Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

2016/0223(COD)

27.3.2017

EMENDI

96 - 416

Abbozz ta' rapport

Tanja Fajon

(PE599.799v02-00)

Standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

Proposta għal regolament

( COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD) )

AM_Com_LegReport

Emenda     96

Kristina Winberg

Proposta għal regolament

–

Proposta għal ċaħda

Il-Parlament Ewropew jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul.

Or. en

Emenda     97

Auke Zijlstra, Janice Atkinson

Proposta għal regolament

–

Proposta għal ċaħda

Il-Parlament Ewropew jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għal rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul.

Or. en

Emenda     98

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

–

Proposta għal ċaħda

Il-Parlament Ewropew jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul.

Or. en

Emenda     99

Beatrix von Storch

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 4

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

—  Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 20161 ,

imħassar

_________________

1 Għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa korp "konsultattiv" li għalih teżisti ftit evidenza biex tissuġġerixxi li huwa jibdel il-politika u li l-mandat tiegħu jirkeb lil dak ta' oħrajn. Għalhekk dan jenħtieġ li jitneħħa. Sabiex dan jiġi ffaċilitat, il-Parlament tal-UE jenħtieġ li jinjora l-opinjoni tiegħu u għaldaqstant ineħħiha parzjalment de facto.

Emenda     100

Beatrix von Storch

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 5

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

—  Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 20172 ,

imħassar

_________________

2 Għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Minħabba r-rwol dejjem akbar tal-Parlament tal-UE fil-proċedura leġiżlattiva, ir-rwol intiż tal-Kumitat tar-Reġjuni fit-tiswir tal-leġiżlazzjoni tal-UE m'għadux validu u għalhekk jenħtieġ li jitneħħa. Sabiex jiġi ffaċilitat dan, il-Parlament tal-UE jenħtieġ li jinjora l-opinjoni tiegħu u għaldaqstant jneħħiha parzjalment de facto.

Emenda     101

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Or. en

Emenda     102

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija 31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex jitnaqqsu inċentivi biex wieħed jiċċaqlaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea u tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

imħassar

_________________

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/95/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija jżid aktar milli jirretifika d-diffikultajiet attwali bil-konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951. Sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet dwar il-kwalifikazzjoni, hija l-konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 li jenħtieġ li tiġi modifikata u d-Direttiva tal-Kunsill 2011/95/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 jenħtieġ li titħassar.

Emenda     103

Barbara Spinelli, Malin Björk

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex jitnaqqsu inċentivi biex wieħed jiċċaqlaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea u tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil abbażi ta' standards għoljin ta' protezzjoni u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali dik id-Direttiva jenħtieġ li tiġi riformulata.

_________________

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

Or. en

Emenda     104

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex jitnaqqsu inċentivi biex wieħed jiċċaqlaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea u tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil sabiex jinkisbu standards komuni għoljin fl-Istati Membri u kollha fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex jiġu żgurati standards għoljin ugwali fit-trattament tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali dik id-Direttiva jenħtieġ li tiġi riformulata.

_________________

_________________

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

Or. en

Emenda     105

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex jitnaqqsu inċentivi biex wieħed jiċċaqlaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea u tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Or. it

Emenda     106

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Pál Csáky, Monica Macovei

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex tiġi żgurata aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali jitnaqqsu inċentivi biex wieħed jiċċaqlaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea u tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

_________________

_________________

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

Or. en

Emenda     107

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatut tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra), hija parti kostitwenti mill-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu l-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika jenħtieġ li tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu, bejn l-Istati Membri.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatut tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra) ma ġietx aġġornata u riformata biżżejjed għall-kuntest modern u għalhekk jenħtieġ li tiġi emendata qabel tiġi kkunsidrata bħala pedament għal-leġiżlazzjoni f'dan il-qasam.

Emenda     108

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatut tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra), hija parti kostitwenti mill-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu l-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika jenħtieġ li tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu, bejn l-Istati Membri.

(2)  Il-politiki dwar l-asil jenħtieġ li jkunu rregolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, anki fir-rigward tal-pjan finanzjarju, iżda l-esperjenza li kellha l-UE s'issa f'dan il-qasam ma kinitx ta' suċċess. Il-kollokamenti mill-ġdid, l-għajbien ta' għexieren ta' eluf ta' minorenni, iż-żieda fl-imwiet fil-Mediterran u t-tensjoni soċjali dejjem tikber huma r-riżultat ta' politiki tal-UE mhux xierqa.

Or. it

Emenda     109

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatut tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra), hija parti kostitwenti mill-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu l-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika jenħtieġ li tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu, bejn l-Istati Membri.

(2)  Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatut tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra), hija parti kostitwenti mill-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu l-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika jenħtieġ li tkun regolata mill-prinċipju tal-affordabbiltà, billi jitqiesu l-kapaċitajiet tal-assorbiment tas-soċjetajiet riċevituri kif ukoll l-awtoindipendenza massima tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     110

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Pál Csáky, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatut tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra), hija parti kostitwenti mill-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu l-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika jenħtieġ li tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu, bejn l-Istati Membri.

(2)  Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatut tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra), hija parti kostitwenti mill-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu l-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika jenħtieġ li tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri.

Or. en

Emenda     111

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta' proċeduri użati, ir-rati ta' rikonoxximent, it-tip ta' protezzjoni mogħtija, il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi huma motivaturi importanti ta' movimenti sekondarji u jimminaw l-objettiv tal-iżgurar li l-applikanti kollha huma trattati ugwalment kull fejn japplikaw fl-Unjoni.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-interessi, il-valuri, il-ġid u l-kapaċità differenti li l-migranti jiġu assorbiti fost l-Istati Membri mhuwiex prattiku li wieħed jaħseb li l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza jistgħu jkunu ugwali, wisq anqas armonizzati.

Emenda     112

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta' proċeduri użati, ir-rati ta' rikonoxximent, it-tip ta' protezzjoni mogħtija, il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi huma motivaturi importanti ta' movimenti sekondarji u jimminaw l-objettiv tal-iżgurar li l-applikanti kollha huma trattati ugwalment kull fejn japplikaw fl-Unjoni.

(3)  Is-SEKA jenħtieġ li tkun ibbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja n-nuqqas ta' suċċess li kien hemm s'issa, l-UE tippersisti bil-politiki li jippenalizzaw b'mod kontinwu l-pajjiżi fejn jaslu l-ewwel il-migranti.

Or. it

Emenda     113

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta' proċeduri użati, ir-rati ta' rikonoxximent, it-tip ta' protezzjoni mogħtija, il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi huma xprunaturi importanti ta' movimenti sekondarji u jimminaw l-objettiv tal-iżgurar li l-applikanti kollha huma trattati ugwalment kull fejn japplikaw fl-Unjoni.

(3)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta' proċeduri użati, ir-rati ta' rikonoxximent, it-tip ta' protezzjoni mogħtija, il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi jimminaw l-objettiv tal-iżgurar li l-applikanti kollha huma trattati ugwalment kull fejn japplikaw fl-Unjoni.

Or. en

Emenda     114

Emenda     115

Barbara Spinelli, Jean Lambert

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Fil-preżent, l-Istati Membri biss jirrikonoxxu d-deċiżjonijiet dwar l-asil maħruġa minn Stati Membri oħrajn li d-deċiżjonijiet tagħhom jirrifjutaw li jagħtu protezzjoni internazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 78(2) tat-Trattament dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jitlob li jkun hemm stat uniformi ta' asil validu fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jimxu lejn rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet dwar l-asil maħruġa minn Stati Membri oħrajn li jagħtu protezzjoni internazzjonali lil persuni fil-bżonn.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ix-shadow rapporteur jaqbel mar-rapporteur li se jkun meħtieġ rikonoxximent reċiproku sħiħ ta' deċiżjonijiet dwar protezzjoni internazzjonali li jittieħdu minn Stati Membri sabiex jiġi stabbilit stat verament uniformi ta' protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni.

Emenda     116

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016,32 il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b'mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-aġenzija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma' talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Tipproponi wkoll triq ‘il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016.

imħassar

_________________

32 COM (2016) 197 final.

33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-interessi, il-valuri, il-ġid u l-kapaċità differenti li l-migranti jiġu assorbiti fost l-Istati Membri mhuwiex prattiku li wieħed jaħseb li l-leġiżlazzjoni se twassal għal politika komuni effettiva u armonizzata dwar l-Asil.

Emenda     117

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016,32 il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b'mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-aġenzija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma' talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Din tipproponi wkoll triq 'il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016.

(4)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016,32 il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b'mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil (l-Aġenzija). Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma' talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Madankollu, din tinjora kompletament ir-rakkomandazzjonijiet li tressqu 'l quddiem fl-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016.

_________________

_________________

32 COM (2016) 197 final.

32 COM (2016) 197 final.

33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16.

33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16.

Or. en

Emenda     118

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016,32 il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b'mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-aġenzija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma' talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Tipproponi wkoll triq ‘il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016.

(4)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016,32 il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b'mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE u mandat ġdid għall-aġenzija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma' talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti filwaqt li tiżgura standards ugwalment għoljin madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Tipproponi wkoll triq ‘il quddiem f'konformità parzjali mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016.

_________________

_________________

32 COM (2016) 197 final.

32 COM (2016) 197 final.

33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16.

33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16.

Or. en

Emenda     119

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016,32 il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b'mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-aġenzija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma' talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Tipproponi wkoll triq ‘il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016.

(4)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016,32 il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b'mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-aġenzija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma' talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Tipproponi wkoll triq ‘il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016.

_________________

_________________

32 COM (2016) 197 final.

32 COM (2016) 197 final.

33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16.

33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16.

Or. en

Emenda     120

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra hija pedament tar-reġim legali internazzjonali għall-protezzjoni tar-rifuġjati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintroduċi mill-ġdid §4 tal-preambolu tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki tal-2011.

Emenda     121

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(5)  Politika tal-Unjoni komuni dwar protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li tiġi bbażata fuq stat uniformi. Biex timxi lejn SEKA li tiffunzjona sew ibbażata fuq standards għoljin ta' protezzjoni, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-iskambju tal-aħjar prattiki u konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Fl-istess ħin, huwa importanti li ma jkunx hemm piż żejjed fl-amministrazzjoni tal-awtoritajiet tal-Istati Membri. Għaldaqstant, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata lil dawk li jeħtiġuha. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit tul ta' permessi ta' residenza, li jenħtieġ li jqis b'mod sħiħ l-aħjar prattiki attwali fl-Istati Membri u f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

L-Istati Membri madankollu jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw standards aktar favorevoli fir-rigward tat-tul ta' permessi ta' residenza.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ix-shadow rapporteur jaqbel mar-rapporteur li t-tul armonizzat tal-permessi ta' residenza mogħtija lil dawk fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jqis bis-sħiħ l-aħjar prattiki attwali fl-Istati Membri kollha u jenħtieġ li ma jiġix ibbażat fuq prinċipju "ġirja lejn l-iktar livell baxx".

Emenda     122

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward ta' bidla radikali fil-politika tal-immigrazzjoni kollha; għal dan il-għan, jenħtieġ li jissaħħu l-politiki ta' ritorn u jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li huma intitolati għaliha.

Or. it

Emenda     123

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, József Nagy, Carlos Coelho

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jitqiesu d-differenzi ġuridiċi bejn l-istatus ta' rifuġjat u l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Minkejja li hija ammissibbli li t-tul tal-permessi ta' residenza marbuta maż-żewġ status ta' protezzjoni internazzjonali jiġi armonizzat, jidher li huwa xieraq li hawn jiġi enfasizzat li t-tnejn jenħtieġ li jinżammu peress li dawn huma r-riżultat ta' żewġ sfondi legali differenti. L-istatus ta' rifuġjat huwa kopert mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra, filwaqt li l-kunċett ta' status ta' protezzjoni sussidjarja kien introdott l-ewwel darba mil-liġi tal-Unjoni Ewropea fid-Direttiva 2004/83/KE.

Emenda     124

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu standards ugwalment għoljin ta' protezzjoni fl-Istati Membri kollha.

Or. en

Emenda     125

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati, ristretti u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     126

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma jinħoloqx piż fuq il-gvernijiet ċentrali u b'hekk jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar l-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata lil dawk li jeħtiġuha. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Or. it

Emenda     127

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Pál Csáky, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     128

Gérard Deprez, Louis Michel

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Għandu jiġi armonizzat il-perjodu tal-validità tal-permessi ta' residenza mogħtija lir-rifuġjati u lill-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja sabiex tiġi żviluppata sistema tal-asil Ewropea komuni u l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jitħeġġu jibqgħu fl-Istat Membru li jagħti l-protezzjoni. Huwa għalhekk li l-perjodu tal-validità tal-permessi ta' residenza għandu jkun ta' 5 snin għar-rifuġjati u ta' sena għall-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja. Madankollu, l-Istati Membri li diġà jipprovdu perjodu itwal tal-validità tal-permessi ta' residenza jistgħu jagħżlu perjodu ta' 10 snin għar-rifuġjati u ta' 5 snin għall-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda ta' din il-premessa hija intiża biex tiċċirkoskrivi l-applikazzjoni tal-Artikolu 26.

Emenda     129

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Pál Csáky, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Huwa għalhekk meħtieġ Regolament sabiex ikun żgurat livell aktar konsistenti ta' armonizzazzjoni madwar l-Unjoni u biex jiġi provdut grad ogħla ta' ċertezza legali u trasparenza.

imħassar

Or. en

Emenda     130

Emenda     131

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Huwa għalhekk meħtieġ Regolament sabiex ikun żgurat livell aktar konsistenti ta' armonizzazzjoni madwar l-Unjoni u biex jiġi provdut grad ogħla ta' ċertezza legali u trasparenza.

(6)  Hija għalhekk meħtieġa Direttiva sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni ta' standards ugwalment għoljin ta' protezzjoni u livell aktar konsistenti ta' armonizzazzjoni madwar l-Unjoni u biex jiġi provdut grad ogħla ta' ċertezza legali u trasparenza.

Or. en

Emenda     132

Nadine Morano

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha. Il-kjarifika tal-kriterji għall-identifikazzjoni tal-persuni fi bżonn ġenwin ta' protezzjoni internazzjonali għandha tippermetti wkoll akkumpanjament aktar effettiv u aktar sistematiku tal-persuni li m'għandhomx dritt.

Or. fr

Emenda     133

Jussi Halla-aho, Helga Stevens

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-ġlieda kontra l-abbuż tas-sistemi tal-asil tal-Istati Membri jenħtieġ li taġixxi bħala prinċipju ta' gwida ta' dan ir-Regolament.

Or. en

Emenda     134

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, József Nagy, Carlos Coelho

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għar-rifuġjati u l-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja fl-Istati Membri kollha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din id-distinzjoni tirreferi għal dak li huwa previst fl-Artikolu 34(2).

Emenda     135

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

(7)  L-objettiv ewlieni ta' din id-Direttiva huwa, min-naħa waħda, li tiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li tiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni kollha fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fl-Istati Membri kollha.

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Or. en

Emenda     136

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw sett ta' kriterji bażiċi għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett ta' drittijiet bażiċi huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

Or. en

Emenda     137

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

(7)  L-objettiv ewlieni ta' din id-Direttiva huwa, min-naħa waħda, li tiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li tiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

Or. en

Emenda     138

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, minn naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni li huma intitolati għall-protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

Or. it

Emenda     139

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Tenħtieġ madankollu aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja, li tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, fejn dan il-movimenti seta' ġie kkawżat minn kwalunkwe differenza fil-miżuri nazzjonali legali meħuda għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifika sostitwita minn dan ir-Regolament.

imħassar

Or. it

Emenda     140

Emenda     141

(8)  Tenħtieġ madankollu aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja, li tgħin biex jinkiseb livell għoli ta' standards ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha.

Or. en

Emenda     142

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Tenħtieġ madankollu aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja, li tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, fejn dan il-movimenti seta' ġie kkawżat minn kwalunkwe differenza fil-miżuri nazzjonali legali meħuda għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifika sostitwita minn dan ir-Regolament.

(8)  Tenħtieġ madankollu aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja, li tista' tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, fejn dan il-movimenti seta' ġie kkawżat minn kwalunkwe differenza fil-miżuri nazzjonali legali meħuda għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifika sostitwita minn dan ir-Regolament.

Or. it

Emenda     143

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju nazzjonali ieħor mogħti mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom lil dawk li ma jikkwalifikawx għall-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus tal-protezzjoni sussidjarja. Jekk jinħareġ xi status minn dawn, għandu jinħareġ b'tali mod li ma jinvolvix riskju ta' konfużjoni mal-protezzjoni internazzjonali.

(9)  Din id-Direttiva ma tapplikax għal status umanitarju nazzjonali ieħor mogħti mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom lil dawk li ma jikkwalifikawx għall-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus tal-protezzjoni sussidjarja.

Or. en

Emenda     144

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju nazzjonali ieħor mogħti mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom lil dawk li ma jikkwalifikawx għall-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus tal-protezzjoni sussidjarja. Jekk jinħareġ xi status minn dawn, għandu jinħareġ b'tali mod li ma jinvolvix riskju ta' konfużjoni mal-protezzjoni internazzjonali.

(9)  Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju nazzjonali ieħor mogħti mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom lil dawk li ma jikkwalifikawx għall-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus tal-protezzjoni sussidjarja.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ix-shadow rapporteur jaqbel mar-rapporteur sakemm l-istatus nazzjonali għal protezzjoni umanitarja jibqa' jeżisti, huwa diffiċli ħafna li wieħed jifhem kif ma jkunx hemm riskju ta' konfużjoni mal-istatus ta' rifuġjat u l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja.

Emenda konformi mal-emenda li ġejja dwar l-Artikolu 3 tar-Regolament.

Emenda     145

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Kandidati ta' risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, inklużi r-regoli biex jiġi skoraġġit il-moviment sekondarju.

imħassar

Or. en

Emenda     146

(10)  Il-persuni risistemati jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali bil-għan li tipprovdihom b'soluzzjoni durabbli. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet li jinstabu fl-acquis tal-asil dwar sa minn meta l-persuni risistemati jaslu fit-territorju tal-Istati Membri.

Or. en

Emenda     147

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Kandidati ta' risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, inklużi r-regoli biex jiġi skoraġġit il-moviment sekondarju.

(10)  Kandidati ta' risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali.

Or. it

Emenda     148

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Kandidati ta' risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, inklużi r-regoli biex jiġi skoraġġit il-moviment sekondarju.

(10)  Kandidati ta' risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     149

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għall-asil, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, sigurtà soċjali u assistenza soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali.

