Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
2016/0224(COD)
26.6.2017
EMENDI
1118 - 1347
Abbozz ta' rapport
Laura Ferrara
(PE597.506v01-00)
Proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni
Proposta għal regolament
( COM(2016)0467 – C8-0321/2016 – 2016/0224(COD) )
AM_Com_LegReport
Emenda 1118
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-awtorità determinanti tista' testendi dak il-limitu ta' żmien ta' sitt xhur b'perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur fejn: | 3. L-awtorità determinanti tista' testendi dak il-limitu ta' żmien b'perjodu ta' mhux aktar minn xahrejn fejn: |
Or. en
Emenda 1119
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 3 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat japplikaw simultanjament għall-protezzjoni internazzjonali, bir-riżultat li jsir diffiċli fil-prattika li l-proċedura tiġi ffinalizzata fil-limitu ta' żmien ta' sitt xhur; | (a) numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat japplikaw simultanjament għall-protezzjoni internazzjonali, bir-riżultat li jsir diffiċli fil-prattika li l-proċedura tiġi ffinalizzata fil-limitu ta' żmien; |
Or. en
Emenda 1120
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-awtorità determinanti tista' tipposponi l-konklużjoni tal-proċedura tal-eżami meta ma jkunx mistennija b'mod raġonevoli li tiddeċiedi fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 40(4) fir-rigward tal-proċedura aċċellerata ta' eżami minħabba sitwazzjoni inċerta fil-pajjiż ta' oriġini li tkun mistennija li tkun temporanja. F'dawk il-każijiet, l-awtorità determinanti għandha: | imħassar |
(a) twettaq reviżjonijiet tas-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż ta' oriġini tal-inqas kull xaharejn; |
|
(b) tinforma lill-applikanti kkonċernati fi żmien raġonevoli bir-raġunijiet għall-posponiment. |
|
L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fi żmien raġonevoli dwar il-posponiment tal-proċeduri għal dak il-pajjiż ta' oriġini. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura ta' eżami fi żmien 15-il xahar minn meta ssir l-applikazzjoni. |
|
Or. en
Ġustifikazzjoni
Id-dispożizzjoni tidher eċċessivament arbitrarja u tista' tikkawża dewmien mhux ġustifikat fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.
Emenda 1121
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-awtorità determinanti tista' tipposponi l-konklużjoni tal-proċedura tal-eżami meta ma jkunx mistennija b'mod raġonevoli li tiddeċiedi fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 40(4) fir-rigward tal-proċedura aċċellerata ta' eżami minħabba sitwazzjoni inċerta fil-pajjiż ta' oriġini li tkun mistennija li tkun temporanja. F'dawk il-każijiet, l-awtorità determinanti għandha: | imħassar |
(a) twettaq reviżjonijiet tas-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż ta' oriġini tal-inqas kull xaharejn; |
|
(b) tinforma lill-applikanti kkonċernati fi żmien raġonevoli bir-raġunijiet għall-posponiment. |
|
L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fi żmien raġonevoli dwar il-posponiment tal-proċeduri għal dak il-pajjiż ta' oriġini. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura ta' eżami fi żmien 15-il xahar minn meta ssir l-applikazzjoni. |
|
Or. en
Emenda 1122
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini

Emenda 1123
Péter Niedermüller, Caterina Chinnici, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-awtorità determinanti tista' tipposponi l-konklużjoni tal-proċedura tal-eżami meta ma jkunx mistennija b'mod raġonevoli li tiddeċiedi fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 40(4) fir-rigward tal-proċedura aċċellerata ta' eżami minħabba sitwazzjoni inċerta fil-pajjiż ta' oriġini li tkun mistennija li tkun temporanja. F'dawk il-każijiet, l-awtorità determinanti għandha: | imħassar |
(a) twettaq reviżjonijiet tas-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż ta' oriġini tal-inqas kull xaharejn; |
|
(b) tinforma lill-applikanti kkonċernati fi żmien raġonevoli bir-raġunijiet għall-posponiment. |
|
Or. en
Ġustifikazzjoni
Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ma tistax sempliċiment titwaqqaf indefinittivament. Minbarra li xxejjen l-iskadenzi stabbiliti aktar qabel fl-Artikolu, ma tipprovdi ebda ċertezza legali għall-applikant jew għall-amministrazzjoni, u tistabbilixxi ostakolu kbir għall-integrazzjoni fis-soċjetà ospitanti għall-applikant li jkun qed jistenna d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu.
Emenda 1124
Elissavet Vozemberg-Vrionidi
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) twettaq reviżjonijiet tas-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż ta' oriġini tal-inqas kull xaharejn; | (a) twettaq reviżjonijiet tas-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż ta' oriġini tal-inqas kull xaharejn; dawn ir-reviżjonijiet se jsiru minn korpi kompetenti fil-livell tal-UE. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din il-proċedura eċċezzjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq approċċ komuni u gwida fil-livell tal-UE.
Emenda 1125
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) tinforma lill-applikanti kkonċernati fi żmien raġonevoli bir-raġunijiet għall-posponiment. | (b) tinforma lill-applikanti kkonċernati mill-aktar fis possibbli dwar ir-raġunament wara d-deċiżjoni li tipposponi temporanjament id-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni. |
Or. en
Emenda 1126
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fi żmien raġonevoli dwar il-posponiment tal-proċeduri għal dak il-pajjiż ta' oriġini. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura ta' eżami fi żmien 15-il xahar minn meta ssir l-applikazzjoni. | L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fi żmien raġonevoli dwar il-posponiment tal-proċeduri għal dak il-pajjiż ta' oriġini. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura ta' eżami fi żmien 12-il xahar minn meta ssir l-applikazzjoni. |
Or. en
Emenda 1127
Péter Niedermüller, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant mingħajr dewmien f'ilsien li jifhem jew raġonevolment hu mistenni li jifhem. | 1. Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant u lill-konsulent legali jew konsulent ieħor tiegħu mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sebat ijiem minn meta tittieħed id-deċiżjoni f'ilsien li jifhem jew raġonevolment hu mistenni li jifhem. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Id-deċiżjoni jenħtieġ li tintbagħat ukoll lill-konsulent legali tal-applikant. Huwa importanti li tiġi imposta skadenza għan-notifika lill-applikant, b'mod partikolari biex l-applikant ikun jista' jikkonforma ma' kwalunkwe skadenza għall-appell mid-deċiżjoni meħuda.
Emenda 1128
Monika Hohlmeier, Heinz K. Becker
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant mingħajr dewmien f'ilsien li jifhem jew raġonevolment hu mistenni li jifhem. | 1. Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant mingħajr dewmien f'ilsien li jifhem jew raġonevolment hu mistenni li jifhem, u fejn possibbli b'lingwa sempliċi. |
Or. en
Emenda 1129
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant mingħajr dewmien f'ilsien li jifhem jew raġonevolment hu mistenni li jifhem. | 1. Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant mingħajr dewmien f'ilsien li jifhem. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Kjarifika biex jitjieb l-għoti tal-informazzjoni.
Emenda 1130
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant mingħajr dewmien f'ilsien li jifhem jew raġonevolment hu mistenni li jifhem. | 1. Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant mingħajr dewmien f'ilsien li jifhem. |
Or. en
Emenda 1131

Emenda 1132
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f'dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista' jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub, sakemm mhux diġà pprovduta lill-applikant b'xi mod ieħor. | imħassar |
Or. en
Emenda 1133
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f'dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista' jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub, sakemm mhux diġà pprovduta lill-applikant b'xi mod ieħor. | 2. Fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f'dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista' jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub. |
Or. en
Emenda 1134
Beatrix von Storch
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f'dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista' jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub, sakemm mhux diġà pprovduta lill-applikant b'xi mod ieħor. | 2. Fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat, bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f'dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista' jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub, sakemm mhux diġà pprovduta lill-applikant b'xi mod ieħor. |
Or. en
Emenda 1135
Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f'dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista' jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub, sakemm mhux diġà pprovduta lill-applikant b'xi mod ieħor. | 2. Fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f'dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista' jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali - inkluż dwar l-iskadenzi rilevanti, għandha tingħata bil-miktub. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-informazzjoni dwar kif wieħed jappella deċiżjoni jenħtieġ li tinkludi dettalji dwar l-iskadenzi rilevanti. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata dejjem bil-miktub.
Emenda 1136
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. F'każijiet ta' applikazzjonijiet f'isem konjuġi, sħab, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u/jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata. | 3. F'każijiet ta' applikazzjonijiet f'isem konjuġi, sħab, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess, il-vjolenza abbażi ta' sess, traffikar, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali, l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess, jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata. |
Or. en
Emenda 1137
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. F'każijiet ta' applikazzjonijiet f'isem konjuġi, sħab, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u/jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata. | 3. F'każijiet ta' applikazzjonijiet f'isem konjuġi, sħab, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata. |
Or. en
Emenda 1138
Emil Radev
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. F'każijiet ta' applikazzjonijiet f'isem konjuġi, sħab, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u/jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata. | 3. F'każijiet ta' applikazzjonijiet f'isem minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess u/jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata. |
Or. bg
Emenda 1139
Péter Niedermüller, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Josef Weidenholzer
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. F'każijiet ta' applikazzjonijiet f'isem konjuġi, sħab, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u/jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata. | 3. F'każijiet ta' applikazzjonijiet f'isem konjuġi, sħab, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjonijiet ikunu kollha bbażati fuq l-istess raġunijiet eżatti, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għaċ-ċarezza
Emenda 1140
Sergei Stanishev
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. F'każijiet ta' applikazzjonijiet f'isem konjuġi, sħab, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u/jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata. | 3. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jeżamina applikazzjonijiet ta' membri tal-familja b'mod konġunt u kull meta l-applikazzjonijiet ikunu bbażati fuq l-istess raġunijiet, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'konformità ma' emendi preċedenti biex tingħata l-possibilità lill-Istati Membri jeżaminaw b'mod konġunt l-applikazzjonijiet.
Emenda 1141
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 36
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 36 | imħassar |
Deċiżjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni |
|
1. L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: |
|
(a) pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 44 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż; |
|
(b) pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 45 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż; |
|
(c) l-applikazzjoni tkun applikazzjoni sussegwenti, fejn ebda elementi jew sejbiet ġodda relatati mal-eżami dwar jekk l-applikant jikkwalifikax bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew relatati mar-raġuni tal-inammissibilità applikata qabel, ma jkunu rriżultaw jew ġew ippreżentati mill-applikant; |
|
(d) konjuġi jew sieħeb jew minorenni akkompanjat jippreżenta applikazzjoni wara li hu jkun ta l-kunsens tiegħu biex l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'ismu, u ma jkun hemm l-ebda fatt li jirrigwardja s-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifika applikazzjoni separata. |
|
2. Applikazzjoni ma għandhiex tkun eżaminata fuq il-merti tagħha f'każijiet fejn applikazzjoni mhix eżaminata b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), inkluż fejn Stat Membru ieħor ikun ta protezzjoni internazzjonali lill-applikant, jew meta applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont il-paragrafu 1. |
|
3. Il-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhomx japplikaw għal benefiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja li jkun ġie risistemat skont proċedura mħaffa b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni).37 |
|
4. Meta, wara l-eżami ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), l-ewwel Stat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jqis li din hija ammissibbli, id-dispożizzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhiex għalfejn terġa' tiġi applikata mill-Istat Membru responsabbli. |
|
5. Meta awtorità determinanti prima facie tqis li applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, din ma għandhiex tkun obbligata li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni. |
|
_________________ |
|
37 ĠU L […], […], p. […]. |
|
Or. en
Emenda 1142

