ca) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emenda ammissibbli li tħassar l-Artikolu 1(1)(b).

Emenda     400

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riżultat tat-tqabbil tad-dataf tax-xbiha tal-wiċċ imwettaq skont l-Artikolu 16 għandu jiġi ċċekkjat u verifikat immedjatament fl-Istat Membru riċeventi. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

Ir-riżultat tat-tqabbil tad-data tax-xbiha tal-wiċċ imwettaq skont l-Artikolu 16 għandu jiġi ċċekkjat u verifikat immedjatament fl-Istat Membru riċeventi. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a), (aa) u (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     401

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri li, bis-saħħa tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikollhom aċċess għal data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali għandhom ikunu dawk maħtura minn kull Stat Membru għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b). Din il-ħatra għandha tispeċifika l-unità proprja responsabbli mit-twettiq tal-kompiti relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lista ta' dawk l-unitajiet u kwalunkwe emenda għaliha lill-Kummissjoni u lil eu-LISA mingħajr dewmien. eu-LISA għandha tippubblika l-lista kkonsolidata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm emendi, eu-LISA għandha tippubblika online lista kkonsolidata aġġornata darba fis-sena.

2.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri li, bis-saħħa tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikollhom aċċess għal data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali għandhom ikunu dawk maħtura minn kull Stat Membru għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a), (aa) u (b). Din il-ħatra għandha tispeċifika l-unità proprja responsabbli mit-twettiq tal-kompiti relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lista ta' dawk l-unitajiet u kwalunkwe emenda għaliha lill-Kummissjoni u lil eu-LISA mingħajr dewmien. eu-LISA għandha tippubblika l-lista kkonsolidata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm emendi, eu-LISA għandha tippubblika online lista kkonsolidata aġġornata darba fis-sena.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     402

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istat Membru ta' oriġini biss għandu jkollu d-dritt li jemenda d-data li jkun ittrażmetta lis-Sistema Ċentrali billi jikkorreġi jew iżid ma' dik id-data, jew iħassarha kollha, mingħajr preġudizzju għat-tħassir li jsir taħt l-Artikolu 18 .

3.  L-Istat Membru ta' oriġini biss għandu jkollu d-dritt li jemenda d-data li jkun ittrażmetta lis-Sistema Ċentrali billi jikkorreġi jew iżid ma' dik id-data, jew iħassarha kollha, mingħajr preġudizzju għat-tħassir li jsir taħt l-Artikoli 18 u 13.

Or. en

Emenda     403

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) and (b), kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tas-sistema nazzjonali tiegħu. Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm reġistri tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal u jikseb id-data.

3.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a), (aa) u (b), kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tas-sistema nazzjonali tiegħu. Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm reġistri tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal u jikseb id-data.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     404

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Persuna koperta bl-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 14(1) għandha tkun infurmata mill-Istat Membru ta' oriġini bil-miktub, u fejn meħtieġ, oralment, b'lingwa li hija tifhem jew li hija raġonevolment preżunta li tifhem b'mod konċiż, trasparenti, intelliġibbli u forma faċilment aċċessibbli, billi tuża lingwa sempliċi u ċara, dwar dan li ġej:

1.  Persuna koperta bl-Artikolu 10(1), l-Artikolu 12(a), l-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 14(1) għandha tkun infurmata mill-Istat Membru ta' oriġini bil-miktub, u fejn meħtieġ, oralment, b'lingwa li hija tifhem jew li hija raġonevolment preżunta li tifhem b'mod konċiż, trasparenti, intelliġibbli u forma faċilment aċċessibbli, billi tuża lingwa sempliċi u ċara, dwar dan li ġej:

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     405

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Persuna koperta bl-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 14(1) għandha tkun infurmata mill-Istat Membru ta' oriġini bil-miktub, u fejn meħtieġ, oralment, b'lingwa li hija tifhem jew li hija raġonevolment preżunta li tifhem b'mod konċiż, trasparenti, intelliġibbli u forma faċilment aċċessibbli, billi tuża lingwa sempliċi u ċara , dwar dan li ġej:

1.  Persuna koperta bl-Artikolu 10(1) jew l-Artikolu 13(1) għandha tkun infurmata mill-Istat Membru ta' oriġini bil-miktub, u fejn meħtieġ, oralment, b'lingwa li hija tifhem jew li hija raġonevolment preżunta li tifhem b'mod konċiż, trasparenti, intelliġibbli u forma faċilment aċċessibbli, billi tuża lingwa sempliċi u ċara , dwar dan li ġej:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emendi ammissibbli li jħassru l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6).

Emenda     406

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  l-għan li għalih id-data tal-persuna se tkun ipproċessata fil-Eurodac, inkluża deskrizzjoni tal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru […/…], taħt l-Artikolu 6 tiegħu, u spjegazzjoni, f'forma komprensibbli, tal-fatt li l-Eurodac jista' jsir aċċess għalih mill-Istati Membri u mill-Europol għal finijiet ta' infurzar tal-liġi;

b)  l-għan li għalih id-data tal-persuna se tkun ipproċessata fil-Eurodac, inkluża deskrizzjoni tal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru […/…], taħt l-Artikolu 6 tiegħu, u fejn ikun xieraq, l-għanijiet tar-Regolament XXX/XXX u spjegazzjoni, f'forma komprensibbli, tal-fatt li l-Eurodac jista' jsir aċċess għalih mill-Istati Membri u mill-Europol għal finijiet ta' infurzar tal-liġi;

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     407

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ir-reċipjenti jew kategoriji ta' reċipjenti tad-data;

(c)  ir-reċipjenti tad-data;

Or. en

Emenda     408

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ir-reċipjenti jew kategoriji ta' reċipjenti tad-data;

(c)  ir-reċipjenti tad-data;

Or. en

Emenda     409

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 10(1) jew 13(1) jew 14(1) l-obbligu li jitteħdulha l-marki tas-swaba';

d)  għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 10(1), 12(a) jew 13(1) jew 14(1) l-obbligu li jitteħdulha l-marki tas-swaba';

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     410

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 10(1) jew 13(1) jew 14(1) l-obbligu li jitteħdulha l-marki tas-swaba';

(d)  għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 10(1) jew 13(1) jew 14(1) l-obbligu li jitteħdulha l-marki tas-swaba' u xbieha tal-wiċċ;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li ma ddaħħalx fil-postijiet meħtieġa kollha kemm "marki tas-swaba'" kif ukoll "xbieha tal-wiċċ", li hija f'konformità mal-obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Emenda     411

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 10(1) jew 13(1) jew 14(1) l-obbligu li jitteħdulha l-marki tas-swaba';

(d)  għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 10(1) jew 13(1), l-obbligu li jittieħdulha l-marki tas-swaba';

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ammissibbli bħala marbuta intrinsikament mal-emendi ammissibbli li jħassru l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6).

