Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

2016/0224(COD)

26.6.2017

EMENDI

1348 - 1596

Abbozz ta' rapport

Laura Ferrara

(PE597.506v01-00)

Proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni

Proposta għal regolament

( COM(2016)0467 – C8-0321/2016 – 2016/0224(COD) )

AM_Com_LegReport

Emenda    1348

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Kapitolu 3 – taqsima 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Or. en

Emenda    1349

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Or. en

Emenda    1350

Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Pajjiż terz għandu jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari sakemm:

1.  Pajjiż terz jista' jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari sakemm l-applikant ikun ġie rikonoxxut bħala rifuġjat f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra f'dak il-pajjiż qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' jagħmel użu minn dik il-protezzjoni.

Or. en

Emenda    1351

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Pajjiż terz għandu jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari sakemm:

1.  Pajjiż terz jista' jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari sakemm:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil jenħtieġ li jibqa' kunċett fakultattiv għall-Istati Membri.

Emenda    1352

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Pajjiż terz għandu jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari sakemm:

1.  Pajjiż terz jista' jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari sakemm:

Or. en

Emenda    1353

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Pajjiż terz għandu jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari sakemm:

1.  Pajjiż terz għandu jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari meta:

Or. en

Emenda    1354

Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-applikant ikun gawda protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra f'dak il-pajjiż qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni; jew

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Relatata mal-emenda tal-Artikolu 44(1).

Emenda    1355

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Judith Sargentini, Jean Lambert

(a)  l-applikant ikun ġie rikonoxxut bħala rifuġjat u gawda protezzjoni effettiva skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra f'dak il-pajjiż mingħajr ebda restrizzjoni ġeografika, qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni.

Or. en

Emenda    1356

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-applikant ikun gawda protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra f'dak il-pajjiż qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni; jew

(a)  l-applikant ikun ġie rikonoxxut bħala rifuġjat skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra f'dak il-pajjiż qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni; jew

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-kunċett jenħtieġ li jintuża biss jekk l-applikant ikun diġà ġie rikonoxxut bħala rifuġjat.

Emenda    1357

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Judith Sargentini, Jean Lambert

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  inkella, l-applikant ikun gawda protezzjoni suffiċjenti f'dak il-pajjiż qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni.

imħassar

Or. en

Emenda    1358

Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  inkella, l-applikant ikun gawda protezzjoni suffiċjenti f'dak il-pajjiż qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Relatata mal-emenda tal-Artikolu 44(1).

Emenda    1359

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  inkella, l-applikant ikun gawda protezzjoni suffiċjenti f'dak il-pajjiż qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni.

(b)  inkella, l-applikant ikun gawda protezzjoni effettiva ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni li jgawdu minnu r-rifuġjati qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-kunċett jista' jintuża biss jekk il-livell ta' protezzjoni jkun ekwivalenti għall-protezzjoni bbażata fuq il-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

Emenda    1360

Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità determinanti għandha tqis li applikant igawdi protezzjoni suffiċjenti fis-sens tal-paragrafu 1(b) sakemm tkun sodisfatta li:

imħassar

(a) il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika;

(b) ma jkun hemm l-ebda riskju ta' ħsara serja kif definit fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika);

(c) jiġi rispettat il-prinċipju ta' nonrefoulement skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra;

(d) tkun rispettata l-projbizzjoni tal-espulsjoni ta' persuna, bi ksur tad-dritt tal-libertà mit-tortura u minn trattament krudili, inuman u degradanti kif stabbilit fid-dritt internazzjonali;

(e) ikun hemm dritt għal residenza legali;

(f) ikun hemm aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, il-faċilitajiet tal-akkoljenza, is-saħħa u l-edukazzjoni; u

(g) ikun hemm id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-lista ma tagħtix stampa kompleta ta' xi jkun jikkostitwixxi l-ewwel pajjiż tal-asil u għalhekk tista' tipperikola l-applikazzjoni korretta tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

Emenda    1361

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità determinanti għandha tqis li applikant igawdi protezzjoni suffiċjenti fis-sens tal-paragrafu 1(b) sakemm tkun sodisfatta li:

2.  L-awtorità determinanti tista' tqis li applikant igawdi protezzjoni effettiva fis-sens tal-paragrafu 1(b) sakemm tkun sodisfatta li:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jekk pajjiż għandu jiġi kkunsidrat kif xieraq bħala pajjiż tal-ewwel asil, allura l-livell ta' protezzjoni offrut minn dak il-pajjiż irid ikun effettiv fil-prattika. Dan ifisser li l-protezzjoni offruta jenħtieġ li tkun livell mal-protezzjoni mogħtija fi ħdan l-Unjoni. L-elementi addizzjonali jirriflettu r-rekwiżiti sabiex jiġi żgurat li tali protezzjoni effettiva hija, fil-fatt, disponibbli.

Emenda    1362

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika;

(a)  il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika u li m'hemm l-ebda ċaħda tal-libertà mingħajr proċess ġust;

Or. en

Emenda    1363

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  ma hemm l-ebda riskju reali li l-applikant jiġi trasferit mill-istat terz lejn stat ieħor li fih ma jkunx jirċievi protezzjoni effettiva, jew li jkun f'riskju li jiġi trasferit minn hemm lejn kwalunkwe stat ieħor, fejn tali protezzjoni ma tkunx disponibbli;

Or. en

Emenda    1364

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  ma jkun hemm l-ebda riskju li l-applikant jintbagħat mill-pajjiż terz lejn pajjiż terz ieħor li fih ma jkunx jirċievi protezzjoni effettiva;

Or. en

Emenda    1365

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  ikun hemm dritt għal residenza legali;

imħassar

Or. en

Emenda    1366

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  id-drittijiet fundamentali jiġu rispettati skont l-istandards internazzjonali applikabbli, inkluż li ma jkun hemm ebda riskju reali għall-ħajja tal-applikant u l-ebda riskju reali li l-applikant ikun imċaħħad mil-libertà tiegħu mingħajr proċess ġust;

Or. en

Emenda    1367

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  ikun hemm aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, il-faċilitajiet tal-akkoljenza, is-saħħa u l-edukazzjoni; u

imħassar

Or. en

Emenda    1368

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  ikun hemm aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, il-faċilitajiet tal-akkoljenza, is-saħħa u l-edukazzjoni; u

(f)  ikun hemm aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, il-faċilitajiet tal-akkoljenza, is-saħħa u l-edukazzjoni;

Or. en

Emenda    1369

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  l-applikant għandu aċċess għal mezz ta' sussistenza suffiċjenti biex iżomm livell ta' għajxien xieraq, u l-istat terz jieħu passi għall-kisba progressiva ta' awtoindipendenza, sa meta jinstabu soluzzjonijiet durabbli;

Or. en

Emenda    1370

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  hemm aċċess għal mezz ta' sussistenza suffiċjenti biex jinżamm livell ta' għajxien xieraq;

Or. en

Emenda    1371

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fb)  il-pajjiż terz iqis kwalunkwe vulnerabilità partikolari tal-applikant u jżomm l-interessi ta' privatezza tal-applikant;

Or. en

Emenda    1372

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fb)  il-pajjiż terz iqis kwalunkwe vulnerabilità partikolari tal-applikant u jżomm l-interessi ta' privatezza tal-applikant;

Or. en

Emenda    1373

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt fc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fc)  il-protezzjoni effettiva tibqa' disponibbli sakemm tkun tista' tinstab soluzzjoni durabbli;

Or. en

Emenda    1374

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  ikun hemm id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

imħassar

Or. en

Emenda    1375

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  ikun hemm id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

(g)  ikun hemm id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u

Or. en

Emenda    1376

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga)  il-pajjiż terz aderixxa ma' strumenti internazzjonali għar-rifuġjati u strumenti tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u jikkonforma mal-istandards tagħhom fil-prattika.

Or. en

Emenda    1377

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet li jqisu li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huma sodisfatti jiġu riveduti b'mod regolari minn organizzazzjonijiet indipendenti.

Or. en

Emenda    1378

Sergei Stanishev

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tista' tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a), l-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-kunċett tal-applikazzjoni tal-ewwl pajjiż ta' asil fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu meta jippreżenta l-applikazzjoni u matul l-intervista tal-ammissibilità.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità ma' emendi preċedenti biex jitneħħew il-kontrolli tal-ammissibilità bħala rekwiżit qabel jiġi applikat ir-Regolament ta' Dublin.

Emenda    1379

3.  Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tista' tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a), l-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-kunċett tal-applikazzjoni tal-ewwl pajjiż ta' asil fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-applikant jenħtieġ li jkun intitolat jikkontesta l-kunċett tal-applikazzjoni matul il-proċedura tiegħu sakemm tintlaħaq deċiżjoni finali.

Emenda    1380

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Judith Sargentini, Jean Lambert

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tista' tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a), l-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-kunċett tal-applikazzjoni tal-ewwl pajjiż ta' asil fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu meta jippreżenta l-applikazzjoni u matul l-intervista tal-ammissibilità.