F'konformità ma' emendi preċedenti biex jitneħħew il-kontrolli tal-ammisibilità bħala rekwiżit qabel jiġi applikat ir-Regolament ta' Dublin.
Emenda 1143
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: | imħassar |
(a) pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 44 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż; |
|
(b) pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 45 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż; |
|
(c) l-applikazzjoni tkun applikazzjoni sussegwenti, fejn ebda elementi jew sejbiet ġodda relatati mal-eżami dwar jekk l-applikant jikkwalifikax bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew relatati mar-raġuni tal-inammissibilità applikata qabel, ma jkunu rriżultaw jew ġew ippreżentati mill-applikant; |
|
(d) konjuġi jew sieħeb jew minorenni akkompanjat jippreżenta applikazzjoni wara li hu jkun ta l-kunsens tiegħu biex l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'ismu, u ma jkun hemm l-ebda fatt li jirrigwardja s-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifika applikazzjoni separata. |
|
Or. en
Emenda 1144
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: | 1. Meta jkun hemm inidkazzjonijiet li jeżistu r-raġunijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, l-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: |
Or. en
Emenda 1145
Brice Hortefeux, Rachida Dati
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: | 1. L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u tista' tirrifjutaha bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: |
Or. fr
Emenda 1146
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Filiz Hyusmenova
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: | 1. L-awtorità determinanti tista' tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u tista' tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-proċeduri tal-ammisibilità jenħtieġ li jibqgħu fakultattivi sabiex tinżamm il-flessibilità għall-Istati Membri.
Emenda 1147
Péter Niedermüller, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: | 1. L-awtorità determinanti tista' tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u tista' tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
It-test tal-ammisibilità jenħtieġ li ma jkunx impost fuq l-Istati Membri. Jenħtieġ li jibqa' parti fakultattiva tal-proċedura tal-asil.
Emenda 1148
Elly Schlein, Juan Fernando López Aguilar, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 44 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż; | imħassar |
Or. en
Emenda 1149
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 44 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż; | (a) pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 44 sakemm ikun se jiġi ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż; |
Or. en
Emenda 1150
Elly Schlein, Juan Fernando López Aguilar, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 45 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż; | imħassar |
Or. en
Emenda 1151
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 45 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż; | (b) pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 45 sakemm ikun se jiġi ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż; |
Or. en
Emenda 1152
Elly Schlein, Juan Fernando López Aguilar, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-applikazzjoni tkun applikazzjoni sussegwenti, fejn ebda elementi jew sejbiet ġodda relatati mal-eżami dwar jekk l-applikant jikkwalifikax bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew relatati mar-raġuni tal-inammissibilità applikata qabel, ma jkunu rriżultaw jew ġew ippreżentati mill-applikant; | imħassar |
Or. en
Emenda 1153
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) konjuġi jew sieħeb jew minorenni akkompanjat jippreżenta applikazzjoni wara li hu jkun ta l-kunsens tiegħu biex l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'ismu, u ma jkun hemm l-ebda fatt li jirrigwardja s-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifika applikazzjoni separata. | imħassar |
Or. en
Emenda 1154
Péter Niedermüller, Caterina Chinnici, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) konjuġi jew sieħeb jew minorenni akkompanjat jippreżenta applikazzjoni wara li hu jkun ta l-kunsens tiegħu biex l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'ismu, u ma jkun hemm l-ebda fatt li jirrigwardja s-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifika applikazzjoni separata. | (d) konjuġi jew sieħeb jew minorenni akkompanjat jippreżenta applikazzjoni wara li hu jkun ta l-kunsens tiegħu, skont l-Artikolu 31, biex l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'ismu, u ma jkun hemm l-ebda fatt li jirrigwardja s-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifika applikazzjoni separata. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li l-mod ta' kif konjuġi, sieħeb jew minorenni akkompanjat jagħti l-kunsens tiegħu biex l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'ismu jkun ċar.
Emenda 1155
Emil Radev
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt г
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
г) konjuġi jew sieħeb jew minorenni akkompanjat jippreżenta applikazzjoni wara li hu jkun ta l-kunsens tiegħu biex l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'ismu, u ma jkun hemm l-ebda fatt li jirrigwardja s-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifika applikazzjoni separata. | г) minorenni akkompanjat jippreżenta applikazzjoni wara li hu jkun ta l-kunsens tiegħu biex l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'ismu, u ma jkun hemm l-ebda fatt li jirrigwardja s-sitwazzjoni tal-minorenni li jiġġustifika applikazzjoni separata. |
Or. bg
Emenda 1156
Elly Schlein, Juan Fernando López Aguilar, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Applikazzjoni ma għandhiex tkun eżaminata fuq il-merti tagħha f'każijiet fejn applikazzjoni mhix eżaminata b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), inkluż fejn Stat Membru ieħor ikun ta protezzjoni internazzjonali lill-applikant, jew meta applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont il-paragrafu 1. | imħassar |
Or. en
Emenda 1157
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Applikazzjoni ma għandhiex tkun eżaminata fuq il-merti tagħha f'każijiet fejn applikazzjoni mhix eżaminata b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), inkluż fejn Stat Membru ieħor ikun ta protezzjoni internazzjonali lill-applikant, jew meta applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont il-paragrafu 1. | 2. Applikazzjoni ma għandhiex tkun eżaminata fuq il-merti tagħha f'każijiet fejn applikazzjoni mhix eżaminata b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), inkluż fejn Stat Membru ieħor ikun ta protezzjoni internazzjonali lill-applikant. |
Or. en
Emenda 1158
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhomx japplikaw għal benefiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja li jkun ġie risistemat skont proċedura mħaffa b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni).37 | imħassar |
_________________ |
|
37 ĠU L […], […], p. […]. |
|
Or. en
Emenda 1159
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini, Jean Lambert