Emenda     412

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-eżistenza tad- dritt li ssir talba mill-kontrollur għal aċċess għal data relatata magħha u d-dritt li persuna titlob li data mhux eżatta dwarha tiġi rettifikata u li timla data persunali mhux kompluta jew li data personali proċessata illegalment dwarha titħassar, kif ukoll id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar il-proċeduri għal eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet, inkluż id-dettalji ta' kuntatt tal-kontrollur u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 32(1);

(f)  l-eżistenza tad-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar ta' data personali, li ssir talba mill-kontrollur għal aċċess għal data relatata magħha u d-dritt li persuna titlob li data mhux eżatta dwarha tiġi rettifikata u li timla data persunali mhux kompluta jew li data personali proċessata illegalment dwarha titħassar, kif ukoll id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar il-proċeduri għal eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet, inkluż id-dettalji ta' kuntatt tal-kontrollur u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 32(1);

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tallinja d-drittijiet ma' dawk ipprovduti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament Ġenerali tal-Protezzjoni tad-Data.

Emenda     413

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  id-dritt li jitressaq ilment lill-awtorità ta' sorveljanza.

(g)  id-dritt li jitressaq ilment lill-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 32.

Emenda     414

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 10(1) jew 13(1) u 14(1), l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta fil-ħin meta jittieħdu l-marki tas-swaba' tagħha.

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 10(1), 12(a) jew 13(1) u 14(1), l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta fil-ħin meta jittieħdu l-marki tas-swaba' tagħha.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu Iia ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     415

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 10(1) jew 13(1) u 14(1) , l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta fil-ħin meta jittieħdu l-marki tas-swaba' tagħha.

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 10(1) jew 13(1), l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta fil-ħin meta jittieħdu l-marki tas-swaba' tagħha.

Or. en

Emenda     416

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn persuna koperta bl-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14(1) tkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni b'mod adattat għall-età

Fejn persuna koperta bl-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14(1) tkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni b'mod adattat għall-età u f'ambjent adattat għat-tfal.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mat-tibdiliet fl-Artikolu 10, 13 u 14 tal-Proposta tal-Kummissjoni. F'dawn l-artikoli l-Kummissjoni qed tnaqqas l-età minima għat-teħid tal-marki tas-swaba' minn 14 għal 6. Għalhekk huwa importanti li jissaħħu s-salvagwardji għall-minorenni.

Emenda     417

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn persuna koperta bl-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14(1) tkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni b'mod adattat għall-età

Fejn persuna koperta bl-Artikolu 10(1), l-Artikolu 12(a), l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14(1) tkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni b'mod adattat għall-età.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     418

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn persuna koperta bl-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14(1) tkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni b'mod adattat għall-età

Fejn persuna koperta bl-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 13(1) tkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni b'mod adattat għall-età

Or. en

Ġustifikazzjoni

This amendment is needed to maintain the logic of the text as it should serve to protect child victims of trafficking and support the identification and protection of unaccompanied children who go missing, disappear or abscond, as the European Commission highlighted in its explanatory memorandum accompanying the proposed recast Eurodac Regulation. In order to comply with Article 7, Article 8 and Article 24 of the Charter, the processing of children's biometric data as young as six years of age can only be justified if it expressly pursues a child protection objective. Furthermore, this amendment is admissible as inextricably linked to the admissible amendments deleting Article 14(1), Article 14(2), Article 14(4), Article 14(5) and Article 14(6).

Emenda     419

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fuljett għandu jiġi fformulat b'tali mod li jippermetti lill-Istati Membri jimlewh b'informazzjoni addizzjonali speċifika għall-Istat Membru. Din l-informazzjoni speċifika għall-Istat Membru għandha tinkludi għall-inqas id-drittijiet tas-suġġett tad-data, il-possibbiltà ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali kif ukoll id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur u l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali.

Il-fuljett għandu jiġi fformulat b'tali mod li jippermetti lill-Istati Membri jimlewh b'informazzjoni addizzjonali speċifika għall-Istat Membru. Din l-informazzjoni speċifika għall-Istat Membru għandha tinkludi għall-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi possibbli skont il-liġi nazzjonali, li persuna tista' taffaċċja għan-nuqqas ta' konformità mal-proċess tat-teħid tal-marki tas-swaba' u teħid tax-xbieha tal-wiċċ, id-drittijiet tas-suġġett tad-data, il-possibbiltà ta' informazzjoni u assistenza mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali kif ukoll id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur u l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-Artikolu 2 ġdid. Il-Kummissjoni hemm tipproponi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jintroduċu sanzjonijiet amministrattivi skont il-liġi nazzjonali għan-nuqqas ta' konformità mal-proċess ta' teħid tal-marki tas-swaba' u t-teħid tax-xbieha tal-wiċċ. Dawn is-sanzjonijiet jenħtieġ li jissemmew fil-fuljett. Il-kelma "assistenza" ġiet sostitwita b'"informazzjoni" fil-proposta tal-Kummissjoni u hija introdotta mill-ġdid b'din l-emenda.

