Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

2013/0072(COD)

9.10.2013

EMENDI

107 - 374

Abbozz ta' rapport

Georges Bach

(PE510.868v02-00)

li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom

Proposta għal regolament

( COM(2013)0130 – C7‑0066/2013 – 2013/0072(COD) )

AM_Com_LegReport

Emenda    107

Dieter-Lebrecht Koch, Markus Ferber, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-passiġġieri tal-ajru ma għandhomx biss drittijiet iżda anki obbligi, li jekk jirrispettawhom jiġi żgurat, kemm lilhom kif ukoll lill-passiġġieri l-oħra, li kollox jimxi b'mod sikur u sew, kemm qabel, matul kif ukoll wara l-vjaġġ;

Or. de

Emenda  108

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) Is-servizzi tat-trasport bl-ajru huma servizzi, imħallsa minn qabel mill-passiġġier, u li jiġu ssussidjati b’mod dirett jew indirett mill-kontribwent. Il-biljetti tal-ajru għaldaqstant għandhom jitqiesu bħala “kuntratti ta’ riżultat”, fejn il-linji tal-ajru jiggarantixxu li jissodisfaw l-obbligi tal-kuntratt bl-akbar attenzjoni.

Or. en

Emenda  109

Knut Fleckenstein, Jörg Leichtfried, Ismail Ertug

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għat-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri, hemm bżonn definizzjoni iktar preċiża tal-kunċett ta' "ċirkostanzi straordinarji", li tqis is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-kawża C-549/07 (Wallentin-Hermann). Definizzjoni bħal din tista' tiġi ċċarata iktar b'lista mhux eżawrjenti ta' ċirkostanzi li huma ddefiniti biċ-ċar bħala straordinarji jew le.

(3) Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għat-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri, hemm bżonn definizzjoni iktar preċiża tal-kunċett ta'“ċirkostanzi straordinarji”, li tqis is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-kawża C-549/07 (Wallentin-Hermann). Definizzjoni bħal din tista' tiġi ċċarata iktar b'lista konklużiva ta' ċirkostanzi li huma ddefiniti biċ-ċar bħala straordinarji jew le.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi pprovduta ċ-ċertezza legali rigward id-definizzjoni ta’ ċirkostanzi straordinarji, il-lista għandha tkun imfassla bħala waħda konklużiva.

Emenda  110

Corien Wortmann-Kool

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għat-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri, hemm bżonn definizzjoni iktar preċiża tal-kunċett ta' "ċirkostanzi straordinarji", li tqis is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-kawża C-549/07 (Wallentin-Hermann).Definizzjoni bħal din tista' tiġi ċċarata iktar b'lista mhux eżawrjenti ta' ċirkostanzi li huma ddefiniti biċ-ċar bħala straordinarji jew le.

(3)Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għat-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri, hemm bżonn definizzjoni iktar preċiża tal-kunċett ta’ “ċirkostanzi straordinarji”, li tqis is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-kawża C-549/07 (Wallentin-Hermann).Definizzjoni bħal din tista’ tiġi ċċarata iktar b’lista mhux eżawrjenti ta’ ċirkostanzi li huma ddefiniti biċ-ċar bħala straordinarji jew le.Il-Kummissjoni għandha tadotta lista mhux eżawrjenti ta’ ċirkostanzi straordinarji permezz ta’att iddelegat, billi tiġi kkunsidrata l-ħidma tal-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar.

Or. en

Emenda  111

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)Fil-kawża C-173/07 (Emirates), il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddeċidiet li l-kunċett ta' "titjira" fis-sens tar-Regolament Nru 261/2004 għandha tiġi interpretata li tikkonsisti essenzjalment f'operazzjoni tat-trasport tal-ajru, bħala "unità" ta' dan it-trasport, li ssir minn trasportatur tal-ajru skont skeda stabbilita minnu.Sabiex tiġi evitata l-inċertezza, issa għandha tingħata definizzjoni aktar ċara ta' "titjira", kif ukoll għall-kunċetti assoċjati ta' "titjira konnessa" u "vjaġġ".

(4)Fil-kawża C-173/07 (Emirates), il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddeċidiet li l-kunċett ta’ “titjira” fis-sens tar-Regolament Nru 261/2004 għandha tiġi interpretata li tikkonsisti essenzjalment f’operazzjoni tat-trasport tal-ajru, bħala “unità” ta’ dan it-trasport, li ssir minn trasportatur tal-ajru skont skeda stabbilita minnu.Sabiex tiġi evitata l-inċertezza, issa għandha tingħata definizzjoni aktar ċara ta’ “titjira” u “titjira konnessa”.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta’ ‘vjaġġ’ m’għadux meħtieġ billi t-terminu ‘titjira’ jista’ jintuża fit-test kollu.

Emenda  112

Dominique Riquet

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fil-kawża C-22/11 (Finnair), il-Qorti Ewropea ddeċidiet li l-kunċett ta’ “imbark miċħud” għandu jiġi interpretat bħala relatat mhux biss ma’ każijiet ta’ imbark miċħud minħabba bbukkjar żejjed, iżda anki ma’ dawk ta’ imbark miċħud għal raġunijiet oħra, bħal raġunijiet operattivi. Minħabba din il-konferma, ma hemm l-ebda raġuni biex tinbidel id-definizzjoni attwali ta’ “imbark miċħud”.

imħassra

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Tenħtieġ modifika fil-kunċett ta’ imbark miċħud biex it-trasportaturi ma jużawx politiki kummerċjali li jiddiskriminaw kontra l-passiġġieri.

Emenda  113

Dominique Riquet

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) L-ibbukkjar, il-pagament u l-konferma ta’ biljett skont dan ir-Regolament għandhom valur kuntrattwali ta’ impenn għaż-żewġ partijiet (il-passiġġier u t-trasportatur tal-ajru).

Taħt dawn il-kundizzjonijiet, ħlief jekk ikun hemm qbil speċifiku bejn il-partijiet:

- il-passiġġier li ma jersaqx għall-imbark taħt il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1(2), is-subparagrafi a u b ta’ dan ir-Regolament jitlef id-drittijiet tiegħu marbuta mal-biljett għat-titjira inkwistjoni

- it-trasportatur tal-ajru hu obbligat li jonora l-impenji (data, ħin u post) għall-imbark tal-passiġġier ħlief f’każ ta’ ċirkostanzi straordinarji kif definiti minn dan ir-Regolament.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Din ir-reċiproċità hija l-bażi ta’ impenn ibbilanċjat bejn iż-żewġ partijiet.

Emenda  114

Dominique Riquet

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 japplika wkoll għal passiġġieri li jkunu bbukkjaw il-vjaġġ bl-ajru tagħhom bħala parti minn vjaġġ b’kollox inkluż. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-passiġġieri ma jistgħux jakkumulaw drittijiet korrispondenti, b’mod partikolari kemm skont dan ir-Regolament kif ukoll skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż17. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu liema liġi jintroduċu fil-pretensjonijiet tagħhom, iżda ma għandux ikollhom id-dritt li jakkumulaw il-kumpens għall-istess problema skont iż-żewġ atti legali. Il-passiġġieri ma għandhomx ikunu kkonċernati dwar kif it-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ġiti jallokkaw tali pretensjonijiet bejniethom.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 japplika wkoll għal passiġġieri li jkunu bbukkjaw il-vjaġġ bl-ajru tagħhom bħala parti minn vjaġġ b’kollox inkluż. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-passiġġieri ma jistgħux jakkumulaw drittijiet korrispondenti, b’mod partikolari kemm skont dan ir-Regolament kif ukoll skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż17. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu liema liġi jintroduċu fil-pretensjonijiet tagħhom, iżda ma għandux ikollhom id-dritt li jakkumulaw il-kumpens għall-istess problema skont iż-żewġ atti legali. Il-passiġġieri ma għandhomx ikunu kkonċernati dwar kif it-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ġiti jallokaw tali pretensjonijiet bejniethom.