Or. it

Emenda     150

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom.

Or. en

Emenda     151

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għall-asil, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, sigurtà soċjali u assistenza soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (il-KEDB) u l-Karta Soċjali Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Karta, tal-KEDB u tal-Artikoli tal-Karta Soċjali Ewropea relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni, fil-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għall-asil, nondiskriminazzjoni, il-prinċipju tal-ugwalità, id-drittijiet tat-tfal, it-tgawdija ta' drittijiet soċjali inklużi sigurtà soċjali u assistenza soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

Or. en

Emenda     152

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għall-asil, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, sigurtà soċjali u assistenza soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

(11)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għall-asil, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, sigurtà soċjali u assistenza soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

Or. en

Emenda     153

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fir-rigward tat-trattament ta' persuni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri huma marbuta b'obbligi taħt strumenti tal-liġi internazzjonali li tagħhom jagħmlu parti, inkluż partikolarment dawk li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni.

(12)  Fir-rigward tat-trattament ta' persuni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta b'obbligi taħt strumenti tal-liġi internazzjonali li tagħhom jagħmlu parti, inkluż partikolarment dawk li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni.

Or. en

Emenda     154

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u r-Rifuġjati għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b'mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom.

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b'mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu vantaġġ sħiħ, fil-livelli kollha ta' governanza, mill-possibbiltajiet offruti mill-fond li mhumiex direttament relatati mal-politika dwar l-asil u l-immigrazzjoni iżda li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw azzjonijiet f'dak il-qasam, pereżempju azzjonijiet ta' integrazzjoni, bħal dawk disponibbli taħt il-Fond Soċjali Ewropew, l-Orizzont 2020, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm għad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza. Dawk il-fondi jenħtieġ li jsiru aktar aċċessibbli direttament għall-awtoritajiet lokali jew reġjonali għal azzjoniijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tagħhom.

Or. en

Emenda     155

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u r-Rifuġjati għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b'mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom.

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards għoljin stabbiliti mid-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni ta' integrazzjoni fit-tul ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali u biex jipprovdu appoġġ għal dawk l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw sfidi fl-iżgurar ta' standards għoljin bħala parti mis-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jsir disponibbli finanzjament adegwat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz tal-possibbiltà għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jaċċessaw direttament il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni.

Or. en

Emenda     156

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u r-Rifuġjati għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b'mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom.

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, bi prijorità għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. Appoġġ bħal dan jenħtieġ li jiġi limitat għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni f'konformità mal-prinċipju ġenerali tal-ebda finanzjament doppju.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-projbizzjoni ta' finanzjament doppju hija prinċipju ġenerali tal-Fondi SIE. Għalhekk huwa importanti li jiġi żgurat li kull fond Ewropew jintuża għall-għanijiet li dan ġie stabbilit għalihom.

Emenda     157

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Pál Csáky, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u r-Rifuġjati għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b'mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom.

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u r-Rifuġjati għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b'mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom.

Or. en

Emenda     158

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropew għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu b'mod partikolari l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34.

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu b'mod partikolari l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34. Għall-finijiet ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-informazzjoni li ġejja mill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-rifuġjati u mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi involuti b'mod dirett.

_________________

_________________

34 COM (2016) 271 final.

34 COM (2016) 271 final.

Or. it

Emenda     159

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropew għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu b'mod partikolari l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropew għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jqisu linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jqisu l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34 . Barra minn hekk, fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri għandhom iqisu l-informazzjoni kollha rilevanti mill-UNHCR u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-prattika.

_________________

_________________

34 COM(2016)271 final.

34 COM(2016)271 final.

Or. en

Emenda     160

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropew għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu b'mod partikolari l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropew għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fit-traspożizzjoni u fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu b'mod partikolari l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34

_________________

_________________

34 COM(2016)271 final.

34 COM(2016)271 final.

Or. en

Emenda     161

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Pál Csáky, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropew għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu b'mod partikolari l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropew għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34

_________________

_________________

34 COM(2016)271 final.

34 COM(2016)271 final.

Or. en

Emenda     162

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropew għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu b'mod partikolari l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropew għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jqisu b'mod partikolari l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34

_________________

_________________

34 COM(2016)271 final.

34 COM(2016)271 final.

Or. en

Emenda     163

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-"aħjar interessi tat-tfal" jenħtieġ li jkunu kunsiderazzjoni primarja meta jiġi applikat dan ir-Regolament, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ partikolarment li jikkunsidraw b'mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, il-benesseri tal-minorenni u l-iżvilupp soċjali, il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà u l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha.

(15)  L-"aħjar interessi tat-tfal" jenħtieġ li jkunu kunsiderazzjoni primarja meta jiġi applikat dan ir-Regolament, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ partikolarment li jikkunsidraw b'mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, il-benesseri tal-minorenni u l-iżvilupp soċjali, il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà u l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha. L-applikanti tfal li mbagħad jagħlqu 18-il sena qabel tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom għalhekk xorta jibbenefikaw minn unità tal-familja.

Or. en

Emenda     164

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-"aħjar interessi tat-tfal" jenħtieġ li jkunu kunsiderazzjoni primarja meta jiġi applikat dan ir-Regolament, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ partikolarment li jikkunsidraw b'mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, il-benesseri tal-minorenni u l-iżvilupp soċjali, il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà u l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha.

(15)  L-"aħjar interessi tat-tfal" jenħtieġ li jkunu kunsiderazzjoni primarja meta tiġi applikata din id-Direttiva, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ partikolarment li jikkunsidraw b'mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, il-benesseri tal-minorenni u l-iżvilupp soċjali, il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà u l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha.

Or. en

Emenda     165

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru.

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jirreferi għas-sistema legali tal-pajjiż ospitanti.

Or. it

Emenda     166

Barbara Spinelli, Cornelia Ernst

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru.

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra d-diversità tal-familji u tipi ġodda ta' familji, ċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi familji ffurmati kemm barra mill-pajjiż ta' oriġini kif ukoll familji ffurmati wara l-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru, minbarra, fil-każijiet kollha, żwiġijiet sfurzati. Il-kunċett ta' konjuġi u sieħeb mhux miżżewweġ jenħtieġ li ma jiddistingwix il-konjuġi jew sħab bħal dawn abbażi tas-sess tagħhom.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ix-shadow rapporteur jaqbel mar-rapporteur li l-familji ffurmati wara l-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru jenħtieġ li jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' membri tal-familja. Ix-shadow rapporteur jaqbel ukoll mar-rapporteur dwar il-fatt li ż-żwiġijiet sfurzati - irrispettivament minn fejn saru - jenħtieġ li jiġu esklużi.

Emenda     167

Jussi Halla-aho, Helga Stevens

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru.

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra l-prinċipji stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE1a , li tenfasizzaa l-qalba tal-unità tal-familja, iċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal.

_________________

1a Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12–18.

Or. en

Emenda     168

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru.

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra t-tipi differenti ta' familji li jeżistu, iċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi kemm familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, kif ukoll dawk li ffurmaw wara l-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru. Madankollu, fi kwalunkwe każ, il-kunċett jenħtieġ li jeskludi ż-żwiġijiet furzati.

Or. it

Emenda     169

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru.

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, jew qabel jew wara l-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru.

Or. en

Emenda     170

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-Protokoll dwar l-asil għal ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-TFUE.

(17)  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-Protokoll dwar l-asil għal ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-TFUE.

Or. en

Emenda     171

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Konsultazzjonijiet mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati jistgħu jipprovdu gwida ta' valur għall-awtoritajiet tal-Istati Membri meta jistabbilixxu status ta' rifuġjat skont l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

imħassar

Or. en

Emenda     172

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards għad-definizzjoni u l-kontenut tal-istatus ta' rifuġjat sabiex iservu ta' gwida għall-korpi nazzjonali tal-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

(20)  S'issa, de facto, l-UE u ħafna Stati Membri ma jirrispettawx il-kriterji li jiddefinixxu l-istatus ta' rifuġjat fl-Ewropa, kif joħroġ b'mod empiriku mill-każ Taljan, il-biċċa l-kbira tal-persuni milqugħa mhumiex rifuġjati iżda migranti ekonomiċi li mbagħad jibqgħu fit-territorju Ewropew u b'hekk iżidu t-tensjoni soċjali.

Or. it

Emenda     173

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li jiġu introdotti kriterji komuni sabiex jiġu rikonoxxuti applikanti għall-asil bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

imħassar

Or. it

Ġustifikazzjoni

Persuna li tfittex asil mhijiex rifuġjat. Rifuġjat huwa persuna li tkun ittieħdet deċiżjoni favur l-istatus ta' rifuġjat tagħha wara l-eżami relatat mal-applikazzjoni għall-asil.

Emenda     174

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li jiġu introdotti kriterji komuni sabiex jiġu rikonoxxuti applikanti għall-asil bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

(21)  Jenħtieġ li jiġu introdotti kriterji bażiċi sabiex jiġu rikonoxxuti applikanti għall-asil bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

Or. en

Emenda     175

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  Filwaqt li, bi prinċpju, l-oneru tal-provi huwa fuq l-applikanti biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom, id-dmir li jaċċertaw u jevalwaw il-fatti kollha rilevanti huwa kondiviż bejn l-applikant u l-awtorità determinanti. Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikanti ma jkunux appoġġjati minn evidenza dokumentarja jew evidenza oħra, dawn jenħtieġ li jingħataw il-benefiċċju tad-dubju jekk huma jkunu għamlu sforz ġenwin biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom u jkunu ssottomettew l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, u d-dikjarazzjonijiet tagħhom ikunu nstabu li huma koerenti u plawżibbli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 4 (5).

Emenda     176

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  B'mod partikolari, hu meħtieġ li wieħed jintroduċi aspetti komuni tal-bżonnijiet għall-protezzjoni li jinħolqu sur place, sorsi ta' dannu u protezzjoni, protezzjoni interna u persekuzzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-persekuzzjoni.

(22)  B'mod partikolari, hu meħtieġ li wieħed jintroduċi aspetti komuni tal-bżonnijiet għall-protezzjoni li jinħolqu sur place, sorsi ta' dannu u protezzjoni u persekuzzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-persekuzzjoni.

Or. en

Emenda     177

Ix-shadow rorapporteur, bħar-rapporteur, ma jemminx li l-kunċett ta' protezzjoni interna huwa żviluppat tajjeb, ċar jew sigur biżżejjed biex jiġi applikat b'mod kompletament armonizzat.

Emenda     178

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, jew mill-Istat jew minn partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, li jikkontrollaw reġjun jew żona akbar fit-territorju tal-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn għandha r-rieda u l-kapaċità li tiżgura protezzjoni mill-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

Or. it

Emenda     179

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, jew mill-Istat jew minn partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, li jikkontrollaw reġjun jew żona akbar fit-territorju tal-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta biss minn Stat, fejn l-awtoritajiet tiegħu jkollhom ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

Or. en

Emenda     180

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, jew mill-Istat jew minn partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, li jikkontrollaw reġjun jew żona akbar fit-territorju tal-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, minn Stati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

Or. en

Ġustifikazzjoni

According to the 1951 refugee convention, as amended in 1967, the only protection actor is the State [Art. 1A(2)]:

"For the purposes of the present Convention, the term "refugee" shall apply to any person who:

…

(2) owing to well-founded fear of being persecuted for reasons of race, religion, nationality, membership of a particular social group or political opinion, is outside the country of his nationality and is unable or, owing to such fear, is unwilling to avail himself of the protection of that country; or who, not having a nationality and being outside the country of his former habitual residence as a result of such events, is unable or, owing to such fear, is unwilling to return to it." [country = state]

Emenda     181

Jussi Halla-aho, Helga Stevens

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, jew mill-Istat jew minn partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, li jikkontrollaw reġjun jew żona akbar fit-territorju tal-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, jew mill-Istat jew minn partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, li jikkontrollaw reġjun jew żona akbar fit-territorju tal-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva.

Or. en

Emenda     182

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, jew mill-Istat jew minn partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, li jikkontrollaw reġjun jew żona akbar fit-territorju tal-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, jew mill-Istat jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, li jikkontrollaw reġjun jew żona akbar fit-territorju tal-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

Or. it

Emenda     183

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Protezzjoni interna mill-persekuzzjoni jew dannu serju jenħtieġ li tkun disponibbli b'mod effettiv għall-applikant f'parti mill-pajjiż ta' oriġini fejn dan jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali għalih, jikseb dħul għalih u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jissetilja. Il-valutazzjoni ta' jekk teżistix din il-protezzjoni interna jenħtieġ li tkun parti inerenti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u jenħtieġ li titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna jenħtieġ li jaqa' fuq l-awtorità determinanti.

imħassar

Or. it

Emenda     184

Emenda     185

Il-kunċett ta' protezzjoni interna ma joriġinax mill-Konvenzjoni tar-Rifuġjati tal-1951 u jżid kriterju addizzjonali mal-eliġibbiltà ta' status ta' rifuġjat lil hinn mill-kriterji previsti fl-Artikolu 1A tal-Konvenzjoni tar-Rifuġjati, u b'hekk iwassal għar-riskju li jħalli lill-applikanti, intitolati għal protezzjoni skont il-Konvenzjoni, mingħajr protezzjoni skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda     186

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, Carlos Coelho

(24)  Protezzjoni interna mill-persekuzzjoni jew dannu serju jenħtieġ li tkun disponibbli b'mod effettiv għall-applikant f'parti mill-pajjiż ta' oriġini fejn dan jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali għalih, jikseb dħul għalih u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jissetilja. Il-valutazzjoni ta' jekk teżistix din il-protezzjoni interna tista' tifforma parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u jenħtieġ li titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna jenħtieġ li jaqa' fuq l-awtorità determinanti. Madankollu, l-applikant jenħtieġ li jikkollabora mal-awtorità determinanti sabiex jistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet għal protezzjoni interna jiġux sodisfatti f'parti mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Minkejja li l-oneru tal-prova tad-disponibbiltà ta' protezzjoni interna jenħtieġ li jkun tal-awtorità determinanti, huwa bl-istess mod meħtieġ li l-applikanti jgħinu lill-awtorità determinanti biex tikkonkludi jekk il-kundizzjonijiet għal protezzjoni interna jiġux issodisfati, billi jipprovdu informazzjoni sinifikanti u jwieġbu l-mistoqsijiet kollha li jsirulhom.

Emenda     187

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Pál Csáky, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Protezzjoni interna mill-persekuzzjoni jew dannu serju jenħtieġ li tkun disponibbli b'mod effettiv għall-applikant f'parti mill-pajjiż ta' oriġini fejn dan jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali għalih, jikseb dħul għalih u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jissetilja. Il-valutazzjoni ta' jekk teżistix din il-protezzjoni interna jenħtieġ li tkun parti inerenti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u jenħtieġ li titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna jenħtieġ li jaqa' fuq l-awtorità determinanti.

(24)  Protezzjoni interna mill-persekuzzjoni jew dannu serju jenħtieġ li tkun disponibbli b'mod effettiv għall-applikant f'parti mill-pajjiż ta' oriġini fejn dan jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali għalih, jikseb dħul għalih u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jissetilja. Il-valutazzjoni ta' jekk teżistix din il-protezzjoni interna jenħtieġ li tkun parti inerenti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u jenħtieġ li titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika.

Or. en

Emenda     188

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Protezzjoni interna mill-persekuzzjoni jew dannu serju jenħtieġ li tkun disponibbli b'mod effettiv għall-applikant f'parti mill-pajjiż ta' oriġini fejn dan jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali għalih, jikseb dħul għalih u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jissetilja. Il-valutazzjoni ta' jekk teżistix din il-protezzjoni interna jenħtieġ li tkun parti inerenti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u jenħtieġ li titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna jenħtieġ li jaqa' fuq l-awtorità determinanti.

(24)  Protezzjoni interna mill-persekuzzjoni jew dannu serju jenħtieġ li tkun disponibbli b'mod effettiv għall-applikant f'parti mill-pajjiż ta' oriġini fejn dan jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali għalih, jikseb dħul għalih u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jissetilja. Il-valutazzjoni ta' jekk teżistix din il-protezzjoni interna jenħtieġ li tkun parti inerenti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u jenħtieġ li titwettaq l-aktar tard sa meta jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tan-nondisponibbiltà tal-protezzjoni interna jenħtieġ li jaqa' fuq l-applikanti.

Or. en

Emenda     189

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, József Nagy, Carlos Coelho

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  Il-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal jenħtieġ li tkun l-kunsiderazzjoni primarja tal-awtoritajiet rilevanti meta jivvalutaw il-kundizzjonijiet għal protezzjoni interna f'każ ta' minuri.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-premessa hija allinjata mal-proposta li saret fl-Artikolu 8(4)a (ġdid).

Emenda     190

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fejn l-Istat jew l-aġenti tal-Istat huma l-atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju, jenħtieġ li jkun hemm preżunzjoni li l-protezzjoni effettiva mhijiex disponibbli għall-applikant. Fejn l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, id-disponibbiltà ta' arranġamenti ta' kura u kustodja xierqa, li jkunu fl-aħjar interessi tal-minorenni mhux akkumpanjat, jenħtieġ li tifforma parti mill-valutazzjoni dwar jekk dik il-protezzjoni hijiex effettivament disponibbli.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emendi li ġejjin li jħassru l-Artikolu 8.

Emenda     191

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fejn l-Istat jew l-aġenti tal-Istat huma l-atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju, jenħtieġ li jkun hemm preżunzjoni li l-protezzjoni effettiva mhijiex disponibbli għall-applikant. Fejn l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, id-disponibbiltà ta' arranġamenti ta' kura u kustodja xierqa, li jkunu fl-aħjar interessi tal-minorenni mhux akkumpanjat, jenħtieġ li tifforma parti mill-valutazzjoni dwar jekk dik il-protezzjoni hijiex effettivament disponibbli.

(25)  Fejn l-Istat jew l-aġenti tal-Istat huma stabbiliti bħala l-atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju, jenħtieġ li jkun hemm preżunzjoni li l-protezzjoni effettiva mhijiex disponibbli għall-applikant.

Or. en

Emenda     192

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jenħtieġ, meta jiġu eżaminati applikazzjonijiet minn minorenni għal protezzjoni internazzjonali, li l-awtoritajiet determinanti jqisu l-forom ta' persekuzzjoni speċifiċi għat-tfal.

(26)  Jenħtieġ, meta jiġu eżaminati applikazzjonijiet minn minorenni għal protezzjoni internazzjonali, li l-awtoritajiet determinanti jqisu l-forom ta' persekuzzjoni, ta' traffikar u ta' sfruttament speċifiċi għat-tfal jew in-nuqqas ta' protezzjoni kontra atti bħal dawn ta' persekuzzjoni.