Emenda     420

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fuljett għandu jiġi fformulat b'tali mod li jippermetti lill-Istati Membri jimlewh b'informazzjoni addizzjonali speċifika għall-Istat Membru. Din l-informazzjoni speċifika għall-Istat Membru għandha tinkludi għall-inqas id-drittijiet tas-suġġett tad-data, il-possibbiltà ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali kif ukoll id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur u l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali.

Il-fuljett għandu jiġi fformulat b'tali mod li jippermetti lill-Istati Membri jimlewh b'informazzjoni addizzjonali speċifika għall-Istat Membru. Din l-informazzjoni speċifika għall-Istat Membru għandha tinkludi għall-inqas id-drittijiet tas-suġġett tad-data, il-possibbiltà ta' assistenza mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali kif ukoll id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur u l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali.

Or. en

Emenda     421

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1))(a) u (b) ta' dan ir-Regolament, id-drittijiet tas-suġġett tad-data għall-aċċess, rettifika, u tħassir għandhom jiġu eżerċitati skont, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru […/2016] u applikati kif stabbilit f'dan l-Artikolu.

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1))(a), (aa) u (b) ta' dan ir-Regolament, id-drittijiet tas-suġġett tad-data għall-aċċess, rettifika, u tħassir għandhom jiġu eżerċitati skont, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru […/2016] u applikati kif stabbilit f'dan l-Artikolu.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     422

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dritt ta' aċċess tas-suġġett tad-data f'kull Stat Membru għandu jinkludi d-dritt li jikseb komunikazzjoni tad-data li jkollha x'taqsam miegħu reġistrata fis-Sistema Ċentrali u tal-Istat Membru li ttrażmettihom lis-Sistema Ċentrali. Tali aċċess għad-data jista' jingħata biss minn Stat Membru.

Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1), f'kull Stat Membru, kwalunkwe persuna tista' titlob li data li tkun fattwalment mhux preċiża tiġi kkoreġuta jew li dik id-data li tkun ġiet reġistrata kontra l-liġi tiġi mħassra. Il-korrezzjoni u t-tħassir għandhom jitwettqu mingħajr dewmien eċċessiv mill-Istat Membru li ttrażmetta d-data, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tiegħu.

Or. en

Emenda     423

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi li L-awtorità jew awtoritajiet ta' sorveljanza ta' kull Stat Membru maħtura skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva msemmija fl-Artikolu [46(1)] tar-Regolament (UE) […/2016] jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar, ta' data personali mill-Istat Membru inkwistjoni għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b), inkluża t-trażmissjoni tagħha lis-Sistema Ċentrali.

1.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi li l-awtorità jew awtoritajiet ta' sorveljanza ta' kull Stat Membru maħtura skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva msemmija fl-Artikolu [46(1)] tar-Regolament (UE) […/2016] jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar, ta' data personali mill-Istat Membru inkwistjoni għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a), (aa) u (b), inkluża t-trażmissjoni tagħha lis-Sistema Ċentrali.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     424

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u s-servizzi ta' appoġġ ta' dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandhom jiġu adottati r-regoli ta' proċedura fl-ewwel laqgħa. Metodi ta' ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt skont il-bżonn. Rapport konġunt ta' attivitajiet għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u eu-LISA kull sentejn.

4.  Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u s-servizzi ta' appoġġ ta' dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandhom jiġu adottati r-regoli ta' proċedura fl-ewwel laqgħa. Metodi ta' ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt skont il-bżonn. Rapport konġunt ta' attivitajiet, li jivvaluta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-ħtieġa u proporzjonalità ta' aċċess għall-Eurodac għall-fini ta' infurzar tal-liġi, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u eu-LISA kull sena.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont ir-regola 104 tar-regoli ta' proċedura, din l-emenda hija meħtieġa għaliex hija intrinsikament marbuta ma' emendi ammissibbli oħrajn marbuta mal-iskopijiet ta' Eurodac (Artikolu 1), li jintroduċu referenzi għal konformità mal-prinċipji tal-ħtieġa u l-proporzjonalità skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta u l-ġurisprudenza tal-QtĠ rilevanti.

Emenda     425

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil eu-LISA dwar inċidenti ta' sigurtà identifikati fis-sistemi tagħhom mingħajr preġudizzju għan-notifika u komunikazzjoni ta' ksur data personali skont [l-Artikoli 31 u 32] tar-Regolament (UE) Nru […/2016] rispettivament [l-Artikoli 28 u 29] . eu-LISA għandha tinforma lill-Istati Membri, lill-Europol u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'każ ta' inċidenti ta' sigurtà. L-Istati Membri kkonċernati, eu-LISA u l-Europol għandhom jikkollaboraw waqt inċident ta' sigurtà.

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil eu-LISA dwar inċidenti ta' sigurtà identifikati fis-sistemi tagħhom mingħajr preġudizzju għan-notifika u komunikazzjoni ta' ksur data personali skont [l-Artikoli 33 u 34] tar-Regolament (UE) 679/2016. B'mod partikolari, is-suġġetti tad-data għandhom ikunu nnotifikati mill-eu-LISA mingħajr dewmien żejjed meta inċident ta' sigurtà aktarx li se jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tagħhom. eu-LISA għandha tinforma lill-Istati Membri, lill-Europol u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'każ ta' inċidenti ta' sigurtà. L-Istati Membri kkonċernati, eu-LISA u l-Europol għandhom jikkollaboraw waqt inċident ta' sigurtà.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li individwi jiġu nnotifikati jekk hemm ksur ta' data li jista' jkun ta' riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tagħhom. Dan huwa importanti ħafna jekk pajjiż ta' oriġini jsib, permezz ta' hack fl-Eurodac, dettalji speċifiċi dwar iċ-ċittadini tiegħu, speċjalment difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li ħarbu minn pajjiżhom.

Emenda     426

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-data personali miksuba minn Stat Membru jew il-Europol taħt dan ir-Regolament mis-Sistema Ċentrali ma għandhiex tiġi trasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll jekk din id-data tiġi pproċessata ulterjorment fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri fit-tifsira tal-Artikolu […] tad-Direttiva [2016/../UE] .