__________________

__________________

17 ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

17 ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni lingwistika

Emenda  115

Dieter-Lebrecht Koch

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 japplika wkoll għal passiġġieri li jkunu bbukkjaw il-vjaġġ bl-ajru tagħhom bħala parti minn vjaġġ b'kollox inkluż. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-passiġġieri ma jistgħux jakkumulaw drittijiet korrispondenti, b'mod partikolari kemm skont dan ir-Regolament kif ukoll skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż . Il-passiġġieri ma għandhomx ikunu kkonċernati dwar kif it-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ġiti jallokaw tali pretensjonijiet bejniethom.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 ma japplikax wkoll għal passiġġieri li jkunu bbukkjaw il-vjaġġ bl-ajru tagħhom bħala parti minn vjaġġ b'kollox inkluż.

__________________

__________________

ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

Or. de

Emenda  116

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 japplika wkoll għal passiġġieri li jkunu bbukkjaw il-vjaġġ bl-ajru tagħhom bħala parti minn vjaġġ b'kollox inkluż.Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-passiġġieri ma jistgħux jakkumulaw drittijiet korrispondenti, b'mod partikolari kemm skont dan ir-Regolament kif ukoll skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż17.Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu liema liġi jintroduċu fil-pretensjonijiet tagħhom, iżda ma għandux ikollhom id-dritt li jakkumulaw il-kumpens għall-istess problema skont iż-żewġ atti legali.Il-passiġġieri ma għandhomx ikunu kkonċernati dwar kif it-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ġiti jallokkaw tali pretensjonijiet bejniethom.

(6)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 japplika wkoll għal passiġġieri li jkunu bbukkjaw il-vjaġġ bl-ajru tagħhom bħala parti minn vjaġġ b’kollox inkluż.Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-passiġġieri ma jistgħux jakkumulaw drittijiet korrispondenti, b’mod partikolari kemm skont dan ir-Regolament kif ukoll skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż17.Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu liema liġi jintroduċu fil-pretensjonijiet tagħhom, iżda ma għandux ikollhom id-dritt li jakkumulaw il-kumpens għall-istess problema skont iż-żewġ atti legali.Il-passiġġieri ma għandhomx ikunu kkonċernati dwar kif it-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ġiti jallokaw tali pretensjonijiet bejniethom, u għandhom jingħataw l-evidenza meħtieġa mit-trasportaturi tal-ajru jew l-operaturi tal-ġiti biex jiffinalizzaw il-pretensjonijiet tagħhom mingħajr dewmien.

__________________

__________________

17 ĠU L158, 23.6.1990, p.59

17 ĠU L158, 23.6.1990, p.59

Or. en

Ġustifikazzjoni

F’każ li l-passiġġieri jkunu jeħtieġu l-evidenza tal-kanċellazzjoni ta’ titjira jew ta’ interruzjonijiet oħra tal-ivjaġġar biex jiffinalizzaw il-pretensjonijiet tagħhom, għandhom jiġu pprovduti b’din l-evidenza meħtieġa mingħajr dewmien.

Emenda  117

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)Sabiex jitjieb il-livell ta' protezzjoni, il-passiġġieri ma għandux ikollhom l-imbark miċħud fuq il-vjaġġ tar-ritorn b'biljett bidirezzjonali (tar-ritorn) għax ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni ewlenija hi li l-passiġġieri jiġu mgħarrfa b’mod ċar fil-ħin tal-buking li l-vjaġġ tar-ritorn ikun null u bla effett jekk il-vjaġġ tal-bidu ma jitteħidx. Hija kwistjoni kummerċjali għal-linji tal-ajru, f’suq kompetittiv, dwar jekk jixtiqux jinkludu dawn it-termini u d-dispożizzjonijiet. Jeħtieġ ukoll li jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-UE u dawk mhux tal-UE.

Emenda  118

Michel Dantin

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex jitjieb il-livell ta’ protezzjoni, il-passiġġieri ma għandux ikollhom l-imbark miċħud fuq il-vjaġġ tar-ritorn b’biljett bidirezzjonali (tar-ritorn) għax ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu.

(7) Sabiex jitjieb il-livell ta’ protezzjoni, il-passiġġieri ma għandux ikollhom l-imbark miċħud fuq il-vjaġġ tar-ritorn b’biljett bidirezzjonali (tar-ritorn) għax ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu, jekk ċirkostanza li mhix taħt il-kontroll tagħhom, pereżempju aċċident, marda, jew mewt, waqqfithom milli jkunu preżenti fil-ħin fl-ajruport għall-vjaġġ tal-bidu.

Or. fr

Emenda  119

Georges Bach

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)Sabiex jitjieb il-livell ta' protezzjoni, il-passiġġieri ma għandux ikollhom l-imbark miċħud fuq il-vjaġġ tar-ritorn b'biljett bidirezzjonali (tar-ritorn) għax ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu.

(7)Sabiex jitjieb il-livell ta’ protezzjoni, il-passiġġieri ma jridux ikollhom l-imbark miċħud fuq il-vjaġġ tar-ritorn b’biljett bidirezzjonali (tar-ritorn) għax ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu.Madankollu, id-dispożizzjoni l-ġdida ma għandhiex tapplika meta l-biljett jinkludi aktar mill-biljett tat-tluq u tar-ritorn u l-passiġġieri ma jkunux użaw it-titjiriet fis-sekwenza miftiehma minn qabel kif muri fil-biljett.

Or. en

Emenda  120

Petra Kammerevert

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex jitjieb il-livell ta' protezzjoni, il-passiġġieri ma għandux ikollhom l-imbark miċħud fuq il-vjaġġ tar-ritorn b'biljett bidirezzjonali (tar-ritorn) għax ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu.

(7) Sabiex jitjieb il-livell ta' protezzjoni, il-passiġġieri ma għandux ikollhom l-imbark miċħud fuq il-vjaġġ tar-ritorn b'biljett bidirezzjonali (tar-ritorn) għax ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu jew jekk il-passiġġier ma jkunx għamel użu mill-partijiet indivdwali kollha tal-biljett b’mod sekwenzjali.

Or. de

Emenda  121

Jörg Leichtfried

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex jitjieb il-livell ta' protezzjoni, il-passiġġieri ma għandux ikollhom l-imbark miċħud fuq il-vjaġġ tar-ritorn b'biljett bidirezzjonali (tar-ritorn) għax ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu.

(7) Sabiex jitjieb il-livell ta' protezzjoni, il-passiġġieri ma jistax ikollhom l-imbark miċħud fuq parti individwali ta’ biljett bidirezzjonali (tar-ritorn) għax ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunux għamlu użu mill-partijiet individwali kollha tal-biljett.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Projbizzjoni komprensiva tal-politika meta l-passiġġier ma jfeġġx: Jekk it-titjira bbukkjata tkun tikkonsisti f’diversi partijiet indivdwali, għandu jkun possibbli li tintuża parti jew diversi partijiet biss, mingħajr ma jiġu applikati sanzjonijiet permezz tar-rifjut tas-servizzi tat-trasport l-oħra jew spiża għolja.

Emenda  122

Saïd El Khadraoui

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)Sabiex jiġi mtejjeb il-livell ta’ protezzjoni, il-passiġġieri ma jistgħux jiġu miċħuda imbark għaliex huma naqsu milli jivvjaġġaw fil-parti preċedenti tal-vjaġġ b’mod differenti ta’ trasport, bħal xarabank jew ferrovija, bl-użu tal-istess biljett.

Or. nl

Emenda  123

Hubert Pirker

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Bħalissa, il-passiġġieri kultant jiġu ppenalizzati għal żbalji ta' ortografija fl-ismijiet tagħhom permezz tal-applikazzjoni ta' tariffi amministrattivi punittivi. Korrezzjonijiet raġonevoli ta' żbalji fil-buking għandhom jingħataw mingħajr ħlas sakemm dawn ma jimplikawx bidla fil-ħinijiet, id-data, l-iskeda jew il-passiġġier.

(8) Bħalissa, il-passiġġieri kultant jiġu ppenalizzati għal żbalji ta' ortografija fl-ismijiet tagħhom permezz tal-applikazzjoni ta' tariffi amministrattivi punittivi. Korrezzjonijiet ta' żbalji fil-buking formali, bħal żbalji fil-kitba tal-isem, għandhom jingħataw mingħajr ħlas sakemm dawn ma jimplikawx bidla fil-ħinijiet, id-data, l-iskeda jew il-passiġġier.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni hija maħsuba biex tiċċara dak li għandu jitqies bħala korrezzjoni. Żbalji tat-tipa għandhom assolutament ikunu jistgħu jiġu kkoreġuti. Madankollu, f’dan il-kuntest mhuwiex possibbli li sa 48 siegħa qabel it-tluq il-buking isir f’isem (ta’ persuna) differenti.