Or. en

Emenda     193

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jenħtieġ, meta jiġu eżaminati applikazzjonijiet minn minorenni għal protezzjoni internazzjonali, li l-awtoritajiet determinanti jqisu l-forom ta' persekuzzjoni speċifiċi għat-tfal.

(26)  Jenħtieġ, meta jiġu eżaminati applikazzjonijiet minn minorenni għal protezzjoni internazzjonali, li l-awtoritajiet determinanti jqisu l-forom ta' persekuzzjoni u ta' sfruttament ta' kwalunkwe tip jew ta' nuqqas ta' protezzjoni li jikkonċernaw speċifikament lit-tfal.

Or. it

Emenda     194

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Waħda mill-kundizzjonijiet sabiex wieħed jikkwalifika għal status ta' rifuġjat fis-sens tal-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra hi l-eżistenza ta' konnessjoni każwali bejn raġunijiet għall-persekuzzjoni, jiġifieri razza, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, u l-atti ta' persekuzzjoni jew l-assenza ta' protezzjoni minn tali atti.

(27)  Waħda mill-kundizzjonijiet sabiex wieħed jikkwalifika għal status ta' rifuġjat fis-sens tal-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra hi l-eżistenza ta' konnessjoni każwali bejn raġunijiet għall-persekuzzjoni, jiġifieri razza, reliġjon jew twemmin, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, u l-atti ta' persekuzzjoni jew l-assenza ta' protezzjoni minn tali atti.

Or. en

Emenda     195

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta' persekuzzjoni "sħubija fi grupp soċjali partikolari". Minħabba l-bżonn li tingħata tifsira ta' grupp soċjali partikolari, kwistjonijiet li jinħolqu mis-sess ta' applikant, inkluża l-identità sesswali u l-orjentazzjoni sesswali, li jistgħu jkunu relatati ma' ċerti tradizzjonijiet u drawwiet legali, li jirriżultaw pereżempju f'mutilazzjoni ġenitali, sterilizzazzjoni furzata, jew abort furzat, jenħtieġ li jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom, sa fejn ikunu relatati mal-biża' ġustifikata tal-applikant minn persekuzzjoni.

imħassar

Or. en

Emenda     196

Traian Ungureanu, Artis Pabriks, Tomáš Zdechovský, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta' persekuzzjoni "sħubija fi grupp soċjali partikolari". Minħabba l-bżonn li tingħata tifsira ta' grupp soċjali partikolari, kwistjonijiet li jinħolqu mis-sess ta' applikant, inkluża l-identità sesswali u l-orjentazzjoni sesswali, li jistgħu jkunu relatati ma' ċerti tradizzjonijiet u drawwiet legali, li jirriżultaw pereżempju f'mutilazzjoni ġenitali, sterilizzazzjoni furzata, jew abort furzat, jenħtieġ li jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom, sa fejn ikunu relatati mal-biża' ġustifikata tal-applikant minn persekuzzjoni.

imħassar

Or. en

Emenda     197

(28)  Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta' persekuzzjoni "sħubija fi grupp soċjali partikolari".

Or. en

Emenda     198

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta' persekuzzjoni "sħubija fi grupp soċjali partikolari". Minħabba l-bżonn li tingħata tifsira ta' grupp soċjali partikolari, kwistjonijiet li jinħolqu mis-sess ta' applikant, inkluża l-identità sesswali u l-orjentazzjoni sesswali, li jistgħu jkunu relatati ma' ċerti tradizzjonijiet u drawwiet legali, li jirriżultaw pereżempju f'mutilazzjoni ġenitali, sterilizzazzjoni furzata, jew abort furzat, jenħtieġ li jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom, sa fejn ikunu relatati mal-biża' ġustifikata tal-applikant minn persekuzzjoni.

(28)  Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta' persekuzzjoni "sħubija fi grupp soċjali partikolari". Minħabba l-bżonn li tingħata tifsira ta' grupp soċjali partikolari, kwistjonijiet li jinħolqu mis-sess ta' applikant, inkluża l-identità sesswali u l-orjentazzjoni sesswali, li jistgħu jkunu relatati ma' ċerti tradizzjonijiet u drawwiet legali, li jirriżultaw pereżempju f'mutilazzjoni ġenitali, sterilizzazzjoni furzata, jew abort furzat, jenħtieġ li jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom, sa fejn ikunu relatati mal-biża' ġustifikata tal-applikant minn persekuzzjoni. Il-biża' ġustifikata tal-applikant minn persekuzzjoni tista' tirriżulta mill-perċezzjoni tiegħu li jkun parti minn grupp soċjali partikolari, kemm jekk dan ikun minnu jew le.

Or. en

Emenda     199

Barbara Spinelli, Cornelia Ernst

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta' persekuzzjoni "sħubija fi grupp soċjali partikolari". Minħabba l-bżonn li tingħata tifsira ta' grupp soċjali partikolari, kwistjonijiet li jinħolqu mis-sess ta' applikant, inkluża l-identità sesswali u l-orjentazzjoni sesswali, li jistgħu jkunu relatati ma' ċerti tradizzjonijiet u drawwiet legali, li jirriżultaw pereżempju f'mutilazzjoni ġenitali, sterilizzazzjoni furzata, jew abort furzat, jenħtieġ li jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom, sa fejn ikunu relatati mal-biża' ġustifikata tal-applikant minn persekuzzjoni.

(28)  Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta' persekuzzjoni "sħubija fi grupp soċjali partikolari". Minħabba l-bżonn li tingħata tifsira ta' grupp soċjali partikolari, kwistjonijiet li jinħolqu mis-sess ta' applikant, inkluża l-identità sesswali, l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess u l-orjentazzjoni sesswali, li jistgħu jkunu relatati ma' traffikar għal sfruttament sesswali, ċerti tradizzjonijiet u drawwiet legali, li jirriżultaw pereżempju f'mutilazzjoni ġenitali, sterilizzazzjoni furzata, jew abort furzat, jenħtieġ li jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom, sa fejn ikunu relatati mal-biża' ġustifikata tal-applikant minn persekuzzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

The shadow rapporteur agrees with the rapporteur that the sex characteristics of an applicant might also be a factor in determining whether that applicant belongs to a particular social group. Furthermore, she would like to add "gender expression" to the definition of "particular social group" following a European Court of Human Rights ruling where it was clarified that individuals can be at particular risk of ill-treatment (under Article 3 ECHR) in third countries where they are perceived as not conforming to the gender roles ascribed to them by society, tradition and even the legal system (N v. Sweden, Application no. 23505/09).

Emenda     200

Barbara Spinelli, Cornelia Ernst

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  F'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b'mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-omosesswalità b'mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw lill-omosesswali u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha.

(29)  F'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b'mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta u mill-KEDB, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità sesswali b'mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw lill-orjentazzjoni sesswali u lill-identità sesswali u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha. Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li ma jsibux li d-dikjarazzjonijiet tal-applikant li ma jkollhomx kredibbiltà fuq raġunijiet li l-applikant ma ddependix fuq l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tiegħu jew tagħha meta hu jew hi l-ewwel stabbilixxa jew stabbiliet id-dettalji tal-persekuzzjoni tiegħu jew tagħha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ix-shadow rapporteur jaqbel mar-rapporteur li komunikazzjoni tardiva hija waħda mill-erba' parametri msemmija f'sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża ta' A, B u C vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, tat-2 ta' Diċembru 2014 iżda ma saritx referenza għaliha fit-test tal-Kummissjoni u jenħtieġ li tiġi miżjuda. Għal persuni LGBTI li jfittxu asil, il-biża' u l-istigma ta' spiss iwasslu għal komunikazzjoni tardiva tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tagħhom. L-applikazzjonijiet tagħhom jenħtieġ li ma jiġux ippreġudikati minħabba tali komunikazzjoni tardiva.

Emenda     201

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  F'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b'mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-omosesswalità b'mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw lill-omosesswali u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha.

(29)  F'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b'mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru b'mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw lill-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha.

Or. it

Emenda     202

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  F'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b'mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-omosesswalità b'mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw lill-omosesswali u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha.

(29)  F'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b'mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-omosesswalità b'mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati iżda l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jirrikjedu b'mod qawwi provi fattwali tal-omosesswalità tal-individwu.

Or. en

Emenda     203

Jussi Halla-aho, Helga Stevens

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti huma stabbiliti fil-Preambolu u fl-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u huma, fost l-oħrajn, inkorporati fir-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar miżuri li jiġġieldu kontra t-terroriżmu, li jiddikjaraw li "atti, metodi u prattiki tat-terroriżmu huma kuntrarji għall-għanijiet u prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti" u li "l-finanzjament, l-ippjanar u t-tqanqil ta' atti terroristiċi apposta huma wkoll kuntrarji għall-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti".

(30)  Atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti huma stabbiliti fil-Preambolu u fl-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u huma, fost l-oħrajn, inkorporati fir-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar miżuri li jiġġieldu kontra t-terroriżmu, li jiddikjaraw li "atti, metodi u prattiki tat-terroriżmu huma kuntrarji għall-għanijiet u prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti" u li "l-finanzjament, l-ippjanar u t-tqanqil ta' atti terroristiċi apposta huma wkoll kuntrarji għall-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti". Dawn l-istess atti, metodi u prattiki jenħtieġ ukoll li jikkostitwixxu raġuni biex jinċaħad jew jitħassar l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja.

Or. en

Emenda     204

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  It-twettiq ta' reat politiku mhuwiex fi prinċipju raġuni li tiġġustifika esklużjoni minn status ta' rifuġjat. Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, azzjonijiet partikolarment krudili, fejn l-att inkwistjoni huwa sproporzjonat mal-allegat objettiv politiku, u atti terroristiċi li huma karatterizzati mill-vjolenza tagħhom lejn popolazzjonijiet ċivili, anke jekk imwettqa b'objettiv allegatament politiku, jenħtieġ li jitqiesu bħala reati mhux politiċi u għalhekk jistgħu joħolqu esklużjoni minn status ta' rifuġjat.

imħassar

Or. en

Emenda     205

(31)  It-twettiq ta' reat politiku jista' jkun raġuni biex tiġi ġġustifikata esklużjoni minn status ta' rifuġjat.

Or. en

Emenda     206

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  It-twettiq ta' reat politiku mhuwiex fi prinċipju raġuni li tiġġustifika esklużjoni minn status ta' rifuġjat. Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, azzjonijiet partikolarment krudili, fejn l-att inkwistjoni huwa sproporzjonat mal-allegat objettiv politiku, u atti terroristiċi li huma karatterizzati mill-vjolenza tagħhom lejn popolazzjonijiet ċivili, anke jekk imwettqa b'objettiv allegatament politiku, jenħtieġ li jitqiesu bħala reati mhux politiċi u għalhekk jistgħu joħolqu esklużjoni minn status ta' rifuġjat.

(31)  It-twettiq ta' reat politiku mhuwiex fi prinċipju raġuni li tiġġustifika esklużjoni minn status ta' rifuġjat. Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, azzjonijiet partikolarment krudili, fejn l-att inkwistjoni huwa sproporzjonat mal-allegat objettiv politiku, u atti terroristiċi li huma karatterizzati mill-vjolenza tagħhom lejn popolazzjonijiet ċivili, anke jekk imwettqa b'objettiv allegatament politiku, jenħtieġ li jitqiesu bħala reati mhux politiċi u għalhekk jenħtieġ li joħolqu esklużjoni minn status ta' rifuġjat.

Or. en

Emenda     207

Monika Hohlmeier

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31a)  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat b'mod ċar fis-Sentenza tagħha

Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides /Mostafa Lounani1a

li l-appoġġ lejn grupp terroristiku jew it-twettiq ta' att terroristiku huwa raġuni suffiċjenti biex teskludi applikant għal protezzjoni internazzjonali minn status ta' rifuġjat jew mill-għoti ta' protezzjoni sussidjarja.

_________________

1a C-573/14;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Tikkorrispondi mal-emenda tal-Artikolu 12.

Emenda     208

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31a)  Ir-rikonoxximent ta' status ta' protezzjoni sussidjarja huwa att dikjaratorju.

Or. en

Emenda     209

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Standards għad-definizzjoni u l-kontenut tal-istatus ta' protezzjoni sussidjarja jenħtieġ li jiġu stipulati wkoll. Il-protezzjoni sussidjarja jenħtieġ li tkun kumplimentari u addizzjonali għall-protezzjoni tar-rifuġjati minquxa fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

imħassar

Or. en

Emenda     210

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Standards għad-definizzjoni u l-kontenut tal-istatus ta' protezzjoni sussidjarja jenħtieġ li jiġu stipulati wkoll. Il-protezzjoni sussidjarja jenħtieġ li tkun kumplimentari u addizzjonali għall-protezzjoni tar-rifuġjati minquxa fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

(32)  Standards għad-definizzjoni u l-kontenut tal-istatus ta' protezzjoni sussidjarja jenħtieġ li jiġu stipulati wkoll. Il-protezzjoni sussidjarja jenħtieġ li tkun kumplimentari u addizzjonali għall-protezzjoni tar-rifuġjati minquxa fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra. Filwaqt li l-bażi għal protezzjoni hija differenti bejn protezzjoni ta' rifuġjat u sussidjarja, il-bżonn kontinwu għal protezzjoni jista' jkun simili fit-tul tiegħu.

Or. en

Emenda     211

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Huwa meħtieġ li jiġu introdotti kriterji komuni li fuq il-bażi tagħhom applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rikonoxxuti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jitfasslu mill-obbligi internazzjonali skont strumenti u prattiki tad-drittijiet tal-bniedem li jeżistu fl-Istati Membri.

imħassar

Or. en

Emenda     212

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Bil-għan li jiġi valutat dannu serju li jista' jikkwalifika lill-applikanti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, il-kunċett ta' vjolenza mingħajr distinzjoni, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jinkludu vjolenza li tista' tiġi estiża għal persuni irrispettivament miċ-ċirkostanza personali tagħhom.

imħassar

Or. en

Emenda     213

(34)  Bil-għan li jiġi valutat dannu serju li jista' jikkwalifika lill-applikanti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, il-kunċett ta' vjolenza mingħajr distinzjoni, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jenħtieġ li jinkludu vjolenza li tista' tiġi estiża għal persuni irrispettivament miċ-ċirkostanza personali tagħhom. Fatturi li għandhom jitqiesu meta jiġi ddeterminat jekk teżistix vjolenza mingħajr distinzjoni jistgħu jinkludu aggressjoni esterna, okkupazzjoni, dominazzjoni barranija, kunflitti interni, ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew avvenimenti li jfixklu serjament l-ordni pubbliku fil-pajjiż ta' oriġini, jew f'parti minnu.

Or. en

Emenda     214

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Fir-rigward tal-prova meħtieġa relatata mal-eżistenza ta' theddida serja u individwali għall-ħajja jew il-persuna ta' applikant, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea36 , awtoritajiet determinanti m'għandhomx jitolbu lill-applikant iressaq evidenza li huwa speċifikament effettwat speċifiku minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanzi personali tiegħu. Madankollu, il-livell ta' vjolenza mingħajr distinzjoni meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni huwa aktar baxx jekk l-applikant ikun jista' juri li huwa affettwat speċifikament minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanza personali tiegħu. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' theddida serja u individwali jenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod eċċezzjonali mill-awtoritajiet determinanti minħabba biss il-preżenza tal-applikant fuq it-territorju jew f'parti mit-territorju rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini sakemm il-grad ta' vjolenza mingħajr distinzjoni li jikkaratterizza l-konflitt armat li qed iseħħ jilħaq livell tant għoli li jkun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li persuna ċivili, ritornata lejn il-pajjiż ta' oriġini jew il-parti rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini, minħabba biss il-preżenza tagħha fit-territorju ta' dak il-pajjiż jew reġjun, tiffaċċja riskju reali li tkun soġġetta għat-theddida serja.

(36)  Fir-rigward tal-prova meħtieġa relatata mal-eżistenza ta' theddida serja u individwali għall-ħajja jew il-persuna ta' applikant, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea36 u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-livell ta' dannu meħtieġ m'hemmx għalfejn ikun ekwivalenti għal tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti. Madankollu, il-livell ta' vjolenza mingħajr distinzjoni meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni huwa aktar baxx jekk l-applikant ikun jista' juri li huwa affettwat speċifikament minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanza personali tiegħu. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' theddida serja jenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod eċċezzjonali mill-awtoritajiet determinanti minħabba biss il-preżenza tal-applikant fuq it-territorju jew f'parti mit-territorju rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini sakemm il-grad ta' vjolenza mingħajr distinzjoni li jikkaratterizza l-konflitt armat li qed iseħħ jilħaq tant livell li jkun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li persuna ċivili, ritornata lejn il-pajjiż ta' oriġini jew il-parti rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini, minħabba biss il-preżenza tagħha fit-territorju ta' dak il-pajjiż jew reġjun, tiffaċċja riskju reali li tkun soġġetta għat-theddida serja. Filwaqt li l-Unjoni bħalissa m'għandha l-ebda definizzjoni legali maqbula ta' persuna ambjentalment spostata, dan ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jipprovdu protezzjoni lil persuni bħal dawn skont il-liġi nazzjonali.

_________________

_________________

36 C-465/07.

36 C-465/07.

Or. en

Emenda     215

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Fir-rigward tal-prova meħtieġa relatata mal-eżistenza ta' theddida serja u individwali għall-ħajja jew il-persuna ta' applikant, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea36, awtoritajiet determinanti m'għandhomx jitolbu lill-applikant iressaq evidenza li huwa speċifikament effettwat speċifiku minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanzi personali tiegħu. Madankollu, il-livell ta' vjolenza mingħajr distinzjoni meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni huwa aktar baxx jekk l-applikant ikun jista' juri li huwa affettwat speċifikament minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanza personali tiegħu. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' theddida serja u individwali jenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod eċċezzjonali mill-awtoritajiet determinanti minħabba biss il-preżenza tal-applikant fuq it-territorju jew f'parti mit-territorju rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini sakemm il-grad ta' vjolenza mingħajr distinzjoni li jikkaratterizza l-konflitt armat li qed iseħħ jilħaq livell tant għoli li jkun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li persuna ċivili, ritornata lejn il-pajjiż ta' oriġini jew il-parti rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini, minħabba biss il-preżenza tagħha fit-territorju ta' dak il-pajjiż jew reġjun, tiffaċċja riskju reali li tkun soġġetta għat-theddida serja.