1.  Id-data personali miksuba minn Stat Membru jew il-Europol taħt dan ir-Regolament mis-Sistema Ċentrali ma għandhiex tiġi trasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll jekk din id-data tiġi pproċessata ulterjorment fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri fit-tifsira tar-Regolament (UE) 679/2016 u tal-Artikolu […]2(b) tad-Direttiva [ (UE) 2016/680].

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa għal raġunijiet imperattivi sabiex tiżgura li l-loġika interna tat-test tinżamm billi tkun żgurata applikazzjoni konsistenti tar-Regolament Ġenerali tal-Protezzjoni tad-Data (Regolament (UE) 679/2016) u d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Pulizija (Direttiva 2016/680/UE) fir-regolament Eurodac kollu. Din l-emenda hija bbażata wkoll fuq kummenti mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda     427

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek, Hilde Vautmans

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-data personali miksuba minn Stat Membru jew il-Europol taħt dan ir-Regolament mis-Sistema Ċentrali ma għandhiex tiġi trasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll jekk din id-data tiġi pproċessata ulterjorment fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri fit-tifsira tal-Artikolu […] tad-Direttiva [2016/../UE].

1.  Id-data personali miksuba minn Stat Membru jew il-Europol taħt dan ir-Regolament mis-Sistema Ċentrali ma għandhiex tiġi trasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll jekk din id-data tiġi pproċessata ulterjorment fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri fit-tifsira tal-Artikolu […] tad-Direttiva [(UE) 2016/...] u tar-Regolament 2016/679.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

L-ipproċessar ta' data personali huwa rregolat wkoll f'termini identiċi fid-Direttiva 95/46, li f'Mejju 2018 se tiġi sostitwita bir-Regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda     428

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-data personali miksuba minn Stat Membru jew il-Europol taħt dan ir-Regolament mis-Sistema Ċentrali ma għandhiex tiġi trasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll jekk din id-data tiġi pproċessata ulterjorment fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri fit-tifsira tal-Artikolu […] tad-Direttiva [2016/../UE] .

1.  Id-data personali miksuba minn Stat Membru jew il-Europol taħt dan ir-Regolament mis-Sistema Ċentrali ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tiġi trasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll jekk din id-data tiġi pproċessata ulterjorment fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri fit-tifsira tal-Artikolu […] tad-Direttiva [(UE) 2016/.] ].

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont ir-regola 104 tar-regoli ta' proċedura, din l-emenda hija meħtieġa għaliex hija intrinsikament marbuta ma' emendi ammissibbli oħrajn marbuta mal-iskopijiet ta' Eurodac (Artikolu 1), li jintroduċu referenzi għal konformità mal-prinċipji tal-ħtieġa u l-proporzjonalità skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta u l-ġurisprudenza tal-QtĠ rilevanti.

Emenda     429

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Data personali li tkun oriġinat fi Stat Membru u skambjata bejn Stati Membri konsegwentement għal hit miksuba għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c) ma għandhiex tiġi ttrasferita lil pajjiżi terzi jekk ikun hemm riskju reali li bħala riżultat ta' tali trasferiment is-suġġett tad-data jista' jiġi suġġett għal tortura, trattament jew kastig inuman u degradanti jew kwalunkwe ksur ta' drittijiet fundamentali.

2.  Data personali li tkun oriġinat fi Stat Membru u skambjata bejn Stati Membri konsegwentement għal hit miksuba għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c) ma għandhiex tiġi ttrasferita lil pajjiżi terzi, inkluż jekk ikun hemm riskju reali li bħala riżultat ta' tali trasferiment is-suġġett tad-data jista' jiġi suġġett għal tortura, trattament jew kastig inuman u degradanti jew kwalunkwe ksur ta' drittijiet fundamentali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa għal raġunijiet imperattivi sabiex tkun żgurata projbizzjoni konsistenti ta' trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi fir-regolament Eurodac kollu. Din l-emenda hija marbuta intrinsikament mal-emenda tal-Artikolu 37(1). Hija bbażata wkoll fuq kummenti mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda     430

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán, Dennis de Jong

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ebda informazzjoni dwar il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li saret fi Stat Membru ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1), partikolarment meta dan il-pajjiż ikun ukoll il-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.

3.  Ebda informazzjoni ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1).

Or. en

Emenda     431

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ebda informazzjoni dwar il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li saret fi Stat Membru ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1), partikolarment meta dan il-pajjiż ikun ukoll il-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.

3.  Ebda informazzjoni ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1), partikolarment meta dan il-pajjiż ikun ukoll il-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li l-ebda informazzjoni ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1).

Emenda     432

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Dietmar Köster, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ebda informazzjoni dwar il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li saret fi Stat Membru ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1), partikolarment meta dan il-pajjiż ikun ukoll il-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.

3.  Ebda informazzjoni dwar il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li saret fi Stat Membru ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1).

Or. en

Emenda     433

Emenda     434

3.  Ebda informazzjoni dwar il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li saret fi Stat Membru ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 12(a), partikolarment meta dan il-pajjiż ikun ukoll il-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Din l-emenda hija marbuta maż-żieda proposta ta' kategorija ġdida (Kapitolu IIa ġdid) u għandha l-għan li tiżgura l-koerenza tat-test fir-rigward ta' din iż-żieda.

Emenda     435

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38  

imħassar

Trasferiment ta' data lil pajjiżi terzi għall-fini tar-ritorn

1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament, id-data personali relatata ma' persuni msemmija fl-Artikoli 10(1), 13(2), 14(1) miksuba minn Stat Membru wara hit għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) jew (b) tista' tiġi trasferita jew magħmula disponibbli lil pajjiż terz skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru […/2016], jekk tkun meħtieġa bħala prova tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiż terz għall-fini tar-ritorn, meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet biss.