3.  Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tista' tiġi rrifjutata bħala parti mid-determinazzjoni dwar il-merti tagħha skont it-Taqsima II ta' dan ir-Regolament, l-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-kunċett tal-applikazzjoni tal-ewwl pajjiż ta' asil fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu fi kwalunkwe stadju tal-proċedura.

Or. en

Emenda    1381

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil jista' jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni l-assigurazzjoni li dawk l-awtoritajiet se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu ser jibbenefika immedjatament minn waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4.  Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil m'għandux jiġi applikat għal minorenni mhux akkompanjati.

Or. en

Emenda    1382

Minorenni mhux akkompanjati huma partikolarment vulnerabbli u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-użu tal-kunċett tal-ewwel pajjiż tal-asil.

Emenda    1383

4.  Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil m'għandux jiġi applikat lil minorenni mhux akkompanjati sakemm ma jiġix determinat biċ-ċar li huwa fl-aħjar interess tat-tfal.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil jenħtieġ li ma jiġix applikat għal minorenni mhux akkompanjati sakemm ma jitqiesx li huwa fl-aħjar interess tagħhom.

Emenda    1384

Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Barbara Matera, Damiano Zoffoli, Michaela Šojdrová, Brando Benifei, Lara Comi, Carlos Coelho

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil jista'jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni l-assigurazzjoni li dawk l-awtoritajiet se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu ser jibbenefika immedjatament minn waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil m'għandux japplika, sakemm ma jkunx fl-aħjar interessi tiegħu u fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni l-assigurazzjoni li dawk l-awtoritajiet se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu ser jibbenefika immedjatament minn waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Or. en

Emenda    1385

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil jista'jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni l-assigurazzjoni li dawk l-awtoritajiet se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu ser jibbenefika immedjatament minn waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4.  Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil jista'jiġi applikat biss għal minorenni mhux akkompanjati fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni l-assigurazzjoni li dawk l-awtoritajiet se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu ser jibbenefika immedjatament minn waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Or. en

Emenda    1386

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil, l-awtorità determinanti għandha:

imħassar

(a) tinforma lill-applikant dwar dan;

(b) tipprovdilu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fl-ilsien ta' dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinitx eżaminata fis-sustanza tagħha bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil.

Or. en

Emenda    1387

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fejn il-pajjiż terz inkwistjoni ma jaċċettax jew ma jerġax jaċċetta lura lill-applikant fit-territorju tiegħu, l-awtorità determinanti għandha tirrevoka d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoi bħala inammissibbli, u għandha tagħti aċċess lill-proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II u t-Taqsima I tal-Kapitolu III.

6.  Fejn, minkejja bosta tentattivi, il-pajjiż terz inkwistjoni ma jaċċettax jew ma jerġax jaċċetta lura lill-applikant fit-territorju tiegħu, l-awtorità determinanti tista' tirrevoka d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoi bħala inammissibbli, u tista' tagħti aċċess lill-proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II u t-Taqsima I tal-Kapitolu III. Madankollu, il-proċedura ta' ritorn jenħtieġ li titkompla sakemm issir possibbli l-ammissjoni jew ir-riammissjoni.

Or. en

Emenda    1388

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fejn il-pajjiż terz inkwistjoni ma jaċċettax jew ma jerġax jaċċetta lura lill-applikant fit-territorju tiegħu, l-awtorità determinanti għandha tirrevoka d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoi bħala inammissibbli, u għandha tagħti aċċess lill-proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II u t-Taqsima I tal-Kapitolu III.

6.  Fejn il-pajjiż terz inkwistjoni ma jaċċettax jew ma jerġax jaċċetta lura lill-applikant fit-territorju tiegħu, l-awtorità determinanti għandha tirrevoka d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni, u għandha tagħti aċċess lill-proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II u t-Taqsima I tal-Kapitolu III.

Or. en

Emenda    1389

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull sena dwar il-pajjiżi li għalihom jiġi applikat il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil.

7.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull sena dwar il-pajjiżi li għalihom jiġi applikat il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil u dwar il-każijiet li fihom pajjiż terz ma aċċettax jew ma reġax aċċetta lill-applikant fit-territorju tiegħu bil-motivazzjonijiet mogħtija lill-Istat Membru.

Or. en

Emenda    1390

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Or. en

Emenda    1391

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pajjiż terz għandu jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu sakemm:

Pajjiż terz jista' jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu fiċ-ċirkostanzi individwali ta' applikant sakemm:

Or. en

Emenda    1392

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pajjiż terz għandu jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu sakemm:

Pajjiż terz jista' jitqies pajjiż terz bla periklu sakemm:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jenħtieġ li jibqa' kunċett fakultattiv għall-Istati Membri.

Emenda    1393

Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pajjiż terz għandu jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu sakemm:

Pajjiż terz jista' jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu sakemm:

Or. en

Emenda    1394

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pajjiż terz għandu jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu sakemm:

Pajjiż terz għandu jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu meta:

Or. en

Emenda    1395

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ma jkun hemm l-ebda riskju ta' ħsara serja kif definit fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX;

(b)  ma jkun hemm l-ebda riskju ta' ħsara serja kif definit fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika);

Or. en

Emenda    1396

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  ma hemm l-ebda riskju reali li l-applikant jiġi trasferit mill-istat terz lejn stat ieħor li fih ma jkunx jirċievi protezzjoni effettiva, jew li jkun f'riskju li jiġi trasferit minn hemm lejn kwalunkwe stat ieħor, fejn tali protezzjoni ma tkunx disponibbli;

Or. en

Emenda    1397

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  id-drittijiet fundamentali jiġu rispettati skont l-istandards internazzjonali applikabbli, inkluż li ma hemm ebda riskju reali għall-ħajja tal-applikant u l-ebda riskju reali li l-applikant ikun imċaħħad mil-libertà tiegħu mingħajr proċess ġust;

Or. en

Emenda    1398

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(db)  l-applikant għandu aċċess għal mezz ta' sussistenza suffiċjenti biex iżomm livell ta' għajxien xieraq, u l-istat terz jieħu passi għall-kisba progressiva ta' awtoindipendenza, sa meta jinstabu soluzzjonijiet durabbli;

Or. en

Emenda    1399

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(dc)  il-pajjiż terz iqis kwalunkwe vulnerabilità partikolari tal-applikant u jżomm l-interessi ta' privatezza tal-applikant;

Or. en

Emenda    1400

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  teżisti l-possibilità li tingħata protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, jew protezzjoni suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 44(2) kif xieraq.

(e)  teżisti l-possibilità li wieħed jitlob status ta' rifuġjat u, jekk jiġi rikonoxxut bħala rifuġjat, li jingħata protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra, ratifikata u applikata mingħajr ebda limitu ġeografiku.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sabiex pajjiż terz jitqies bħala bla periklu minn Stat Membru, dak il-pajjiż terz jeħtieġlu jkun iffirma u ratifika l-Konvenzjoni ta' Ġinevra mingħajr ebda limitu ġeografiku.

Emenda    1401

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Judith Sargentini, Jean Lambert

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  teżisti l-possibilità li tingħata protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, jew protezzjoni suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 44(2) kif xieraq.

(e)  teżisti l-possibilità li tintalab protezzjoni internazzjonali u, jekk rikonoxxut bħala rifuġjat, li tingħata protezzjoni effettiva skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra mingħajr ebda restrizzjoni ġeografika, li tibqa' disponibbli sakemm tkun tista' tinstab soluzzjoni durabbli.

Or. en

Emenda    1402

Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  teżisti l-possibilità li tingħata protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, jew protezzjoni suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 44(2) kif xieraq.

(e)  teżisti l-possibilità li tingħata protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

Or. en

Emenda    1403

Elly Schlein

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  teżisti l-possibilità li tingħata protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, jew protezzjoni suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 44(2) kif xieraq.

(e)  teżisti l-possibilità, skont il-liġi nazzjonali, li tingħata protezzjoni effettiva skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra, b'rispett sħiħ tad-drittijiet kollha li jirriżultaw minnha u l-ebda limitazzjoni tal-ambitu ġeografiku.

Or. en

Emenda    1404

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  teżisti l-possibilità li tingħata protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, jew protezzjoni suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 44(2) kif xieraq.

(e)  teżisti l-possibilità li tingħata protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, jew protezzjoni suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 44(2)(a-d) kif xieraq.

Or. en

Emenda    1405

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet oħra rilevanti.

Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali jew internazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-kliem mal-Emenda 28 adottata fil-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO. Dan huwa konsistenti mal-emenda mressqa fl-Artikolu 49a.

Emenda    1406

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet oħra rilevanti.

Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Or. en

Emenda    1407

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet oħra rilevanti.

Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq iċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant u fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet oħra rilevanti.

Or. en

Emenda    1408

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu, m'għandhiex teskludi l-possibilità li jiġu indikati gruppi partikolari, abbażi tas-sess, ir-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari li għalihom dak il-pajjiż terz partikolari m'għandux jitqies bħala bla periklu.