(36)  Fir-rigward tal-prova meħtieġa relatata mal-eżistenza ta' theddida serja u individwali għall-ħajja jew il-persuna ta' applikant, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea36, awtoritajiet determinanti m'għandhomx jitolbu lill-applikant iressaq evidenza li huwa speċifikament effettwat speċifiku minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanzi personali tiegħu. Madankollu, il-livell ta' vjolenza mingħajr distinzjoni meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni huwa aktar baxx jekk l-applikant ikun jista' juri li huwa affettwat speċifikament minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanza personali tiegħu. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' theddida serja u individwali jenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod eċċezzjonali mill-awtoritajiet determinanti minħabba biss il-preżenza tal-applikant fuq it-territorju sakemm il-grad ta' vjolenza mingħajr distinzjoni li jikkaratterizza l-konflitt armat li qed iseħħ jilħaq livell tant għoli li jkun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li persuna ċivili, ritornata lejn il-pajjiż ta' oriġini, minħabba biss il-preżenza tagħha fit-territorju ta' dak il-pajjiż jew reġjun, tiffaċċja riskju reali li tkun soġġetta għat-theddida serja. Barra minn hekk, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi żgurata protezzjoni internazzjonali għall-individwi li jsofru theddida serja li tirriżulta minn diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem.

_________________

_________________

36 C-465/07.

36 C-465/07.

Or. it

Emenda     216

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Fir-rigward tal-prova meħtieġa relatata mal-eżistenza ta' theddida serja u individwali għall-ħajja jew il-persuna ta' applikant, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea36 , awtoritajiet determinanti m'għandhomx jitolbu lill-applikant iressaq evidenza li huwa speċifikament effettwat speċifiku minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanzi personali tiegħu. Madankollu, il-livell ta' vjolenza mingħajr distinzjoni meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni huwa aktar baxx jekk l-applikant ikun jista' juri li huwa affettwat speċifikament minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanza personali tiegħu. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' theddida serja u individwali jenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod eċċezzjonali mill-awtoritajiet determinanti minħabba biss il-preżenza tal-applikant fuq it-territorju jew f'parti mit-territorju rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini sakemm il-grad ta' vjolenza mingħajr distinzjoni li jikkaratterizza l-konflitt armat li qed iseħħ jilħaq livell tant għoli li jkun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li persuna ċivili, ritornata lejn il-pajjiż ta' oriġini jew il-parti rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini, minħabba biss il-preżenza tagħha fit-territorju ta' dak il-pajjiż jew reġjun, tiffaċċja riskju reali li tkun soġġetta għat-theddida serja.

(36)  Fir-rigward tal-prova meħtieġa relatata mal-eżistenza ta' theddida serja għall-ħajja jew il-persuna ta' applikant, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-livell ta' dannu meħtieġ m'hemmx għalfejn ikun ekwivalenti għal tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti. Il-livell ta' vjolenza mingħajr distinzjoni meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni huwa aktar baxx jekk l-applikant ikun jista' juri li huwa affettwat speċifikament minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanza personali tiegħu. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' theddida serja jenħtieġ li tiġi stabbilita mill-awtoritajiet determinanti minħabba biss il-preżenza tal-applikant fuq it-territorju jew f'parti mit-territorju rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini sakemm il-grad ta' vjolenza mingħajr distinzjoni li jikkaratterizza l-konflitt armat li qed iseħħ jilħaq livell tant li jkun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li persuna ċivili, ritornata lejn il-pajjiż ta' oriġini jew il-parti rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini, minħabba biss il-preżenza tagħha fit-territorju ta' dak il-pajjiż jew reġjun, tiffaċċja riskju reali li tkun soġġetta għat-theddida serja.

_________________

36 C-465/07.

Or. en

Emenda     217

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Fir-rigward tal-prova meħtieġa relatata mal-eżistenza ta' theddida serja u individwali għall-ħajja jew il-persuna ta' applikant, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea36 , awtoritajiet determinanti m'għandhomx jitolbu lill-applikant iressaq evidenza li huwa speċifikament effettwat speċifiku minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanzi personali tiegħu. Madankollu, il-livell ta' vjolenza mingħajr distinzjoni meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni huwa aktar baxx jekk l-applikant ikun jista' juri li huwa affettwat speċifikament minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanza personali tiegħu. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' theddida serja u individwali jenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod eċċezzjonali mill-awtoritajiet determinanti minħabba biss il-preżenza tal-applikant fuq it-territorju jew f'parti mit-territorju rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini sakemm il-grad ta' vjolenza mingħajr distinzjoni li jikkaratterizza l-konflitt armat li qed iseħħ jilħaq livell tant li jkun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li persuna ċivili, ritornata lejn il-pajjiż jew oriġini jew lejn il-parti rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini, minħabba biss il-preżenza tagħha fit-territorju ta' dak il-pajjiż jew reġjun, tiffaċċja riskju reali li tkun soġġetta għat-theddida serja.

(36)  Fir-rigward tal-prova meħtieġa relatata mal-eżistenza ta' theddida serja u individwali għall-ħajja jew il-persuna ta' applikant, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea36 , awtoritajiet determinanti m'għandhomx jitolbu lill-applikant iressaq evidenza li huwa speċifikament effettwat speċifiku minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanzi personali tiegħu. Madankollu, il-livell ta' vjolenza mingħajr distinzjoni meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni huwa aktar baxx jekk l-applikant ikun jista' juri li huwa affettwat speċifikament minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanza personali tiegħu. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' theddida serja u individwali jenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod eċċezzjonali mill-awtoritajiet determinanti minħabba biss il-preżenza tal-applikant fuq it-territorju tal-pajjiż ta' oriġini sakemm il-grad ta' vjolenza mingħajr distinzjoni li jikkaratterizza l-konflitt armat li qed iseħħ jilħaq livell tant li jkun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li persuna ċivili, ritornata lejn kwalunkwe parti tal-pajjiż jew oriġini, minħabba biss il-preżenza tagħha fit-territorju ta' dak il-pajjiż, tiffaċċja riskju reali li tkun soġġetta għat-theddida serja.

_________________

_________________

36 C-465/07.

36 C-465/07.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-premessa hija emenda billi tqis il-valutazzjoni proposta tal-possibbiltà għal protezzjoni interna.

Emenda     218

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36a)  Persuna fil-bżonn ta' protezzjoni għax huwa jew hija ma jkunx/tkunx jista'/tista' jirritorna/tirritorna fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu/tagħha minħabba diżastru naturali jew magħmul mill-bniedem jenħtieġ li jkun/tkun ukoll eliġibbli biex jikkwalifika/tikkwalifika għal protezzjoni skont dan ir-Regolament.

Or. en

Emenda     219

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 36b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36b)  Diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem għandhom jinkludu: effetti ta' tibdil fil-klima, ħtif tal-art, ħtif tal-ilma, deżertifikazzjoni tal-ħabitat, villaġġjazzjoni sfurzata kif ukoll diżastri ambjentali u tniġġis ikkawżati minn gwerra.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-rifuġjati ambjentali bħalissa mhumiex protetti mil-liġi internazzjonali. Għall-kuntrarju tar-rifuġjati koperti mill-Konvenzjoni tar-Rifuġjati tal-1951 tan-NU, ir-rifuġjati ambjentali, jekk jintbagħtu lura lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom, imorru lura lejn pajjiż devastat jew ikunu mġiegħla jmorru f'kampijiet tar-rifuġjati. It-tibdil fil-klima mhuwiex sempliċement marbut mal-ambjent iżda l-effetti tiegħu jolqtu kull parti ta' ħajjet in-nies: mill-istabbiltà tal-gvernijiet u l-ekonomiji għas-saħħa.

Emenda     220

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-permess ta' residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba jew li jiġġedded wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

(37)  Il-permess ta' residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba jew li jiġġedded wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

Or. en

Emenda     221

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-permess ta' residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba jew li jiġġedded wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

(37)  Il-permess ta' residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

Or. en

Emenda     222

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Membri tal-familja, minħabba r-relazzjoni mill-qrib tagħhom mar-rifuġjat, normalment ikunu vulnerabbli għal atti ta' persekuzzjoni f'manjiera li tista' tkun il-bażi ta' protezzjoni internazzjonali. Sakemm ma jikkwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali, bil-għan li tinżamm l-unità tal-familja, għandhom ikunu intitolati li jitolbu permess ta' residenza u l-istess drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati maż-żamma tal-unità tal-familja f'dan ir-Regolament, fejn is-sitwazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja u l-kundizzjonijiet għar-riunifikazzjoni stabbiliti fiha huma sodisfatti, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali li ma jikkwalifikawx individwalment għal din il-protezzjoni għandhom jingħataw permessi ta' residenza u drittijiet f'konformità ma' dik id-Direttiva. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE.

(38)  Membri tal-familja, bil-għan li tinżamm l-unità tal-familja, għandhom ikunu intitolati li japplikaw għal permess ta' residenza li ma jaqbiżx it-tul ta' dak tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati maż-żamma tal-unità tal-familja f'dan ir-Regolament, fejn is-sitwazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja u l-kundizzjonijiet għar-riunifikazzjoni stabbiliti fiha huma sodisfatti, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali li ma jikkwalifikawx individwalment għal din il-protezzjoni għandhom jingħataw permessi ta' residenza u drittijiet f'konformità ma' dik id-Direttiva. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE.

Or. en

Emenda     223

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Membri tal-familja, minħabba r-relazzjoni mill-qrib tagħhom mar-rifuġjat, normalment ikunu vulnerabbli għal atti ta' persekuzzjoni f'manjiera li tista' tkun il-bażi ta' protezzjoni internazzjonali. Sakemm ma jikkwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali, bil-għan li tinżamm l-unità tal-familja, għandhom ikunu intitolati li jitolbu permess ta' residenza u l-istess drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati maż-żamma tal-unità tal-familja f'dan ir-Regolament, fejn is-sitwazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja u l-kundizzjonijiet għar-riunifikazzjoni stabbiliti fiha huma sodisfatti, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali li ma jikkwalifikawx individwalment għal din il-protezzjoni għandhom jingħataw permessi ta' residenza u drittijiet f'konformità ma' dik id-Direttiva. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE.

(38)  Membri tal-familja, minħabba r-relazzjoni mill-qrib tagħhom mal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, normalment ikunu vulnerabbli għal atti ta' persekuzzjoni f'manjiera li tista' tkun il-bażi ta' protezzjoni internazzjonali. Sakemm ma jikkwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali, bil-għan li tinżamm l-unità tal-familja, għandhom ikunu intitolati li jitolbu permess ta' residenza u l-istess drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati maż-żamma tal-unità tal-familja f'din id-Direttiva, fejn is-sitwazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja u l-kundizzjonijiet għar-riunifikazzjoni stabbiliti fiha huma sodisfatti, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali li ma jikkwalifikawx individwalment għal din il-protezzjoni għandhom jingħataw permessi ta' residenza u drittijiet f'konformità ma' dik id-Direttiva. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE.

Or. en

Emenda     224

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38a)  Sabiex jiġu evitati l-abbużi, l-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw jekk iż-żwieġ bejn benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali u l-konjuġi tiegħu/tagħha huwiex riżultat ta' relazzjoni awtentika.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa hija allinjata mal-proposta li saret fl-Artikolu 25(3)a (ġdid)

Emenda     225

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta' residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta' rifuġjati, u għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta' benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37 .

imħassar

_________________

37 COM(2016)271 final.

Or. en

Emenda     226

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37 .

_________________

_________________

37 COM(2016)271 final.

37 COM(2016)271 final.

Or. en

Emenda     227

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, Carlos Coelho

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta' residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta' rifuġjati, u għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta' benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37 .

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37 .

_________________

_________________

37 COM(2016)271 final.

37 COM(2016)271 final.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Eżaminazzjoni tal-bżonnijiet għall-protezzjoni filwaqt li tkun qed issir l-eżaminazzjoni tal-permess ta' residenza tista' tirriżulta fl-użu ta' ħafna riżorsi għall-awtoritajiet determinanti tal-Istati Membri. Madankollu, l-awtoritajiet determinanti tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu marbuta li jeżaminaw l-istatus ta' protezzjoni internazzjonali meta l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tosserva tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji.

Emenda     228

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta' residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta' rifuġjati, u għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta' benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37.

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37.

_________________

_________________

37 COM (2016) 271 final.

37 COM (2016) 271 final.

Or. it

Emenda     229

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta' residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta' rifuġjati, u għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta' benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37 .

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti l-aktar tard sa meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta' residenza, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37 .

_________________

_________________

37 COM(2016)271 final.

37 COM(2016)271 final.

Or. en

Emenda     230

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta' residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta' rifuġjati, u għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta' benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37 .

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta' residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta' rifuġjati, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37 .

_________________

_________________

37 COM(2016)271 final.

37 COM(2016)271 final.

Or. en

Emenda     231

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta' residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta' rifuġjati, u għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta' benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37 .

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta' residenza, għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta' rifuġjati, u għall-ewwel, it-tieni u t-tielet darba fil-każ ta' benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37 .

_________________

_________________

37 COM(2016)271 final.

37 COM(2016)271 final.

Or. en

Emenda     232

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Fil-valutazzjoni ta' bidla fiċ-ċirkostanzi fil-pajjiż terz ikkonċernat, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw, wara li jikkunsidraw is-sitwazzjoni individwali tar-rifuġjat, li l-attur jew l-atturi ta' protezzjoni f'dak il-pajjiż ikunu ħadu passi raġonevoli biex jipprevjenu l-persekuzzjoni, li għalhekk jistgħu joperaw, fost l-oħrajn, sistema legali effettiva għall-kxif, il-prosekuzzjoni u l-kastig ta' atti li jikkostitwixxu l-persekuzzjoni u li ċ-ċittadin ikkonċernat ikollu aċċess għal din il-protezzjoni jekk l-istatus ta' rifuġjat ma jibqax jeżisti.

(40)  Fil-valutazzjoni ta' bidla fiċ-ċirkostanzi fil-pajjiż terz ikkonċernat, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw, wara li jikkunsidraw is-sitwazzjoni individwali tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, li l-attur jew l-atturi ta' protezzjoni f'dak il-pajjiż ikunu ħadu passi meħtieġa biex jipprevjenu l-persekuzzjoni, li għalhekk jistgħu joperaw, fost l-oħrajn, sistema legali effettiva għall-kxif, il-prosekuzzjoni u l-kastig ta' atti li jikkostitwixxu l-persekuzzjoni u li ċ-ċittadin ikkonċernat ikollu aċċess għal din il-protezzjoni, ikun jista' jikseb dħul fil-pajjiż b'mod sikur u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jirrisjedi hemm jekk l-istatus ta' rifuġjat ma jibqax jeżisti.

Or. en

Emenda     233

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Meta l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta' raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta' familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

imħassar

Or. en

Emenda     234

(41)  Meta l-istatus tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali ma jibqax jeżisti, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirtira l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

Or. en

Emenda     235

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Meta l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta' raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta' familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

(41)  Meta l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta' raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fuq raġunijiet relatati max-xogħol, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali. Madankollu dan jenħtieġ li ma jwassalx għal ċirkomvenzjoni tar-regoli nazzjonali dwar l-immigrazzjoni.

Or. en

Emenda     236

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Meta l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta' raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta' familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

(41)  Meta l-istatus ta' rifuġjat ma jibqax jeżisti, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta' raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta' familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

Or. en

Emenda     237

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Meta l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta' raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta' familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

(41)  Meta l-istatus ta' benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali ma jibqax jeżisti, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta' raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta' familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

Or. it

Emenda     238

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Premessa 41a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41a)  Il-prinċipju tal-benefiċċju tad-dubju jirrifletti r-rikonoxximent ta' diffikultajiet konsiderevoli li l-applikanti jiffaċċjaw fil-ksib u fl-għoti tal-evidenza biex isostnu t-talba tagħhom. Il-prinċipju legali ġenerali huwa li l-oneru tal-provi jinsab f'idejn l-applikant għal protezzjoni internazzjonali u li d-dmir li jiġu aċċertati u evalwati l-fatti rilevanti kollha huwa kondiviż bejn l-applikant u l-awtorità determinanti. Madankollu, l-applikant jenħtieġ li jingħata l-benefiċċju tad-dubju fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tiegħu jew tagħha ma jkunux sostnuti minn evidenza dokumentarja jew evidenza oħra, fejn huwa jew hija jkun jew tkun għamel jew għamlet sforz ġenwin biex jissostanza jew tissostanzja l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha u jkun issottometta jew tkun issottomettiet l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu jew tagħha, u fejn id-dikjarazzjonijiet tiegħu jew tagħha jinstabu li huma koerenti u plawżibbli.

Or. en

Emenda     239

Barbara Spinelli, Jean Lambert

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Dawk il-benefiċjarji li huma fil-pussess ta' dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta' residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jenħtieġ li jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen38 u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen39 . Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu japplikaw bl-istess mod biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li ta l-protezzjoni, f'konformità mar-regoli rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fuq il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg bi kwalifiki għoljin40 u regoli nazzjonali; madankollu, dan ma jimplikax kwalunkwe trasferiment tal-protezzjoni internazzjonali u drittijiet relatati.

imħassar

_________________

38Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

39 Il-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom.

40 COM (2016) 378 final.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Imħassar għal raġunijiet ta' konsistenza mal-anness dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet dwar l-asil.

Emenda     240

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Dawk il-benefiċjarji li huma fil-pussess ta' dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta' residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jenħtieġ li jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen38 u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen39 . Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu japplikaw bl-istess mod biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li ta l-protezzjoni, f'konformità mar-regoli rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fuq il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg bi kwalifiki għoljin40 u regoli nazzjonali; madankollu, dan ma jimplikax kwalunkwe trasferiment tal-protezzjoni internazzjonali u drittijiet relatati.

(42)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Dawk il-benefiċjarji li huma fil-pussess ta' dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta' residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jenħtieġ li jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen38 u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen39

_________________

_________________

38 Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

38 Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

39 Il-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom.

39 Il-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom.

40 COM (2016) 378 final.

Or. en

Emenda     241

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Dawk il-benefiċjarji li huma fil-pussess ta' dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta' residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jenħtieġ li jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen38 u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen39 . Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu japplikaw bl-istess mod biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li ta l-protezzjoni, f'konformità mar-regoli rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fuq il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg bi kwalifiki għoljin40 u regoli nazzjonali; madankollu, dan ma jimplikax kwalunkwe trasferiment tal-protezzjoni internazzjonali u drittijiet relatati.