Emenda 1160
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhomx japplikaw għal benefiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja li jkun ġie risistemat skont proċedura mħaffa b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni).37 | 3. Il-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhomx japplikaw għal benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali li jkun ġie risistemat b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni).37 |
_________________ | _________________ |
37 ĠU L […], […], p. […]. | 37 ĠU L […], […], p. […]. |
Or. en
Emenda 1161
Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Ana Gomes, Josef Weidenholzer, Caterina Chinnici
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Meta, wara l-eżami ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), l-ewwel Stat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jqis li din hija ammissibbli, id-dispożizzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhiex għalfejn terġa' tiġi applikata mill-Istat Membru responsabbli. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'konformità mal-emendi mressqa għar-Regolament ta' Dublin, mhu se jsir ebda test ta' ammissibilità skont dak ir-Regolament. Għall-finijiet ta' konsistenza, iridu nħassru r-referenza għat-testijiet ta' ammissibilità fl-ewwel Stati Membri.
Emenda 1162
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Meta, wara l-eżami ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), l-ewwel Stat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jqis li din hija ammissibbli, id-dispożizzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhiex għalfejn terġa' tiġi applikata mill-Istat Membru responsabbli. | imħassar |
Or. en
Emenda 1163
Elly Schlein, Juan Fernando López Aguilar, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Meta, wara l-eżami ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), l-ewwel Stat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jqis li din hija ammissibbli, id-dispożizzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhiex għalfejn terġa' tiġi applikata mill-Istat Membru responsabbli. | imħassar |
Or. en
Emenda 1164
Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer, Ana Gomes, Elly Schlein, Cécile Kashetu Kyenge
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta awtorità determinanti prima facie tqis li applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, din ma għandhiex tkun obbligata li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Konsistenza mal-emendi preċedenti. Peress li t-test tal-ammissibilità mhuwiex obbligatorju, m'hemmx għalfejn li nipprovdu lill-Istati Membri bl-għażla li jiddeċiedu malajr fuq il-merti tal-applikazzjoni. Xejn ma għandu jwaqqaf lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni mgħaġġla fuq kwalunkwe applikazzjoni, sakemm tagħmel l-intervista personali meħtieġa u tivvaluta l-evidenza rilevanti b'mod komprensiv.
Emenda 1165
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta awtorità determinanti prima facie tqis li applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, din ma għandhiex tkun obbligata li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni. | imħassar |
Or. en
Emenda 1166
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta awtorità determinanti prima facie tqis li applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, din ma għandhiex tkun obbligata li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni. | 5. Meta awtorità determinanti prima facie tqis li applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi skont l-Artikolu 37(3), din ma għandhiex tkun obbligata li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni. |
Or. en
Emenda 1167
Beatrix von Storch
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Meta teżamina applikazzjoni fuq il-merti, l-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk l-applikant jikkwalifikax bħala rifuġjat, u jekk le, għandha tiddetermina jekk l-applikant huwiex eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika). | 1. Meta teżamina applikazzjoni fuq il-merti, l-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk l-applikant jikkwalifikax bħala rifuġjat. |
Or. en
Emenda 1168
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fejn din tistabbilixxi li l-applikant ma jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika). | 2. L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fejn din tistabbilixxi li l-applikant ma jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika). L-applikant għandu d-dritt għal rimedju effettiv u għandu jkun jista' jikkontesta din id-deċiżjoni fil-qorti. |
Or. en
Emenda 1169
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-awtorità determinanti għandha tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a), (b), (c), (d) u (e). | 3. L-awtorità determinanti għandha tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi meta jkun hemm indikazzjonijiet li jeżistu r-raġunijiet fl-Artikolu 40(1)(a), (b), (c), (d) u (e). |
Or. en
Emenda 1170
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-awtorità determinanti għandha tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a), (b), (c), (d) u (e). | 3. L-awtorità determinanti għandha tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a), (b), (c), u (d). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-provenjenza minn pajjiż ta' oriġini sigur ma għandhiex tkun raġuni awtomatika biex wieħed iqis l-applikazzjoni bħala manifestament mingħajr bażi peress li l-persuna jista' jkollha ħtiġijiet ta' protezzjoni individwali anki jekk tkun ġejja minn pajjiż ta' oriġini sigur.
Emenda 1171
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-awtorità determinanti għandha tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a), (b), (c), (d) u (e). | 3. L-awtorità determinanti għandha tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40. |
Or. en
Emenda 1172
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-awtorità determinanti għandha tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a), (b), (c), (d) u (e). | 3. L-awtorità determinanti tista' tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(b). |
Or. en
Emenda 1173
Péter Niedermüller, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-awtorità determinanti għandha tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a), (b), (c), (d) u (e). | 3. L-awtorità determinanti tista' tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(b), (c), u (d). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Peress li s-sejbien li applikazzjoni hija manifestament mingħajr bażi għandu implikazzjonijiet għar-ritorn possibbli tal-applikant, jenħtieġ li jintuża biss fejn xieraq. Dan jenħtieġ li jiġi vvalutat mill-awtorità determinanti abbażi taċ-ċirkostanzi tal-każ individwali u mhux impost mid-dritt tal-Unjoni.
Emenda 1174
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Applikant jista', ex officio u fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, jirtira l-applikazzjoni tiegħu. | 1. Applikant jista', ex officio u fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, jirtira l-applikazzjoni tiegħu. L-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-applikant jifhem il-konsegwenzi proċedurali kollha ta' deċiżjoni bħal din. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa kruċjali li l-applikant jifhem il-konsegwenzi (konsiderevoli) tal-irtirar espliċitu tal-applikazzjoni tiegħu.
Emenda 1175
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 39
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[…] | imħassar |
Or. en
Emenda 1176
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Irtirar impliċitu ta' applikazzjonijiet | Il-waqfien ta' deċiżjoni dwar il-merti ta' applikazzjoni |
Or. en
Emenda 1177
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala abbandunata meta: | 1. L-awtorità determinanti tista' twaqqaf deċiżjoni dwar il-merti ta' applikazzjoni meta: |
Or. en
Emenda 1178
Péter Niedermüller, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala abbandunata meta: | 1. L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala rtirata b'mod impliċitu meta: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għall-konsistenza mat-titolu tal-Artikolu.
Emenda 1179
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala abbandunata meta: | 1. L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala rtirata meta: |
Or. en
Emenda 1180
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-applikant ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 28 minkejja li kellu opportunità effettiva biex jagħmel dan; | (a) l-applikant ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 28 minkejja li kellu opportunità effettiva biex jagħmel dan u jkun ġie informat dwar il-konsegwenzi jekk ma jressaqx l-applikazzjoni fil-limitu ta' żmien mogħti; |
Or. en
Emenda 1181
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-applikant ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 28 minkejja li kellu opportunità effettiva biex jagħmel dan; | (a) tliet xhur wara r-reġistrazzjoni u minkejja li jkun ġie mfakkar mill-awtorità determinanti l-applikant ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 28 minkejja li kellu opportunità effettiva biex jagħmel dan; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-qbiż tal-iskadenzi bi ftit jiem jenħtieġ li ma jwassalx għal miżuri ħorox bħal irtirar impliċitu peress li proċedura bħal din aktarx twassal għal żidiet drammatiċi ta' proċeduri ta' appell għaljin u li jieħdu ħafna ħin. Barra minn hekk, l-awtoritajiet jenħtieġ li jkunu obbligati jfakkru lill-applikant iressaq l-applikazzjoni tiegħu sabiex jilqgħu għall-problemi fejn l-applikant ma jkunx fehem li jrid iressaq l-applikazzjoni jew fejn applikazzjoni mressqa tkun intilfet.
Emenda 1182
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) konjuġi, sieħeb jew minorenni ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu wara li l-applikant ikun naqas milli jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) u (8); | imħassar |
Or. en
Emenda 1183
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) konjuġi, sieħeb jew minorenni ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu wara li l-applikant ikun naqas milli jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) u (8); | (b) tliet xhur wara r-reġistrazzjoni u minkejja li jkun ġie mfakkar mill-awtorità determinanti konjuġi, sieħeb jew minorenni ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu wara li l-applikant ikun naqas milli jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) u (8); |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-qbiż tal-iskadenzi bi ftit jiem ma għandux iwassal għal miżuri ħorox bħal irtirar impliċitu peress li proċedura bħal din aktarx twassal għal żidiet drammatiċi ta' proċeduri ta' appell għaljin u li jieħdu ħafna ħin. Barra minn hekk, l-awtoritajiet jenħtieġ li jkunu obbligati jfakkru lill-applikant iressaq l-applikazzjoni tiegħu sabiex jilqgħu għall-problemi fejn l-applikant ma jkunx fehem li jrid iressaq l-applikazzjoni jew fejn applikazzjoni mressqa tkun intilfet.
Emenda 1184
Emil Radev
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt б
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
б(а) konjuġi, sieħeb jew minorenni ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu wara li l-applikant ikun naqas milli jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) u (8); | б(а) minorenni ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu wara li l-applikant ikun naqas milli jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) u (8); |
Or. bg
Emenda 1185
Kinga Gál
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) konjuġi, sieħeb jew minorenni ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu wara li l-applikant ikun naqas milli jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) u (8); | b) konjuġi jew minorenni ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu wara li l-applikant ikun naqas milli jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) u (8); |
Or. hu
Emenda 1186
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa sabiex l-applikazzjoni tiġi eżaminata u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu u l-immaġni ta' wiċċu skont l-Artikolu 7(3); | (c) l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa msemmija f'(a) u (b) tat-tieni paragrafu fl-Artikolu 27(1) biex tiġi eżaminata l-applikazzjoni jew u billi ma jikkonformax mal-proċess ta' teħid ta' data bijometrika skont l-Artikolu 7(3); |
Or. en
Emenda 1187
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa sabiex l-applikazzjoni tiġi eżaminata u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu u l-immaġni ta' wiċċu skont l-Artikolu 7(3); | (c) l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji kollha meħtieġa sabiex l-applikazzjoni tiġi eżaminata jew billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu u l-immaġni ta' wiċċu skont l-Artikolu 7(3) jew b'nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 7(7); |
Or. en
Emenda 1188
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa sabiex l-applikazzjoni tiġi eżaminata u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu u l-immaġni ta' wiċċu skont l-Artikolu 7(3); | (c) l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji elenkati fl-Artikolu 27(1)(a) u (b) għall-eżami ta' applikazzjoni; |
Or. en
Emenda 1189
Péter Niedermüller, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa sabiex l-applikazzjoni tiġi eżaminata u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu u l-immaġni ta' wiċċu skont l-Artikolu 7(3); | (c) l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Id-dettalji minimi li applikant jeħtieġ li jipprovdi huma stabbiliti fl-Artikolu 27(1). Jekk ma jkun hemm ebda evidenza li tenħtieġ protezzjoni allura applikazzjoni tista' tkun irrifjutata bħala mingħajr bażi iżda biex tintlaħaq deċiżjoni li l-applikazzjoni ġiet irtirata b'mod impliċitu, jenħtieġ li jkun ċar li l-applikant ma tax id-dettalji minimi meħtieġa dwaru.
Emenda 1190
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-applikant ma jattendix għal intervista personali għalkemm hu kien meħtieġ jagħmel dan skont l-Artikoli 10 sa 12; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa raġonevoli li l-awtoritajiet jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar il-merti sostantivi tal-applikazzjoni mingħajr ma ssir intervista jekk l-applikant ma jattendix għall-intervista. Madankollu, jekk din titqies bħala raġuni għal irtirar impliċitu, ikun aħrax wisq u jista' jwassal għal numru konsiderevoli ta' appelli li jieħdu ħafna ħin.
Emenda 1191
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-applikant ma jattendix għal intervista personali għalkemm hu kien meħtieġ jagħmel dan skont l-Artikoli 10 sa 12; | (d) l-applikant ma attendiex għal intervista personali aktar minn darba u mingħajr spjegazzjoni raġonevoli għalkemm hu kien meħtieġ jagħmel dan skont l-Artikoli 10 sa 12; |
Or. en
Emenda 1192
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) l-applikant ikun abbanduna l-post ta' residenza tiegħu, mingħajr ma jkun informa lill-awtoritajiet kompetenti jew mingħajr awtorizzazzjoni kif previst fl-Artikolu 7(4); | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu l-valutazzjoni tal-merti tal-każ tal-applikant anki jekk ikun abbanduna l-post ta' residenza tiegħu. Madankollu, jekk din titqies bħala raġuni għal irtirar impliċitu, ikun aħrax wisq u jista' jwassal għal numru konsiderevoli ta' appelli li jieħdu ħafna ħin.
Emenda 1193
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) l-applikant ikun abbanduna l-post ta' residenza tiegħu, mingħajr ma jkun informa lill-awtoritajiet kompetenti jew mingħajr awtorizzazzjoni kif previst fl-Artikolu 7(4); | imħassar |
Or. en
Emenda 1194
Péter Niedermüller, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) l-applikant ikun abbanduna l-post ta' residenza tiegħu, mingħajr ma jkun informa lill-awtoritajiet kompetenti jew mingħajr awtorizzazzjoni kif previst fl-Artikolu 7(4); | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-applikant jista' jitqies biss li rtira l-applikazzjoni tiegħu b'mod espliċitu meta ma jsegwix il-passi proċedurali meħtieġa. Minn hemm, hija l-awtorità determinanti li għandha tasal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.
Emenda 1195
Péter Niedermüller, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) l-applikant ikun naqas milli jikkonforma b'mod ripetut mad-dmirijiet tar-rapportar imposti fuqu skont l-Artikolu 7(5). | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Segwi l-bidliet fl-Artikolu 7(5).
Emenda 1196
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) l-applikant ikun naqas milli jikkonforma b'mod ripetut mad-dmirijiet tar-rapportar imposti fuqu skont l-Artikolu 7(5). | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu l-valutazzjoni tal-merti tal-każ tal-applikant anki jekk ikun naqas mill-obbligi ta' rapportar. Madankollu, jekk din titqies bħala raġuni għal irtirar impliċitu, ikun aħrax wisq u jista' jwassal għal numru konsiderevoli ta' appelli li jieħdu ħafna ħin.
Emenda 1197
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) l-applikant ikun naqas milli jikkonforma b'mod ripetut mad-dmirijiet tar-rapportar imposti fuqu skont l-Artikolu 7(5). | (f) l-applikant ikun naqas milli jikkonforma mad-dmirijiet tar-rapportar imposti fuqu skont l-Artikolu 7(5) f'aktar minn okkażjoni waħda. |
Or. en
Emenda 1198
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) l-applikant ikun naqas milli jikkonforma b'mod ripetut mad-dmirijiet tar-rapportar imposti fuqu skont l-Artikolu 7(5). | (f) l-applikant ikun naqas milli jikkonforma mar-responsabbiltajiet imposti fuqu skont l-Artikolu 7(5) u 7(6). |
Or. en
Emenda 1199
Maria Grapini
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (fa) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni; |
Or. ro
Emenda 1200
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. (g) l-applikant jikser l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), mingħajr ma jkun jista' juri li l-ksur kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom; |
Or. en
Emenda 1201
Kinga Gál
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub. | imħassar |
Or. hu
Emenda 1202
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub. | 2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, u fejn l-applikant ġie informat kif xieraq mill-awtoritajiet responsabbli fil-bidu tal-proċedura rigward l-obbligi tiegħu msemmija f'dan ir-regolament u dwar il-konsegwenzi jekk jonqos minn dawn l-obbligi, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah dwar id-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala rtirata b'mod impliċitu jew mingħajr bażi, jekk l-awtorità determinanti tkun diġà sabet, fl-istadju li fih l-applikazzjoni tiġi ritrata b'mod impliċitu, li l-applikant ma jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE)cNru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika). |
Or. en
Emenda 1203
Péter Niedermüller, Josef Weidenholzer, Caterina Chinnici, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub. | 2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala rtirata b'mod impliċitu sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għall-konsistenza mat-titolu tal-Artikolu.
Emenda 1204
Elissavet Vozemberg-Vrionidi
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub. | 2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' tliet xhur mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Xahar huwa qasir ħafna u mhux perjodu ta' żmien realistiku.
Emenda 1205
Miltiadis Kyrkos