Or. en

Emenda    1409

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat:

imħassar

(a) fejn pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu skont l-Artikolu 50;

(b) fejn pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjojni; jew

(c) f'każijiet individwali relatati ma' applikant speċifiku.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija mressqa għal koerenza mat-tħassir tal-Artikolu 46.

Emenda    1410

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat:

2.  Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat fejn pajjiż terz ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu skont l-Artikolu 50 jew fejn pajjiż terz huwa indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni;

Or. en

Emenda    1411

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Judith Sargentini, Jean Lambert

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat:

2.  Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat biss f'każijiet individwali fir-rigward ta' applikant speċifiku bħala parti minn eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni skont it-Taqsima II ta' dan ir-Regolament.

Or. en

Emenda    1412

Laura Ferrara

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat:

2.  Stat Membru jista' japplika l-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu meta l-pajjiż terz ikun ġie indikat fil-livell nazzjonali bħala pajjiż terz bla periklu skont il-kriterji tal-Artikolu 50.

Or. it

Emenda    1413

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu skont l-Artikolu 50;

imħassar

Or. en

Emenda    1414

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu skont l-Artikolu 50;

imħassar

Or. en

Emenda    1415

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjojni; jew

imħassar

Or. en

Emenda    1416

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjojni; jew

imħassar

Or. en

Emenda    1417

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  f'każijiet individwali relatati ma' applikant speċifiku.

imħassar

Or. en

Emenda    1418

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  f'każijiet individwali relatati ma' applikant speċifiku.

imħassar

Or. en

Emenda    1419

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità determinanti għandha tqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għal applikant partikolari, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, biss meta hi tkun sodisfatta bis-sigurtà tal-pajjiż terz għal applikant partikolari skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u tkun stabbiliet li:

3.  L-awtorità determinanti tista' tqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għal applikant partikolari, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, biss meta hi tkun sodisfatta bis-sigurtà tal-pajjiż terz għal applikant partikolari skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u tkun stabbiliet li:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jenħtieġ li jibqa' kunċett fakultattiv għall-Istati Membri.

Emenda    1420

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità determinanti għandha tqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għal applikant partikolari, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, biss meta hi tkun sodisfatta bis-sigurtà tal-pajjiż terz għal applikant partikolari skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u tkun stabbiliet li:

3.  L-awtorità determinanti tista' tqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għal applikant partikolari, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, biss meta hi tkun sodisfatta bis-sigurtà tal-pajjiż terz għal applikant partikolari skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u tkun stabbiliet li:

Or. en

Emenda    1421

Emenda    1422

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikun hemm konnessjoni bejn l-applikant u l-pajjiż terz inkwistjoni li abbażi tagħha ikun raġonevoli għal dik il-persuna li tmur f'dak il-pajjiż, inkluż minħabba li l-applikant ikun għadda in tranżitu minn dak il-pajjiż terz li jkun ġeografikament viċin tal-pajjiż ta' oriġini tal-applikant;

(a)  ikun hemm konnessjoni sinifikanti bejn l-applikant u l-pajjiż terz inkwistjoni li abbażi tagħha ikun raġonevoli għal dik il-persuna li tmur f'dak il-pajjiż;

Or. en

Emenda    1423

Emenda    1424

Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikun hemm konnessjoni bejn l-applikant u l-pajjiż terz inkwistjoni li abbażi tagħha ikun raġonevoli għal dik il-persuna li tmur f'dak il-pajjiż, inkluż minħabba li l-applikant ikun għadda in tranżitu minn dak il-pajjiż terz li jkun ġeografikament viċin tal-pajjiż ta' oriġini tal-applikant;

(a)  ikun hemm konnessjoni sinifikanti bejn l-applikant u l-pajjiż terz inkwistjoni li abbażi tagħha ikun raġonevoli għal dik il-persuna li tmur f'dak il-pajjiż; u

Or. en

Ġustifikazzjoni

Is-sempliċi tranżitu jenħtieġ li ma jkunx biżżejjed biex jiġġustifika r-ritorn għal hekk imsejjaħ pajjiż terz bla periklu.

Emenda    1425

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-applikant ma jkunx ippreżenta raġunijiet serji biex il-pajjiż jitqies li mhuwiex pajjiż terz bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

(b)  l-applikant ma jkunx ippreżenta raġunijiet biex il-pajjiż jitqies li mhuwiex pajjiż terz bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

Or. en

Emenda    1426

Sergei Stanishev

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tkun tista' tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(b), l-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu meta jippreżenta l-applikazzjoni u matul l-intervista tal-ammissibilità.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità ma' emendi preċedenti biex jitneħħew il-kontrolli tal-ammissibilità bħala rekwiżit qabel jiġi applikat ir-Regolament ta' Dublin.

Emenda    1427

4.  Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tkun tista' tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(b), l-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-applikant jenħtieġ li jkun intitolat jikkontesta l-kunċett tal-applikazzjoni matul il-proċedura tiegħu sakemm tintlaħaq deċiżjoni finali.

Emenda    1428

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tkun tista' tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(b), l-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu meta jippreżenta l-applikazzjoni u matul l-intervista tal-ammissibilità.

4.  Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tkun tista' tiġi rrifjutata bħala parti mid-determinazzjoni dwar il-merti tagħha skont it-Taqsima II ta' dan ir-Regolament, l-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu fi kwalunkwe stadju tal-proċedura.

Or. en

Emenda    1429

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jista' jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew konferna mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni li se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu se jkollu aċess immedjatament għal waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1(e).

5.  Il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu m'għandux jiġi applikat lil minorenni mhux akkompanjati.

Or. en

Emenda    1430

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jista' jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew konferna mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni li se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu se jkollu aċess immedjatament għal waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1(e).

5.  Il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu m'għandux jiġi applikat fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Minorenni mhux akkompanjati huma partikolarment vulnerabbli u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-użu tal-kunċett tal-ewwel pajjiż tal-asil.

Emenda    1431

Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jista' jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew konferna mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni li se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu se jkollu aċess immedjatament għal waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1(e).

5.  Il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu m'għandux jiġi applikat lil minorenni mhux akkompanjati sakemm ma jiġix determinat biċ-ċar li huwa fl-aħjar interess tat-tfal u fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew konferna mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni li se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu se jkollu aċess immedjatament għal waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1(e).

Or. en

Emenda    1432

Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Barbara Matera, Damiano Zoffoli, Michaela Šojdrová, Brando Benifei, Lara Comi, Barbara Kudrycka, Carlos Coelho

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jista'jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew konferna mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni li se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu se jkollu aċess immedjatament għal waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1(e).

5.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jista'jiġi applikat biss b'teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tiegħu u fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri rċevew assigurazzjoni mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni li l-minorenni mhux akkompanjat mhux se jaffaċċja ħsara, diskriminazzjoni jew persekuzzjoni serja, u li hu se jkollu aċess immedjata għall-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Or. en

Emenda    1433

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jista'jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew konferna mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni li se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu se jkollu aċess immedjatament għal waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1(e).

5.  Il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jista'jiġi applikat biss lil minorenni mhux akkompanjati fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew konferna mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni li se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu se jkollu aċess immedjatament għal waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1(e).

Or. en

Emenda    1434

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tipprovdilu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fl-ilsien ta' dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinitx eżaminata fis-sustanza tagħha bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu.

(b)  jipprovdulu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fl-ilsien ta' dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinitx eżaminata fis-sustanza tagħha.

Or. en

Emenda    1435

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Fejn il-pajjiż terz inkwistjoni ma jaċċettax jew ma jerġax jaċċetta lura lill-applikant fit-territorju tiegħu, l-awtorità determinanti għandha tirrevoka d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoi bħala inammissibbli, u għandha tagħti aċċess lill-proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II u t-Taqsima I tal-Kapitolu III.

7.  Fejn il-pajjiż terz inkwistjoni ma jaċċettax jew ma jerġax jaċċetta lura lill-applikant fit-territorju tiegħu, l-awtorità determinanti tista' tirrevoka d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoi bħala inammissibbli, u tista' tagħti aċċess lill-proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II u t-Taqsima I tal-Kapitolu III. Madankollu, il-proċedura ta' ritorn jenħtieġ li titkompla sakemm issir possibbli l-ammissjoni jew ir-riammissjoni.

Or. en

Emenda    1436

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 46  

imħassar

Indikazzjoni ta' pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni

1. Pajjiżi terzi għandhom jiġu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1).

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jiġu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 45(1).

3. Il-Kunnissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

Or. en

Emenda    1437

Emenda    1438

Billi l-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jenħtieġ li jibqa' kunċett fakultattiv għall-Istati Membri, f'dan l-istadju m'hemmx bżonn ta' lista fil-livell Ewropew.

Emenda    1439

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jiġu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 45(1).

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma jew li jistgħu jiġu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 45(1).