(b) il-pajjiż terz jaqbel li juża d-data biss għall-fini li għaliha ġiet provduta u għal dak li hu legali u meħtieġ biex jiġu żgurati l-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1)(b) u biex titħassar id-data li ma jkun għadu ġustifikat li tinżamm;

(c) l-Istat Membru ta' oriġini li daħħal id-data fis-Sistema Ċentrali ta l-kunsens tiegħu u l-individwu konċernat ġie infurmat li l-informazzjoni personali tiegħu jew tagħha se tingħata lill-awtoritajiet ta' pajjiż terz.

2. Ebda informazzjoni dwar il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li saret fi Stat Membru ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1), partikolarment meta dan il-pajjiż ikun ukoll il-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.

3. Pajjiż terz ma għandux ikollu aċċess dirett għas-Sistema Ċentrali biex iqabbel jew jitrażmetti data tal-marki tas-swaba' jew xi data personali oħra ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u ma għandux jingħata aċċess permezz ta' Punt ta' Aċċess Nazzjonali maħtur ta' Stat Membru.

Or. en

Emenda     436

Emenda     437

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament, id-data personali relatata ma' persuni msemmija fl-Artikoli 10(1), 13(2), 14(1) miksuba minn Stat Membru wara hit għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) jew (b) tista' tiġi trasferita jew magħmula disponibbli lil pajjiż terz skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru […/2016], jekk tkun meħtieġa bħala prova tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiż terz għall-fini tar-ritorn, meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet biss.

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament, id-data personali meħtieġa biss relatata ma' persuni msemmija fl-Artikoli 10(1), 13(2), 14(1) miksuba minn Stat Membru wara hit għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) jew (b) tista' tiġi trasferita jew magħmula disponibbli lil pajjiż terz skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru […/2016], jekk tkun meħtieġa bħala prova tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiż terz għall-fini tar-ritorn, meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet biss.

Or. en

Emenda     438

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-Istat Membru ta' oriġini li daħħal id-data fis-Sistema Ċentrali ta l-kunsens tiegħu u l-individwu konċernat ġie infurmat li l-informazzjoni personali tiegħu jew tagħha se tingħata lill-awtoritajiet ta' pajjiż terz.

(c)  l-Istat Membru ta' oriġini li daħħal id-data fis-Sistema Ċentrali ta l-kunsens tiegħu u l-individwu konċernat ġie infurmat li l-informazzjoni personali tiegħu jew tagħha se tingħata lill-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz.

Or. en

Emenda     439

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-Istat Membru ta' oriġini li daħħal id-data fis-Sistema Ċentrali ta l-kunsens tiegħu u l-individwu konċernat ġie infurmat li l-informazzjoni personali tiegħu jew tagħha se tingħata lill-awtoritajiet ta' pajjiż terz.

(c)  l-Istat Membru ta' oriġini li daħħal id-data fis-Sistema Ċentrali ta l-kunsens tiegħu u l-individwu konċernat ġie infurmat li l-informazzjoni personali tiegħu jew tagħha se tingħata lill-awtoritajiet ta' pajjiż terz speċifiku.

Or. en

Emenda     440

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni taċ-ċittadin ta' pajjiż terz għal protezzjoni internazzjonali ttieħdet.

Or. en

Emenda     441

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Dietmar Köster, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Data personali li tkun oriġinat fi Stat Membru u skambjata bejn Stati Membri konsegwentement għal hit miksuba għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ma għandhiex tiġi ttrasferita lil pajjiżi terzi jekk ikun hemm riskju reali li bħala riżultat ta' tali trasferiment is-suġġett tad-data jista' jiġi soġġett għal tortura, trattament jew kastig inuman u degradanti jew kwalunkwe ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu jew tagħha.

Or. en

Emenda     442

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ebda informazzjoni dwar il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li saret fi Stat Membru ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1), partikolarment meta dan il-pajjiż ikun ukoll il-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.

2.  Ebda informazzjoni dwar il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li saret fi Stat Membru ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1).

Or. en

Emenda     443

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Josef Weidenholzer, Vilija Blinkevičiūtė, Péter Niedermüller, Kati Piri, Maria Grapini, Juan Fernando López Aguilar, Caterina Chinnici

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ebda informazzjoni dwar il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li saret fi Stat Membru ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1), partikolarment meta dan il-pajjiż ikun ukoll il-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.

2.  Ebda informazzjoni dwar il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li saret fi Stat Membru ma tista' tingħata lil xi pajjiż terz għal persuni relatati mal-Artikolu 10(1).

Or. en

Emenda     444

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Pajjiż terz ma għandux ikollu aċċess dirett għas-Sistema Ċentrali biex iqabbel jew jitrażmetti data tal-marki tas-swaba' jew xi data personali oħra ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u ma għandux jingħata aċċess permezz ta' Punt ta' Aċċess Nazzjonali maħtur ta' Stat Membru.

3.  Pajjiż terz ma għandux ikollu aċċess dirett għas-Sistema Ċentrali biex iqabbel jew jitrażmetti data tal-marki tas-swaba' jew xbieha tal-wiċċ jew xi data personali oħra ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u ma għandux jingħata aċċess permezz ta' Punt ta' Aċċess Nazzjonali maħtur ta' Stat Membru.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li ma ddaħħalx fil-postijiet meħtieġa kollha kemm "marki tas-swaba'" kif ukoll "xbieha tal-wiċċ", li hija f'konformità mal-obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Emenda     445

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek, Hilde Vautmans

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Ir-responsabbiltà finali tal-ipproċessar ta' data personali hija tal-Istat Membru, li jitqies bħala "kontrollur" kif definit fir-Regolament (UE) 2016/679.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Għandu jiġi speċifikat li r-responsabbiltà finali tal-ipproċessar ta' data personali hija tal-Istat Membru, li jitqies bħala "kontrollur" kif definit fir-Regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data (Regolament 2016/679).

Emenda     446

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għall-ħsara msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jrid jiddefendi ruħu skont l-Artikoli [75 u 76] tar-Regolament (UE) […/2016] u l-Artikoli [52 u 53] tad-Direttiva [2016/… /UE] .