Emenda 1206
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub. | 2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' ġimagħtejn mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub. |
Or. en
Emenda 1207
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub. | 2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni tista' titwaqqaf b'mod definit sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' disa' xhur mid-data meta jirċievi n-notifika bil-miktub. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan iż-żmien huwa allinjat mad-Direttiva attwali dwar il-Proċeduri tal-Asil.
Emenda 1208
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni. | imħassar |
Or. en
Emenda 1209
Kinga Gál
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni. | imħassar |
Or. hu
Emenda 1210
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni. | 3. Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ir-rekwiżit li l-applikant jipprovdi evidenza li kwalunkwe nuqqas ta' rapportar kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom jista' jwassal għal tilwim legali ieħor li jtawwal il-proċess tal-applikazzjoni. Ikun aktar sempliċi li wieħed jissokta l-proċess.
Emenda 1211
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni. | 3. Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' ġimagħtejn u juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni. |
Or. en
Emenda 1212
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b'mod impliċitu. | imħassar |
Or. en
Emenda 1213
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b'mod impliċitu. | 4. Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b'mod impliċitu. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ir-rekwiżit li l-applikant jipprovdi evidenza li kwalunkwe nuqqas ta' rapportar kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom jista' jwassal għal tilwim legali ieħor li jtawwal il-proċess tal-applikazzjoni. Ikun aktar sempliċi li wieħed jissokta l-proċess.
Emenda 1214
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b'mod impliċitu. | 4. Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' disa' xhur u ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun twaqqfet b'mod definit. |
Or. en
Emenda 1215
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b'mod impliċitu. | 4. Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' ġimagħtejn jew ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b'mod impliċitu. |
Or. en
Emenda 1216
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Fejn applikazzjoni tiġi rtirata b'mod impliċitu mill-applikant, l-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala abbandunata jew bħala mingħajr bażi fejn l-awtorità determinanti tkun, fl-istadju li fih l-applikazzjoni tiġi rtirata impliċitament, diġà sabet li l-applikant ma jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika). | imħassar |
Or. en
Emenda 1217