Emenda  124

Artur Zasada

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)Bħalissa, il-passiġġieri kultant jiġu ppenalizzati għal żbalji ta' ortografija fl-ismijiet tagħhom permezz tal-applikazzjoni ta' tariffi amministrattivi punittivi.Korrezzjonijiet raġonevoli ta' żbalji fil-buking għandhom jingħataw mingħajr ħlas sakemm dawn ma jimplikawx bidla fil-ħinijiet, id-data, l-iskeda jew il-passiġġier.

(8)Bħalissa, il-passiġġieri kultant jiġu ppenalizzati għal żbalji ta' ortografija fl-ismijiet tagħhom permezz tal-applikazzjoni ta' tariffi amministrattivi punittivi.Korrezzjonijiet raġonevoli ta' żbalji ovvji fil-buking għandhom jingħataw darba u mingħajr ħlas sakemm dawn ma jimplikawx bidla fil-ħinijiet, id-data, l-iskeda jew il-passiġġier.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Jekk sar żball, il-passiġġier għandu jkollu l-opportunità li jirranġah, imma din il-possibbiltà għandha tkun limitata għal bidla waħda, sabiex it-trasportatur ikollu lista sħiħa u kompleta tal-passiġġieri kemm jista’ jkun malajr.

Emenda  125

Georges Bach

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b) Pereżempju, it-twaqqif ta’ fond ta’ garanzija jew ta’ sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja se tippermetti lit-trasportaturi tal-ajru li jiżguraw ir-rimborż tal-passiġġieri jew ir-ritorn tagħhom wara li titjira tiġi kkanċellata minħabba l-insolvenza ta’ trasportatur tal-ajru jew is-sospensjoni tal-attivitajiet ta’ trasportatur tal-ajru minħabba r-revoka tal-liċenzja operattiva tiegħu.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

It-twaqqif ta’ fond ta’ garanzija jew ta’ sistema ta’ assigurazzjoni se jiżgura l-protezzjoni tal-vjaġġaturi f’każ ta’ falliment jew ta’ telf ta’ liċenzja.

Emenda  126

Brian Simpson

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)L-ajruporti u l-utenti tal-ajruporti bħat-trasportaturi tal-ajru u l-kumpaniji tal-groundhandling għandhom jikkoperaw biex inaqqsu l-impatt ta' interruzzjonijiet multippli tat-titjiriet fuq il-passiġġieri billi jiżguraw il-kura u r-riprogrammar tar-rotot tagħhom.Għal dan il-għan, għandhom jippreparaw pjanijiet ta' kontinġenza għal tali okkorrenzi u jaħdmu flimkien fl-iżvilupp ta' tali pjanijiet.

(10)Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport u l-utenti tal-ajruporti bħat-trasportaturi tal-ajru, il-kumpaniji tal-groundhandling u l-fornituri ta’ għajnuna għall-passiġġieri b’diżabbiltà u l-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa għandhom jikkoperaw biex inaqqsu l-impatt ta’ interruzzjonijiet multipli tat-titjiriet fuq il-passiġġieri billi jiżguraw il-kura u r-riprogrammar tar-rotot tagħhom. Għal dan il-għan, għandhom jippreparaw pjanijiet ta’ kontinġenza għal tali okkorrenzi u jissottomettu dawn il-pjanijiet lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar li għandu jivvalutahom u jista’ jeżiġi adattamenti meta jkun meħtieġ.

Or. en

Emenda  127

Petri Sarvamaa

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportaturi tal-ajru għandhom jorganizzaw u, flimkien mal-amministratur tal-ajruport, jindikaw b’mod ċar ċentru ta’ servizz u korp ta’ persunal fl-ajruport fejn il-passiġġieri għandhom aċċess waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-ajruport fil-każ ta’ problemi li jqumu b’relazzjoni mat-titjira.

Or. fi

Emenda  128

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsoffru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon).Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta' dan.Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsofru dewmien twil, b’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon) u l-prinċipju tat-trattament ugwali, li jirrikjedi li sitwazzjonijiet komparabbli ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti.Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta’ dan.Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f’ajruporti remoti.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kjarifika tal-prinċipju abbażi tad-deċiżjoni rigward il-każ Sturgeon.

Emenda  129

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsoffru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon).Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta' dan.Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsofru dewmien twil, b’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon).Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

(Regolament 261/2004/KE, Premessa 11)

Or. en

Emenda  130

Hubert Pirker

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsoffru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon). Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta' dan. Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

(11) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsofru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon). Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

Or. de

Ġustifikazzjoni

It-tħassir huwa meħtieġ għaliex il-ħin tad-dewmien għandu jinġieb f'konformità mal-kawża Sturgeon tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Emenda  131

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsoffru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon).Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta' dan.Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsofru dewmien twil, b’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon).Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta’ dan.Il-livell limitu għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f’ajruporti remoti.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-meded tad-distanzi jeħtieġ li jiġu emendati sabiex jiġi żgurat li jkunu konsistenti ma’ dawk applikabbli għall-kanċellazzjonijiet (u għaldaqstant jikkonformaw mad-deċiżjoni rigward il-każ Sturgeon) u mal-livelli ta’ kumpens fl-Artikolu 7. Dan se jiżgura wkoll li r-Regolament ma jsirx ikkumplikat iżżejjed.

Emenda  132

Jaromír Kohlíček, Sabine Wils

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsoffru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon).Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta' dan.Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsofru dewmien twil, b’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon).Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta’ dan.Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni.

Or. en

Emenda  133

Corien Wortmann-Kool

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsoffru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon).Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta' dan.Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsofru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon).Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex fost l-oħrajn jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta’ dan.Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

Or. en

Emenda  134

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Il-kumpens għad-dewmien għandu jiddependi fuq titjiriet qosra, medji u twal skedati u jikkunsidra l-ħin mitluf mill-passiġġier u l-inkonvenjenza kkawżata lilu mid-dewmien.

Or. en

Emenda  135

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)Il-passiġġieri li jitilfu titjira konnessa għandhom jingħataw indukrar xieraq waqt li jistennew ir-riprogrammar tar-rotta.B'konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali, dawn il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jitolbu kumpens fuq bażi simili għall-passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jittardjaw jew jiġu kkanċellati fid-dawl tad-dewmien meta jilħqu d-destinazzjoni finali tal-vjaġġ tagħhom.

(13)Il-passiġġieri li jitilfu titjira konnessa għandhom jingħataw indukrar xieraq waqt li jistennew ir-riprogrammar tar-rotta.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-proposta relatata mat-titjiriet konnessi u l-għoti ta’ kumpens wara dewmien se jpoġġi piż sproporzjonat fuq it-titjiriet ta’ kollegament (feeder), li jista’ jwassal għal tnaqqis tas-servizzi (b’mod partikolari mir-Reġjuni). Dan, min-naħa tiegħu, se jnaqqas ir-relazzjonijiet bejn il-linji tal-ajru u l-benefiċċji li dan iġib għall-passiġġieri. Pereżempju, jista’ jkun meħtieġ li l-passiġġieri jagħmlu ċ-check-in u ċ-check-out tal-bagalji meta jibdlu bejn titjira u oħra. Il-ħinijiet tal-vjaġġ u tal-konnessjonijiet jistgħu jiżdiedu wkoll.

Emenda  136

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)Il-passiġġieri li jitilfu titjira konnessa għandhom jingħataw indukrar xieraq waqt li jistennew ir-riprogrammar tar-rotta.B'konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali, dawn il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jitolbu kumpens fuq bażi simili għall-passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jittardjaw jew jiġu kkanċellati fid-dawl tad-dewmien meta jilħqu d-destinazzjoni finali tal-vjaġġ tagħhom.