Or. en

Emenda    1440

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kunnissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tindika pajjiż terz jew tissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

Or. en

Emenda    1441

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Or. en

Emenda    1442

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Or. en

Emenda    1443

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Pajjiż terz jista' jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament fejn, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista' jintwera li b'mod ġenerali ma hemmx persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), ebda tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat internazzjonali jew intern.

1.  Pajjiż terz jista' jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament fejn, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista' jintwera li ma hemmx persekuzzjoni ġenerali jew konsistenti kif definita fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), ebda tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat internazzjonali jew intern.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-kliem mal-Emenda 40 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi terzi bla periklu ("Regolament SCO").

Emenda    1444

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll organizzazzjonijiet oħra rilevanti, u għandu jikkunsidra l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

2.  Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'dawk il-pajjiżi, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa, organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali jew internazzjonali, u għandu jikkunsidra l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-kliem mal-Emenda 27 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO.

Emenda    1445

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll organizzazzjonijiet oħra rilevanti, u għandu jikkunsidra l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

2.  Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u għandu jikkunsidra l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

Or. en

Emenda    1446

Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Hilde Vautmans, Barbara Matera, Damiano Zoffoli, Michaela Šojdrová, Brando Benifei, Lara Comi, Barbara Kudrycka, Carlos Coelho

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll organizzazzjonijiet oħra rilevanti, u għandu jikkunsidra l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

2.  Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll organizzazzjonijiet oħra rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet iffokati fuq it-tfal, u għandu jikkunsidra l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

Or. en

Emenda    1447

Jeroen Lenaers

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu, m'għandhiex teskludi l-possibilità li jiġu indikati gruppi partikolari, abbażi tas-sess, ir-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari li għalihom dak il-pajjiż terz partikolari m'għandux jitqies bħala bla periklu.

Or. en

Emenda    1448

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  in-nuqqas ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta' ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom jistgħu jkunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor;

(c)  ir-rispett għall-prinċipju ta' non-refoulement f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-kliem mal-Emenda 40 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO.

Emenda    1449

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  in-nuqqas ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta' ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom jistgħu jkunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor;

(c)  in-nuqqas ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta' ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom jistgħu jkunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari;

Or. en

Emenda    1450

Emil Radev

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  in-nuqqas ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta' ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom jistgħu jkunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor;

b)  in-nuqqas ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta' ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom jistgħu jkunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor;

Or. bg

Emenda    1451

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikollu n-nazzjonalità ta' dak il-pajjiż; jew

(a)  ikollu n-nazzjonalità ta' dak il-pajjiż jew ikollu status ta' residenza permanenti f'dak il-pajjiż; jew

Or. en

Emenda    1452

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-każ ta' applikanti li jappartjenu għal minoranza jew grupp ta' persuni li jibqa' f'riskju fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini kkonċernat, abbażi tas-sorsi ta' informazzjoni elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-kliem mal-Emenda 38 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO.

Emenda    1453

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 48  

imħassar

Indikazzjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali

1. Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament jiġu indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu fil-livell tal-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2).

3. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil), il-Kummissjoni tista' titlob lill-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil biex tipprovdilha informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

4. Il-Kunnissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

Or. en

Emenda    1454

Emenda    1455

Rachida Dati

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-Kummissjoni Ewropea għandha teżamina b'mod regolari s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi u l-opportunità li tipproponi li jiżdiedu mal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Jekk ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tifformula proposta sabiex twessa' l-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, wara valutazzjoni sostanzjata dwar ir-rispett tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament min-naħa tal-pajjiżi kkonċernati.

Or. fr

Emenda    1456

Rachida Dati

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw proposti lill-Kummissjoni sabiex jiżdiedu pajjiżi terzi fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha mbagħad teżamina dawn il-proposti fi żmien sitt xhur, abbażi ta' sensiela ta' sorsi ta' informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, u meta dan ikun rilevanti, tifformula proposta sabiex temenda l-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

Or. fr

Emenda    1457

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi kontinwament is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jew li huma sospiżi minn dik il-lista skont l-Artikolu 49. Għandha tirrevedi kontinwament ukoll il-konformità ta' dawk il-pajjiżi mal-kundizzjonijiet għall-indikazzjoni ta' pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu stabbiliti fl-Artikolu 47, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(2). Hija għandha żżomm lill-Parlament Ewropew informat fil-ħin.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-kliem mal-Emenda 27 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO.

Emenda    1458

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu u t-tali pajjiżi prospettivi ġodda, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2).

Or. en

Emenda    1459

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil meta twettaq ir-reviżjonijiet regolari tagħha tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi li huma inklużi fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, inklużi dawk li ġew sospiżi. Il-Kummissjoni tista' titlob li l-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil twettaq reviżjoni tas-sitwazzjoni fi kwalunkwe tali pajjiż terz bil-għan li tivvaluta l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 47.

Meta tirrevedi l-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari lill-UNHCR, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew individwi rilevanti b'għarfien espert ippruvat speċifiku skont il-pajjiż u dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-kliem mal-Emenda 34(1) u (2) tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO.

Emenda    1460

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kunnissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-parti rilevanti ta' dan it-test ġiet trasferita fl-Artikolu 49.

Emenda    1461

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kunnissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tintroduċi pajjiż terz u biex tissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

Or. en

Emenda    1462

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 49  

imħassar

Sospensjoni u tneħħija tal-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu

1. F'każ ta' tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45 jew l-Artikolu 47 u, jekk il-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta att delegat li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni kontinwament f'dak il-pajjiż terz, filwaqt li tqis fost l-oħrajn informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar tibdil sussegwenti fis-sitwazzjni ta' dak il-pajjiż.

3. Fejn il-Kummissjoni tkun adottat att delegat skont il-paragrafu 1 li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni ta' dak l-att delegat għandha tippreżenta proposta, b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emenda ta' dan ir-Regolament biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mill-indikazzjoni ta' pajjiżi terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

4. Meta tali proposta ma tiġix ippreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tal-att delegat kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-att delegat li jissospendi l-pajjiż terz mill-indikazzjoni tiegħu bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma għandux jibqa' jkollu effett. Meta tali proposta tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li testendi l-validità ta' dak l-att delegat għal perjodu ta' sitt xhur, bil-possibilità li testendi dan il-perjodu darba.

Or. en

Emenda    1463

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sospensjoni u tneħħija tal-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu

Sospensjoni ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa għal konsistenza ma' emendi preċedenti u sussegwenti.

Emenda    1464

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-artikolu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan it-test ġie miżjud mill-Artikolu 48(4), peress li b'mod speċifiku jirrelata mas-sospensjoni ta' pajjiżi terzi mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Emenda    1465

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'każ ta' tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45 jew l-Artikolu 47 u, jekk il-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta att delegat li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur.

1.  Jekk tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jista' jwassal għan-nuqqas ta' konformità ta' dak il-pajjiż mal-kundizzjonijiet għall-indikazzjoni ta' pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq immedjatament u b'mod rapidu valutazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 u, jekk dawn ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta mill-aktar fis possibbli att delegat, skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, li jissospendi l-preżenza ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur.

Kemm jista' jkun malajr wara li ssir konxja mill-bidla fis-sitwazzjoni u fi kwalunkwe każ qabel ma tadotta l-att delegat li jissospendi l-inklużjoni ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u tirrakomandalhom biex ma japplikawx il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu għal dak il-pajjiż terz fil-livell nazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-kliem mal-Emenda 31 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO.

Emenda    1466

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'każ ta' tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45 jew l-Artikolu 47 u, jekk il-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta att delegat li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur.

1.  F'każ ta' tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 u, jekk il-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta att delegat li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur.

Or. en

Emenda    1467

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'każ ta' tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45 jew l-Artikolu 47 u, jekk il-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta att delegat li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur.

1.  F'każ ta' tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45 jew l-Artikolu 47 u, jekk il-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta att delegat li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' tliet xhur.

Or. en

Emenda    1468

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Jekk, matul il-perjodu ta' sospensjoni, mill-informazzjoni disponibbli jkun jidher biċ-ċar li għal darb'oħra l-pajjiż terz jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar kmieni minn sitt xhur wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni skont il-paragrafu 1, tadotta deċiżjoni biex tirrevoka s-sospensjoni ta' dak il-pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-kliem mal-Emenda 32 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO.

Emenda    1469

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  Il-UNHCR, organizzazzjonijiet mhux governattivi u esperti individwali b'għarfien espert ippruvat u rilevanti speċifiku skont il-pajjiż u dwar id-drittijiet tal-bniedem jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tissospendi jew tneħħi pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Tali talba għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata u aġġornata dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem li qed iseħħ fil-pajjiż ikkonċernat. Din għandha tispeċifika wkoll in-nuqqas ta' konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 47 b'ġustifikazzjoni tas-sospensjoni jew l-irtirar ta' dak il-pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Ħlief fejn tqis it-talba bħala inammissibbli, mhux sostanzjata jew ripetitiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni preżentata f'dawn it-talbiet.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-kliem mal-Emenda 34(3) tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO.