3.  Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għall-ħsara msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jrid jiddefendi ruħu skont il-Kapitolu VIII tar-Regolament (UE) [2016/679] u l-Kapitolu VIII tad-Direttiva [(UE) 2016/680] dwar rimedji, responsabbiltajiet u penali.

Or. en

Emenda     447

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek, Hilde Vautmans

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-eu-LISA għandha tistabbilixxi kanal tal-komunikazzjoni sigur bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u dik tal-Eurodac sabiex tkun permessa l-interoperabbiltà bejn iż-żewġ sistemi. Konnessjoni bejn iż-żewġ sistemi hija meħtieġa sabiex il-bijometriċi ta' ċittadin ta' pajjiż terz irreġistrati fl-EES ikunu jistgħu jiġu trasferiti lejn il-Eurodac meta r-reġistrazzjoni ta' dawn il-bijometriċi tkun stabbilita f'dan ir-Regolament.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

L-għan tas-sistema ta' dħul/ħruġ huwa li tirreġistra d-data tad-dħul u tal-ħruġ taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu fiż-żona Schengen għal soġġorn qasir u li tirrapporta kull skadenza tal-perjodu ta' soġġorn awtorizzat. Wara li ċittadin ta' pajjiż terz ikun qabeż il-perjodu ta' soġġorn tiegħu, isib għalhekk lilu nnifsu f'soġġorn irregolari u b'hekk għandu jiġi rreġistrat fil-Eurodac skont l-Artikolu 14. L-interoperabbiltà bejn iż-żewġ sistemi tippermetti lill-Istati Membri jevitaw it-tfittxija ta' dawn il-persuni u d-duplikazzjoni.

Emenda     448

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sal-2020, eu-LISA għandha tagħmel studju dwar il-fattibbiltà teknika li żżid software ta' rikonoxximent tal-wiċċ fis-Sistema Ċentrali, għall-finijiet ta' paragun tal-immaġini tal-wiċċ. L-istudju għandu jevalwa l-kredibbiltà u l-preċiżjoni tar-riżultati prodotti minn software tar-rikonoxximent tal-wiċċ għal skopijiet tal-EURODAC u għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa qabel l-introduzzjoni tat-teknoloġija tal-għarfien tal-wiċċ lis-Sistema Ċentrali.

imħassar

Or. en

Emenda     449

4.  Sal-2020, eu-LISA għandha tagħmel studju dwar il-fattibbiltà teknika u valur miżjud li żżid software ta' rikonoxximent tal-wiċċ fis-Sistema Ċentrali, għall-finijiet ta' paragun tal-immaġini tal-wiċċ ta' minorenni. L-istudju għandu jevalwa l-kredibbiltà u l-preċiżjoni tar-riżultati prodotti minn software tar-rikonoxximent tal-wiċċ għal skopijiet tal-EURODAC u għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa qabel l-introduzzjoni tat-teknoloġija tal-għarfien tal-wiċċ lis-Sistema Ċentrali. L-istudju għandu jwettaq ukoll valutazzjoni tal-impatt tar-riskji possibbli għad-drittijiet tal-privatezza u d-dinjità tal-bniedem, id-drittijiet tat-tfal, kif ukoll in-nuqqas ta' diskriminazzjoni, tal-użu ta' software li jagħraf il-wiċċ. L-istudju għandu jikkunsidra l-fehmiet ta' aġenziji tal-Unjoni oħrajn, il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, partijiet rilevanti kif ukoll akkademiċi.

Or. en

Emenda     450

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Sal-2020, l-eu-Lisa għandha twettaq studju sabiex tiddetermina jekk il-kombinazzjonijiet tal-identifikaturi bijometriċi ta' bażijiet tad-data differenti tal-UE għandhomx jiġu armonizzati u jekk il-Eurodac għandux inaqqas l-elementi ta' identifikazzjoni għal erba' marki tas-swaba' u xbieha tal-wiċċ, kif inhu l-każ għas-sistema tad-dħul/tal-ħruġ skont ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Il-kombinazzjonijiet tal-identifikaturi bijometriċi ta' bażijiet tad-data differenti tal-UE għandhom jiġu armonizzati sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tagħhom u l-użu l-aktar effiċjenti tagħhom.

Emenda     451

Sophia in 't Veld

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sa […] u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni ġenerali tal-Eurodac, billi teżamina r-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet, u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, inkluż jekk l-aċċess għall-infurzar tal-liġi wassalx għal diskriminazzjoni indiretta kontra persuni koperti b'dan ir-Regolament, u tagħmel stima dwar il-validità kontinwata tar-raġunijiet bażiċi li għalihom ġie mwaqqaf, u kull implikazzjoni għal ħidmiet fil-futur, u għandha tagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Sa […] u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni ġenerali tal-Eurodac, flimkien ma' valutazzjoni tal-impatt sħiħa tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza, billi teżamina r-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet, u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, inkluż jekk l-aċċess għall-infurzar tal-liġi wassalx għal diskriminazzjoni indiretta kontra persuni koperti b'dan ir-Regolament, u tagħmel stima dwar il-validità kontinwata tar-raġunijiet bażiċi li għalihom ġie mwaqqaf, u kull implikazzjoni għal ħidmiet fil-futur, u għandha tagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont ir-regola 104 tar-regoli ta' proċedura, din l-emenda hija meħtieġa għaliex hija intrinsikament marbuta ma' emendi ammissibbli oħrajn marbuta mal-iskopijiet ta' Eurodac (Artikolu 1), li jintroduċu referenzi għal konformità mal-prinċipji tal-ħtieġa u l-proporzjonalità skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta u l-ġurisprudenza tal-QtĠ rilevanti.

Emenda     452

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 8 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom jippreparaw rapporti annwali dwar l-effettività tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mad-data tal-EURODAC għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:

8.  Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom jippreparaw rapporti annwali dwar l-effettività tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' u x-xbieha tal-wiċċ mad-data tal-EURODAC għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li ma ddaħħalx fil-postijiet meħtieġa kollha kemm "marki tas-swaba'" kif ukoll "xbieha tal-wiċċ", li hija f'konformità mal-obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Emenda     453

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhom japplikaw għal ebda territorju li [r-Regolament (UE) Nru 604/2013 ma japplikax għalih].