(13)Il-passiġġieri li jitilfu titjira konnessa għandhom jingħataw indukrar xieraq waqt li jistennew ir-riprogrammar tar-rotta.Dawn il-passiġġieri għandhom jingħataw informazzjoni ċara dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi, f'każ ta’ ħsara fil-bagalji matul il-vjaġġ, dwar il-kwoti tal-bagalji differenzjati, kumpens għal dewmien u regoli bejn trasportaturi kif ukoll dwar riprogrammar adegwat tar-rotot f’każ ta’ interruzzjonijiet tal-ivjaġġar u konnessjonijiet mitlufa, inkluż ir-riprogrammar intermodali tar-rotot.

Or. en

Emenda  137

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)Il-passiġġieri li jitilfu titjira konnessa għandhom jingħataw indukrar xieraq waqt li jistennew ir-riprogrammar tar-rotta.B'konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali, dawn il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jitolbu kumpens fuq bażi simili għall-passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jittardjaw jew jiġu kkanċellati fid-dawl tad-dewmien meta jilħqu d-destinazzjoni finali tal-vjaġġ tagħhom.

(13)Il-passiġġieri li jitilfu titjira konnessa għandhom jingħataw indukrar xieraq waqt li jistennew ir-riprogrammar tar-rotta.B’konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-kawża C-11/11 (Air France v. Folkerts), dawn il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jitolbu kumpens fuq bażi simili għall-passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jittardjaw jew jiġu kkanċellati fid-dawl tad-dewmien meta jilħqu d-destinazzjoni finali tal-vjaġġ tagħhom.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-ispeċifikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, li tipprovdi r-raġunament ġuridiku sabiex jiġi permess id-dewmien li għandu jiġi kkalkulat fid-detsinazzjoni finali.

Emenda  138

Brian Simpson

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a) Il-passiġġieri b’diżabbiltà jew il-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa li jitlifu titjira konnessa minħabba dewmien ikkawżat minn servizzi ta’ għajnuna ta’ ajruport għandhom jiġu indukrati kif xieraq waqt li jkunu qed jistennew ir-riprogrammar tar-rotot. Dawn il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jitolbu kumpens mill-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport fuq bażi simili għall-passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jiddewmu jew jiġu kkanċellati mit-trasportatur tal-ajru.

Or. en

Emenda  139

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)It-trasportaturi tal-ajru bħalissa jiffaċċjaw responsabbiltà illimitata għall-akkomodazzjoni tal-passiġġieri tagħhom fil-każ ta' ċirkostanzi straordinarji ta' dewmien twil.Din l-inċertezza marbuta man-nuqqas ta' xi limitu prevedibbli taż-żmien tista' tipperikola l-istabbiltà finanzjarja tat-trasportatur tal-ajru.Għalhekk, it-trasportatur tal-ajru għandu jkun jista' jillimita l-provvista ta' indukrar wara ċertu perjodu taż-żmien.Barra minn hekk, l-ippjanar ta' kontinġenza u r-riprogrammar rapidu tar-rotot għandhom inaqqsu r-riskju li l-passiġġieri jibqgħu l-art għal perjodi twal.

imħassar

Or. en

Emenda  140

(16)It-trasportaturi tal-ajru bħalissa jiffaċċjaw responsabbiltà illimitata għall-akkomodazzjoni tal-passiġġieri tagħhom fil-każ ta’ ċirkostanzi straordinarji ta’ dewmien twil.Għalhekk, it-trasportatur tal-ajru għandu jkun jista’ jillimita l-provvista ta’ indukrar wara ċertu perjodu taż-żmien filwaqt li jipprovdi lill-passiġġieri bl-ippjanar ta' kontinġenza u r-riprogrammar rapidu tar-rotot xierqa sabiex inaqqsu r-riskju li l-passiġġieri jibqgħu l-art għal perjodi twal.

Or. en

Emenda  141

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)L-implimentazzjoni ta' ċertu drittijiet tal-passiġġieri, b'mod partikolari d-dritt għal akkomodazzjoni, tidher li hija sproporzjonata għad-dħul tat-trasportaturi tal-ajru għal ċertu operazzjonijiet ta' daqs żgħir.Għalhekk titjiriet li jagħmlu ajruplani żgħar fuq distanzi qosra għandhom jiġu eżentati mill-obbligu ta' ħlas għall-akkomodazzjoni, għalkemm it-trasportatur tal-ajru xorta għandu jgħin lill-passiġġier isib akkomodazzjoni bħal din.

imħassar

Or. en

Emenda  142

Emenda  143

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)Għal persuni b'diżabbiltà, persuni b'mobbiltà mnaqqsa u persuni oħrajn bi bżonnijiet speċjali bħal tfal mhux akkumpanjati, nisa tqal u persuni bi bżonn ta' għajnuna medika speċifika, jista' jkun aktar diffiċli biex isirulho, arranġamenti għall-akkomodazzjoni meta jseħħu interruzzjonijiet tat-titjiriet.Għalhekk, kull limitazzjoni għad-dritt għal akkomodazzjoni fil-każijiet ta' ċirkostanzi straordinarji jew għal operazzjonijiet reġjonali ma għandhiex tapplika għal dawn il-kategoriji ta' passiġġieri.

(18)Għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa jista’ jkun aktar diffiċli biex isirulhom arranġamenti għall-akkomodazzjoni meta jseħħu interruzzjonijiet tat-titjiriet.Għalhekk, kull limitazzjoni għad-dritt għal akkomodazzjoni fil-każijiet ta’ ċirkostanzi straordinarji jew għal operazzjonijiet reġjonali ma għandhiex tapplika għal dawn il-kategoriji ta’ passiġġieri.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tipprevedi li ċerti gruppi ta’ passiġġieri jingħataw għajnuna b’mod indefinit. Hemm obbligu impost fuq dawk il-passiġġieri li jinnotifikaw minn qabel il-kundizzjoni tagħhom tal-inqas 48 siegħa qabel il-buking. Dan mhuwiex prattiku billi attwalment ma hemm l-ebda rekwiżit li n-nisa tqal jew bosta passiġġieri oħra jinnotifikaw il-kundizzjoni tagħhom, ħlief jekk il-kundizzjoni tagħhom ma tkunx stabbli. Din il-ħtieġa ta’ notifika minn qabel mhijiex ibbażata fuq l-għoti ta’ servizz, iżda fuq il-possibbiltà li wieħed jista’ jiddewwem għal iktar minn tliet iljieli.

Emenda  144

Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Għal persuni b'diżabbiltà, persuni b'mobbiltà mnaqqsa u persuni oħrajn bi bżonnijiet speċjali bħal tfal mhux akkumpanjati, nisa tqal u persuni bi bżonn ta' għajnuna medika speċifika, jista' jkun aktar diffiċli biex isirulho, arranġamenti għall-akkomodazzjoni meta jseħħu interruzzjonijiet tat-titjiriet. Għalhekk, kull limitazzjoni għad-dritt għal akkomodazzjoni fil-każijiet ta' ċirkostanzi straordinarji jew għal operazzjonijiet reġjonali ma għandhiex tapplika għal dawn il-kategoriji ta' passiġġieri.

(18) Persuni b'diżabbiltajiet, persuni b'mobbiltà mnaqqsa u persuni oħrajn bi bżonnijiet straordinarji bħal tfal mhux akkumpanjati, nisa tqal u persuni bi bżonnijiet speċifiċi relatati mas-saħħa, jista' jkun aktar diffiċli biex jagħmlu l-arranġamenti tagħhom stess għall-akkomodazzjoni meta jseħħu interruzzjonijiet tat-titjiriet. Għalhekk, kull limitazzjoni għad-dritt għal akkomodazzjoni fil-każijiet ta' ċirkostanzi straordinarji jew għal operazzjonijiet reġjonali ma għandhiex tapplika għal dawn il-passiġġieri.

Or. de

Emenda  145

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) Meta t-trasportatur tal-ajru tal-Komunità jeżiġi li l-persuni b’diżabbiltà jew il-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jiġu akkumpanjati minn persuna li tieħu ħsiebhom, il-persuni li jieħdu ħsiebhom ma għandhomx ikunu soġġetti għall-ħlas tat-taxxa rilevanti tat-tluq mill-ajruport.