Emenda    1470

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn il-Kummissjoni tkun adottat att delegat skont il-paragrafu 1 li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni ta' dak l-att delegat għandha tippreżenta proposta, b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emenda ta' dan ir-Regolament biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mill-indikazzjoni ta' pajjiżi terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-parti rilevanti ta' dan it-test ġiet trasferita fl-Artikolu 49a.

Emenda    1471

3.  Fejn il-Kummissjoni tkun adottat att delegat skont il-paragrafu 1 li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni ta' dak l-att delegat għandha tippreżenta proposta, b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emenda ta' din id-Direttiva biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mill-indikazzjoni ta' pajjiżi terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Or. en

Emenda    1472

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta tali proposta ma tiġix ippreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tal-att delegat kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-att delegat li jissospendi l-pajjiż terz mill-indikazzjoni tiegħu bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma għandux jibqa' jkollu effett. Meta tali proposta tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li testendi l-validità ta' dak l-att delegat għal perjodu ta' sitt xhur, bil-possibilità li testendi dan il-perjodu darba.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-parti rilevanti ta' dan it-test ġiet trasferita fl-Artikolu 49a.

Emenda    1473

Emenda    1474

Laura Ferrara

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta tali proposta ma tiġix ippreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tal-att delegat kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-att delegat li jissospendi l-pajjiż terz mill-indikazzjoni tiegħu bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma għandux jibqa' jkollu effett. Meta tali proposta tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li testedni l-validità ta' dak l-att delegat għal perjodu ta' sitt xhur, bil-possibilità li testendi dan il-perjodu darba.

4.  Meta tali proposta tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li testendi l-validità ta' dak l-att delegat għal perjodu ta' sitt xhur, bil-possibilità li testendi dan il-perjodu darba.

Or. it

Emenda    1475

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 49a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 49a  

It-tneħħija ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu

1. Fejn il-Kummissjoni tkun adottat att delegat skont l-Artikolu 49(1), li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu, fi żmien sitt xhur mid-data tal-adozzjoni ta' dak l-att delegat għandha tippreżenta proposta, f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emenda ta' dan ir-Regolament biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

2. Meta tali proposta leġiżlattiva tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li testendi l-validità ta' dak l-att delegat għal perjodu ta' sitt xhur, bil-possibilità li testendi dan il-perjodu darba.

3. Kull emenda għal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu tiġi adottata skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Għal dak il-għan:

Il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod regolari s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi u l-opportunità li tipproponi li jiżdiedu mal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tħejji proposta sabiex testendi l-lista komuni tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu wara valutazzjoni sostanzjata dwar jekk il-pajjiżi li għandhom jiġu miżjuda mal-lista jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 47.

Il-valutazzjonijiet dwar jekk pajjiż huwiex pajjiż ta' oriġini bla periklu mwettqa f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom ikunu bbażati fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inklużi b'mod partikolari rapportar regolari mis-SEAE u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa, u minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra, u organizzazzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali mhux governattivi.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa aktar faċli li wieħed jifhem dawn l-Artikoli jekk issir distinzjoni bejn is-sospensjoni ta' pajjiż mil-lista u t-tneħħija ta' pajjiż mil-lista, billi ż-żewġ proċeduri huma differenti. Emenda mressqa fuq il-bażi tal-Emendi 28 u 32 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-SCO, għal konsistenza ma' emendi preċedenti dwar pajjiżi terzi bla periklu, u sabiex tiġi żgurata l-koerenza fit-test sħiħ.

Emenda    1476

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 50  

imħassar

Indikazzjoni ta' pajjiżi terzi bħala pajjiżi terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali

1. Għal perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk indikati fil-livell tal-Unjoni jew li jinsabu fuq il-lista komuni tal-UE fl-Anness 1, għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

2. Meta pajjiż terz ikun sospiż milli jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta' pajjiż terz tkun ġiet sospiża mil-lista komuni tal-UE fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 49(1), l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali, u lanqas ma għandhom japplikaw il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

3.

Meta pajjiż terz ma jibqax indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE fl-Anness I għal dan ir-Regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa jqis li, wara tibdil fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż, dan jerġa' jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1) u fl-Artikolu 47.

In-notifika għandha tinkludi valutazzjoni sostanzjata tal-fatt li dak il-pajjiż jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1) u fl-Artikolu 47, inkluża spjegazzjoni tat-tibdil speċifiku fis-sitwazzjoni tal-pajjiż terz, li jiżgura li l-pajjiż jissodisfa għal darb'oħra dawk il-kundizzjonijiet.

L-Istat Membru tan-notifika jista' jindika biss lil dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal din l-indikazzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil dwar il-pajjiżi terzi li huma indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali immedjatament wara tali indikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija darba fis-sena dwar il-pajjiżi terzi bla periklu l-oħra li għalihom jiġi applikat il-kunċett fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

Or. en

Emenda    1477

Emenda    1478

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

1.  Għal perjodu ta' tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk indikati fil-livell tal-Unjoni jew li jinsabu fuq il-lista komuni tal-UE fl-Anness 1, għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

Matul dak il-perjodu, huma għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-listi nazzjonali ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu u l-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu huma konsistenti ma' xulxin. Dan jinvolvi dan li ġej:

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-allinjament tal-kliem mal-Emenda 28 subparagrafu (b) u l-Emenda 41 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO.

Emenda    1479

Monika Hohlmeier, Heinz K. Becker

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għal perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk indikati fil-livell tal-Unjoni jew li jinsabu fuq il-lista komuni tal-UE fl-Anness 1, għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

1.  L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk indikati fil-livell tal-Unjoni jew li jinsabu fuq il-lista komuni tal-UE fl-Anness 1, għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. Din l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiż terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu għandha, għall-Istat Membru indikat, titqies bħala komplementari għall-pajjiżi terzi bla periklu jew il-pajjiżi ta' oriġini bla periklu indikati fil-livell tal-Unjoni.

Or. en

Emenda    1480

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għal perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk indikati fil-livell tal-Unjoni jew li jinsabu fuq il-lista komuni tal-UE fl-Anness 1, għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

1.  L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk indikati fil-livell tal-Unjoni jew li jinsabu fuq il-lista komuni tal-UE fl-Anness 1, għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda    1481

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla li ssir fil-lista nazzjonali tagħhom.

Or. en

Emenda    1482

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  L-Istati Membri jistgħu jipproponu li jżidu pajjiżi terzi fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Il-Kummissjoni mbagħad għandha teżamina dawk il-proposti fi żmien sitt xhur minn meta jiġu ppreżentati, abbażi tal-firxa ta' sorsi ta' informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, b'mod partikolari r-rapporti tas-SEAE u l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, mill-Aġenzija Ewropea għall-Asil, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali jew internazzjonali. Jekk din tiddeċiedi li pajjiż terz jista' jiġi miżjud mal-lista, il-Kummissjoni għandha tħejji proposta biex testendi l-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Or. en

Emenda    1483

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Meta pajjiż terz ikun ġie sospiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont l-Artikolu 49(1) ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri m'għandhomx jinnominaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali.

Or. en

Emenda    1484

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  Meta pajjiż terz ikun tneħħa mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont l-Artikolu 49a, Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni meta jqis li, wara bidliet fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż terz, għal darb'oħra jerġa' jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Anness I għal din id-Direttiva biex jiddaħħal fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Il-Kummissjoni teżamina kwalunkwe notifika bħal din minn Stat Membru u, jekk ikun xieraq, tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont dan.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tippreżentax tali proposta, l-Istati Membri ma jinnominawx lil dak il-pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali.

Or. en

Emenda    1485

Monika Hohlmeier, Heinz K. Becker

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil dwar il-pajjiżi terzi li huma indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali immedjatament wara tali indikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija darba fis-sena dwar il-pajjiżi terzi bla periklu l-oħra li għalihom jiġi applikat il-kunċett fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan it-test tmexxa mill-Artikolu 50 (4).

Emenda    1486

Kinga Gál

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Meta pajjiż terz ikun sospiż milli jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta' pajjiż terz tkun ġiet sospiża mil-lista komuni tal-UE fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 49(1), l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali, u lanqas ma għandhom japplikaw il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

imħassar

Or. hu

Emenda    1487

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta pajjiż terz ikun sospiż milli jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta' pajjiż terz tkun ġiet sospiża mil-lista komuni tal-UE fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 49(1), l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali, u lanqas ma għandhom japplikaw il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-parti rilevanti ta' dan it-test ġiet trasferita fil-paragrafu 1.