Emenda 1218
Kinga Gál
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Fejn applikazzjoni tiġi rtirata b'mod impliċitu mill-applikant, l-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala abbandunata jew bħala mingħajr bażi fejn l-awtorità determinanti tkun, fl-istadju li fih l-applikazzjoni tiġi rtirata impliċitament, diġà sabet li l-applikant ma jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika). | (5) Fejn applikazzjoni tiġi rtirata b'mod impliċitu mill-applikant, l-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjoni li twaqqaf l-applikazzjoni bħala abbandunata jew bħala mingħajr bażi. . |
Or. hu
Emenda 1219
Péter Niedermüller, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Fejn applikazzjoni tiġi rtirata b'mod impliċitu mill-applikant, l-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala abbandunata jew bħala mingħajr bażi fejn l-awtorità determinanti tkun, fl-istadju li fih l-applikazzjoni tiġi rtirata impliċitament, diġà sabet li l-applikant ma jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika). | 5. Fejn applikazzjoni tiġi rtirata b'mod impliċitu mill-applikant, l-awtorità determinanti tista' tieħu deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala rtirata b'mod impliċitu jew bħala mingħajr bażi fejn l-awtorità determinanti tkun, fl-istadju li fih l-applikazzjoni tiġi rtirata impliċitament, diġà sabet li l-applikant ma jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għall-konsistenza mat-titolu tal-Artikolu. L-għażla tar-raġunijiet għar-rifjut tal-applikazzjoni tibqa' f'idejn l-awtorità determinanti.
Emenda 1220
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. Meta tiddeċiedi dwar iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li din il-persuna ma titneħħiex bi ksur tal-prinċipu ta' non-refoulement. |
Or. en
Emenda 1221
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Barbara Matera, Damiano Zoffoli, Michaela Šojdrová, Brando Benifei, Lara Comi, Carlos Coelho
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. Il-proċedura ta' rtirar impliċitu ma għandhiex tapplika għall-minorenni. |
Or. en
Emenda 1222
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, taċċellera l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, f'każijiet fejn: | 1. L-awtorità determinanti għandha, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, taċċellera l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali meta jiġi determinat li l-applikant jinsab f'qagħda ta' vulnerabbiltà li fiha huwa jeħtieġ li jirċievi protezzjoni internazzjonali fl-iqsar żmien possibbli. |
Or. en
Emenda 1223
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Filiz Hyusmenova
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, taċċellera l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, f'każijiet fejn: | 1. L-awtorità determinanti tista', b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, taċċellera l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, f'każijiet fejn: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jidher li huwa sensibbli li l-Istati Membri jingħataw ċerta diskrezzjoni dwar jekk jużawx proċeduri aċċellerati jew le.
Emenda 1224
Péter Niedermüller
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, taċċellera l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, f'każijiet fejn: | 1. L-awtorità determinanti tista', b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, taċċellera l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, f'każijiet fejn: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-għażla li japplikaw proċedura aċċellerata jenħtieġ li tibqa' fakultattiva għall-awtoritajiet determinanti. Xejn ma jżomm lil awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni mgħaġġla skont l-eżami normali tal-merti.
Emenda 1225
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti għandha, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, taċċellera l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, f'każijiet fejn: | 1. L-awtorità determinanti tista', b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, taċċellera l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, f'każijiet fejn: |
Or. en
Emenda 1226
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-applikant, fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu u fil-preżentazzjoni tal-fatti, ikun qajjem biss kwistjonijiet li mhumiex rilevanti għall-eżami dwar jekk huwa jikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika); | imħassar |
Or. en
Emenda 1227
Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) l-applikant jista', għal raġunijiet serji, jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku tal-Istati Membri; |
Or. en
Emenda 1228
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) l-applikazzjoni aktarx tkun iġġustifikata; |
Or. en
Emenda 1229
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-applikant ikun għamel rappreżentazzjonijiet li b'mod ċar kienu inkonsistenti u kontradittorji li jkunu foloz jew manifestament improbabbli jew insuffiċjenti li jikkontradixxu informazzjoni vverfikata kif xieraq dwar il-pajjiż ta' oriġini, li konsegwentement jwasslu biex it-talba tiegħu ma tkunx tidher konvinċenti fir-rigward ta' jekk jikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika); | imħassar |
Or. en
Emenda 1230
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Iż-żamma ta' informazzjoni jenħtieġ li ma jkollhiex bħala konsegwenza li tiġi applikata proċedura aċċellerata.
Emenda 1231
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni; | imħassar |
Or. en
Emenda 1232
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni; | (c) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih, qered jew rema informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità, in-nazzjonalità, jew ir-rotta tal-vjaġġ tiegħu jew ir-raġunijiet għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali; |
Or. en
Emenda 1233
Brice Hortefeux, Rachida Dati
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni; | (c) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni falza, dokumenti foloz jew dokumenti ffalsifikati jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità, l-età jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni; |
Or. fr
Emenda 1234
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-applikant qed jagħmel applikazzjoni sempliċiment biex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta' deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fit-tkeċċija tiegħu minn territorju ta' Stat Membru; | imħassar |
Or. en
Emenda 1235

Emenda 1236
Brice Hortefeux, Rachida Dati
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-applikant qed jagħmel applikazzjoni sempliċiment biex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta' deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fit-tkeċċija tiegħu minn territorju ta' Stat Membru; | (d) l-applikant qed jagħmel applikazzjoni sempliċiment bil-għan li jittardja jew ifixkel l-infurzar ta' deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fit-tkeċċija tiegħu minn territorju ta' Stat Membru; |
Or. fr
Emenda 1237
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-applikant qed jagħmel applikazzjoni sempliċiment biex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta' deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fit-tkeċċija tiegħu minn territorju ta' Stat Membru; | (d) l-applikant qed jagħmel applikazzjoni sempliċiment biex jittardja, ifixkel jew jipprevjeni l-infurzar ta' deċiżjoni li tirriżulta fit-tkeċċija tiegħu minn territorju ta' Stat Membru; |
Or. en
Emenda 1238
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) pajjiż terz jista' jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għall-applikant fis-sens ta' dan ir-Regolament; | imħassar |
Or. en
Emenda 1239

Emenda 1240
Péter Niedermüller
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) pajjiż terz jista' jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għall-applikant fis-sens ta' dan ir-Regolament; | (e) pajjiż terz jista' jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għall-applikant fis-sens ta' dan ir-Regolament, diment li jista' jingħata appoġġ adegwat għall-fini tal-Artikolu 19 fil-kuntest ta' proċedura bħal din; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-kliem huwa allinjat mal-Emendi 35 u 36 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini siguri ("ir-Regolament SCO").
Emenda 1241
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) pajjiż terz jista' jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għall-applikant fis-sens ta' dan ir-Regolament; | (e) pajjiż terz huwa meqjus bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għall-applikant fis-sens ta' dan ir-Regolament; |
Or. en
Emenda 1242
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) l-applikant jista', għal raġunijiet serji, jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku tal-Istati Membri; | imħassar |
Or. en
Emenda 1243
Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) l-applikant jista', għal raġunijiet serji, jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku tal-Istati Membri; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 40(1)(f) tmexxa għall-Artikolu 40(1)(aa).
Emenda 1244
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) l-applikant jista', għal raġunijiet serji, jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku tal-Istati Membri; | imħassar |
Or. en
Emenda 1245
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) l-applikant jista', għal raġunijiet serji, jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku tal-Istati Membri; | (f) l-applikant jista' jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku tal-Istati Membri; |
Or. en
Emenda 1246

Emenda 1247
Monika Hohlmeier, Heinz K. Becker
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (fa) l-applikant wettaq reat, li huwa punit bi priġunerija. |
Or. en
Emenda 1248
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) l-applikant jikser l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), mingħajr ma jkun jista' juri li l-ksur kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-proċeduri aċċellerati mhumiex għodda xierqa biex jillimitaw movimenti sekondarji, f'każijiet fejn l-applikant aktarx jirċievi protezzjoni tista' taħdem ukoll bħala inċentiv ta' ħarba.
Emenda 1249
Péter Niedermüller, Ana Gomes, Josef Weidenholzer
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) l-applikant jikser l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), mingħajr ma jkun jista' juri li l-ksur kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-obbligi stabbiliti fir-Regolament ta' Dublin ma għandhom ebda effett fuq jekk applikant huwiex intitolat għal protezzjoni internazzjonali.
Emenda 1250
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) l-applikant jikser l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), mingħajr ma jkun jista' juri li l-ksur kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom; | imħassar |
Or. en
Emenda 1251
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) l-applikant jikser l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), mingħajr ma jkun jista' juri li l-ksur kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom; | imħassar |
Or. en
Emenda 1252
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) l-applikant jikser l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), mingħajr ma jkun jista' juri li l-ksur kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom; | (g) l-applikant jikser l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), mingħajr ma jkun jista' juri li l-ksur kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom; |
Or. en
Emenda 1253
Monika Hohlmeier, Heinz K. Becker
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ga) l-applikant ivvjaġġa jew ipprova jivvjaġġa lejn pajjiż barra t-territorju tal-Istati Membri tal-UE, speċjalment lejn il-pajjiż ta' oriġini tal-applikant, minn meta ġie rreġistrat bħala applikant għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru tal-UE. |
Or. en
Emenda 1254
Péter Niedermüller, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Josef Weidenholzer
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) l-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti, fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija bla sustanza jew abużiva li din ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-fatt li applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti ma jimplikax li mhux se jkollha suċċess. Il-fatt li każijiet bħal dawn ma jaqgħux taħt proċedura aċċellerata ta' eżami ma għandux iwaqqaf lill-awtorità determinanti milli tasal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien xahrejn minn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, diment li tagħmel l-intervista personali meħtieġa u tivvaluta l-evidenza rilevanti b'mod komprensiv.
Emenda 1255
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) l-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti, fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija bla sustanza jew abużiva li din ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. | imħassar |
Or. en
Emenda 1256
Emil Radev
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt з
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
з) l-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti, fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija bla sustanza jew abużiva li din ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. | з) l-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti, inkluż fejn il-persuna diġà ma ngħatatx protezzjoni jew kienet is-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn, fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija bla sustanza jew abużiva li din ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. |
Or. bg
Emenda 1257
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) l-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti, fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija bla sustanza jew abużiva li din ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. | (h) L-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti li b'mod ċar ma għandhiex elementi sostantivi u għalhekk ma jkollha l-ebda prospett ta' suċċess; |
Or. en
Emenda 1258
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien xahrejn minn meta tiġi preżentata l-applikazzjoni. Bħala eċċezzjoni, fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu (1)(d), l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien tmint ijiem ta' xogħol. | 2. L-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien xahrejn minn meta tiġi preżentata l-applikazzjoni. |
Or. en
Emenda 1259