Or. en

Emenda  146

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) Il-fornituri ta’ servizzi għandhom jiżguraw li l-PMM u l-persuni b’diżabbiltà jkollhom id-dritt f’kull ħin li jużaw, mingħajr ħlas, apparat respiratorju approvat għas-sigurtà fuq l-ajruplani. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta’ tagħmir approvat għall-ossiġenu mediku f’kooperazzjoni mal-industrija u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b’diżabbiltà u l-PMM, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti ta’ sigurtà.

Or. en

Emenda  147

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)Ir-raġunijiet għal-livell attwali ta' dewmien twil u titjiriet ikkanċellati fl-UE ma jistgħux jiġu attribwiti biss lit-trasportaturi tal-ajru.Sabiex ikunu inċentivati l-atturi kollha fil-katina tal-avjazzjoni ħalli jfittxu soluzzjonijiet effiċjenti u f'waqthom, biex tonqos kemm jista' jkun l-inkonvenjenza li d-dewmien twil u l-kanċellazzjonijiet joħolqu lill-passiġġieri, it-trasportaturi tal-ajru għandu jkollhom id-dritt li jfittxu rimedju minn xi parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra.

(19)Ir-raġunijiet għal-livell attwali ta’ dewmien twil u titjiriet ikkanċellati fl-UE ma jistgħux jiġu attribwiti biss lit-trasportaturi tal-ajru.Sabiex ikunu inċentivati l-atturi kollha fil-katina tal-avjazzjoni ħalli jfittxu soluzzjonijiet effiċjenti u f’waqthom, biex tonqos kemm jista’ jkun l-inkonvenjenza li d-dewmien twil u l-kanċellazzjonijiet joħolqu lill-passiġġieri, it-trasportaturi tal-ajru għandu jkollhom id-dritt li jfittxu rimedju minn xi parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra.L-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ma għandux jiġi mfixkel minn termini u kundizzjonijiet li t-trasportatur tal-ajru oriġinarjament ma jkunx qabel magħhom.

Or. en

Emenda  148

Ismail Ertug

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-passiġġieri mhux biss għandhom jiġu mgħarrfa sew dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ ta' interruzzjoni tat-titjira, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll kif xieraq dwar xi kkawża l-interruzzjoni, malli l-informazzjoni ssir disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll meta l-passiġġier ikun xtara l-biljett mingħand intermedjarju stabbilit fl-Unjoni.

(20) F’każ ta’ interruzzjoni tat-titjira, il-kanċellazzjoni, id-dewmien jew li l-passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu għandhom jiġu mgħarrfa b’mod preċiż dwar id-drittijiet tagħhom kif ukoll dwar xi kkawża l-bidla, malli l-informazzjoni ssir disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll meta l-passiġġier ikun xtara l-biljett mingħand intermedjarju stabbilit fl-Unjoni.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Id-dritt għall-informazzjoni tal-passiġġier għandu jkompli jissaħħaħ. Il-passiġġieri għandhom id-dritt li jingħataw spjegazzjoni mingħand il-linji tal-ajru dwar ir-raġunijiet eżatti tal-kanċellazzjoni, id-dewmien jew għaliex il-passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu.

Emenda  149

Spyros Danellis, Brian Simpson, Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) Sabiex jgħinu lill-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar fl-ilħuq tar-rwol tagħhom rigward l-infurzar ta’ dan ir-Regolament, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovduhom b’dokumentazzjoni ta’ konformità rilevanti li turi l-konformità konsistenti tagħhom mal-Artikoli rilevanti kollha tar-Regolament.

Or. en

Emenda  150

Spyros Danellis, Brian Simpson, Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21b) Billi l-avjazzjoni kummerċjali hija suq tal-UE integrat, il-miżuri li jiggarantixxu l-infurzar tar-Regolament se jkunu iżjed effettivi fil-livell tal-Unjoni biż-żieda fl-involviment tal-Kummissjoni Ewropea. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni Ewropea għandha żżid l-għarfien dwar il-konformità tat-trasportaturi tal-ajru mar-rekwiżiti tad-drittijiet tal-passiġġieri fost il-pubbliku li jivvjaġġa bl-ajru billi tippubblika lista ta’ trasportaturi li sistematikament jonqsu milli jikkonformaw mar-Regolament.

Or. en

Emenda  151

Jaromír Kohlíček, Sabine Wils

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq dwar il-proċeduri rilevanti biex jissottomettu pretensjonijiet u lmenti lit-trasportaturi tal-ajru u għandhom jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli.Il-passiġġieri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jilmentaw fuq it-trasportaturi tal-ajru permezz ta’ miżuri barra mill-qorti.Madankollu, peress li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa dritt fundamentali rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri la għandhom jipprevjenu u lanqas ixekklu l-aċċess tal-passiġġieri għall-qrati.

(22)Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq dwar il-proċeduri rilevanti biex jissottomettu pretensjonijiet u lmenti lit-trasportaturi tal-ajru u għandhom jirċievu tweġiba fl-iqsar żmien possibbli.Il-passiġġieri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jilmentaw fuq it-trasportaturi tal-ajru permezz ta’ miżuri barra mill-qorti.Madankollu, peress li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa dritt fundamentali rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri la għandhom jipprevjenu u lanqas ixekklu l-aċċess tal-passiġġieri għall-qrati.

Or. en

Emenda  152

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq dwar il-proċeduri rilevanti biex jissottomettu pretensjonijiet u lmenti lit-trasportaturi tal-ajru u għandhom jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli.Il-passiġġieri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jilmentaw fuq it-trasportaturi tal-ajru permezz ta' miżuri barra mill-qorti.Madankollu, peress li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa dritt fundamentali rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri la għandhom jipprevjenu u lanqas ixekklu l-aċċess tal-passiġġieri għall-qrati.

(22)Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq dwar il-proċeduri rilevanti biex jissottomettu pretensjonijiet u lmenti lit-trasportaturi tal-ajru u għandhom jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli.Il-passiġġieri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jilmentaw fuq it-trasportaturi tal-ajru permezz ta’ miżuri barra mill-qorti.L-Istati Membri għandhom jipprovdu medjazzjoni mgħammra tajjeb, meta jkun jista’ jiġi solvut kunflitt bejn il-passiġġier u l-linja tal-ajru.Madankollu, peress li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa dritt fundamentali rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri la għandhom jipprevjenu u lanqas ixekklu l-aċċess tal-passiġġieri għall-qrati.

Or. en

Emenda  153

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a) Jekk ajruport li t-traffiku annwali tiegħu jkun jikkonsisti minn iżjed minn żewġ miljun passiġġier ikun jinsab fil-ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti, li tkun kompetenti sabiex tittratta pretensjoni bbażata fuq dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-passiġġier jingħata mingħajr ħlas l-assistenza ta’ traduttur, jekk ikun meħtieġ, u f’każ ta’ seduta verbali, interpretu, sabiex jinbdew il-proċedimenti u jkun jista’ jipparteċipa fihom.

Or. en

Emenda  154

Mathieu Grosch

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a) Pretensjoni għandha dejjem tkun preċeduta minn ilment.

Or. de

Emenda  155

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)Fil-kawża C-139/11 (Moré vs KLM), il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ċċarat li l-limiti taż-żmien biex jittieħdu azzjonijiet għal kumpens huma ddeterminati skont ir-regoli nazzjonali ta' kull Stat Membru.

(23)Fil-kawża C-139/11 (Moré vs KLM), il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ċċarat li l-limiti taż-żmien biex jittieħdu azzjonijiet għal kumpens huma ddeterminati skont ir-regoli nazzjonali ta' kull Stat Membru. Madankollu, id-differenzi sinifikanti tal-limiti taż-żmien stabbiliti mill-Istati Membri jfissru li għandu jiġi stabbilit terminu wieħed, b’segwitu tal-eżempju tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Element prinċipali li sa issa baqa’ mhux regolat, kemm fid-Direttiva tal-ADR kif ukoll fir-Regolament Nru 261/2004, huwa n-nuqqas ta’ limitu taż-żmien massimu biex il-każ jinġieb quddiem l-NEB/NB/ADR u l-qrati ordinarji (perjodu ta’ limitazzjoni).