Emenda    1488

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta pajjiż terz ikun sospiż milli jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta' pajjiż terz tkun ġiet sospiża mil-lista komuni tal-UE fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 49(1), l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali, u lanqas ma għandhom japplikaw il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

2.  Meta pajjiż terz ikun sospiż milli jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta' pajjiż terz tkun ġiet sospiża mil-lista komuni tal-UE fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 49(1), l-Istati Membri ma għandhomx, mingħajr raġunijiet ġustifikati, jindikaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali, u lanqas ma għandhom japplikaw il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

Or. en

Emenda    1489

Kinga Gál

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta pajjiż terz ma jibqax indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE fl-Anness I għal dan ir-Regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa jqis li, wara tibdil fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż, dan jerġa' jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1) u fl-Artikolu 47.

imħassar

Or. hu

Emenda    1490

Din l-emenda hija mressqa għal konsistenza mal-emenda tal-paragrafu 1.

Emenda    1491

Meta pajjiż terz ma jibqax indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE fl-Anness I għal dan ir-Regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni jekk huwa jqis li, wara tibdil fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż, dan jerġa' jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Istat Membru li għandu jitqies bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu permezz ta' indikazzjoni nazzjonali.

Or. en

Emenda    1492

Kinga Gál

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-notifika għandha tinkludi valutazzjoni sostanzjata tal-fatt li dak il-pajjiż jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1) u fl-Artikolu 47, inkluża spjegazzjoni tat-tibdil speċifiku fis-sitwazzjoni tal-pajjiż terz, li jiżgura li l-pajjiż jissodisfa għal darb'oħra dawk il-kundizzjonijiet.

imħassar

Or. hu

Emenda    1493

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-notifika għandha tinkludi valutazzjoni sostanzjata tal-fatt li dak il-pajjiż jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1) u fl-Artikolu 47, inkluża spjegazzjoni tat-tibdil speċifiku fis-sitwazzjoni tal-pajjiż terz, li jiżgura li l-pajjiż jissodisfa għal darb'oħra dawk il-kundizzjonijiet.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija mressqa għal konsistenza mal-emenda tal-paragrafu 1.

Emenda    1494

Emenda    1495

Kinga Gál

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru tan-notifika jista' jindika biss lil dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal din l-indikazzjoni.

imħassar

Or. hu

Emenda    1496

Emenda    1497

Emenda    1498

Emenda    1499

Kinga Gál

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil dwar il-pajjiżi terzi li huma indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali immedjatament wara tali indikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija darba fis-sena dwar il-pajjiżi terzi bla periklu l-oħra li għalihom jiġi applikat il-kunċett fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

imħassar

Or. hu

Emenda    1500

Dan it-test tmexxa fl-Artikolu 50(1)(a) ġdid.

Emenda    1501

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, pajjiż terz inkluż fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu kif stabbilit minn dan ir-Regolament biss għandu jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-kliem mal-Emenda 39 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO.

Emenda    1502

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 51  

imħassar

Irtirar tal-protezzjoni internazzjonali

L-awtorità determinanti għandha tibda l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali minn persuna partikolari meta jinstabu elementi jew sejbiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet biex terġa' tiġi kkunsidrata l-validità tal-protezzjoni internazzjonali tagħha, u b'mod partikolari f'dawk il-każijiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 21 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

Or. en

Emenda    1503

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Judith Sargentini, Jean Lambert

Proposta għal regolament

Artikolu 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 51  

imħassar

Irtirar tal-protezzjoni internazzjonali

L-awtorità determinanti għandha tibda l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali minn persuna partikolari meta jinstabu elementi jew sejbiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet biex terġa' tiġi kkunsidrata l-validità tal-protezzjoni internazzjonali tagħha, u b'mod partikolari f'dawk il-każijiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 21 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

Or. en

Emenda    1504

Péter Niedermüller

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

L-awtorità determinanti tista' tibda l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali minn persuna partikolari f'dawk il-każijiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 21 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-raġunijiet għall-irtirar potenzjali tal-istatus huma trattati fir-Regolament dwar il-Kwalifika u għandhom jibqgħu hemm. Hawnhekk, il-kliem ġie allinjat mat-test adottat mill-Parlament dwar ir-Regolament dwar il-Kwalifika.

Emenda    1505

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità determinanti għandha tibda l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali minn persuna partikolari meta jinstabu elementi jew sejbiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet biex terġa' tiġi kkunsidrata l-validità tal-protezzjoni internazzjonali tagħha, u b'mod partikolari f'dawk il-każijiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 21 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

L-awtorità determinanti għandha tibda l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali minn persuna partikolari mingħajr dewmien żejjed meta jinstabu elementi jew sejbiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet biex terġa' tiġi kkunsidrata l-validità tal-protezzjoni internazzjonali tagħha, u b'mod partikolari f'dawk il-każijiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 21 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

Or. en

Emenda    1506

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Or. en

Emenda    1507

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn l-awtorità kompetenti qed tqis l-irtirar ta' protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat, inkluż fil-kuntest ta' reviżjoni regolari tal-istatus imsemmija fl-Artikoli 15 u 21 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), il-persuna kkonċernata għandha tgawdi l-garanziji li ġejjin, b'mod partikolari:

1.  Fejn l-awtorità kompetenti qed tqis l-irtirar ta' protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat, il-persuna kkonċernata għandha tgawdi l-garanziji li ġejjin, b'mod partikolari:

Or. en

Emenda    1508

Il-kliem huwa allinjat mal-pożizzjoni li adotta l-Parlament rigward ir-Regolament dwar il-Kwalifika.

Emenda    1509

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-awtorità kompetenti tkun tista' tikseb informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħal, skont il-każ, mill-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, rigward is-sitwazzjoni ġenerali li tkun attwalment teżisti fil-pajjiżi ta' oriġini tal-persuni kkonċernati; u

(a)  l-awtorità kompetenti tkun tista' tikseb informazzjoni preċiża u aġġornata mill-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, rigward is-sitwazzjoni ġenerali li tkun attwalment teżisti fil-pajjiżi ta' oriġini tal-persuni kkonċernati; u

Or. en

Emenda    1510

Péter Niedermüller

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub. Ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt għandhom jiġu dikjarati fid-deċiżjoni u l-informazzjoni dwar kif tiġi kontestata d-deċiżjoni għandha tingħata bil-miktub.

3.  Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li tittieħed id-deċiżjoni. Ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt għandhom jiġu dikjarati fid-deċiżjoni. L-informazzjoni dwar kif tiġi kontestata d-deċiżjoni - inkluż dwar l-iskadenzi rilevanti - għandha tingħata bil-miktub.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kliem huwa allinjat mal-kliem tal-Artikolu 35(2) dwar l-infurmar tal-applikanti rigward id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. L-istess kliem jenħtieġ li jintuża għal deċiżjonijiet meħuda għall-irtirar ta' protezzjoni internazzjonali.

Emenda    1511

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub. Ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt għandhom jiġu dikjarati fid-deċiżjoni u l-informazzjoni dwar kif tiġi kontestata d-deċiżjoni għandha tingħata bil-miktub.

3.  Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-protezzjoni internazzjonali għandha ssir fi żmien xahrejn mit-tnedija tal-proċedura u għandha tingħata bil-miktub. Ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt għandhom jiġu dikjarati fid-deċiżjoni u l-informazzjoni dwar kif tiġi kontestata d-deċiżjoni għandha tingħata bil-miktub.

Or. en

Emenda    1512

Sergei Stanishev

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli kif imsemmi fl-Artikolu 36(1);

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità ma' emendi preċedenti biex jitneħħew il-kontrolli tal-ammissibilità bħala rekwiżit qabel jiġi applikat ir-Regolament ta' Dublin.

Emenda    1513

Péter Niedermüller

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata kif imsemmi fl-Artikoli 38 u39;

(iii)  li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew impliċitament irtirata kif imsemmi fl-Artikoli 38 u 39;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Għal konsistenza ma' emendi preċedenti.

Emenda    1514

Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Carlos Coelho

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  deċiżjoni li tistabbilixxi li għandhom aktar minn 18-il sena.

Or. en

Emenda    1515

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Persuni rikonoxxuti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv kontra deċiżjoni li tqis li applikazzjoni hija mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat.

imħassar

Or. en

Emenda    1516

Péter Niedermüller, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Josef Weidenholzer

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Fil-każ ta' applikanti li jiddikjaraw li huma minorenni mhux akkompanjati, deċiżjoni meħuda li tiddetermina l-età tagħhom imsemmija fl-Artikolu 24.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-minorenni mhux akkompanjati jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkontestaw deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tal-età tagħhom.

Emenda    1517

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Rimedju effettiv fis-sens tal-paragrafu 1 għandu jipprovdi għal eżami sħiħ u ex nunc kemm tal-fatti kif ukoll tal-punti tal-liġi, inkluż, fejn applikabbli, eżami tal-bżonnijiet ta' protezzjoni intrenazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

imħassar

L-applikant jista' jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu u li hu ma setax kien konxju tagħhom fi stadju aktar bikri jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

Or. en

Emenda    1518

Péter Niedermüller, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Josef Weidenholzer

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-applikant jista' jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu u li hu ma setax kien konxju tagħhom fi stadju aktar bikri jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Appell jenħtieġ li jqis l-elementi kollha preżentati mill-applikant sew jekk ġew imressqa fi stadju aktar bikri sew jekk le.