Emenda 1260
Péter Niedermüller, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien xahrejn minn meta tiġi preżentata l-applikazzjoni. Bħala eċċezzjoni, fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu (1)(d), l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien tmint ijiem ta' xogħol. | 2. L-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien xahrejn minn meta tiġi preżentata l-applikazzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din hija skadenza oħra bla bżonn imposta fuq l-awtorità determinanti. Jekk tapplika l-proċedura aċċellerata, allura jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni fi żmien xahrejn.
Emenda 1261
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien xahrejn minn meta tiġi preżentata l-applikazzjoni. Bħala eċċezzjoni, fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu (1)(d), l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien tmint ijiem ta' xogħol. | 2. L-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien xahrejn minn meta tiġi preżentata l-applikazzjoni. Bħala eċċezzjoni, fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu (1)(d) u (1)(h), l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien tmint ijiem ta' xogħol. |
Or. en
Emenda 1262
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-Istat Membru responsabbli għandu jippermetti lill-applikanti jibqgħu fit-territorju tagħhom sakemm jiskadi l-limitu ta' żmien li fih ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv u, meta tali dritt ikun ġie eżerċitat fil-limitu ta' żmien, sa meta joħroġ ir-riżultat tar-rimedju, f'konformità mal-Artikolu 54 ta' dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 1263
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Fejn l-awtorità determinanti tqis li l-eżami tal-applikazzjoni jinvolvi kwistjonijiet ta' fatti jew ta' liġi li huma kumplessi biex jiġu eżaminati taħt proċedura aċċellerata ta' eżami, din tista' tkompli l-eżami fuq il-merti b'konformità mal-Artikoli 34 u 37. F'dak il-każ, jew fejn ma tkunx tista' tittieħed deċiżjoni oħra fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, l-applikant ikkonċernat għandu jkun infurmat dwar il-bidla fil-proċedura. | 4. Fejn l-awtorità determinanti tqis li l-eżami tal-applikazzjoni jinvolvi kwistjonijiet ta' fatti jew ta' liġi li huma kumplessi wisq biex jiġu eżaminati taħt proċedura aċċellerata ta' eżami, din tista' tkompli l-eżami fuq il-merti b'konformità mal-Artikoli 34 u 37. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtorità determinanti li tiddikjara applikazzjoni manifestament mingħajr bażi skont l-Artikolu 37(3) li għandu jibqa' validu wkoll għall-proċedura sussegwenti ta' eżami fuq il-merti. F'dak il-każ, jew fejn ma tkunx tista' tittieħed deċiżjoni oħra fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, l-applikant ikkonċernat għandu jkun infurmat dwar il-bidla fil-proċedura. |
Or. en
Emenda 1264
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Fejn l-awtorità determinanti tqis li l-eżami tal-applikazzjoni jinvolvi kwistjonijiet ta' fatti jew ta' liġi li huma kumplessi biex jiġu eżaminati taħt proċedura aċċellerata ta' eżami, din tista' tkompli l-eżami fuq il-merti b'konformità mal-Artikoli 34 u 37. F'dak il-każ, jew fejn ma tkunx tista' tittieħed deċiżjoni oħra fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, l-applikant ikkonċernat għandu jkun infurmat dwar il-bidla fil-proċedura. | 4. Fejn l-awtorità determinanti tqis li l-eżami tal-applikazzjoni jinvolvi kwistjonijiet ta' fatti jew ta' liġi li huma kumplessi wisq biex jiġu eżaminati taħt proċedura aċċellerata ta' eżami, jew fejn ma tkunx tista' tittieħed deċiżjoni fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, din għandha tkompli l-eżami fuq il-merti b'konformità mal-Artikoli 34 u 37. F'dak il-każ, l-applikant ikkonċernat għandu jkun infurmat dwar il-bidla fil-proċedura. |
Or. en
Emenda 1265
Elissavet Vozemberg-Vrionidi
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-proċedura aċċellerata ta' eżami tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss meta: | imħassar |
(a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; |
|
(b) l-applikant ikun jista' għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali. |
|
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-minorenni mhux akkompanjati qatt ma għandhom ikunu eżaminati skont proċedura aċċellerata.
Emenda 1266
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-proċedura aċċellerata ta' eżami tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss meta: | imħassar |
(a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; |
|
(b) l-applikant ikun jista' għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali. |
|
Or. en
Emenda 1267
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Barbara Matera, Damiano Zoffoli, Michaela Šojdrová, Brando Benifei, Lara Comi

Emenda 1268
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-proċedura aċċellerata ta' eżami tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss meta: | 5. Il-proċedura aċċellerata ta' eżami tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss meta jiġi determinat li l-minorenni mhux akkompanjat jinsab f'qagħda ta' vulnerabbiltà li fiha huwa jeħtieġ li jirċievi protezzjoni internazzjonali fl-iqsar żmien possibbli. |
Or. en
Emenda 1269
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-proċedura aċċellerata ta' eżami tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss meta: | 5. Il-proċedura aċċellerata ta' eżami tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss meta l-applikazzjoni aktarx tkun ġustifikata. |
Or. en
Emenda 1270
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-uniku punt li jenħtieġ li jiġġustifika proċeduri aċċellerati għall-minorenni huwa meta jkun hemm riskju għas-sigurtà.
Emenda 1271
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; | imħassar |
Or. en
Emenda 1272
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; | imħassar |
Or. en
Emenda 1273
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-applikant ikun jista' għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali. | imħassar |
Or. en
Emenda 1274
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-applikant ikun jista' għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali. | imħassar |
Or. en
Emenda 1275
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Barbara Matera, Damiano Zoffoli, Michaela Šojdrová, Brando Benifei, Lara Comi
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. Il-proċedura aċċellerata ta' eżami ma għandhiex tapplika għall-minorenni. |
Or. en
Emenda 1276
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 41
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[…] | imħassar |
Or. en
Emenda 1277
Emil Radev
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti tista', skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu fl-Istati Memrbi dwar: | 1. L-awtorità determinanti tista', skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, tieħu deċiżjoni, fid-diskrezzjoni tagħha stess u skont il-kapaċità tagħha, dwar applikazzjoni fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu fl-Istati Memrbi dwar |
Or. bg
Emenda 1278
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti tista', skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu fl-Istati Memrbi dwar: | 1. L-awtorità determinanti tista' tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu fl-Istati Membri skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. Din id-deċiżjoni għandha tiġi limitata għal: |
Or. en
Emenda 1279
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtorità determinanti tista', skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu fl-Istati Memrbi dwar: | 1. L-awtorità determinanti għandha, skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu fl-Istati Membri dwar: |
Or. en
Emenda 1280

Emenda 1281
Sergei Stanishev
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-ammissibilità ta' applikazzjoni li ssir f'tali postijiet skont l-Artikolu 36(1); jew | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'konformità ma' emendi preċedenti biex jitneħħew il-kontrolli tal-ammisibilità bħala rekwiżit qabel jiġi applikat ir-Regolament ta' Dublin.
Emenda 1282
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-ammissibilità ta' applikazzjoni li ssir f'tali postijiet skont l-Artikolu 36(1); jew | (a) l-ammissibilità ta' applikazzjoni li ssir f'tali postijiet skont l-Artikolu 36; jew |
Or. en
Emenda 1283
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) il-merti ta' applikazzjoni fil-każijiet soġġetti għal proċedura aċċellerata ta' eżami msemmija fl-Artikolu 40. | imħassar |
Or. en
Emenda 1284
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) il-merti ta' applikazzjoni fil-każijiet soġġetti għal proċedura aċċellerata ta' eżami msemmija fl-Artikolu 40. | (b) l-irtirar impliċitu ta' applikazzjoni skont il-punti rilevanti fl-Artikolu 39(1) jew il-merti ta' applikazzjoni fil-każijiet soġġetti għal proċedura aċċellerata ta' eżami msemmija fl-Artikolu 40. |
Or. en
Emenda 1285
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tittieħed kemm jista' jkun malajr mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet tal-applikazzjoni, u mhux aktar minn erba' ġimgħat minn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni. | 2. Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tittieħed kemm jista' jkun malajr mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet tal-applikazzjoni, u mhux aktar minn tmien ġimgħat minn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni. |
Or. en
Emenda 1286
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tittieħed kemm jista' jkun malajr mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet tal-applikazzjoni, u mhux aktar minn erba' ġimgħat minn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni. | 2. Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tittieħed kemm jista' jkun malajr mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet tal-applikazzjoni, u mhux aktar minn ġimagħtejn minn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni. |
Or. en
Emenda 1287
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta deċiżjoni finali ma tkunx ittieħdet fi żmien erba' ġimgħat kif indikat fil-paragrafu 2, l-applikant ma għandux jibqa' jinżamm fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu u għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata b'konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament. | 3. Meta deċiżjoni finali ma tkunx ittieħdet fi żmien tmien ġimgħat kif indikat fil-paragrafu 2, l-applikant ma għandux jibqa' jinżamm fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu u għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata b'konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 1288
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta deċiżjoni finali ma tkunx ittieħdet fi żmien erba' ġimgħat kif indikat fil-paragrafu 2, l-applikant ma għandux jibqa' jinżamm fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu u għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata b'konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament. | 3. Meta deċiżjoni finali ma tkunx ittieħdet fi żmien ġimagħtejn kif indikat fil-paragrafu 2, l-applikant ma għandux jibqa' jinżamm fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu u għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata b'konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 1289
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta deċiżjoni finali ma tkunx ittieħdet fi żmien erba' ġimgħat kif indikat fil-paragrafu 2, l-applikant ma għandux jibqa' jinżamm fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu u għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata b'konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament. | 3. Meta deċiżjoni finali ma tkunx ittieħdet fi żmien erba' ġimgħat kif indikat fil-paragrafu 2, l-applikant ma għandux jibqa' jinżamm fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu u għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata b'konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva. |
Or. en
Emenda 1290
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Fil-każijiet ta' wasliet li jinvolvu numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni mingħajr Stat li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu, li jagħmluha diffiċli fil-prattika li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 f'dawn il-postijiet, il-proċeduri fuq il-funtiera jistgħu jiġu wkoll applikati f'postijiet qrib il-fruntiera jew iż-żona ta' tranżitu. | imħassar |
Or. en
Emenda 1291
Elly Schlein