Emenda  156

Corien Wortmann-Kool

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a) Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssuplimentat bil-lista mhux eżawrjenti ta’ ċirkostanzi straordinarji, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni bil-għan li jiġu ċċarati ċ-ċirkostanzi li huma identifikati b’mod ċar bħala straordinarji jew le. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha u tikkunsidra l-ħidma tal-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kumsill.

Or. en

Emenda  157

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)Sabiex jiġi żgurat li ħsarat jew telf ta' tagħmir tal-mobbiltà jiġi kkumpensat sal-valur kollu tiegħu, it-trasportaturi tal-ajru għandhom joffru mingħajr ħlas lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa l-opportunità li jagħmlu dikjarazzjoni ta' interess speċjali, li skont il-Konvenzjoni ta' Montreal, tippermettihom ifittxu kumpens sħiħ għal telf jew ħsara.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Protezzjoni xierqa diġà teżisti skont il-Konvenzjoni ta’ Montreal u għalhekk it-tibdil mhuwiex meħtieġ.

Emenda  158

Brian Simpson

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)Sabiex jiġi żgurat li ħsarat jew telf ta' tagħmir tal-mobbiltà jiġi kkumpensat sal-valur kollu tiegħu, it-trasportaturi tal-ajru għandhom joffru mingħajr ħlas lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa l-opportunità li jagħmlu dikjarazzjoni ta' interess speċjali, li skont il-Konvenzjoni ta' Montreal, tippermettihom ifittxu kumpens sħiħ għal telf jew ħsara.

(27)Sabiex jiġi żgurat li ħsarat jew telf ta’ tagħmir tal-mobbiltà jiġi kkumpensat sal-valur kollu tiegħu, it-trasportaturi tal-ajru u s-servizzi ta’ għajnuna tal-ajruporti għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri b’diżabbiltà jew lill-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa meta jibbukkjaw u għal darb’oħra fiċ-check-in bl-opportunità li jagħmlu dikjarazzjoni ta’ interess speċjali, li skont il-Konvenzjoni ta’ Montreal, tippermettilhom ifittxu kumpens sħiħ għal telf jew ħsara.

Or. en

Emenda  159

Michel Dantin, Dominique Riquet, Christine De Veyrac, Dominique Vlasto

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex jiġi żgurat li ħsarat jew telf ta’ tagħmir tal-mobbiltà jiġi kkumpensat sal-valur kollu tiegħu, it-trasportaturi tal-ajru għandhom joffru mingħajr ħlas lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa l-opportunità li jagħmlu dikjarazzjoni ta’ interess speċjali, li skont il-Konvenzjoni ta’ Montreal, tippermettihom ifittxu kumpens sħiħ għal telf jew ħsara.

(27) Sabiex jiġi żgurat li ħsarat jew telf ta’ tagħmir tal-mobbiltà jiġi kkumpensat sal-valur kollu tiegħu, it-trasportaturi tal-ajru għandhom joffru mingħajr ħlas lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa l-opportunità li jagħmlu dikjarazzjoni ta’ interess speċjali, li skont il-Konvenzjoni ta’ Montreal, tippermettilhom ifittxu kumpens sħiħ għal telf jew ħsara. It-trasportaturi tal-ajru jridu javżaw lill-passiġġieri, meta jibbukkjaw il-biljetti, bl-eżistenza ta’ din id-dikjarazzjoni u d-drittijiet marbuta magħha.

Or. fr

Emenda  160

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)Xi drabi l-passiġġieri jitfixklu dwar il-bagalja li jistgħu itellgħu fuq l-ajruplan, fejn jidħlu l-qisien, il-piż jew l-għadd ta' oġġetti.Sabiex ikun żgurat li l-passiġġieri jafu sew il-kwoti tal-bagalji inklużi fil-biljett tagħhom, kemm għall-bagalja tal-kabina kif ukoll għall-bagalja tal-idejn, it-trasportaturi tal-ajru għadhom juru biċ-ċar dawn il-kwoti waqt il-buking u fl-ajruport.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din hija deċiżjoni kummerċjali għal-linji tal-ajru u mhux qasam li għandu jkun suġġett għal Regolament. L-element ewlieni huwa li tingħata informazzjoni trasparenti lill-passiġġier fil-ħin tal-buking.

Emenda  161

Georges Bach

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)Xi drabi l-passiġġieri jitfixklu dwar il-bagalja li jistgħu itellgħu fuq l-ajruplan, fejn jidħlu l-qisien, il-piż jew l-għadd ta' oġġetti.Sabiex ikun żgurat li l-passiġġieri jafu sew il-kwoti tal-bagalji inklużi fil-biljett tagħhom, kemm għall-bagalja tal-kabina kif ukoll għall-bagalja tal-idejn, it-trasportaturi tal-ajru għadhom juru biċ-ċar dawn il-kwoti waqt il-buking u fl-ajruport.

(28)Xi drabi l-passiġġieri jitfixklu dwar il-bagalja li jistgħu jtellgħu fuq l-ajruplan, fejn jidħlu l-qisien, il-piż jew l-għadd ta’ oġġetti.Sabiex ikun żgurat li l-passiġġieri jafu sew il-kwoti tal-bagalji inklużi fil-biljett tagħhom, kemm għall-bagalja tal-kabina kif ukoll għall-bagalja tal-idejn, it-trasportaturi tal-ajru għadhom juru biċ-ċar dawn il-kwoti fi stadju bikri tal-proċess tal-buking, fil-kanali kollha ta’ distribuzzjoni inklużi sistemi ta’ reżervazzjoni kompjuterizzati, u waqt iċ-check-in fl-ajruport. L-organizzaturi għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri kif xieraq.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 18 tar-rapporteur. Il-provvista ta’ informazzjoni dwar il-kwoti tal-bagalji u anċillari oħra fi stadju bikri ta’ proċess ta’ buking hija essenzjali sabiex ikun jista’ jsir it-tqabbil tan-noll u tiġi ggarantita t-trasparenza tal-prezzijiet għall-konsumaturi. Għall-fini tat-trasparenza, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll permezz tal-kanali kollha tad-distribuzzjoni.

Emenda  162

Michel Dantin, Dominique Riquet, Christine De Veyrac, Dominique Vlasto

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Xi drabi l-passiġġieri jitfixklu dwar il-bagalja li jistgħu itellgħu fuq l-ajruplan, fejn jidħlu l-qisien, il-piż jew l-għadd ta’ oġġetti. Sabiex ikun żgurat li l-passiġġieri jafu sew il-kwoti tal-bagalji inklużi fil-biljett tagħhom, kemm għall-bagalja tal-kabina kif ukoll għall-bagalja tal-idejn, it-trasportaturi tal-ajru għadhom juru biċ-ċar dawn il-kwoti waqt il-buking u fl-ajruport.

(28) Xi drabi l-passiġġieri jitfixklu dwar il-bagalja li jistgħu jtellgħu fuq l-ajruplan, fejn jidħlu l-qisien, il-piż jew l-għadd ta’ oġġetti. Sabiex ikun żgurat li l-passiġġieri jafu sew il-kwoti tal-bagalji inklużi fil-biljett tagħhom, kemm għall-bagalja tal-kabina kif ukoll għall-bagalja tal-idejn, it-trasportaturi tal-ajru għadhom juru biċ-ċar dawn il-kwoti waqt il-buking u fl-ajruport. Bagalja li tkun ġiet awtorizzata biex tinżamm fil-kabina waqt iċ-check-in mal-bank tal-linja tal-ajru fl-ajruport, ma tistax tiġi rifjutata waqt l-imbark, ħlief jekk din il-bagalja tiġi trasferita b’xejn fil-kabina.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Billi numru dejjem jiżdied ta’ linji tal-ajru li jwettqu verifika tar-rispett tar-rekwiżiti tal-bagalji tal-kabina darbtejn (darba waqt iċ-check-in mal-bank, u fil-ħin tal-imbark), il-passiġġieri ma għandhomx isibu ruħhom f’sitwazzjoni fejn il-bagalja tagħhom tiġi rifjutata mat-tieni verifika waqt l-imbark, u b’hekk jiddaħħlu fi spejjeż addizzjonali, wara li inizjalment din tkun ġiet aċċettata fil-bank taċ-check-in.