(42)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Dawk il-benefiċjarji li huma fil-pussess ta' dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta' residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jenħtieġ li jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen38 u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen39 . Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu japplikaw bl-istess mod biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li ta l-protezzjoni, f'konformità mar-regoli rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fuq il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg bi kwalifiki għoljin40 , kif ukoll f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u regoli nazzjonali; madankollu, dan ma jimplikax kwalunkwe trasferiment tal-protezzjoni internazzjonali u drittijiet relatati.

_________________

_________________

1aId-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing, ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21–57.

38 Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

38 Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

39 Il-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom.

39 Il-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom.

40 COM (2016) 378 final.

40 COM (2016) 378 final.

Or. en

Emenda     242

Emil Radev

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41

imħassar

_________________

41 (UE)Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

Or. bg

Ġustifikazzjoni

Il-pajjiżi fil-fruntieri esterni tal-UE ma jistgħux jiġu sfurzati jieħdu responsabbiltà permanenti għall-persuni li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Emenda     243

Barbara Spinelli, Jean Lambert

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41

imħassar

_________________

41(UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

Or. en

Ġustifikazzjoni

Imħassar għal raġunijiet ta' konsistenza mal-anness dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet dwar l-asil.

Emenda     244

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41

(43)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41. Minorenni mhux akkumpanjati li huma benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu jittieħdu lura biss mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament [Regolament ta' Dublin] sakemm, wara valutazzjoni multidixxiplinarja tal-aħjar interessi tat-tfal, jintwera li dan ikun fl-aħjar interessi tat-tfal.

_________________

_________________

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

Or. en

Emenda     245

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41

(43)  Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura u jiġu sanzjonati mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41 u dan ir-Regolament.

_________________

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

Or. en

Emenda     246

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41.

(43)  Anki sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41.

_________________

_________________

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

Or. it

Emenda     247

Barbara Spinelli, Jean Lambert

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul 2003/109/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta' ħames (5) snin wara liema l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta' Resident fit-Tul jenħtieġ li jerġa' jinbeda kull darba li l-persuna tinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta' permanenza jew residenza f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Imħassar għal raġunijiet ta' konsistenza mal-anness dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet dwar l-asil.

Emenda     248

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul 2003/109/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta' ħames (5) snin wara liema l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta' Resident fit-Tul jenħtieġ li jerġa' jinbeda kull darba li l-persuna tinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta' permanenza jew residenza f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

imħassar

Or. en

Emenda     249

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, Carlos Coelho

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul 2003/109/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta' ħames (5) snin wara liema l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta' Resident fit-Tul jenħtieġ li jerġa' jinbeda kull darba li l-persuna tinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta' permanenza jew residenza f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

(44)  Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul 2003/109/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta' ħames (5) snin wara liema l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta' Resident fit-Tul jenħtieġ li jerġa' jinbeda kull darba li l-persuna tinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta' permanenza jew residenza f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali li jipprovdi lill-awtorità rilevanti b'ġustifikazzjonijiet ammissibbli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa hija allinjata mal-proposta li saret fl-Emenda għall-Artikolu 44(1).

Emenda     250

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul 2003/109/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta' ħames (5) snin wara liema l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta' Resident fit-Tul jenħtieġ li jerġa' jinbeda kull darba li l-persuna tinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta' permanenza jew residenza f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

(44)  Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul 2003/109/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta' ħames (5) snin wara liema l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta' Resident fit-Tul jenħtieġ li jerġa' jinbeda kull darba li l-persuna tinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta' permanenza jew residenza f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali. Barra minn hekk, il-perjodu ta' 5 snin li warajh il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta' Residenza fit-Tul jenħtieġ li jiġi estiż għal 7 snin.

Or. en

Emenda     251

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Il-kunċett ta' sigurtà nazzjonali u ordni pubbliku jkopri wkoll każijiet li fihom ċittadin ta' pajjiż terz jappartjeni għal assoċjazzjoni li tappoġġja terroriżmu internazzjonali jew tappoġġja din l-assoċjazzjoni.

(45)  Il-kunċett ta' sigurtà nazzjonali u ordni pubbliku jista' jkopri wkoll każijiet li fihom ċittadin ta' pajjiż terz jappartjeni għal assoċjazzjoni li tappoġġja terroriżmu internazzjonali. Madankollu, is-sempliċi ftt li l-persuna kkonċernata kienet membru ta' organizzazzjoni bħal din ma jistax ifisser awtomatikament li l-persuna jeħtiġilha tkun eskluża minn status ta' rifuġjat: irid ikun possibbli li jiġi attribwit lill-persuna kkonċernata kondiviżjoni tar-responsabbiltà għall-atti mwettqa mill-organizzazzjoni inkwistjoni filwaqt li dik il-persuna kienet membru. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti trid, inter alia, tivvaluta r-rwol veru mwettaq mill-persuna kkonċernata fit-twettiq tal-atti inkwistjoni; il-pożizzjoni tiegħu jew tagħha fi ħdan l-organizzazzjoni; il-punt tal-għarfien li huwa jew hija kellu jew kellha, jew tqies jew tqieset li kellu jew kellha, tal-attivitajiet tagħha; kwalunkwe pressjoni li ġie espost għaliha; jew fatturi oħra li aktarx influwenzaw l-imġiba tiegħu jew tagħha. Dik ir-responsabbiltà individwali trid tiġi vvalutata fid-dawl kemm ta' kriterji objettivi kif ukoll suġġettivi, jenħtieġ li tiġi bbażata fuq evidenza dokumentarja u d-deċiżjoni jenħtieġ li tkun leġittima u r-rifjut ikun proporzjonat għall-għan intenzjonat. L-applikanti jenħtieġ li jiġu infurmati dwar ir-raġunijiet tar-rifjut, li jenħtieġ li ma jiġux ibbażati fuq suspetti. L-applikanti jenħtieġ li jkollhom aċċess għal rimedji ġudizzjarji effettivi.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda li tinkorpora taqsimiet tad-deċiżjoni Bundesrepublik Deutschland vs B (C-57/09) u D (C-101/09) mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Emenda     252

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Il-kunċett ta' sigurtà nazzjonali u ordni pubbliku jkopri wkoll każijiet li fihom ċittadin ta' pajjiż terz jappartjeni għal assoċjazzjoni li tappoġġja terroriżmu internazzjonali jew tappoġġja din l-assoċjazzjoni.

(45)  Il-kunċett ta' sigurtà nazzjonali u ordni pubbliku jkopri wkoll każijiet li fihom ċittadin ta' pajjiż terz jappartjeni għal assoċjazzjoni li tappoġġja terroriżmu internazzjonali.

Or. en

Emenda     253

Jussi Halla-aho, Helga Stevens

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Il-kunċett ta' sigurtà nazzjonali u ordni pubbliku jkopri wkoll każijiet li fihom ċittadin ta' pajjiż terz jappartjeni għal assoċjazzjoni li tappoġġja terroriżmu internazzjonali jew tappoġġja din l-assoċjazzjoni.

(45)  Il-kunċett ta' sigurtà nazzjonali u ordni pubbliku jkopri wkoll każijiet li fihom ċittadin ta' pajjiż terz jappoġġja jew b'mod indirett jew b'mod dirett terroriżmu jew radikaliżmu reliġjuż.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa diffiċli u mhux meħtieġ li tintwera prova ta' sħubija f'assoċjazzjoni terroristika; huwa aktar rilevanti li jiġu mmirati l-atti ta' appoġġ għal dawn il-fenomeni li jimminaw is-sigurtà nazzjonali u l-ordni pubbliku.

Emenda     254

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, József Nagy, Emil Radev

Proposta għal regolament

Premessa 45a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45a)  F'każ li s-sitwazzjoni ta' benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali jew applikant għal protezzjoni internazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33(2) tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, l-Istati Membri jenħtieġ li jgawdu mid-diskrezzjoni jekk jirritornawx il-persuna lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħha/tiegħu, b'rispett sħiħ lejn il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 4 u l-Artikolu 19(2).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Fil-Kawża HT (C-373/13) tal-24 ta' Ġunju 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tenfasizza li l-"liġi" kif inhi bħalissa, tippermetti lill-Istati Membri diskrezzjoni f'każijiet fejn persuna tista' tiġi ripatrijata. Minkejja l-prinċipju ta' "non-refoulement" jenħtieġ li jiġi rispettat, jidher li bl-istess mod huwa meħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ikollhom iċ-ċans li jidderogawh, meta dan ma jkunx f'kuntrast mal-obbligi nazzjonali tagħhom u ma' dak stabbilit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda     255

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Meta jiddeċiedu dwar il-jedd għall-benefiċċji inklużi f'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw b'mod dovut l-aħjar interessi tat-tfal, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari tad-dipendenza fuq il-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali ta' qraba viċini li diġà huma preżenti fl-Istat Membru u li mhumiex membri tal-familja ta' dak il-benefiċjarju. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn il-qarib strett tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali jkun minorenni miżżewweġ iżda mhux akkumpanjat mill-konjuġi tiegħu, l-aħjar interessi tal-minorenni jistgħu jitqiesu bħala dawk tal-familja oriġinali tiegħu.

(46)  Meta jiddeċiedu dwar il-jedd għall-benefiċċji inklużi f'din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw b'mod dovut l-aħjar interessi tat-tfal, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari tad-dipendenza fuq il-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali ta' qraba viċini li diġà huma preżenti fl-Istat Membru u li mhumiex membri tal-familja ta' dak il-benefiċjarju. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn il-qarib strett tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali jkun minorenni miżżewweġ iżda mhux akkumpanjat mill-konjuġi tiegħu, l-aħjar interessi tal-minorenni jistgħu jitqiesu bħala dawk tal-familja oriġinali tiegħu.

Or. en

Emenda     256

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Fil-limiti stabbiliti minn obbligi internazzjonali, l-għoti ta' benefiċċji rigward aċċess għall-impjiegi u sigurtà soċjali jeħtieġ il-ħruġ minn qabel ta' permess ta' residenza.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu tħassar għal konsistenza mal-emenda għall-Artikolu 22 §3.

Emenda     257

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-aċċess għal attivitajiet ta' xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom fir-rigward ta' karigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, u responsabbiltà għas-salvagwardja tal-interess ġenerali tal-Istat jew awtoritajiet pubbliċi oħra. Fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għat-trattament ugwali tagħhom fir-rigward tas-sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew li hija involuta f'okkupazzjoni speċifika, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali tistgħu jiġu esklużi bl-istess mod milli jipparteċipaw fil-ġestjoni ta' korpi rregolati mil-liġi pubblika u milli jkollhom kariga rregolata mil-liġi pubblika.

imħassar

Or. en

Emenda     258

(48)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-aċċess għal attivitajiet ta' xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom fir-rigward ta' karigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, u responsabbiltà għas-salvagwardja tal-interess ġenerali tal-Istat jew awtoritajiet pubbliċi oħra.

Or. en

Emenda     259

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-aċċess għal attivitajiet ta' xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom fir-rigward ta' karigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, u responsabbiltà għas-salvagwardja tal-interess ġenerali tal-Istat jew awtoritajiet pubbliċi oħra. Fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għat-trattament ugwali tagħhom fir-rigward tas-sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew li hija involuta f'okkupazzjoni speċifika, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali tistgħu jiġu esklużi bl-istess mod milli jipparteċipaw fil-ġestjoni ta' korpi rregolati mil-liġi pubblika u milli jkollhom kariga rregolata mil-liġi pubblika

(48)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-aċċess għal attivitajiet ta' xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom fir-rigward ta' karigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, u responsabbiltà għas-salvagwardja tal-interess ġenerali tal-Istat jew awtoritajiet pubbliċi oħra. Fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għat-trattament ugwali tagħhom fir-rigward tas-sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew li hija involuta f'okkupazzjoni speċifika, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali tistgħu jiġu esklużi bl-istess mod milli jipparteċipaw fil-ġestjoni ta' korpi rregolati mil-liġi pubblika u milli jkollhom kariga rregolata mil-liġi pubblika; l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw aktar l-aċċess għal attivitajiet ta' xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom sabiex jipprevjenu żbilanċi fis-suq tax-xogħol;

Or. en

Emenda     260

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f'dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta' integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati ta' integrazzjoni b'mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-impjieg u taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta' rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta' kwalifiki formali minħabba b'mod partikolari n-nuqqas ta' evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta' rikonoxximent.

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f'dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta' integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati ta' integrazzjoni b'mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-impjieg u taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta' rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta' kwalifiki formali minħabba b'mod partikolari n-nuqqas ta' evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta' rikonoxximent. Kif implikat mid-Direttiva dwar l-Akkoljenza, billi jiġu llimitati l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għax-xogħol, il-gvernijiet iċaħħdu l-komunitajiet ta' ħaddiema motivati, jagħmlu lill-persuni li jfittxu l-asil/lir-rifuġjati vulnerabbli għal sfruttament bħal xogħol bi rħis u maż-żmien jagħmlu l-proċess tal-integrazzjoni aktar diffiċli. Barra minn hekk, l-ispejjeż assoċjati mal-ospitar tal-persuni li jfittxu l-asil huma aktar baxxi meta dawn jiġu awtorizzati biex iżommu impjieg rimunerat. F'dak il-kuntest, l-aħjar soluzzjoni tkun l-integrazzjoni bikrija tax-xogħol.

Or. en

Emenda     261

Jussi Halla-aho, Helga Stevens

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f'dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta' integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati ta' integrazzjoni b'mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-impjieg u taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta' rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta' kwalifiki formali minħabba b'mod partikolari n-nuqqas ta' evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta' rikonoxximent.

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f'dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta' integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati ta' integrazzjoni.

Or. en

Emenda     262

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f'dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta' integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati ta' integrazzjoni b'mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-impjieg u taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta' rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta' kwalifiki formali minħabba b'mod partikolari n-nuqqas ta' evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta' rikonoxximent.

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f'din id-Direttiva mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta' integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati ta' integrazzjoni b'mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-impjieg u taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta' rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta' kwalifiki formali minħabba b'mod partikolari n-nuqqas ta' evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta' rikonoxximent.

Or. en

Emenda     263

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 49a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49a)  Il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu jaslu b'ċerti żvantaġġi. Fir-rapport tiegħu msemmi "The labour market integration of resettled refugees" (L-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' rifuġjati risistemati), l-UNCHR jiddikjara li r-rifuġjati risistemati jew jaqgħu taħt suq tax-xogħol separat (b'rekwiżiti ta' ħiliet baxxi) jew jiffaċċjaw ostakli żejda meta jidħlu fis-suq tax-xogħol. Għalhekk, il-programmi strutturati jenħtieġ li jitfasslu bi prattiki differenti sabiex jiggarantixxu aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol f'dan il-grupp fil-mira.

Or. en

Emenda     264

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 49b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49b)  Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati miżuri speċjali bil-għan li jindirizzaw b'mod effettiva d-diffikultajiet prattiċi li jiltaqgħu magħhom il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali dwar l-awtentikazzjoni tal-diplomi, taċ-ċertifikati barranin tagħhom jew ta' evidenza oħra ta' kwalifiki formali, b'mod partikolari minħabba n-nuqqas ta' evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom biex jissodisfaw l-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta' rikonoxximent.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintegra mill-ġdid §44 tal-Preambolu tad-Direttiva tal-2011 b'tibdiliet żgħar ħafna.

Emenda     265

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 49c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49c)  Fid-dawl tal-fatt li l-integrazzjoni hija proċess bidirezzjonali, ir-rispett lejn il-valuri li fuqhom ġiet stabbilita l-Unjoni u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkun parti integrali mill-proċess ta' integrazzjoni. L-integrazzjoni jenħtieġ li tevita l-iżolament, tippromwovi l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tal-atturi kollha involuti hija kruċjali għas-suċċess tagħha. L-Istati Membri, li jaġixxu fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, jenħtieġ li joffru lill-benefiċjari ta' protezzjoni internazzjonali appoġġ u opportunitajiet biex jintegraw u jibnu ħajja fis-soċjetà l-ġdida tagħhom, li jenħtieġ li jinkludu akkomodazzjoni, korsijiet tal-litteriżmu u tal-lingwi, djalogu interkulturali, edukazzjoni u taħriġ professjonali, kif ukoll aċċess effettiv għal strutturi demokratiċi fis-soċjetà.

Or. en

Emenda     266

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Jenħtieġ li jiġi provdut trattament ugwali għal benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fejn ċittadini tal-Istat Membru jingħataw protezzjoni fir-rigward tas-sigurtà soċjali.

imħassar

Or. en

Emenda     267

Traian Ungureanu, Artis Pabriks, Kinga Gál, Pál Csáky, Tomáš Zdechovský, Monica Macovei

Emenda     268

Emenda     269

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Jenħtieġ li jiġi provdut trattament ugwali għal benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fejn ċittadini tal-Istat Membru jingħataw protezzjoni fir-rigward tas-sigurtà soċjali.

(50)  Jenħtieġ li jiġi provdut trattament ugwali għal benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fejn ċittadini tal-Istat Membru jingħataw protezzjoni fir-rigward tas-sigurtà soċjali u l-aċċess għal programmi ta' integrazzjoni.

Or. en

Emenda     270

Kristina Winberg

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw xi flessibbiltà biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati għal benefiċċji bażiċi, li għandu jinftiehem li jkopru mill-inqas is-sostenn ta' dħul minimu, għajnuna fil-każ ta' mard, jew tqala, u assistenza lill-ġenituri, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw liċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

imħassar

Or. en

Emenda     271

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ix-shadow rapporteur jaqbel mar-rapporteur li xejn mhu ċar għaliex il-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni u li jingħataw protezzjoni sussidjarja jenħtieġ li ma jirċevux l-assistenza soċjali li jgawdu minnha persuni oħra li jkollhom bżonn protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda trattament mhux ugwali bejn persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. Dan huwa kemm legalment dubjuż kif ukoll ma jgħinx fl-amministrazzjoni. Ladarba jkun ġie stabbilit l-bżonn għal protezzjoni, dawn il-persuni kollha jkollhom l-istess bżonnijiet soċjali fl-Istat Membru ospitanti.

Emenda     272

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw xi flessibbiltà biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati għal benefiċċji bażiċi, li għandu jinftiehem li jkopru mill-inqas is-sostenn ta' dħul minimu, għajnuna fil-każ ta' mard, jew tqala, u assistenza lill-ġenituri, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw liċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

Or. it

Emenda     273

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw xi flessibbiltà biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati għal benefiċċji bażiċi, li għandu jinftiehem li jkopru mill-inqas is-sostenn ta' dħul minimu, għajnuna fil-każ ta' mard, jew tqala, u assistenza lill-ġenituri, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw liċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-aċċess effettiv għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja. Filwaqt li l-bażi tal-protezzjoni tista' tirriżulta f'determinazzjoni differenti tal-istatus, m'hemm l-ebda differenza fil-bżonnijiet materjali tal-individwu protett.