Emenda 1292
Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Kati Piri, Josef Weidenholzer, Sergei Stanishev, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Il-proċedura fuq il-fruntiera ma tistax tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'konformità mal-pożizzjoni li adotta l-Parlament fid-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza, il-minorenni mhux akkompanjati jenħtieġ li qatt ma jinżammu b'dan il-mod, għaldaqstant il-proċedura fuq il-fruntiera qatt ma tista' tkun applikata għall-minorenni mhux akkompanjati.
Emenda 1293
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Barbara Matera, Damiano Zoffoli, Michaela Šojdrová, Brando Benifei, Lara Comi
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Il-proċedura fuq il-fruntiera ma għandhiex tapplika għall-minorenni. |
Or. en
Emenda 1294
Péter Niedermüller, Kati Piri, Josef Weidenholzer, Ana Gomes, Sergei Stanishev, Elly Schlein, Cécile Kashetu Kyenge, Birgit Sippel
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-proċedura fuq il-fruntiera tista' tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) biss fejn: | imħassar |
(a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; |
|
(b) l-applikant ikun jista' għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali; |
|
(c) hemm raġunijiet ġustifikati li wieħed iqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għall-applikant skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45; |
|
(d) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni. |
|
Il-punt (d) għandu jkun applikat biss fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed iqis li l-applikant ikun qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x'aktarx iwasslu għal deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u sakemm l-applikant ikun ingħata opportunità effettiva biex jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għall-azzjonijiet tiegħu. |
|
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'konformità mal-pożizzjoni li adotta l-Parlament fid-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza, il-minorenni mhux akkompanjati jenħtieġ li qatt ma jinżammu b'dan il-mod, għaldaqstant il-proċedura fuq il-fruntiera qatt ma tista' tkun applikata għall-minorenni mhux akkompanjati.
Emenda 1295
Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Barbara Matera, Damiano Zoffoli, Michaela Šojdrová, Brando Benifei, Lara Comi
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-proċedura fuq il-fruntiera tista' tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) biss fejn: | imħassar |
(a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; |
|
(b) l-applikant ikun jista' għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali; |
|
(c) hemm raġunijiet ġustifikati li wieħed iqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għall-applikant skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45; |
|
(d) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni. |
|
Il-punt (d) għandu jkun applikat biss fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed iqis li l-applikant ikun qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x'aktarx iwasslu għal deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u sakemm l-applikant ikun ingħata opportunità effettiva biex jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għall-azzjonijiet tiegħu. |
|
Or. en
Emenda 1296
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-proċedura fuq il-fruntiera tista' tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) biss fejn: | imħassar |
(a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; |
|
(b) l-applikant ikun jista' għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali; |
|
(c) hemm raġunijiet ġustifikati li wieħed iqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għall-applikant skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45; |
|
(d) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni. |
|
Or. en
Emenda 1297
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-proċedura fuq il-fruntiera tista' tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) biss fejn: | Il-proċedura fuq il-fruntiera ma għandhiex tiġi applikata għall-minorenni. |
Or. en
Emenda 1298
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-proċedura fuq il-fruntiera tista' tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) biss fejn: | Il-proċedura fuq il-fruntiera ma għandhiex tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Biex ikunu assigurati s-salvagwardji proċedurali ta' din il-kategorija partikolarment vulnerabbli ta' applikanti dawn ma għandhomx ikunu soġġetti għal proċeduri fuq il-fruntieri.
Emenda 1299
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-proċedura fuq il-fruntiera tista' tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) biss fejn: | L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-proċedura fuq il-fruntiera għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) biss fejn: |
Or. en
Emenda 1300
Brice Hortefeux, Rachida Dati
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-proċedura fuq il-fruntiera tista' tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) biss fejn: | Il-proċedura fuq il-fruntiera tista' tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva UE Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) fejn: |
Or. fr
Emenda 1301
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; | imħassar |
Or. en
Emenda 1302
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Relatata mal-modifika tal-Artikolu 41(5).
Emenda 1303
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; | (a) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz li ma jkunx Stat Membru meqjus bħala pajjiż ta' oriġini sigur skont l-Artikolu 47; |
Or. en
Emenda 1304
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-applikant ikun jista' għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali; | imħassar |
Or. en
Emenda 1305
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-applikant ikun jista' għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Relatata mal-modifika tal-Artikolu 41(5).
Emenda 1306
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) hemm raġunijiet ġustifikati li wieħed iqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għall-applikant skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Relatata mal-modifika tal-Artikolu 41(5).
Emenda 1307
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Jean Lambert, Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) hemm raġunijiet ġustifikati li wieħed iqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għall-applikant skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45; | imħassar |
Or. en
Emenda 1308
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) hemm raġunijiet ġustifikati li wieħed iqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għall-applikant skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45; | (c) l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz li mhuwiex Stat Membru meqjus bħala pajjiż ta' oriġini sigur skont l-Artikolu 45; |
Or. en
Emenda 1309
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni. | imħassar |
Or. en
Emenda 1310
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Relatata mal-modifika tal-Artikolu 41(5).
Emenda 1311
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni. | (d) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz. |
Or. en
Emenda 1312
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-punt (d) għandu jkun applikat biss fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed iqis li l-applikant ikun qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x'aktarx iwasslu għal deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u sakemm l-applikant ikun ingħata opportunità effettiva biex jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għall-azzjonijiet tiegħu. | imħassar |
Or. en
Emenda 1313
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-punt (d) għandu jkun applikat biss fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed iqis li l-applikant ikun qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x'aktarx iwasslu għal deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u sakemm l-applikant ikun ingħata opportunità effettiva biex jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għall-azzjonijiet tiegħu. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Relatata mal-modifika tal-Artikolu 41(5).
Emenda 1314
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini, Jean Lambert
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-punt (d) għandu jkun applikat biss fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed iqis li l-applikant ikun qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x'aktarx iwasslu għal deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u sakemm l-applikant ikun ingħata opportunità effettiva biex jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għall-azzjonijiet tiegħu. | imħassar |
Or. en
Emenda 1315
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-punt (d) għandu jkun applikat biss fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed iqis li l-applikant ikun qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x'aktarx iwasslu għal deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u sakemm l-applikant ikun ingħata opportunità effettiva biex jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għall-azzjonijiet tiegħu. | Il-punt (d) għandu jkun applikat biss fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed iqis li l-applikant ikun qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x'aktarx iwasslu għal deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u biss wara li l-minorenni mhux akkompanjat ikun ġie mgħarraf b'mod espliċitu dwar il-konsegwenzi jekk jaħbi informazzjoni rilevanti u sakemm l-applikant ikun ingħata opportunità effettiva biex jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għall-azzjonijiet tiegħu. |
Or. en
Emenda 1316
Elissavet Vozemberg-Vrionidi
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Wara li applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata permezz ta' deċiżjoni finali, kull applikazzjoni ulterjuri magħmula milll-istess applikant fi kwalunkwe Stat Membru għandha titqies bħala applikazzjoni sussegwenti mill-Istat Membru responsabbli. | 1. Wara li applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata permezz ta' deċiżjoni finali, kull applikazzjoni ulterjuri magħmula mill-istess applikant fl-istess Stat Membru għandha titqies bħala applikazzjoni sussegwenti mill-Istat Membru responsabbli, sakemm ma tkunx seħħet tneħħija effettiva. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jenħtieġ li nevitaw ir-responsabbiltà indefinita tal-Istati Membri.
Emenda 1317
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Wara li applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata permezz ta' deċiżjoni finali, kull applikazzjoni ulterjuri magħmula milll-istess applikant fi kwalunkwe Stat Membru għandha titqies bħala applikazzjoni sussegwenti mill-Istat Membru responsabbli. | 1. Wara li applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata permezz ta' deċiżjoni finali, it-tieni applikazzjoni jew kull applikazzjoni ulterjuri magħmula mill-istess applikant fi kwalunkwe Stat Membru għandha titqies bħala applikazzjoni sussegwenti mill-Istat Membru responsabbli. |
Or. en
Emenda 1318
Péter Niedermüller, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Wara li applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata permezz ta' deċiżjoni finali, kull applikazzjoni ulterjuri magħmula milll-istess applikant fi kwalunkwe Stat Membru għandha titqies bħala applikazzjoni sussegwenti mill-Istat Membru responsabbli. | 1. Wara li applikazzjoni sussegwenti ġiet irrifjutata permezz ta' deċiżjoni finali, kull applikazzjoni ulterjuri magħmula mill-istess applikant fi kwalunkwe Stat Membru għandha titqies bħala applikazzjoni sussegwenti mill-Istat Membru responsabbli. |
Or. en
Emenda 1319
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Wara li applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata permezz ta' deċiżjoni finali, kull applikazzjoni ulterjuri magħmula milll-istess applikant fi kwalunkwe Stat Membru għandha titqies bħala applikazzjoni sussegwenti mill-Istat Membru responsabbli. | 1. Wara li applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata permezz ta' deċiżjoni finali, kull applikazzjoni ulterjuri magħmula mill-istess applikant fi kwalunkwe Stat Membru għandha tiġi eżaminata bl-istess mod mill-Istat Membru responsabbli. |
Or. en
Emenda 1320
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Applikazzjoni sussegwenti għandha tkun soġġetta għal eżami preliminari fejn l-awtorità determinanti għandha tistabbilixxi jekk hemmx elementi jew sejbiet ġodda rilevanti li tqajmu jew li ġew ippreżentati mill-applikant li b'mod sinifikanti jżidu l-probabilità li l-applikant jikkwalifika bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irrifjutata bħala inammissibbli. | imħassar |
Or. en
Emenda 1321
Péter Niedermüller, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Josef Weidenholzer
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Applikazzjoni sussegwenti għandha tkun soġġetta għal eżami preliminari fejn l-awtorità determinanti għandha tistabbilixxi jekk hemmx elementi jew sejbiet ġodda rilevanti li tqajmu jew li ġew ippreżentati mill-applikant li b'mod sinifikanti jżidu l-probabilità li l-applikant jikkwalifika bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irrifjutata bħala inammissibbli. | 2. Applikazzjoni sussegwenti għandha tkun soġġetta għal eżami preliminari fejn l-awtorità determinanti għandha tistabbilixxi jekk hemmx elementi jew sejbiet ġodda rilevanti li tqajmu jew li ġew ippreżentati mill-applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jekk jiġu ppreżentati elementi jew sejbiet ġodda, allura dawk l-elementi jew sejbiet ġodda dejjem iridu jkunu vvalutati mill-awtorità determinanti.
Emenda 1322
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini, Jean Lambert
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Applikazzjoni sussegwenti għandha tkun soġġetta għal eżami preliminari fejn l-awtorità determinanti għandha tistabbilixxi jekk hemmx elementi jew sejbiet ġodda rilevanti li tqajmu jew li ġew ippreżentati mill-applikant li b'mod sinifikanti jżidu l-probabilità li l-applikant jikkwalifika bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irrifjutata bħala inammissibbli. | 2. Applikazzjoni sussegwenti għandha tkun soġġetta għal eżami preliminari fejn l-awtorità determinanti għandha tistabbilixxi jekk hemmx elementi jew sejbiet ġodda rilevanti li tqajmu jew li ġew ippreżentati mill-applikant jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irrifjutata bħala inammissibbli. |
Or. en
Emenda 1323
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. L-intervista personali tista' ma ssirx f'każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda jew li tkun ċar li hija mingħajr sustanza jew ma ma għandha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. | imħassar |
Or. en
Emenda 1324
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. L-intervista personali tista' ma ssirx f'każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda jew li tkun ċar li hija mingħajr sustanza jew ma ma għandha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. | 3. L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. L-intervista personali tista' ma ssirx f'każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda jew li tkun ċar li hija mingħajr sustanza jew ma ma għandha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. Il-preżentazzjonijiet bil-miktub jistgħu jiġu injorati jekk l-applikazzjoni sussegwenti ssir ftit wara t-tneħħija jew il-ħarba, u hemm indikazzjonijiet li saru biss biex jittardjaw jew ifixklu l-infurzar ta' deċiżjoni għat-tneħħija. F'dawk il-każijiet, l-applikant għandu jiġi intervistat biex ikun ivvalutat jekk hemmx elementi jew sejbiet ġodda rilevanti. |
Or. en
Emenda 1325
Péter Niedermüller, Ana Gomes, Josef Weidenholzer
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. L-intervista personali tista' ma ssirx f'każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda jew li tkun ċar li hija mingħajr sustanza jew ma ma għandha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. | 3. L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-intervista personali hija l-pedament tan-natura individwali ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u jenħtieġ li ma titħalliex barra.
Emenda 1326
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. L-intervista personali tista' ma ssirx f'każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda jew li tkun ċar li hija mingħajr sustanza jew ma ma għandha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. | 3. Mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 34, l-eżami preliminari għandu jitwettaq fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. L-intervista personali tista' ma ssirx f'każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda jew li tkun ċar li hija mingħajr sustanza jew ma ma għandha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. |
Or. en
Emenda 1327
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 4 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jinstabu jew jiġu ppreżentati mill-applikant elementi ġodda jew sejbiet rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 2(a); | (a) jinstabu jew jiġu ppreżentati mill-applikant elementi ġodda jew sejbiet rilevanti; |
Or. en
Emenda 1328
Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 4 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-applikant ma kienx kapaċi, minħabba ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, li jippreżenta dawk l-elementi jew is-sejbiet matul il-proċedura fil-kuntest tal-applikazzjoni preċedenti, sakemm ma jitqiesx li mhuwiex raġonevoli li ma jitteħidx kont ta' dawk l-elementi jew sejbiet. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-applikant diġà għandu kull inċentiv sabiex jippreżenta elementi li jistgħu jżidu ċ-ċans tagħhom li jirċievu protezzjoni, dan il-paragrafu sempliċiment jikkomplika l-proċeduri peress li l-paragrafu (a) ikopri l-elementi essenzjali kollha.
Emenda 1329
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 4 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-applikant ma kienx kapaċi, minħabba ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, li jippreżenta dawk l-elementi jew is-sejbiet matul il-proċedura fil-kuntest tal-applikazzjoni preċedenti, sakemm ma jitqiesx li mhuwiex raġonevoli li ma jitteħidx kont ta' dawk l-elementi jew sejbiet. | (b) l-applikant ma kienx kapaċi, minħabba ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, li jippreżenta dawk l-elementi jew is-sejbiet matul il-proċedura fil-kuntest tal-applikazzjoni preċedenti. |
Or. en
Emenda 1330
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Fejn ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedura ġdida kif stabbilit fil-paragrafu 4, l-awtorità determinanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli, jew bħala manifestament mingħajr bażi fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija mingħajr sustanza jew abużiva li ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. | imħassar |
Or. en
Emenda 1331
Péter Niedermüller
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Fejn ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedura ġdida kif stabbilit fil-paragrafu 4, l-awtorità determinanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli, jew bħala manifestament mingħajr bażi fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija mingħajr sustanza jew abużiva li ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. | 5. Fejn ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedura ġdida kif stabbilit fil-paragrafu 4, l-awtorità determinanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Peress li qed nitkellmu fuq l-applikazzjonijiet sussegwenti, diġà hemm deċiżjoni finali dwar l-ewwel applikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni sussegwenti tiġi ttrattata skont l-eżami preliminari, allura tista' biss tiġi kklassifikata bħala inammissibbli. Dan huwa konformi mad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil.
Emenda 1332
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Fejn ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedura ġdida kif stabbilit fil-paragrafu 4, l-awtorità determinanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli, jew bħala manifestament mingħajr bażi fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija mingħajr sustanza jew abużiva li ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. | 5. Fejn ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedura ġdida kif stabbilit fil-paragrafu 4, l-awtorità determinanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli. |
Or. en
Emenda 1333