Emenda  163

Artur Zasada

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28a) Minħabba li t-trasportaturi tal-ajru qed iżidu fl-offerti tagħhom ta’ prodotti addizzjonali u servizzi lill-passiġġieri li jagħmlu riservazzjonijiet fuq sistemi kompjuterizzati, ħafna drabi mhux relatati ma’ servizzi ta’ trasport, tali prodotti u servizzi għandhom jintwerew biss meta l-passiġġieri li jkunu qed jagħmlu r-riservazzjonijiet ikunu jixtiequ li jarawhom u jekk ikunu taw il-kunsens tagħhom.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Aktar u aktar ta’ spiss il-linji tal-ajru qed jippruvaw ibiegħu prodotti u servizzi oħrajn flimkien mal-biljett. Il-passiġġieri li jkunu qed jagħmlu riservazzjoni huma sfurzati li jaqraw dawn l-offerti – hija prattikament kundizzjoni sabiex tkun tista’ tħallas u tlesti t-tranżazzjoni. In-nies għandhom ikunu jistgħu jagħżlu jekk iridux jew le jaraw dawn it-tip ta’ offerti kummerċjali meta jagħmlu r-riservazzjonijiet.

Emenda  164

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)L-istrumenti mużikali għandhom safejn possibbli jiġu aċċettati bħala bagalji fil-kabina tal-passiġġieri u, fejn dan mhux possibbli, safejn possibbli għandhom jinġarru f'kundizzjonijiet xierqa fil-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan.Ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 għandu jiġi emendat skont dan.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda raġuni valida għaliex l-istrumenti mużikali għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament meta tagħmir ieħor (pereżempju li għandu x’jaqsam mal-isport / il-films) mhuwiex soġġett għar-Regolament. Dan huwa eżempju ta’ regolamentazzjoni żejda

Emenda  165

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)L-istrumenti mużikali għandhom safejn possibbli jiġu aċċettati bħala bagalji fil-kabina tal-passiġġieri u, fejn dan mhux possibbli, safejn possibbli għandhom jinġarru f'kundizzjonijiet xierqa fil-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan.Ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 għandu jiġi emendat skont dan.

(29)L-istrumenti mużikali għandhom jiġu aċċettati bħala bagalji fil-kabina tal-passiġġieri u, fejn dan mhux possibbli, għandhom jinġarru f’kundizzjonijiet xierqa fil-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan.Ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 għandu jiġi emendat skont dan.

Or. en

Emenda  166

Vilja Savisaar-Toomast, Anne E.Jensen

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)L-istrumenti mużikali għandhom safejn possibbli jiġu aċċettati bħala bagalji fil-kabina tal-passiġġieri u, fejn dan mhux possibbli, safejn possibbli għandhom jinġarru f'kundizzjonijiet xierqa fil-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan.Ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 għandu jiġi emendat skont dan.

(29)L-istrumenti mużikali għandhom sa fejn possibbli jiġu aċċettati bħala bagalji fil-kabina tal-passiġġieri u, fejn dan mhux possibbli, sa fejn possibbli għandhom jinġarru f'kundizzjonijiet xierqa fil-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan.Sabiex il-passiġġieri kkonċernati jitħallew jivvalutaw jekk l-istrument tagħhom jistax jinżamm fil-kabina jew le, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jgħarrfuhom dwar id-daqs tal-faċilitajiet tal-ħżin.Ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 għandu jiġi emendat skont dan.

Or. en

Emenda  167

Emenda  168

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tad-drittijiet mogħtija lill-passiġġieri bir-Regolament (KE) Nru 2027/97, il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar maħtura skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandhom ukoll jimmonitorjaw u jinfurzaw id-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 2027/97.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 2027/97 jiġi emendat u l-proposta tista’ żżid piżijiet żejda mhux meħtieġa fuq l-NEBs.

Emenda  169

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)Minħabba l-iskadenzi qosra għas-sottomissjoni ta' lmenti għal telf, ħsara jew dewmien tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jagħtu l-passiġġieri l-possibbiltà li jissottomettu lment billi jipprovdu formola għall-ilmenti fl-ajruport.Din tista' tkun ukoll il-formola tar-Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR) komuni.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 2027/97 jiġi emendat.

Emenda  170

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2027/9719 skada għaliex il-kwistjonijiet tal-assigurazzjoni issa huma kkontrollati bir-Regolament (KE) Nru 785/2004.Dan għalhekk għandu jitħassar.

imħassar

__________________

19Ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta' passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru, ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1, kif modifikat mir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2002, ĠU L 140, 30.5.2002, p. 2.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 2027/97 jiġi emendat.

Emenda  171

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)Huwa meħtieġ li l-limiti monetarji espressi fir-Regolament (KE) Nru 2027/97 jiġu emendati sabiex jieħdu kont tal-iżviluppi ekonomiċi, kif rivedut mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) fl-2009 skont l-Artikolu 24(2) tal-Konvenzjoni ta' Montreal.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 2027/97 jiġi emendat.

Emenda  172

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)Sabiex tiġi żgurata l-korrispondenza kontinwa bejn ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 u l-Konvenzjoni ta' Montreal, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni.Din is-setgħa se tippermetti lill-Kummissjoni temenda l-limiti monetarji espressi fir-Regolament (KE) Nru 2027/97 fil-każ li jiġu adattati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) skont l-Artikolu 24(2) tal-Konvenzjoni ta' Montreal.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 2027/97 jiġi emendat.

Emenda  173

Philip Bradbourn

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35a) Linja tal-ajru ta’ ‘servizz sħiħ’ li tipprovdi forniment tal-ikel lill-passiġġieri bħala parti mis-servizz tagħha ma għandhiex tiddiskrimina kontra l-passiġġieri li jirrikjedu ikel speċjali minħabba kundizzjonijiet mediċi preeżistenti (pereżempju dawk li jsofru mill-marda coeliac, persuni dijabetiċi eċċ.). Dan l-ikel speċjali għandu jiġi pprovdut mingħajr l-ebda spiża addizzjonali lill-passiġġier bil-kundizzjoni li l-passiġġier ikun għarraf lil-linja tal-ajru bil-kundizzjoni tiegħu qabel il-vjaġġ.

Or. en

Emenda  174

Graham Watson, Vilja Savisaar-Toomast

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35a) Il-Premessa 24 tal-att bażi titħassar.

Or. en

Emenda  175

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35a) Sabiex jittejjeb il-ħarsien tal-passiġġieri lil hinn mill-fruntieri tal-UE, id-drittijiet tal-passiġġieri għandhom jiġu indirizzati b’mod kontinwu fi ftehimiet bilaterali u internazzjonali.

Or. en

Emenda  176

Philip Bradbourn

Proposta għal regolament

Premessa 35b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35b) Faċilitajiet speċifiċi għall-passiġġieri b’diżabbiltà severa li jeħtieġu faċilitajiet sanitarji u ta’ tibdil (magħrufa bħala “postijiet ta’ tibdil”) għandhom jiġu provduti mingħajr ħlas lill-passiġġieri fl-ajruporti kollha tal-UE b’ammont ta’ passiġġieri annwali ta’ aktar minn miljun.

Or. en

Emenda  177

Philip Bradbourn

Proposta għal regolament

Premessa 35c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35c) Il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar stabbiliti mill-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘NEBs’) mhux dejjem ikollhom setgħa biżżejjed biex jiżguraw il-ħarsien effettiv tad-drittijiet tal-passiġġieri. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-NEBs setgħa biżżejjed biex jissanzjonaw il-ksur u jsolvu tilwim bejn il-passiġġieri u l-industrija u l-NEBs kollha għandhom jinvestigaw bis-sħiħ l-ilmenti li jaslu.

Or. en

Emenda  178

Philip Bradbourn

Proposta għal regolament

Premessa 35d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35d) L-informazzjoni li ċerti linji tal-ajru jagħtu lill-passiġġieri rigward iż-żmien meħtieġ għat-trasferiment bejn titjiriet konnessi ta’ spiss hija qarrieqa, b’mod speċjali fl-ajruporti li jkunu ċentri internazzjonali kbar. Il-linji tal-ajru għandhom għalhekk jipprovdu ħinijiet ta’ konnessjoni li jkunu adatti għall-passiġġieri kollha, inklużi l-familji bi tfal żgħar, l-anzjani u l-PMM.