Or. en

Emenda     274

Jussi Halla-aho, Helga Stevens

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw xi flessibbiltà biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati għal benefiċċji bażiċi, li għandu jinftiehem li jkopru mill-inqas is-sostenn ta' dħul minimu, għajnuna fil-każ ta' mard, jew tqala, u assistenza lill-ġenituri, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw liċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u l-membri tal-familja tagħhom fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jiġu provduti b'assistenza soċjali. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw flessibbiltà wiesgħa biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva u b'suċċess tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali u tal-membri tal-familja tiegħu jew tagħha f'miżuri ta' integrazzjoni.

Or. en

Emenda     275

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw xi flessibbiltà biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati għal benefiċċji bażiċi, li għandu jinftiehem li jkopru mill-inqas is-sostenn ta' dħul minimu, għajnuna fil-każ ta' mard, jew tqala, u assistenza lill-ġenituri, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw liċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw xi flessibbiltà biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati għal benefiċċji bażiċi, li għandu jinftiehem li jkopru mill-inqas is-sostenn ta' dħul minimu, għajnuna fil-każ ta' mard, jew tqala, aċċess għal servizzi SRHR u assistenza lill-ġenituri, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw liċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

Or. en

Emenda     276

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 51a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51a)  Jenħtieġ li kemm jista' jkun jitqiesu, il-bżonnijiet u d-dettalji speċifiċi tas-sitwazzjoni tal-benefiċjarji tal-istatus ta' protezzjoni internazzjonali, fil-programmi ta' integrazzjoni pprovduti lilhom, inklużi, fejn meħtieġ taħriġ fil-lingwi u l-għoti ta' informazzjoni dwar drittijiet u obbligi individwali relatati mal-istatus ta' protezzjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tinkorpora mill-ġdid §47 tal-Preambolu tad-Direttiva tal-2011.

Emenda     277

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi l-kura tas-saħħa fiżika u mentali, jenħtieġ li jiġu żgurati lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(52)  Aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi l-kura tas-saħħa fiżika u mentali, u li tinkludi kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, jenħtieġ li jiġu żgurati lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     278

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Pál Csáky

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi l-kura tas-saħħa fiżika u mentali, jenħtieġ li jiġu żgurati lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(52)  Aċċess għall-kura tas-saħħa bażika jenħtieġ li jiġu żgurati lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     279

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 52a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52a)  Il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jgawdu minn aċċess għal oġġetti u servizzi u l-provvista ta' oġġetti u servizzi li tkun disponibbli għall-pubbliku, inklużi servizzi ta' informazzjoni u ta' pariri pprovduti minn uffiċċji tal-impjieg.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ix-shadow rapporteur jaqbel mar-rapporteur li l-kliem tal-premessa huwa allinjat mal-kliem propost mill-Kummissjoni Ewropea għal dispożizzjonijiet dwar trattament ugwali fi strumenti ta' migrazzjoni legali (b'mod partikolari r-reviżjoni tal-Karta Blu). Il-premessi huma espressi fl-Artikoli 30 u 35 rispettivament.

Emenda     280

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja, sakemm dawk il-miżuri ta' integrazzjoni jkunu mingħajr ħlas, effettivament u faċilment aċċessibbli u li jqisu l-bżonnijiet partikolari tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Or. it

Emenda     281

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja. Ir-rifjut kontinwu għal integrazzjoni b'mod attiv, bħala l-aħħar miżura, jista' jwassal għal waqfien tal-eliġibbiltà għal protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     282

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni li huma jqisu bħala xierqa, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

Or. en

Emenda     283

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi u korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, obbligatorja.

Or. en

Emenda     284

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg li għandhom ikunu aċċessibbli faċilment, bla ħlas u li tiġi pprovduta kura tat-tfal.

Or. en

Emenda     285

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess bla ħlas u effettiv għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li mhux il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali kollha jistgħu jkunu kapaċi jipparteċipaw fil-miżuri ta' integrazzjoni minħabba trawma li jkunu sofrew.

Or. en

Emenda     286

Traian Ungureanu, Artis Pabriks, Kinga Gál, Pál Csáky, Tomáš Zdechovský, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

Or. en

Emenda     287

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)  Il-monitoraġġ effettiv ta' dan ir-Regolament jitlob illi huwa jiġi evalwat f'intervalli regolari.

(54)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi evalwata f'intervalli regolari, filwaqt li b'mod partikolari tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri dwar in-non-refoulement, l-evoluzzjoni tas-swieq tax-xogħol fl-Istati Membri kif ukoll l-iżvilupp ta' prinċipji bażiċi komuni għall-integrazzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tinkorpora mill-ġdid §48 tad-Direttiva tal-2011 li tiddikjara li: "L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi evalwata f'intervalli regolari, filwaqt li b'mod partikolari tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri dwar in-non-refoulement, l-evoluzzjoni tas-swieq tax-xogħl fl-Istati Membri kif ukoll l-iżvilupp ta' prinċipji bażiċi komuni għall-integrazzjoni."

Emenda     288

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)  Il-monitoraġġ effettiv ta' dan ir-Regolament jitlob illi huwa jiġi evalwat f'intervalli regolari.

(54)  Il-monitoraġġ effettiv tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jitlob illi huwa jiġi evalwat f'intervalli regolari.

Or. en

Emenda     289

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni42 .

(55)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni42 .

_________________

_________________

42 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

42 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Or. en

Emenda     290

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56)  Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi standards għall-għotja ta' protezzjoni internazzjonali lil ċittadini ta' pajjiż terz u persuni mingħajr stat mill-Istati Membri, għal status uniformi għar-rifuġjati u għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentament mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

imħassar

Or. en

Emenda     291

Emenda     292

(56)  Minħabba li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi standards għall-għotja ta' protezzjoni internazzjonali lil ċittadini ta' pajjiż terz u persuni mingħajr stat mill-Istati Membri, għal status uniformi għar-rifuġjati u għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentament mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' din id-Direttiva, jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Or. en

Emenda     293

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 57 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]

[F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva]

Or. en

Emenda     294

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 57 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għal Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhumiex marbuta bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu.]

[F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għal Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhumiex marbuta biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.]

Or. en

Emenda     295

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 57 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[(XX) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

[(XX) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

Or. en

Emenda     296

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 57 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(XX) F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat (, permezz tal-ittra ta' ...,) ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.]

(XX) F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat (, permezz tal-ittra ta' ...,) ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.]

Or. en

Emenda     297

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 57 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[(XX) F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika (, permezz tal-ittra ta' ...,) x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

[(XX) F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika (, permezz tal-ittra ta' ...,) x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Or. en

Emenda     298

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 57 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[(XX) F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.]

[(XX) F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.]

Or. en

Emenda     299

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)  F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-TUE u għat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u lanqas soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

(58)  F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-TUE u għat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhix marbuta biha u lanqas soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

Or. en

Emenda     300

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards għal:

Din id-Direttiva tistabbilixxi standards għal:

Or. en

Emenda     301

Birgit Sippel

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iżommu l-possibbiltà li jagħtu lill-membri tal-familja l-istatus ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja f'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, irrispettivament jekk dawn humiex soġġetti għal riskju ta' persekuzzjoni jew dannu serju, sabiex jiġi stabbilit status legali uniformi fi ħdan il-familja.

Or. en

Emenda     302

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Or. en

Emenda     303

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "protezzjoni internazzjonali" tfisser status ta' rifuġjat u status ta' protezzjoni sussidjarja kif definiti fil-punti (4) u (6);

(1)  "protezzjoni internazzjonali" tfisser status ta' rifuġjat kif definit fil-punt (4);

Or. en

Emenda     304

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali" tfisser persuna li ngħatat status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja kif definit fil-punti (4) u (6);

(2)  "benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali" tfisser persuna li ngħatat status ta' rifuġjat kif definit fil-punt (4);

Or. en

Emenda     305

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  (3)   "rifuġjat" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li, minħabba f'biża' ġustifikata li jiġi ppersegwitat għar-raġunijiet ta' razza, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija ta' grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta' nazzjonalità u ma jistax, jew minħabba din il-biża', ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba din il-biża', ma tixtieqx tirritorna lejh, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għaliha;

(3)  (3)   "rifuġjat" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li, minħabba f'biża' ġustifikata li jiġi ppersegwitat għar-raġunijiet ta' razza, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika, sess, orjentazzjoni sesswali, identità sesswali, diżabilità jew sħubija ta' grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta' nazzjonalità u ma jistax, jew minħabba din il-biża', ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba din il-biża', ma tixtieqx tirritorna lejh, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għaliha;

Or. en

Emenda     306

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  ("status ta' protezzjoni sussidjarja" tfisser ir-rikonoxximent minn Stat Membru ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja;

imħassar

Or. en

Emenda     307

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali" tfisser talba magħmula minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għal protezzjoni minn Stat Membru, li tista' tinftiehem li qed tfittex status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja

(7)  "applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali" tfisser talba magħmula minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għal protezzjoni minn Stat Membru, li tista' tinftiehem li qed tfittex status ta' rifuġjat

Or. en

Emenda     308

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "membri tal-familja" tfisser, sa fejn il-familja tkun diġà eżistiet qabel ma l-applikant ikun wasal fit-territorju tal-Istati Membri, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li ġejjin li huma preżenti fl-istess Stat Membru fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:

(9)  "membri tal-familja" tfisser il-membri tal-familja tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li ġejjin li huma preżenti fit-territorju tal-Istat Membru:

Or. en

Emenda     309

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "membri tal-familja" tfisser, sa fejn il-familja tkun diġà eżistiet qabel ma l-applikant ikun wasal fit-territorju tal-Istati Membri, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li ġejjin li huma preżenti fl-istess Stat Membru fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:

(9)  "membri tal-familja" tfisser il-membri tal-familja tal-applikant jew tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li ġejjin li huma preżenti fit-territorju tal-Istati Membri:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa suġġerit li tiġi inkluża l-lingwa li tirreferi għall-applikant, mhux biss għall-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, peress li din id-definizzjoni ta' membru tal-familja hija applikata fid-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza wkoll (Artikolu 2(3): Definizzjonijiet; Artikolu 3: Kamp ta' applikazzjoni) għas-sitwazzjoni tal-applikanti li għadhom ma ngħatawx protezzjoni internazzjonali.

Emenda     310

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "membri tal-familja" tfisser, sa fejn il-familja tkun diġà eżistiet qabel ma l-applikant ikun wasal fit-territorju tal-Istati Membri, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li ġejjin li huma preżenti fl-istess Stat Membru fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:

(9)  "membri tal-familja" tfisser, sa fejn il-familja tkun diġà eżistiet fil-pajjiż ta' oriġini, jew, fil-każ ta' persuna mingħajr stat, fil-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li ġejjin li huma preżenti fl-istess Stat Membru fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:

Or. en

Emenda     311

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-konjuġi tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali jew is-sieħeb/sieħba tiegħu f'relazzjoni stabbli, fejn il-liġi jew il-prattiki tal-Istat Membru interessat tittratta koppji mhux miżżewġa b'mod paragunabbli għal koppji miżżewġa skont il-liġi li tirrigwarda ċittadini ta' pajjiż terz;

(a)  il-konjuġi tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali jew is-sieħeb/sieħba tiegħu,

Or. en

Emenda     312

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-konjuġi tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali jew is-sieħeb/sieħba tiegħu f'relazzjoni stabbli, fejn il-liġi jew il-prattiki tal-Istat Membru interessat tittratta koppji mhux miżżewġa b'mod paragunabbli għal koppji miżżewġa skont il-liġi li tirrigwarda ċittadini ta' pajjiż terz;

(a)  il-konjuġi tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali jew is-sieħeb/sieħba tiegħu f'relazzjoni stabbli;

Or. en

Emenda     313

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tfal minorenni tal-koppji msemmija fil-punt (a) jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, fuq kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u indipendentement mill-fatt jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit skont liġi nazzjonali;

(b)  it-tfal tal-koppji msemmija fil-punt (a) jew tal-applikant jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, fuq kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u indipendentement mill-fatt jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit skont liġi nazzjonali, u t-tfal li għalihom iridu jerfgħu responsabbiltà legali jew primarja abitwali;

Or. en

Emenda     314

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu– paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tfal minorenni tal-koppji msemmija fil-punt (a) jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, fuq kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u indipendentement mill-fatt jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit skont liġi nazzjonali;

(b)  it-tfal tal-koppji msemmija fil-punt (a) jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, indipendentement mill-fatt jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit skont liġi nazzjonali;

Or. en

Emenda     315

Elly Schlein

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tfal minorenni tal-koppji msemmija fil-punt (a) jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, fuq kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u indipendentement mill-fatt jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit skont liġi nazzjonali;

(b)  l-ulied tal-koppji msemmija fil-punt (a) jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, indipendentement mill-fatt jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit skont liġi nazzjonali;

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-ulied tal-applikant jenħtieġ li jitqiesu bħala membri tal-familja irrispettivament mill-età jew mill-istatus ċivili tagħhom.

Emenda     316

Elly Schlein

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, meta dak il-benefiċjarju hu minorenni jew mhux miżżewweġ;

(c)  l-omm u l-missier tal-applikant jew adult ieħor responsabbli għall-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, meta dak il-benefiċjarju hu minorenni;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa ssuġġerit li jiġu indirizzati d-dispożizzjonijiet u l-garanziji dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja billi tiġi estiża wkoll id-definizzjoni tal-membri tal-familja.

Emenda     317

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, meta dak il-benefiċjarju hu minorenni jew mhux miżżewweġ;

(c)  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-applikant jew għall-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-Istat Membru kkonċernat.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ix-shadow rapporteur jaqbel mar-rapporteur li l-istatus ta' żwieġ jew mingħajr żwieġ tat-tfal jenħtieġ li jkun fattur meta jiġu ddeterminati l-membri ta' familja.

Emenda     318

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, meta dak il-benefiċjarju hu minorenni jew mhux miżżewweġ;

(c)  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, meta dak il-benefiċjarju hu minorenni;

Or. en

Emenda     319

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, meta dak il-benefiċjarju hu minorenni jew mhux miżżewweġ;

(c)  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, meta dak il-benefiċjarju hu minorenni;

Or. en

Emenda     320

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  l-aħwa tal-applikant jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali;

Or. en

Emenda     321

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  l-aħwa tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali;

Or. en

Emenda     322

Elly Schlein

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  -in-nanniet tal-applikant jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa ssuġġerit li jiġu indirizzati d-dispożizzjonijiet u l-garanziji dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja billi tiġi estiża wkoll id-definizzjoni tal-membri tal-familja.

Emenda     323

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  l-aħwa tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali;

Or. en

Emenda     324

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb)  il-missier, l-omm, in-nanna, in-nannu, iz-zija jew iz-ziju tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, irrispettivament minn jekk il-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali twilidx fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġiex adottat kif definit skont liġi nazzjonali;

Or. en

Emenda     325

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb)  il-qraba diretti fil-linja axxendenti tal-applikant jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali

Or. en

Emenda     326

Elly Schlein

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb)  -In-neputijiet tal-applikant;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa ssuġġerit li jiġu indirizzati d-dispożizzjonijiet u l-garanziji dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja billi tiġi estiża wkoll id-definizzjoni tal-membri tal-familja.

Emenda     327

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc)  "sponsor" tfisser" ċittadin ta' Stat Membru jew ċittadin ta' pajjiż terz awtorizzat minn Stat Membru biex jibqa' fit-territorju tiegħu bħala detentur ta' kwalunkwe permess ta' residenza maħruġ skont l-Unjoni jew il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru għal perjodu ta' sena jew aktar

Or. en

Emenda     328

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "minorenni" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat taħt l-età ta' 18-il sena;

(10)  "minorenni" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat taħt l-età ta' 18-il sena meta ġiet sottometta l-applikazzjoni tiegħu/tagħha għal protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     329

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  "wild" huwa ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li hija taħt l-età ta' 18-il sena meta ġiet sottometta l-applikazzjoni tiegħu/tagħha għal protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     330

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "minorenni mhux akkumpanjat" tfisser minorenni li jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għalih/għaliha kemm jekk bil-liġi jew bi prattika tal-Istat Membru kkonċernat u għaż-żmien sakemm ma jittiħdux effettivament fir-responsabbiltà ta' persuna tali; din tinkludi persuna minorenni li titħalla mhux akkumpanjata wara li tkun daħlet fit-territorju tal-Istati Membri;

(11)  "minorenni mhux akkumpanjat" tfisser minorenni li jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għalih/għaliha kemm jekk bil-liġi jew bi prattika tal-Istat Membru kkonċernat u għaż-żmien sakemm ma jittiħdux effettivament fir-responsabbiltà ta' persuna tali;

Or. en

Emenda     331

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  "irtirar ta' protezzjoni internazzjonali" tfisser id-deċiżjoni minn awtorità kompetenti li tirrevoka, ittemm jew tirrifjuta li ġġedded l-istatus ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja;

(14)  "irtirar ta' protezzjoni internazzjonali" tfisser id-deċiżjoni minn awtorità kompetenti li tirrevoka, ittemm jew tirrifjuta li ġġedded l-istatus ta' rifuġjat;

Or. en

Emenda     332

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "applikazzjoni sussegwenti" tfisser applikazzjoni oħra għall-protezzjoni internazzjonali li ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar applikazzjoni preċedenti, inkluż fejn l-applikant ikun irtira b'mod espliċitu l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha jew fejn l-awtorità determinanti tkun ċaħdet applikazzjoni bħala abbandunata wara l-irtirar impliċitu tagħha;

(15)  "applikazzjoni sussegwenti" tfisser applikazzjoni oħra għall-protezzjoni internazzjonali li ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar applikazzjoni preċedenti, inkluż fejn l-applikant ikun irtira b'mod espliċitu l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha;

Or. en

Emenda     333

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  "awtorità determinanti" tfisser kwalunkwe korp kważi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u kompetenti sabiex jieħu deċiżjonijiet fl-ewwel istanza f'tali każijiet;

(16)  "awtorità determinanti" tfisser kwalunkwe korp ġudizzjarju, kważi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u kompetenti sabiex jieħu deċiżjonijiet fl-ewwel istanza f'tali każijiet;

Or. en

Emenda     334

Jussi Halla-aho, Helga Stevens

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  "sigurtà soċjali" tfisser fergħat ta' sigurtà soċjali kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 li jkopru benefiċċji ta' mard; benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità; benefiċċji tal-invalidità; benefiċċji tax-xjuħija; benefiċċji tas-superstiti; benefiċċji marbutin ma' aċċidenti fuq ix-xogħol u ma' mard okkupazzjonali; għotjiet marbutin ma' mewt; benefiċċji tal-qgħad, benefiċċji għall-qabel l-irtirar u benefiċċji tal-familja;

(17)  "sigurtà soċjali" tfisser fergħat ta' sigurtà soċjali kif immarkati mill-Istat Membru;

_________________

44 Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu, mingħajr interferenza tal-UE, min għandu jiġi assigurat skont is-sistema ta' sigurtà soċjali nazzjonali, liema benefiċċji għandhom jingħataw u taħt liema kundizzjonijiet. Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sigurtà soċjali huwa wieħed mill-għodod disponibbli għall-Istati Membri biex jużawh sabiex jippreskrivu l-kamp ta' applikazzjoni ta' sigurtà soċjali li tista' tingħata.