M'hemmx raġuni għalfejn għandha tinħoloq kategorija oħra ta' deċiżjoni.
Emenda 1334
Ska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Judith Sargentini
Proposta għal regolament
Artikolu 43
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 43 | imħassar |
Eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju f'applikazzjonijiet sussegwenti |
|
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' nonrefoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju tagħhom u jagħtu deroga mill-Artikolu 54(1), meta: |
|
(a) applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità determinanti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi; |
|
(b) it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi. |
|
Or. en
Emenda 1335

Mhux raġonevoli li wieħed jiddeporta applikanti li għalihom m'hemmx deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali.
Emenda 1336
Péter Niedermüller, Caterina Chinnici, Josef Weidenholzer, Ana Gomes
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' nonrefoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju tagħhom u jagħtu deroga mill-Artikolu 54(1), meta: | Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' nonrefoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju tagħhom u jagħtu deroga mill-Artikolu 54(1), meta t-tieni applikazzjoni jew applikazzjoni sussegwenti ssir fi kwalunkwe Stat Membru ieħor wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Peress li d-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju huwa ċentrali għal applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, kwalunkwe tneħħija ta' dak id-dritt trid tkun estremament limitata. Dan jista' jkun il-każ meta t-tieni applikazzjoni jew applikazzjoni sussegwenti ssir anki jekk l-ewwel applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet deċiża bħala inammissibbli.
Emenda 1337
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' nonrefoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju tagħhom u jagħtu deroga mill-Artikolu 54(1), meta: | Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' nonrefoulement, l-Istati Membri għandhom jirrevokaw id-dritt tal-applikant li jibqa' fit-territorju tagħhom u jagħtu deroga mill-Artikolu 54(1), meta: |
Or. en
Emenda 1338
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' nonrefoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju tagħhom u jagħtu deroga mill-Artikolu 54(1), meta: | Waqt li jikkunsidraw il-prinċipju ta' nonrefoulement, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw id-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju tagħhom waqt l-applikazzjonijiet sussegwenti. |
Or. en
Emenda 1339
Marina Albiol Guzmán
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità determinanti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi; | imħassar |
Or. en
Emenda 1340
Péter Niedermüller
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità determinanti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
B'konsistenza mal-emenda mressqa għall-parti introduttorja tal-Artikolu 43(1).
Emenda 1341
Laura Ferrara
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità determinanti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi; | (a) applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità determinanti bħala inammissibbli skont l-Artikolu 42(5); |
Or. it
Emenda 1342
Jeroen Lenaers
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) ġiet ippreżentata applikazzjoni sussegwenti, li ma tiġix eżaminata iktar f'konformità mal-Artikolu 42, sempliċiment sabiex jiddewwem jew jixxekkel l-infurzar ta' deċiżjoni li twassal għat-tneħħija immedjata tiegħu minn dak l-Istat Membru; |
Or. en
Emenda 1343
Péter Niedermüller
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi. | imħassar |
Or. en
Emenda 1344

Emenda 1345
Elissavet Vozemberg-Vrionidi
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi. | (b) it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fl-istess Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandna nevitaw ir-responsabbiltà indefinita tal-Istati Membri.
Emenda 1346
Laura Ferrara
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi. | (b) it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli skont l-Artikolu 42(5). |
Or. it
Emenda 1347
Jussi Halla-aho
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) il-persuna li tippreżenta l-applikazzjoni sussegwenti toħloq riskju għas-sigurtà interna jew l-ordni pubbliku tal-Istat Membru. |
Or. en