Emenda    1519

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-applikant jista' jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu u li hu ma setax kien konxju tagħhom fi stadju aktar bikri jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

L-applikant jista' jressaq kwalunkwe element ġdid li huwa rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu.

Or. en

Emenda    1520

Cecilia Wikström

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-applikant jista' jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu u li hu ma setax kien konxju tagħhom fi stadju aktar bikri jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

L-applikant jista' jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-applikant m'għandux raġuni biex iżomm informazzjoni li tista' żżid l-possibilità tiegħu li jirċievi protezzjoni, dan ir-rekwiżit addizzjonali jżid biss ir-riskju ta' tilwim fit-tul dwar kwistjonijiet tekniċi ta' meta l-informazzjoni kienet magħrufa aktar milli jkun hemm fokus fuq kwistjonijiet sostantivi.

Emenda    1521

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Bodil Valero, Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-applikant għandu jkollu d-dritt għal smigħ quddiem qorti jew tribunal tal-ewwel livell ta' appell.

Or. en

Emenda    1522

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-applikanti għandhom jippreżentaw appelli kontra kull deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1:

L-applikanti għandhom jippreżentaw appelli kontra kull deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien xahar mir-riċevuta tan-notifika ta' din id-deċiżjoni.

Or. en

Emenda    1523

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-applikanti għandhom jippreżentaw appelli kontra kull deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1:

L-applikanti jistgħu jippreżentaw appelli kontra kull deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1:

Or. en

Emenda    1524

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fi żmien ġimgħa fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

imħassar

Or. en

Emenda    1525

(a)  fi żmien xahar fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala rtirata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni fir-rigward ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja.

Or. en

Emenda    1526

Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fi żmien ġimgħa fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

(a)  fi żmien ġimagħtejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ġimgħa hija skadenza qasira mhux realistika.

Emenda    1527

Péter Niedermüller

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fi żmien ġimgħa fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

(a)  fi żmien 15-il jum ta' xogħol fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-limiti ta' żmien proposti mill-Kummissjoni huma ta' ħsara kbira għall-applikant, b'mod partikolari meta l-applikant jiġi miżmum. Irid jingħata biżżejjed żmien sabiex l-applikant ikun jista' jeżerċita kif xieraq id-dritt tiegħu għal rimedju effettiv.

Emenda    1528

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fi żmien ġimagħtejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

imħassar

Or. en

Emenda    1529

Emenda    1530

(b)  fi żmien erba' ġimgħat fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew impliċitament irtirata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

Or. en

Emenda    1531

Emil Radev

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  fi żmien ġimagħtejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

b)  fi żmien ġimgħa fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

Or. bg

Emenda    1532

Monika Hohlmeier, Heinz K. Becker

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fi żmien ġimagħtejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

(b)  fi żmien ġimgħa fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

Or. en

Emenda    1533

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fi żmien ġimagħtejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

(b)  fi żmien ġimagħtejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat wara proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

Or. en

Emenda    1534

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fi żmien xahar fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

imħassar

Or. en

Emenda    1535

Emenda    1536

Emil Radev

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  fi żmien xahar fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

c)  fi żmien ġimgħa fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

Or. bg

Emenda    1537

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fi żmien xahar fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

(c)  fi żmien tliet ġimgħat fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda    1538

Monika Hohlmeier, Heinz K. Becker

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fi żmien xahar fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

(c)  fi żmien ġimagħtejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda    1539

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fi żmien xahar fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

(c)  fi żmien xahar fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda    1540

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu reviżjoni ex officio ta' deċiżjonijiet li jittieħdu skont proċedura fuq il-fruntiera.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu reviżjoni ex officio ta' deċiżjonijiet li jittieħdu skont proċedura fuq il-fruntiera jew ta' deċiżjonijiet maħruġa waqt li l-applikant ikun miżmum f'detenzjoni.

Or. en

Emenda    1541

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu reviżjoni ex officio ta' deċiżjonijiet li jittieħdu skont proċedura fuq il-fruntiera.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu reviżjoni ex officio ta' deċiżjonijiet li jittieħdu skont proċedura fuq il-fruntiera.

Or. en

Emenda    1542

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti ta' żmien previsti f'dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali jekk l-applikant ikun introduċa talba għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Il-limitu ta' żmien previst f'dan il-paragrafu għandu jibda' jgħodd mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali jekk l-applikant ikun introduċa talba għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas. Jekk l-applikant ikun talab għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas skont l-Artikolu 15, il-limiti ta' żmien għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta jinħatar il-konsulent legali.

Or. en

Emenda    1543

Péter Niedermüller, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Josef Weidenholzer

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti ta' żmien previsti f'dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali jekk l-applikant ikun introduċa talba għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Il-limiti ta' żmien previsti f'dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew lill-benefiċjarju. Wara n-notifika lill-applikant jew lill-benefiċjarju, u fejn l-applikant ikun għamel talba għal assistenza u rappreżentanza legali skont l-Artikolu 14(1) u/jew l-Artikolu 15(1), il-limiti ta' żmien għandhom jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-konsulent legali jinħatar.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni tal-appelli jenħtieġ li jkunu ċari. B'mod partikolari, fejn applikant jew benefiċjarju jixtieq assistenza u rappreżentanza legali, il-limiti ta' żmien jenħtieġ li jibdew jgħoddu biss minn meta jinħatar l-avukat, minkejja l-fatt li l-applikant jew il-benefiċjarju l-ewwel kellu jkun notifikat dwar id-deċiżjoni.

Emenda    1544

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Judith Sargentini, Jean Lambert, Bodil Valero

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti ta' żmien previsti f'dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali jekk l-applikant ikun introduċa talba għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Il-limitu ta' żmien previst f'dan il-paragrafu għandu jibda' jgħodd mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant. Fejn l-applikant ikun talab assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas skont l-Artikolu 15(1), wara notifika ta' din id-deċiżjoni, dawn il-limiti ta' żmien jibdew jgħoddu mid-data meta jinħatar il-konsulent legali.

Or. en

Emenda    1545

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti ta' żmien previsti f'dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali jekk l-applikant ikun introduċa talba għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Il-limiti ta' żmien previsti f'dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali.

Or. en

Emenda    1546

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qorti jew tribunal għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli jew le, jew fuq talba tal-applikant jew filwaqt li jaġixxu ex officio, fejn id-dritt tal-applikant li jibqa' fl-Istat Membru jiġi terminat bħala konsegwenza ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-kategoriji ta' deċiżjonijiet li ġejjin:

imħassar

(a) deċiżjoni li tqis li applikazzjoni hija manifestament mingħajr bażi jew li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja fil-każijiet soġġetti għal proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera;

(b) deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a) u (c);

(c) deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata skont l-Artikolu 38 jew l-Artikolu 39 rispettivament;

Or. en

Emenda    1547

Emenda    1548

Emenda    1549

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qorti jew tribunal għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli jew le, jew fuq talba tal-applikant jew filwaqt li jaġixxu ex officio, fejn id-dritt tal-applikant li jibqa' fl-Istat Membru jiġi terminat bħala konsegwenza ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-kategoriji ta' deċiżjonijiet li ġejjin:

2.  Mingħajr preġudizzju għall-ewwel paragrafu, id-dritt tal-applikant li jibqa' fl-Istat Membru għandu jiġi terminat bħala konsegwenza ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-kategoriji ta' deċiżjonijiet li ġejjin:

Or. en

Emenda    1550

Péter Niedermüller

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  deċiżjoni li tqis li applikazzjoni hija manifestament mingħajr bażi jew li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja fil-każijiet soġġetti għal proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera;

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Bħalma d-dritt li jibqa' huwa importanti f'applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, hekk ukoll huwa importanti f'appell kontra deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni. Jista' jkun hemm ċirkostanzi wara applikazzjoni sussegwenti, jew meta l-applikazzjoni inizjali ġiet espliċitament irtirata, fejn ikun raġonevoli li Qorti titħalla tiddetermina jekk l-applikant jistax jibqa' fuq it-territorju. Inkella, appell jenħtieġ li dejjem ikollu effett sospensiv.

Emenda    1551

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a) u (c);

(b)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a), (b) u (c);

Or. en

Emenda    1552

Péter Niedermüller

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a) u (c);

(b)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1) (c);

Or. en

Emenda    1553

Péter Niedermüller

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata skont l-Artikolu 38 jew l-Artikolu 39 rispettivament;

(c)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata skont l-Artikolu 38;

Or. en

Emenda    1554

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  (D) deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja li tiżvela li r-residenza tal-appellant fuq it-territorju tal-Istat Membru hija ta' periklu għas-sigurtà interna jew l-ordni pubblika.