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhom japplikaw għal ebda territorju li [r-Regolament (UE) Nru 604/2013 ma japplikax għalih mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament XXX/XXX.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Hawnhekk, jeħtieġ li ssir referenza għar-Regolament futur li jistabbilixxi qafas tal-Unjoni għar-risistemazzjoni fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni futur sabiex dan ir-Regolament ikun jista' japplika għalih.

Emenda     454

Judith Sargentini

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 2(2), 32, 32 u, għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a) u (b), l-Artikoli 28(4), 30 u 37 għandhom japplikaw mid-data msemmija fl-Artikolu 91(2) tar-Regolament (UE) […/2016]. Sa din id-data għandhom japplikaw l-Artikoli 2(2), 27(4), 29, 30 u 35 tar-Regolament 603/2013.

L-Artikoli 2(2), 32, 32 u, għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a), l-Artikoli 28(4), 30 u 37 għandhom japplikaw mid-data msemmija fl-Artikolu 91(2) tar-Regolament (UE) […/2016]. Sa din id-data għandhom japplikaw l-Artikoli 2(2), 27(4), 29, 30 u 35 tar-Regolament 603/2013.

Or. en

Emenda     455

Gérard Deprez, Louis Michel, Petr Ježek

Proposta għal regolament

Anness Ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness Ia: Approċċ komuni dwar l-Implimentazzjoni tar-Regolament Eurodac fir-rigward tal-obbligu biex jittieħdu l-marki tas-swaba'

F'każijiet fejn suġġett tad-data tal-Eurodac inizjalment ma jikkooperax fil-proċess biex jittiħdulu l-marki tas-swaba', għandhom jittieħdu l-passi raġonevoli u proporzjonati kollha sabiex tiġi mġiegħla tali kooperazzjoni. Għal dan l-għan, u sabiex jiġi żgurat li d-dritt tal-Unjoni jiġi rrispettat, l-Istati Membri għandhom isegwu l-approċċ stabbilit hawn taħt:

1. L-Istat Membru għandu jinforma lis-suġġett tad-data bl-obbligu li jittiħdulu l-marki tas-swaba' skont id-dritt tal-Unjoni, u jista' jiġi spjegat lilu li huwa fl-interessi tiegħu li jikkoopera/tikkoopera b'mod sħiħ u immedjatament u jipprovdi/tipprovdi l-marki tas-swaba' tiegħu. B'mod partikolari, jista' jiġi spjegat lis-suġġett tad-data li, jekk huwa/hija japplika/tapplika għall-ażil fi Stat Membru ieħor, skont ir-Regolament (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ir-Regolament ta' Dublin) huwa possibbli li jintużaw il-marki tas-swaba' jew evidenza ċirkostanzjali oħra bħala bażi għat-twettiq tat-trasferiment tiegħu lejn l-Istat Membru li huwa responsabbli mill-applikazzjoni għall-ażil tiegħu. L-Istat Membru jista' jispjega wkoll lis-suġġett tad-data li, jekk huwa sussegwentement japplika għall-ażil, se jkun hemm ukoll l-obbligu li jittiħdulu l-marki tas-swaba'.

2. Jekk suġġett tad-data li ma jkunx applika għall-ażil jibqa' jirrifjuta li jikkoopera fir-rigward tat-teħid tal-marki tas-swaba', huwa jista' jitqies bħala migrant irregolari u l-Istati Membri jistgħu jqisu, meta alternattivi oħra inqas koerżivi mid-detenzjoni ma jkunux jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv, id-detenzjoni tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar ir-Ritorn). Sakemm suġġett tad-data jirrifjuta li jikkoopera fil-proċess inizjali ta' identifikazzjoni, inkluż fit-teħid tal-marki tas-swaba' tiegħu kif meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni u/jew mil-liġi nazzjonali, normalment mhuwiex possibbli li jiġi konkluż jekk hemmx prospett realistiku li jitwettaq ir-ritorn tiegħu u, bħala tali, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw, meta alternattivi oħra inqas koerżivi mid-detenzjoni ma jkunux jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv, li jużaw id-detenzjoni skont it-termini tad-Direttiva dwar ir-Ritorn.

3. Fil-każijiet fejn is-suġġett tad-data jkun applika għall-ażil u jirrifjuta li jikkoopera biex jittiħdulu l-marki tas-swaba', l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jżommuh f'detenzjoni sabiex jiddeterminaw jew jivverifikaw l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu, inkluż bit-teħid tal-marki tas-swaba' kif meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE) .../... Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza).

4. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda għall-possibbiltà ta' proċeduri aċċellerati u/jew fuq il-fruntiera fil-qafas legali nazzjonali tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jinfurmaw lill-applikant għall-ażil li skont l-Artikolu 23(4)(m) tad-Direttiva attwali dwar il-Proċeduri tal-Ażil (2005/85) jew skont l-Artikolu 31(8)(i) tar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Ażil (li għandha tiġi trasposta sal-20 ta' Lulju 2015), it-talba tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tista' tkun soġġetta għal proċedura aċċellerata u/jew fuq il-fruntiera jekk huma jirrifjutaw li jikkooperaw biex jittiħdulhom il-marki tas-swaba'. L-Istat Membru jista' jispjega wkoll li l-konsegwenza tat-trattament tal-applikazzjoni għall-ażil tagħhom permezz ta' tali proċedura aċċellerata u/jew fuq il-fruntiera, tista' tkun li l-applikazzjoni, wara eżaminazzjoni adegwata u kompluta tal-merti tagħha, tista' titqies bħala manifestament infondata. Tali sejba tista', jekk dan ikun previst fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru u f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali, tirriżulta f'limitu sinifikanti tad-dritt tal-applikant irrifjutat li jibqa' fit-territorju jistenna appell kontra r-rifjut, u tista' tirriżulta fir-ritorn tiegħu qabel ma jkun ġie deċiż l-appell. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jispjegaw li, f'tali ċirkostanzi, ordni għar-ritorn tista' tkun akkumpanjata minn projbizzjoni tad-dħul fl-Unjoni kollha sa ħames snin.