Emenda     335

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Pál Csáky, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  "sigurtà soċjali" tfisser fergħat ta' sigurtà soċjali kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 li jkopru benefiċċji ta' mard; benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità; benefiċċji tal-invalidità; benefiċċji tax-xjuħija; benefiċċji tas-superstiti; benefiċċji marbutin ma' aċċidenti fuq ix-xogħol u ma' mard okkupazzjonali; għotjiet marbutin ma' mewt; benefiċċji tal-qgħad, benefiċċji għall-qabel l-irtirar u benefiċċji tal-familja;

(17)  "sigurtà soċjali" tfisser fergħat ta' sigurtà soċjali kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 ;

_________________

_________________

44 Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

44 Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

Or. en

Emenda     336

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  "gwardjan" tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu żgurati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ.

(19)  "gwardjan" tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f'din id-Direttiva bil-ħsieb li jiġu salvagwardjati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u l-benesseri ġenerali tiegħu jew tagħha u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ.

Or. en

Emenda     337

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  "gwardjan" tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu żgurati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ.

(19)  "gwardjan" tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu salvagwardjati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u l-benesseri tiegħu jew tagħha u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Armonizzazzjoni tad-definizzjonijiet u r-referenza għall-Artikolu tal-UNCRC.

Emenda     338

Kinga Gál

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  "gwardjan" tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu żgurati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ.

(19)  "gwardjan" tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat bil-ħsieb li jiġu salvagwardjati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u l-benesseri ġenerali tiegħu jew tagħha fil-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ.

Or. en

Emenda     339

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u għall-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali mogħtija.

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u għall-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali mogħtija. Id-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 15 u 21 ta' dan ir-Regolament japplikaw b'mod retrospettiv għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li għadhom ma eżawrewx il-validità tal-permessi ta' residenza tagħhom.

Or. en

Emenda     340

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u għall-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali mogħtija.

1.  Din id-Direttiva tapplika għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u għall-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali mogħtija.

Or. en

Emenda     341

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju ieħor maħruġ mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom għal dawk li ma jikkwalifikawx għal status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja. Dawn l-istati, jekk jinħarġu, għandhom jinħarġu b'tali mod li ma jinvolvux riskju ta' konfużjoni ma' protezzjoni internazzjonali.

2.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal status umanitarju ieħor maħruġ mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom għal dawk li ma jikkwalifikawx għal status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja.

Or. en

Emenda     342

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju ieħor maħruġ mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom għal dawk li ma jikkwalifikawx għal status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja. Dawn l-istati, jekk jinħarġu, għandhom jinħarġu b'tali mod li ma jinvolvux riskju ta' konfużjoni ma' protezzjoni internazzjonali.

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju ieħor maħruġ mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom għal dawk li ma jikkwalifikawx għal status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda f'konformità mal-emenda preċedenti għall-Premessa 9.

Emenda     343

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Filwaqt li ġeneralment m'hemm l-ebda definizzjoni miftiehma ta' persuna ambjentalment spostata fil-livell tal-Unjoni, dan ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jipprovdu protezzjoni lil persuni bħal dawn skont il-liġi nazzjonali jew prattika tagħhom stess.

Or. en

Emenda     344

Jussi Halla-aho, Helga Stevens

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Għandu jikkoopera mal-awtorità determinanti u għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura.

1.  L-applikant għandu jippreżenta mingħajr dewmien l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Għandu jikkoopera mal-awtorità determinanti u għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura. Kwalunkwe perjodu ta' permanenza illegali fit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tiġi ppreżentata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li tiġi investigata bħala evidenza potenzjali ta' motivi għal permanenza fl-Unjoni, minbarra tfittxija leġittima għal protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     345

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Għandu jikkoopera mal-awtorità determinanti u għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura.

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. L-awtorità determinanti u l-applikant għandhom jikkooperaw matul il-proċedura. L-applikant jenħtieġ li jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura. Fejn l-applikant ma jkunx disponibbli fi kwalunkwe punt waqt il-proċedra minħabba ċirkostanzi estenwanti, jenħtieġ li jitqiesu r-raġunijiet speċifiċi.

Or. en

Emenda     346

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, Carlos Coelho

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Għandu jikkoopera mal-awtorità determinanti u għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura.

1.  L-awtorità determinanti għandha tikkunsidrah dmir l-applikant li jippreżenta l-elementi kollha meħtieġa malajr kemm jista' jkun biex jissostanzja l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. F'kooperazzjoni mal-applikant, huwa dmir l-awtorità determinanti li tivvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni. L-applikant għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kliem użat fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/95/UE jidher li jiddeskrivi aħjar il-punt tar-responsabbiltà mill-applikant u milll-awtorità determinanti waqt il-valutazzjoni tal-fatti u ċ-ċirkostanzi.

Emenda     347

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Għandu jikkoopera mal-awtorità determinanti u għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura.

1.  F'kooperazzjoni mal-applikant, huwa dmir l-Istat Membru li jivvvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni.

Or. en

Emenda     348

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Għandu jikkoopera mal-awtorità determinanti u għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura.

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. L-awtoritajiet determinanti rilevanti jenħtieġ li jikkooperaw mal-applikant u għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura.

Or. en

Emenda     349

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-elementi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mid-dikjarazzjonijiet tal-applikant u d-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant rigward l-età tal-applikant, l-isfond, inkluż dak ta' qraba rilevanti, l-identità, in-nazzjonalità(nazzjonalitajiet), il-pajjiż(i) u l-post(ijiet) ta' residenza ta' qabel, l-applikazzjonijiet preċedenti [għal protezzjoni internazzjonali u r-riżultati ta' kwalunkwe proċedura ta' risistemazzjoni mħaffa kif definita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ir-Regolament dwar ir-risistemazzjoni]], ir-rotot tal-ivvjaġġar, id-dokumenti tal-ivvjaġġar u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

2.  L-elementi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mid-dikjarazzjonijiet tal-applikant u d-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant rigward l-età tal-applikant, l-isfond, inkluż dak ta' qraba rilevanti, l-identità, in-nazzjonalità(nazzjonalitajiet), il-pajjiż(i) u l-post(ijiet) ta' residenza ta' qabel, l-applikazzjonijiet preċedenti, ir-rotot tal-ivvjaġġar, id-dokumenti tal-ivvjaġġar u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     350

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-elementi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mid-dikjarazzjonijiet tal-applikant u d-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant rigward l-età tal-applikant, l-isfond, inkluż dak ta' qraba rilevanti, l-identità, in-nazzjonalità(nazzjonalitajiet), il-pajjiż(i) u l-post(ijiet) ta' residenza ta' qabel, l-applikazzjonijiet preċedenti [għal protezzjoni internazzjonali u r-riżultati ta' kwalunkwe proċedura ta' risistemazzjoni mħaffa kif definita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ir-Regolament dwar ir-risistemazzjoni]], ir-rotot tal-ivvjaġġar, id-dokumenti tal-ivvjaġġar u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

2.  L-elementi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mid-dikjarazzjonijiet tal-applikant u d-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant rigward l-età tal-applikant, l-isfond, inkluż dak ta' qraba rilevanti, l-identità, in-nazzjonalità(nazzjonalitajiet), il-pajjiż(i) u l-post(ijiet) ta' residenza ta' qabel, l-applikazzjonijiet preċedenti [għal protezzjoni internazzjonali u r-riżultati ta' kwalunkwe proċedura ta' risistemazzjoni mħaffa, ir-rotot tal-ivvjaġġar, id-dokumenti tal-ivvjaġġar u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda     351

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-proċeduri.]

3.  L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-proċeduri.] L-applikant għandu jkun soġġett għal valutazzjoni tal-età bl-użu tal-aktar metodi xjentifiċi aġġornati meta jkun hemm raġuni għal suspett li l-applikant huwa adult u huwa jgħid li għandu, mingħajr evidenza soda, bejn 15 u 17-il sena.

Or. en

Emenda     352

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-proċeduri.]

3.  F'kooperazzjoni mal-applikant, l-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-proċeduri.] u takkwista l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tivvaluta bir-reqqa l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali

Or. en

Ġustifikazzjoni

The shadow rapporteur is concerned that the balance struck by the proposal could adversely affect the burden of proof by relieving Member States from their obligation to assess the asylum application in cooperation with the individual asylum seeker, rather than solely on the basis of available elements. Such an omission would ignore jurisprudence from the ECtHR confirming the shared duty of an asylum-seeker and the authorities to ascertain and evaluate all relevant facts of the case in the asylum proceedings. Clarifying the wording of Article 4(3) could ensure that a collaborative process between both parties is maintained in the asylum procedure, thereby remaining in line with ECtHR standards.

Emenda     353

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-proċeduri.]

3.  F'kooperazzjoni mal-applikant, l-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-proċeduri.]

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-iċċarar tal-kliem ta' dan l-artikolu jiżgura li jinżamm proċess kollaborattiv bejn iż-żewġ partijiet fil-proċedura tal-asil, u għaldaqstant tinżamm konformità mal-istandards ECtHR.

Emenda     354

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-fatt li applikant diġà kien suġġett għal persekuzzjoni jew dannu serju, jew għal theddid dirett għal din il-persekuzzjoni jew dan id-dannu, għandu jitqies bħala indikazzjoni serja tal-biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni jew ir-riskju reali li jsofri dannu serju, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tajbin biex jitqies li din il-persekuzzjoni jew dan id-dannu serju ma jiġix ripetut.

4.  Il-fatt li applikant diġà kien suġġett għal persekuzzjoni jew dannu serju, jew għal theddid dirett għal din il-persekuzzjoni jew dan id-dannu, għandu jitqies bħala indikazzjoni serja tal-biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni jew ir-riskju reali li jsofri dannu serju.

Or. en

Emenda     355

Emenda     356

4.  Il-fatt li applikant diġà kien suġġett għal persekuzzjoni jew dannu serju, jew għal theddid dirett għal din il-persekuzzjoni jew dan id-dannu fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu, għandu jitqies bħala indikazzjoni serja tal-biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni jew ir-riskju reali li jsofri dannu serju, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tajbin biex jitqies li din il-persekuzzjoni jew dan id-dannu serju ma jiġix ripetut.

Or. en

Emenda     357

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġati minn evidenza dokumentarja jew xi evidenza oħra, l-ebda evidenza addizzjonali m'għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' dawk l-aspetti fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.  Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġati minn evidenza dokumentarja jew xi evidenza oħra, l-ebda evidenza addizzjonali m'għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' dawk l-aspetti u l-applikant għandu jingħata l-benefiċċju tad-dubju fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Or. en

Ġustifikazzjoni

The benefit of the doubt principle is well-established in international refugee law and requires that where an applicant's statements cannot be corroborated by evidence but has made a genuine effort to substantiate the claim, the lack of evidence or documents should not adversely affect the credibility of the claim, nor should the late submission of the claim. The explicit incorporation of the benefit of the doubt principle would be necessary to bring the Qualification Regulation in line with well-established practice and the UNHCR Handbook and guidelines on procedures and criteria for determining refugee status.

Emenda     358

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġati minn evidenza dokumentarja jew xi evidenza oħra, l-ebda evidenza addizzjonali m'għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' dawk l-aspetti fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.  Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġati minn evidenza dokumentarja jew xi evidenza oħra, l-ebda evidenza addizzjonali m'għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' dawk l-aspetti u l-applikant għandu jingħata l-benefiċċju tad-dubju fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Or. en

Ġustifikazzjoni

The benefit of the doubt principle is well-established in international refugee law and requires that where an applicant's statement cannot be corroborated by evidence but the applicant has made a genuine effort to substantiate the claim, the lack of evidence or documents should not adversely affect the credibility of the claim, nor should the late submission of the claim. The explicit incorporation of the benefit of the doubt principle would be necessary to bring the Qualification Regulation in line with well-established practice and the UNHCR Handbook and guidelines on procedures and criteria for determining refugee status. In A, B and C, the CJEU confirmed that while the Qualification Directive refers to the applicant submitting all elements as soon as possible to substantiate his or her claim, it is incumbent on the national authorities to cooperate with the applicant when assessing the relevant elements of the case and to have regard to the sensitive nature of the claim. For example, not declaring homosexuality at the outset to the relevant authorities cannot result in a conclusion that the individual's declaration lacks credibility. The Court further clarified that all fundamental rights, including dignity and privacy, must be respected in the process

Emenda     359

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġati minn evidenza dokumentarja jew xi evidenza oħra, l-ebda evidenza addizzjonali m'għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' dawk l-aspetti fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.  Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġati minn evidenza dokumentarja jew xi evidenza oħra, l-ebda evidenza addizzjonali m'għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' dawk l-aspetti u l-applikant għandu jingħata l-benefiċċju tad-dubju fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Or. en

Emenda     360

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġati minn evidenza dokumentarja jew xi evidenza oħra, l-ebda evidenza addizzjonali m'għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' dawk l-aspetti fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.  Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġati minn evidenza dokumentarja jew xi evidenza oħra, tista' tkun meħtieġa evidenza addizzjonali fir-rigward ta' dawk l-aspetti fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Or. en

Emenda     361

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-applikant ikun għamel sforz ġenwin sabiex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha;

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-terminu "sforz ġenwin" huwa wisq ambigwu u suġġettiv.

Emenda     362

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant ikunu ġew ippreżentati, u spjegazzjoni sodisfaċenti li tirrigwarda nuqqas ta' elementi rilevanti oħra tkun ingħatat;

(b)  l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant ikunu ġew ippreżentati

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 4(5).

Emenda     363

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant ikunu ġew ippreżentati, u spjegazzjoni sodisfaċenti li tirrigwarda nuqqas ta' elementi rilevanti oħra tkun ingħatat;

(b)  l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant ikunu ġew ippreżentati;

Or. en

Emenda     364

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-applikant ikun applika għal protezzjoni internazzjonali fil-ħin l-aktar kmieni possibbli, sakemm l-applikant ma jkunx jista' jagħti raġuni tajba għaliex ma jkunx għamel dan;

imħassar

Or. en

Emenda     365

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-applikant ikun applika għal protezzjoni internazzjonali fil-ħin l-aktar kmieni possibbli, sakemm l-applikant ma jkunx jista' jagħti raġuni tajba għaliex ma jkunx għamel dan;

imħassar

Or. en

Emenda     366

Ix-shadow rapporteur jaqbel mal-valutazzjoni tar-rapporteur li hemm bosta raġunijiet għalfejn applikant jista' ma jfittix protezzjoni internazzjonali immedjatament. Il-fatt jekk l-applikant ikunx applika għal protezzjoni internazzjonali malajr kemm jista' jkun jew le jenħtieġ li ma jiddeterminax il-piż marbut mad-dikjarazzjonijiet tal-applikant.

Emenda     367

Monika Hohlmeier

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-applikant ikun applika għal protezzjoni internazzjonali fil-ħin l-aktar kmieni possibbli, sakemm l-applikant ma jkunx jista' jagħti raġuni tajba għaliex ma jkunx għamel dan;

(d)  l-applikant ikun applika għal protezzjoni internazzjonali fil-ħin l-aktar kmieni possibbli;

Or. en

Emenda     368

Emenda     369

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-kredibbiltà ġenerali tal-applikant tkun ġiet stabbilita.

imħassar

Or. en

Emenda     370

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni jew riskju reali li l-persuna ssofri dannu serju jistgħu jiġu bbażati fuq każijiet li jkunu seħħew mindu l-applikant ikun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

1.  Biża' ta' persekuzzjoni jew riskju reali li l-persuna ssofri dannu serju jistgħu jiġu bbażati fuq każijiet li jkunu seħħew mindu l-applikant ikun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

Or. en

Emenda     371

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni jew riskju reali li l-persuna ssofri dannu serju jistgħu jiġu bbażati fuq każijiet li jkunu seħħew mindu l-applikant ikun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

1.  Biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni jew riskju reali li l-persuna ssofri dannu serju jistgħu jiġu bbażati biss fuq każijiet li jkunu seħħew fil-pajjiż ta' oriġini.

Or. en

Emenda     372

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni jew riskju reali li l-persuna ssofri dannu serju jistgħu jiġu bbażati fuq attivitajiet li l-applikant ikun wettaq minn meta telaq mill-pajjiż ta' oriġini, partikolarment fejn jiġi stabbilit li l-attivitajiet fuq liema jkun straħ jikkostitwixxu l-espressjoni u l-kontinwità ta' konvinzjonijiet jew orjentazzjonijiet miżmuma fil-pajjiż ta' oriġini.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-tneħħija hija kongruwenti mal-emenda għall-Artikolu 5(1).

Emenda     373

Jussi Halla-aho, Helga Stevens

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni jew riskju reali li l-persuna ssofri dannu serju jistgħu jiġu bbażati fuq attivitajiet li l-applikant ikun wettaq minn meta telaq mill-pajjiż ta' oriġini, partikolarment fejn jiġi stabbilit li l-attivitajiet fuq liema jkun straħ jikkostitwixxu l-espressjoni u l-kontinwità ta' konvinzjonijiet jew orjentazzjonijiet miżmuma fil-pajjiż ta' oriġini.

imħassar

Or. en

Emenda     374

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, Emil Radev

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Meta tiġi eżaminata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti għandha tivvaluta jekk l-applikant ikunx ġab ruħu apposta b'mod li jiddetermina l-persekuzzjoni tiegħu/tagħha fil-pajjiż ta' oriġini, għall-iskop uniku jew ewlieni li joħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' abbuż tas-SEKA mill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali.