Or. en

Emenda    1555

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qorti jew tribunal għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli jew le sakemm:

imħassar

(a) l-applikant ikollu l-interpretazzjoni neċessarja, għajnuna legali u żmien biżżejjed biex iħejji t-talba u jippreżenta lill-qorti jew lit-tribunal l-argumenti favur li jingħatalu d-dritt li jibqa' fit-territorju sa meta joħroġ l-eżitu tar-rimedju; u

(b) fil-qafas tal-eżami ta' talba biex jibqa' fit-territorju ta' Stat Membru responsabbli, il-qorti jew it-tribunal jeżaminaw id-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali f'termini ta' fatti u liġi.

Or. en

Emenda    1556

Emenda    1557

Emenda    1558

Emenda    1559

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikant jibqa' fit-territorju tagħhom sa meta joħroġ ir-riżultat tal-proċedura kemm jekk l-applikant jista' jibqa' fit-territorju u kemm jekk le. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-appell.

imħassar

Or. en

Emenda    1560

Emenda    1561

Emenda    1562

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Applikant li jippreżenta appell ieħor kontra l-ewwel deċiżjoni ta' appell jew deċiżjonijiet ta' appell sussegwenti ma għandux ikollu d-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru sakemm qorti jew tribunal ma jiddeċidux mod ieħor fuq talba tal-applikant jew filwaqt li jaġixxu ex officio. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-appell sussegwenti.

imħassar

Or. en

Emenda    1563

Emenda    1564

Emenda    1565

5.  Applikant li jippreżenta appell ieħor kontra l-ewwel deċiżjoni ta' appell jew deċiżjonijiet ta' appell sussegwenti ma għandux ikollu d-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru.

Or. en

Emenda    1566

Maria Grapini

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ ta' appell, il-qrati jew it-tribunali għandhom jiddeċiedu fuq l-ewwel livell ta' appell fi żmien il-limiti ta' żmien li ġejjin minn meta jiġi ppreżentat l-appell:

1.  Mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ ta' appell, il-qrati jew it-tribunali għandhom jiddeċiedu fuq l-ewwel livell ta' appell fi żmien limitu ta' żmien raġonevoli minn meta jiġi ppreżentat l-appell:

Or. ro

Ġustifikazzjoni

L-iskadenzi proposti fir-Regolament jistgħu jwasslu biex is-SEKA taħdem ħażin jekk isiru numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet fl-istess ħin.

Emenda    1567

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fi żmien sitt xhur fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira protezzjoni internazzjonali.

(a)  fi żmien ħames xhur fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda    1568

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fi żmien sitt xhur fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira protezzjoni internazzjonali.

(a)  fi żmien sitt xhur fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Emenda    1569

Maria Grapini

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fi żmien sitt xhur fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira protezzjoni internazzjonali.

(a)   fi żmien sitt xhur fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira protezzjoni internazzjonali.

Or. ro

Emenda    1570

Beatrix von Storch

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fi żmien xaharejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrfijuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

(b)  fi żmien xaharejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrfijuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat wara proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

Or. en

Emenda    1571

Maria Grapini

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fi żmien xaharejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrfijuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

(b)  fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrfijuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

Or. ro

Emenda    1572

Maria Grapini

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fi żmien xahar fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

(c) fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

Or. ro

Emenda    1573

Jussi Halla-aho

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każijiet li jinvolvu kwistjonijiet kumplessi ta' fatti jew tal-liġi, il-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mtawla b'perjodu addizzjonali ta' tliet xhur.

2.  F'każijiet li jinvolvu kwistjonijiet kumplessi ta' fatti jew tal-liġi, il-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mtawla b'perjodu addizzjonali ta' xahrejn.

Or. en

Emenda    1574

Emil Radev

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każijiet li jinvolvu kwistjonijiet kumplessi ta' fatti jew tal-liġi, il-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mtawla b'perjodu addizzjonali ta' tliet xhur.

2.  F'każijiet li jinvolvu kwistjonijiet kumplessi ta' fatti jew tal-liġi, il-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mtawla.

Or. bg

Emenda    1575

Brice Hortefeux

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament ma jolqotx il-possibilità, għall-awtoritajiet pubbliċi, li jikkontestaw id-deċiżjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji kif previst fil-liġi nazzjonali.

Din id-Direttiva ma tolqotx il-possibilità, għall-awtoritajiet pubbliċi, li jikkontestaw id-deċiżjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji kif previst fil-liġi nazzjonali.

Or. fr

Emenda    1576

Emenda    1577

Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Filiz Hyusmenova

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom, f'kuntatt mal-Kummissjoni, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex tiġi stabbilita kooperazzjoni diretta u bdil ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli.

2.  L-Istati Membri għandhom, f'kuntatt mal-Kummissjoni, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex tiġi stabbilita kooperazzjoni diretta u bdil ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli kif ukoll bejn l-awtoritajiet responsabbli u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Trid tissaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni mal-EUAA.

Emenda    1578

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li jkunu adottati atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal estensjoni bħal din mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

2.  Is-setgħa li jkunu adottati atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal estensjoni bħal din mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Or. en

Emenda    1579

Péter Niedermüller

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Tali att delegat u l-estensjonijiet tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw.

5.  Tali att delegat u l-estensjonijiet tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa kruċjali li l-Parlament u l-Kunsill ikollhom żmien xieraq biex iqisu l-kontenut ta' att delegat qabel ma dan jidħol fis-seħħ. Perjodu ta' xahar ma jippermettix li l-Parlament jgħaddi mill-proċeduri interni kollha tiegħu biex joġġezzjona għal att delegat u għalhekk mhuwiex xieraq. Il-koleġiżlaturi jenħtieġ li jingħataw xahrejn li huwa l-perjodu minimu.

Emenda    1580

Brice Hortefeux

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [sentejn mid-dħul fis-seħħ ta dan ir-Regolament] u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri u għandha, fejn xieraq, tipproponi xi emendi.

Sa [sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha, fejn xieraq, tipproponi xi emendi.

Or. fr

Emenda    1581

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [sentejn mid-dħul fis-seħħ ta dan ir-Regolament] u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri u għandha, fejn xieraq, tipproponi xi emendi.

Sa [sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha, fejn xieraq, tipproponi xi emendi.

Or. en

Emenda    1582

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Parlament Ewropew, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, u l-Ombudswoman Ewropea għandhom jiktbu rapporti fl-istess perjodu ta' żmien biex jevalwaw is-sistema u s-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali matul dan il-perjodu.

Or. en

Emenda    1583

Péter Niedermüller

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport tagħha mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jiskadi dak il-limitu ta' żmien.

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport tagħha mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jiskadi dak il-limitu ta' żmien.

Bħala parti mir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-metodoloġija li użat biex tivvaluta s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi inklużi fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi terzi bla periklu, jew l-inklużjoni jew is-sospensjoni potenzjali ta' tali pajjiżi mil-lista. Hija għandha tirrapporta wkoll dwar l-implimentazzjoni ta' salvagwardji proċedurali għal dawk li qed ifittxu l-asil li joriġinaw minn pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kliem ibbażat fuq l-Emenda 43 tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament SCO.

Emenda    1584

Ska Keller

f'isem il-Grupp Verts/ALE

Judith Sargentini

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw b'mod regolari lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tat-Taqsima III ta' dan ir-Regolament.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa, fil-prattika, tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-provvediment ta' assistenza legali mingħajr ħlas lill-applikant għal asil fl-istadji kollha tal-proċedura.

Emenda    1585

Brice Hortefeux

Proposta għal regolament

Artikolu 60a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 60a  

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mal-Artikoli ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Or. fr

Emenda    1586

Brice Hortefeux

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2013/32/UE tħassret.

Id-Direttiva 2013/32/UE tħassret għall-Istati Membri marbuta b'din id-Direttiva mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar l-iskadenzi tat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva.

Or. fr

Emenda    1587

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness 2.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness 2.

Or. en

Emenda    1588

Brice Hortefeux

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Or. fr

Emenda    1589

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Or. en

Emenda    1590

Brice Hortefeux

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika minn [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tiegħu].

imħassar

Or. fr

Emenda    1591

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika minn [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tiegħu].

Din id-Direttiva għandha tibqa' tapplika minn [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tagħha].

Or. en

Emenda    1592

Brice Hortefeux

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

imħassar

Or. fr

Emenda    1593

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Din id-Direttiva għandha torbot fl-intier tagħha u tapplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Or. en

Emenda    1594

Marina Albiol Guzmán

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu msemmija fl-Artikolu 48

imħassar

l-Albanija

il-Bosnja-Ħerzegovina,

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

il-Kosovo*39 ,

il-Montenegro,

is-Serbja,

It-Turkija.

_________________

39 * Din l-indikazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

Or. en

Emenda    1595

Laura Ferrara

Proposta għal regolament

Anness I - paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

it-Turkija

imħassar

Or. it

Emenda    1596

Péter Niedermüller, Sylvie Guillaume

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-Turkija.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Abbażi tar-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar it-Turkija ( COM(2016) 715 ) u r-Rapport ta' Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini tal-EASO - Fokus fuq il-Pajjiż tat-Turkija (Novembru 2016) it-Turkija ma tikkonformax mal-kriterji ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu skont l-Artikolu 47.