5. Is-suġġett tad-data għandu jinżamm f'detenzjoni biss għall-iqsar żmien possibbli u meħtieġ, kif stipulat mid-dritt tal-Unjoni.

6. Irrispettivament minn jekk jiġix deċiż li s-suġġett tad-data jinżamm f'detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni u konsulenza biex jispjegaw lis-suġġett tad-data dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu (inkluż id-dritt għal rimedju effettiv) bħala migrant irregolari jew bħala persuna li tfittex ażil. Dan għandu jinkludi spjegazzjoni tar-Regolament ta' Dublin u jista' jinkludi l-użu tal-fuljetti komuni skont [l-Anness X sa XII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2014. L-ispjegazzjoni tar-Regolament ta' Dublin għandha tinkludi elementi li jistgħu jkunu rilevanti jekk is-suġġett tad-data japplika għall-ażil, bħar-regoli dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja.

7. Jekk il-konsulenza inizjali ma tirnexxix, l-Istat Membru jista' jqis li jirrikorri, b'rispett sħiħ għall-prinċipju tal-proporzjonalità u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għall-koerċizzjoni bħala l-aħħar soluzzjoni. Jekk Stat Membru jagħżel li jagħmel dan, is-suġġett tad-data għandu jiġi infurmat li l-koerċizzjoni tista' tintuża sabiex jittieħdu l-marki tas-swaba' tiegħu. Jekk is-suġġett tad-data jibqa' jirrifjuta li jikkoopera, l-uffiċjali mħarrġa fl-użu proporzjonat tal-koerċizzjoni jistgħu japplikaw il-livell minimu ta' koerċizzjoni meħtieġ, filwaqt li jiżguraw rispett tad-dinjità u l-integrità fiżika tas-suġġett tad-data, kif speċifikat fi proċedura approvata għat-teħid tal-marki tas-swaba'. Din il-proċedura għandha tinkludi spjegazzjoni ċara lis-suġġett tad-data dwar il-passi li l-uffiċjal biħsiebu jieħu sabiex jiżgura kooperazzjoni. L-uffiċjal għandu juri li ma kien hemm l-ebda miżura alternattiva prattikabbli oħra biex tintuża koerċizzjoni raġonevoli. Valutazzjoni ta' każ b'każ għandha ssir dejjem meta ma jkunx hemm alternattiva bħal din, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tal-persuna kkonċernata. L-Istati Membri jistgħu jqisu li l-użu tal-koerċizzjoni biex jiġi mġiegħel it-teħid tal-marki tas-swaba' ta' ċerti persuni vulnerabbli, bħall-minorenni jew in-nisa tqal, qatt ma huwa xieraq. Jekk xi livell ta' koerċizzjoni jintuża għal persuni vulnerabbli għandu jiġi żgurat li l-proċedura li tintuża tkun adattata speċifikament għal tali persuni. L-użu tal-koerċizzjoni għandu dejjem jiġi rreġistrat u rekord tal-proċedura għandu jinżamm sakemm ikun meħtieġ sabiex il-persuna kkonċernata tkun tista' tikkontesta legalment l-azzjonijiet tal-awtorità.

8. L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jevitaw li jieħdu l-marki tas-swaba' tal-migranti darbtejn. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jqisu li jwettqu identifikazzjoni għall-finijiet tal-Ażil/Dublin u identifikazzjoni ta' migranti irregolari skont il-liġi nazzjonali għar-ritorn u skopijiet legali oħra, li mhumiex inkompatibbli ma' dawk tal-Ażil/Dublin, f'att wieħed ("uno actu"), sabiex b'hekk il-piż fuq l-amministrazzjoni kif ukoll fuq il-migranti jiġi limitat. L-Istati Membri għandu jkollhom sistemi fis-seħħ sabiex ikunu jistgħu jużaw l-istess sett ta' marki tas-swaba' kemm għall-ħżin fl-AFIS nazzjonali tagħhom kif ukoll għat-trażmissjoni lejn is-Sistema Ċentrali tal-Eurodac. L-identifikazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba' għandhom isiru malajr kemm jista' jkun fil-proċedura.

9. Fil-każijiet fejn applikant ikun għamel ħsara lill-marki tas-swaba' tiegħu jew inkella jkun għamilha impossibbli li jittieħdu l-marki tas-swaba' (bħal pereżempju permezz tal-użu tal-kolla), u fejn hemm prospett raġonevoli li fi żmien perjodu qasir se jkun possibbli li jittieħdu tali marki tas-swaba', l-Istati Membri jistgħu jqisu neċessarju li huwa jinżamm f'detenzjoni sakemm ikunu jistgħu jittieħdu l-marki tas-swaba' tiegħu. Tentattivi biex is-suġġetti tad-data jittiħdulhom mill-ġdid il-marki tas-swaba' għandhom isiru f'intervalli regolari.

10. Wara t-teħid tal-marki tas-swaba' b'suċċess, is-suġġett tad-data għandu jiġi rilaxxat mid-detenzjoni sakemm ma jkunx hemm raġuni speċifika, kif speċifikat fid-Direttiva dwar ir-Ritorn jew skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ażil biex dawn jinżammu aktar.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni: Ir-riżultati ta' inkjesta juru li xi Stati Membri jippermettu l-użu ta' detenzjoni biex jiġi żgurat li l-migranti jittiħdulhom il-marki tas-swaba', oħrajn jippermettu l-użu ta' livell ta' koerċizzjoni proporzjonat, filwaqt li oħrajn la jużaw detenzjoni u lanqas koerċizzjoni. L-armonizzazzjoni tal-prattiki eżistenti sabiex jiġi żgurat li l-obbligi tagħhom skont ir-Regolament Eurodac jiġu ssodisfati bl-istess livell ta' salvagwardji, hija neċessarja.

Approċċ komuni żviluppat mill-Kummissjoni fl-SWD (2015) 150 final.