Emenda     375

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, applikant li jiddepożita applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] normalment m'għandux jingħata status ta' rifuġjat jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

The examination of an application for international protection is concerned with the question whether the applicant has a well-founded fear of persecution or whether there are serious reasons to believe that the person has a real risk of being subjected to serious harm. Whether or not such risk results from circumstances created by the applicant since leaving the country is as such not relevant to this assessment. Through Article 5(3), even when formulated as an optional provision, the proposal runs the risk of denying international protection to persons who have a well-founded fear of persecution or risk serious harm through a legally irrelevant and by definition highly subjective assessment of whether they attempted to create conditions of eligibility for international protection. Article 5(3) is both unnecessary to secure the integrity of asylum systems and liable to deprive of protection those whose protection needs arise sur place.

Emenda     376

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, applikant li jiddepożita applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] normalment m'għandux jingħata status ta' rifuġjat jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

3.  imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Permezz tal-Artikolu 5(3), anki meta jiġi fformulat bħala dispożizzjoni fakultattiva, il-proposta għandha r-riskju li tirrifjuta li tagħti protezzjoni internazzjonali lil persuni li għandhom biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni jew riskju reali permezz ta' valutazzjoni legalment irrilevanti u b'definizzjoni, suġġettiva ħafna, dwar jekk ippruvawx joħolqu kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għal protezzjoni internazzjonali.

Emenda     377

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, applikant li jiddepożita applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] normalment m'għandux jingħata status ta' rifuġjat jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

3.  Sakemm kwalunkwe deċiżjoni tittieħed f'konformità sħiħa mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, applikant li jiddepożita applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jiġi rifjutat status ta' rifuġjat jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini. Dan jeskludi kwalunkwe ċirkostanza indipendenti mit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-applikant, inkluż iżda mhux limitat għall-orjentazzjoni sesswali, u t-twemmin reliġjuż tiegħu, li huwa seta' manifestament segwa f'diversi gradi waqt li kien fil-pajjiż ta' oriġini.

Or. en

Emenda     378

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, applikant li jiddepożita applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] normalment m'għandux jingħata status ta' rifuġjat jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, applikant li jiddepożita applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali normalment m'għandux jingħata status ta' rifuġjat jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

Or. en

Emenda     379

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, Emil Radev

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, applikant li jiddepożita applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] normalment m'għandux jingħata status ta' rifuġjat jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, applikant li jiddepożita applikazzjoni sussegwenti normalment m'għandux jingħata status ta' rifuġjat jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini għall-iskop uniku u ewlieni li tingħata protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' abbuż tas-SEKA mill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali.

Emenda     380

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju jistgħu jkunu biss:

Atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju jistgħu jkunu:

Or. en

Emenda     381

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju jistgħu jkunu biss:

B'mod partikolari, atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju huma:

Or. en

Emenda     382

Lorenzo Fontana

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  partijiet jew organizzazzjonijiet li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat;

(b)  partijiet jew organizzazzjonijiet terroristiċi li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat;

Or. it

Emenda     383

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  atturi mhux tal-Istat, jekk ikun jista' jiġi muri li l-atturi msemmija fil-punti (a) u (b), inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, ma jistgħux jew ma jixtiqux jipprovdu protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju kif imsemmi fl-Artikolu 7.

(c)  atturi mhux tal-Istat, minbarra organizzazzjonijiet kriminali jew terroristiċi li l-applikant huwa jew kien involut fihom b'mod volontarju, jekk ikun jista' jiġi muri li l-atturi msemmija fil-punti (a) u (b), inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, ma jistgħux jew ma jixtiqux jipprovdu protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju kif imsemmi fl-Artikolu 7.

Or. en

Emenda     384

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju tista' tiġi pprovduta biss minn dawn l-atturi li ġejjin:

1.  Protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju tista' tiġi pprovduta biss minn:

Or. en

Emenda     385

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat

imħassar

sakemm dawn iridu u jistgħu joffru protezzjoni skont il-paragrafu 2.

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-Artikolu 1A(2) tal-Konvenzjoni relatata mal-Istatus tar-Rifuġjati li saret f'Ġinevra fit-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967.

Emenda     386

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat

imħassar

sakemm dawn iridu u jistgħu joffru protezzjoni skont il-paragrafu 2.

Or. en

Ġustifikazzjoni

According to the 1951 refugee convention, as amended in 1967, the only protection actor is the State [Art. 1A(2)]:

"For the purposes of the present Convention, the term "refugee" shall apply to any person who:

…

(2) owing to well-founded fear of being persecuted for reasons of race, religion, nationality, membership of a particular social group or political opinion, is outside the country of his nationality and is unable or, owing to such fear, is unwilling to avail himself of the protection of that country; or who, not having a nationality and being outside the country of his former habitual residence as a result of such events, is unable or, owing to such fear, is unwilling to return to it." [country = state]

Emenda     387

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat

imħassar

Or. it

Emenda     388

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Article 7 – paragraph 1 – point b – paragraph 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-Konvenzjoni tar-Rifuġjati tal-1951, l-uniku attur ta' protezzjoni huwa l-Istat [Artikolu 1A(2)]:rifuġjat huwa "kwalunkwe persuna li minħabba f'biża' ġustifikata li jiġi ppersegwitat (...)ma jistax jew, minħabba din il-biża', ma jixtieqx jagħmel użu mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż; jew li, peress li m'għandux ċittadinanza u jinsab barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel tiegħu bħala riżultat ta' tali avvenimenti, ma jistax jew, minħabba din il-biża', ma jixtieqx li jerġa' jsib ruħu fiha."

Emenda     389

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-Artikolu 1A(2) tal-Konvenzjoni relatata mal-Istatus tar-Rifuġjati li saret f'Ġinevra fit-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967.

Emenda     390

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

sakemm dawn iridu u jistgħu joffru protezzjoni skont il-paragrafu 2.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-Artikolu 1A(2) tal-Konvenzjoni relatata mal-Istatus tar-Rifuġjati li saret f'Ġinevra fit-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967.

Emenda     391

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

sakemm dawn iridu u jistgħu joffru protezzjoni skont il-paragrafu 2.

Sakemm dawn iridu u jistgħu jipprovdu protezzjoni skont il-paragrafu 2.

Or. en

Emenda     392

Barbara Spinelli

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

sakemm dawn iridu u jistgħu joffru protezzjoni skont il-paragrafu 2.

Sakemm dawn iridu u jistgħu jipprovdu protezzjoni skont il-paragrafu 2.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ix-shadow rapporteur jaqbel mar-rapporteur li l-protezzjoni għall-applikant trid tinwera fil-prattika u f'dak il-każ partikolari, u mhux sempliċement fi prinċipju jew f'termini ġenerali. Jenħtieġ li jintwera mill-awtorità kompetenti li l-protezzjoni mhijiex biss temporanja u limitata fl-effettività tagħha.

Emenda     393

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

sakemm dawn iridu u jistgħu joffru protezzjoni skont il-paragrafu 2.

sakemm dawn iridu u jistgħu jiżguraw protezzjoni skont il-paragrafu 2.

Or. it

Emenda     394

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju għandha tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja. Dik il-protezzjoni għandha titqies li tkun ġiet ipprovduta meta l-atturi msemmija fil-paragrafu 1 jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu l-persekuzzjoni jew il-konsegwenzi ta' dannu serju, fost l-oħrajn, billi joperaw sistema legali effettiva għall-kxif, il-prosekuzzjoni u l-kastig ta' atti li jikkostitwixxu persekuzzjoni jew dannu serju, u meta l-applikant ikollu aċċess għal dik il-protezzjoni.

2.  Protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju għandha tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

Or. en

Emenda     395

Emenda     396

2.  Protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju għandha tkun effettiva. Dik il-protezzjoni għandha titqies li tkun ġiet ipprovduta meta l-atturi msemmija fil-paragrafu 1 jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu l-persekuzzjoni jew il-konsegwenzi ta' dannu serju, fost l-oħrajn, billi joperaw sistema legali effettiva għall-kxif, il-prosekuzzjoni u l-kastig ta' atti li jikkostitwixxu persekuzzjoni jew dannu serju, u meta l-applikant ikollu aċċess għal dik il-protezzjoni.

Or. en

Emenda     397

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju għandha tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja. Dik il-protezzjoni għandha titqies li tkun ġiet ipprovduta meta l-atturi msemmija fil-paragrafu 1 jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu l-persekuzzjoni jew il-konsegwenzi ta' dannu serju, fost l-oħrajn, billi joperaw sistema legali effettiva għall-kxif, il-prosekuzzjoni u l-kastig ta' atti li jikkostitwixxu persekuzzjoni jew dannu serju, u meta l-applikant ikollu aċċess għal dik il-protezzjoni.

2.  Protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju għandha tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja. Dik il-protezzjoni għandha titqies li tkun ġiet ipprovduta meta l-Istat jieħu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu l-persekuzzjoni jew il-konsegwenzi ta' dannu serju, fost l-oħrajn, billi joperaw sistema legali effettiva għall-kxif, il-prosekuzzjoni u l-kastig ta' atti li jikkostitwixxu persekuzzjoni jew dannu serju, u meta l-applikant ikollu aċċess għal dik il-protezzjoni.

Or. en

Emenda     398

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jiġi valutat jekk organizzazzjoni internazzjonali tikkontrollax Stat jew parti sostanzjali tat-territorju tiegħu u tipprovdix protezzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet determinanti għandhom iqisu kull gwida pprovduta fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ].

imħassar

Or. it

Emenda     399

3.  L-awtoritajiet determinanti għandhom jiżguraw li jiksbu u jqisu informazzjoni u gwida preċiża u aġġornata dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini mis-sorsi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali rilevanti kollha, inklużi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, esperti tal-UNHCR dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-NGOs. L-awtoritajiet determinanti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu attenzjoni speċjali lil informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini fil-livell tal-Unjoni, l-analiżi komuni tas-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini speċifiċi u n-noti ta' gwida msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ].

Or. en

Emenda     400

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jiġi valutat jekk organizzazzjoni internazzjonali tikkontrollax Stat jew parti sostanzjali tat-territorju tiegħu u tipprovdix protezzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet determinanti għandhom iqisu kull gwida pprovduta fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ].

3.  Meta jiġi valutat jekk organizzazzjoni internazzjonali tikkontrollax Stat jew parti sostanzjali tat-territorju tiegħu u tipprovdix protezzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet determinanti għandhom iqisu kull u jistgħu jibbażaw ruħhom fuq gwida pprovduta fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ].

Or. en

Emenda     401

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Pál Csáky, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jiġi valutat jekk organizzazzjoni internazzjonali tikkontrollax Stat jew parti sostanzjali tat-territorju tiegħu u tipprovdix protezzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet determinanti għandhom iqisu kull gwida pprovduta fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ].

3.  Meta jiġi valutat jekk organizzazzjoni internazzjonali tikkontrollax Stat jew parti sostanzjali tat-territorju tiegħu u tipprovdix protezzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet determinanti għandhom jistgħu jqisu kull gwida pprovduta fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ].

Or. en

Emenda     402

Barbara Spinelli, Cornelia Ernst

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' protezzjoni interna ma joriġinax mill-Konvenzjoni tar-Rifuġjati tal-1951 u jżid kriterju addizzjonali mal-eliġibbiltà ta' status ta' rifuġjat lil hinn mill-kriterji previsti fl-Artikolu 1A tal-Konvenzjoni tar-Rifuġjati, u b'hekk iwassal għar-riskju li jħalli lill-applikanti, intitolati għal protezzjoni skont il-Konvenzjoni, mingħajr protezzjoni skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda     403

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Or. en

Emenda     404

Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Or. it

Emenda     405

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bħala parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti għandha tiddetermina li applikant mhuwiex fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jekk ikun jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali lejn parti mill-pajjiż ta' oriġini u jkun jista' jikseb dħul għalih u jkun mistenni b'mod raġonevoli li jissetilja fih u jekk f'dik il-parti mill-pajjiż, hu:

imħassar

(a) ma jkollux biża' ġustifikata li jiġi ppersegwitat, jew mhuwiex fir-riskju reali li jsofri dannu serju; jew jew

(b) għandu aċċess għall-protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju.

Or. en

Emenda     406

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bħala parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti għandha tiddetermina li applikant mhuwiex fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jekk ikun jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali lejn parti mill-pajjiż ta' oriġini u jkun jista' jikseb dħul għalih u jkun mistenni b'mod raġonevoli li jissetilja fih u jekk f'dik il-parti mill-pajjiż, hu:

1.  Bħala parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, u sakemm l-Istat jew l-aġenti tal-Istat ma jkunux l-atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju, l-awtorità determinanti tista' tiddetermina li applikant mhuwiex fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jekk ikun jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali lejn parti mill-pajjiż ta' oriġini u jkun jista' jikseb dħul għalih u jkun mistenni b'mod raġonevoli li jissetilja fih u jekk f'dik il-parti mill-pajjiż, hu:

Or. en

Emenda     407

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ma jkollux biża' ġustifikata li jiġi ppersegwitat, jew mhuwiex fir-riskju reali li jsofri dannu serju; jew jew

imħassar

Or. en

Emenda     408

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għandu aċċess għall-protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju.

imħassar

Or. en

Emenda     409

Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għandu aċċess għall-protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju.

(b)  għandu aċċess għall-protezzjoni effettiva u durabbli sħiħa minn persekuzzjoni jew dannu serju.

Or. en

Emenda     410

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandha titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandu jaqa' fuq l-awtorità determinanti. L-applikant m'għandux ikun meħtieġ jipprova li, qabel ma jfittex il-protezzjoni internazzjonali, ikun eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha biex tinkiseb protezzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

imħassar

Or. en

Emenda     411

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Pál Csáky, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandha titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandu jaqa' fuq l-awtorità determinanti. L-applikant m'għandux ikun meħtieġ jipprova li, qabel ma jfittex il-protezzjoni internazzjonali, ikun eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha biex tinkiseb protezzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

2.  Il-valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandha titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika.

Or. en

Emenda     412

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandha titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandu jaqa' fuq l-awtorità determinanti. L-applikant m'għandux ikun meħtieġ jipprova li, qabel ma jfittex il-protezzjoni internazzjonali, ikun eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha biex tinkiseb protezzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

2.  Il-valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandha titwettaq malajr kemm jista' jkun u l-aktar tard sa meta jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tan-nondisponibbiltà tal-protezzjoni interna għandu jaqa' fuq l-applikant. L-applikant għandu jkun meħtieġ jipprova li, qabel ma jfittex il-protezzjoni internazzjonali, ikun eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha biex tinkiseb protezzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

B'mod partikolari meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li l-protezzjoni internazzjonali tkun disponibbli għal applikant ta' protezzjoni internazzjonali fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu, m'hemm l-ebda bżonn ta' proċedura mtawla ta' valutazzjoni minn qabel tal-kriterji ta' kwalifika. Għalhekk l-ordni ta' dawn il-valutazzjonijiet jenħtieġ li jkun flessibbli.

Emenda     413

Alessandra Mussolini, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Frank Engel, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, Carlos Coelho

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandha titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandu jaqa' fuq l-awtorità determinanti. L-applikant m'għandux ikun meħtieġ jipprova li, qabel ma jfittex il-protezzjoni internazzjonali, ikun eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha biex tinkiseb protezzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

2.  Il-valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna tista' titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandu jaqa' fuq l-awtorità determinanti. Madankollu, l-applikant għandu jikkollabora mal-awtorità determinanti sabiex jistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet għal protezzjoni interna f'parti mill-pajjiż ta' oriġini tiegħu/tagħha humiex issodisfati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Minkejja li l-oneru tal-prova tad-disponibbiltà ta' protezzjoni interna jenħtieġ li jkun tal-awtorità determinanti, huwa bl-istess mod meħtieġ li l-applikanti jgħinu lill-awtorità determinanti biex tikkonkludi jekk il-kundizzjonijiet għal protezzjoni interna jiġux issodisfati, billi jipprovdu informazzjoni sinifikanti u jwieġbu l-mistoqsijiet kollha li jsirulhom.

Emenda     414

Jean Lambert

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fl-eżami ta' jekk applikant għandux biża' ġustifikata li jkun ippersegwitat jew huwiex f'riskju reali li jsofri dannu serju, jew għandux aċċess għall-protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju f'parti mill-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-paragrafu 1, l-awtoritajiet determinanti għandhom, fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, iqisu ċ-ċirkostanzi ġenerali fis-seħħ f'dik il-parti tal-pajjiż u ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant skont l-Artikolu 4. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet determinanti għandhom jiżguraw li informazzjoni preċiża u aġġornata tinkiseb mis-sorsi rilevanti kollha, inkluż informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] kif ukoll informazzjoni u gwida maħruġa mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati.

imħassar

Or. en

Emenda     415

3.  Fl-eżami ta' jekk applikant għandux biża' ġustifikata li jkun ippersegwitat jew huwiex f'riskju reali li jsofri dannu serju, jew għandux aċċess għall-protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju f'parti mill-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-paragrafu 1, l-awtoritajiet determinanti għandhom, fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, iqisu ċ-ċirkostanzi ġenerali fis-seħħ f'dik il-parti tal-pajjiż u ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant skont l-Artikolu 4. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet determinanti għandhom jiżguraw li informazzjoni preċiża u aġġornata tinkiseb mis-sorsi rilevanti kollha, inkluż informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil.

Or. en

Emenda     416

Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Kinga Gál, Pál Csáky, Monica Macovei

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fl-eżami ta' jekk applikant għandux biża' ġustifikata li jkun ippersegwitat jew huwiex f'riskju reali li jsofri dannu serju, jew għandux aċċess għall-protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju f'parti mill-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-paragrafu 1, l-awtoritajiet determinanti għandhom, fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, iqisu ċ-ċirkostanzi ġenerali fis-seħħ f'dik il-parti tal-pajjiż u ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant skont l-Artikolu 4. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet determinanti għandhom jiżguraw li informazzjoni preċiża u aġġornata tinkiseb mis-sorsi rilevanti kollha, inkluż informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] kif ukoll informazzjoni u gwida maħruġa mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati.

3.  Fl-eżami ta' jekk applikant għandux biża' ġustifikata li jkun ippersegwitat jew huwiex f'riskju reali li jsofri dannu serju, jew għandux aċċess għall-protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju f'parti mill-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-paragrafu 1, l-awtoritajiet determinanti jistgħu, fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, iqisu ċ-ċirkostanzi ġenerali fis-seħħ f'dik il-parti tal-pajjiż u ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant skont l-Artikolu 4. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet determinanti għandhom jiżguraw li informazzjoni preċiża u aġġornata tinkiseb mis-sorsi rilevanti kollha, inkluż informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] kif ukoll informazzjoni u gwida maħruġa mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati.

Or. en