Or. en

Emenda  179

Carlo Fidanza

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

(-1)Fl-Artikolu 1(1), għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

(ca) f’każ ta’ tnaqqis fil-grad.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-każ indikat taħt (ca) jiġi ttrattat taħt l-Artikolu 10.2. Għalhekk għandu jiġi inkluż fil-lista.

Emenda  180

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test attwali

Emenda

(-1) L-Artikolu 1(1) jinbidel b’dan li ġej:

““1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi, taħt il-kondizzjonijiet speċifikati hawnhekk, drittijiet minimi għal passiġġieri meta:

““1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi, taħt il-kondizzjonijiet speċifikati hawnhekk, drittijiet minimi għal passiġġieri meta:

a) ma jitħallewx jitilgħu kontra l-volontà tagħhom;

a) ma jitħallewx jitilgħu kontra l-volontà tagħhom;

b) it-titjira tagħhom hi kkanċellata;

b) it-titjira tagħhom hi kkanċellata;

c) it-titjira tagħhom hi mdewma.””

c) it-tluq tat-titjira tagħhom hu mdewwem.

d) jkun hemm kanċellazzjoni.””

Or. fr

Emenda  181

Graham Watson, Vilja Savisaar-Toomast

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1)fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 huwa mħassar.

Or. en

Emenda  182

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1 - punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt f

Test attwali

Emenda

ba) Is-sentenza li ġejja tiżdied mad-definizzjoni ta’ “biljett” fil-punt f)

“Dan id-dokument jikkostitwixxi l-kuntratt ta’ trasport li jinżamm mill-passiġġier, u fih kupun wieħed jew aktar tat-titjiriet li jikkorrispondu għall-buking ta’ titjira waħda jew bosta titjiriet konnessi jew le;”

Or. fr

Emenda  183

Brian Simpson

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"'persuna b'mobbiltà mnaqqsa" tfisser kwalunkwe persuna kif iddefinita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru22.

“persuna b'diżabbiltà” jew “persuna b’mobbiltà mnaqqsa” tfisser kwalunkwe persuna li l-mobbiltà tagħha meta jintuża t-trasport hija mnaqqsa minħabba kwalunkwe diżabbiltà fiżika (tas-sensi jew tal-lokomozzjoni, permanenti jew temporanja), diżabbiltà jew ħsara intelletwali, jew kull kawża oħra ta’ diżabbiltà, jew età, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni xierqa u l-adattament għall-ħtiġijiet partikolari tagħha tas-servizz li jkun disponibbli għall-passiġġieri kollha;

__________________

__________________

22 ĠU L204, 26.7.2006, p.1

22 ĠU L204, 26.7.2006, p.1

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun hemm definizzjoni ċara u sħiħa ta’ “persuna b’diżabbiltà jew persuna b’mobbiltà mnaqqsa” fir-Regolament minflok referenza għal leġiżlazzjoni eżistenti, prinċipalment ir-Regolament (UE) Nru 1107/2006. Huwa importanti wkoll li jiġi enfasizzat li l-espressjoni “persuna b’diżabbiltà” ma tistax tintuża b’mod sinonimu ma’ “persuna b’mobbiltà mnaqqsa” u dan għandu jiġi enfasizzat mid-definizzjoni użata.

Emenda  184

Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'"persuna b'mobbiltà mnaqqsa" tfisser kwalunkwe persuna kif iddefinita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru.'

'"persuna b’diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa" tfisser kwalunkwe persuna kif iddefinita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru.'

__________________

__________________

ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.

ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-vjaġġaturi b'mobbiltà mnaqqsa għandha tiġi applikata b'mod uniformi fi ħdan ir-regolamenti (anki fir-Regolament (KE) Nru 2027/97), kif ukoll għandha tibqa’ tkun immirata b’mod konsistenti lejn ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006.

Emenda  185

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)Is-sentenza li ġejja tiżdied mad-definizzjoni ta' "kanċellazzjoni" fil-punt (l):

imħassar

‘

'Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li, għal xi raġuni, wara kellu jinżel f'ajruport li ma jkunx l-ajruport ta' destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata.'

’

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Il-pożizzjoni tat-trasportaturi hija li l-inżul f’ajruport ieħor, li ħafna drabi jsir għal raġunijiet straordinarji li jirrappreżentaw theddida ta’ sikurezza, eż. ħsara teknika jew kundizzjonijiet tat-temp li jipprevjenu l-inżul, m’għandux jiġi awtomatikament trattat bħala kanċellazzjoni tat-titjira.

Emenda  186

Christine De Veyrac, Dominique Vlasto, Dominique Riquet, Jim Higgins

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1 - punt d

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) Is-sentenza li ġejja tiżdied mad-definizzjoni ta’ “kanċellazzjoni” fil-punt (l):

imħassar

‘Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li, għal xi raġuni, wara kellu jinżel f’ajruport li ma jkunx l-ajruport ta’ destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata.’

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Id-devjazzjoni ta’ titjira għandha bħala l-uniku għan ir-rispett tar-regoli tas-sigurtà, jew tas-sikurezza tat-titjiriet u/jew tas-saħħa ta’ passiġġier jew tal-passiġġieri. Għalhekk għandu jiġi eskluż kumpens li jitħallas mill-kumpaniji tal-ajru li, f’dan il-każ, iħeġġeġ lil dawn tal-aħħar jittraskuraw, saħansitra jinjoraw, problemi ta’ sikurezza u ta’ sigurtà jew ta’ saħħa, għad-detriment tal-passiġġieri, biex jaslu fid-destinazzjoni finali f’ħin li jeskludi l-ħlas tal-kumpens lill-passiġġieri.

Emenda  187

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li, għal xi raġuni, wara kellu jinżel f'ajruport li ma jkunx l-ajruport ta' destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata.'

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kważi kull diverżjoni ssir għal raġunijiet ta’ sigurtà. Waqt li l-proposti jipprevedu eċċezzjonijiet, il-linji tal-ajru dejjem ipoġġu s-sigurtà tal-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ tagħhom fil-quċċata tal-lista ta’ prijoritajiet tagħhom. Ir-regolaturi ma għandhomx jantiċipaw u potenzjalment jimponu penali minħabba deċiżjoni li kaptan ikun ħa fl-interess tas-saħħa u s-sigurtà. Il-kliem “għal xi raġuni” jidher li jeskludi kwalunkwe eżenzjoni bbażata fuq ċirkostanzi straordinarji, u b’hekk tiżdied il-pressjoni fuq id-deċiżjoni li jkollu jieħu l-kaptan.

Emenda  188

Artur Zasada

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li, għal xi raġuni, wara kellu jinżel f'ajruport li ma jkunx l-ajruport ta' destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata.

Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li, għal kwalunkwe raġuni barra dik ta’ kwistjoni ġustifikabbli ta’ sikurezza, wara kellu jinżel f'ajruport li ma jkunx l-ajruport ta' destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata.

Or. pl

Emenda  189

Vilja Savisaar-Toomast

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li, għal xi raġuni, wara kellu jinżel f'ajruport li ma jkunx l-ajruport ta' destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata.

Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li wara kellu jinżel f’ajruport li ma jkunx l-ajruport ta’ destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata, ħlief meta fl-aħħar nett l-ajruplan jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu jew ajruport fil-viċinat tad-destinazzjoni finali.

Or. en

Emenda  190

Marian-Jean Marinescu

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li, għal xi raġuni, wara kellu jinżel f'ajruport li ma jkunx l-ajruport ta' destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata.

Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li, għal xi raġuni, wara kellu jinżel f’ajruport li ma jkunx l-ajruport ta’ destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata, ħlief għal ċirkostanzi straordinarji.

Or. en

Emenda  191

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu.Għall-fini ta' dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

“ċirkostanzi straordinarji” huma avvenimenti li jmorru lil hinn mill-kontroll effettiv tat-trasportatur tal-ajru. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati, għaċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness 1.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kelma ‘inerenti’ mhijiex terminu ċar. Għandha tiġi inkluża referenza għall-Anness għall-finijiet ta’ ċarezza

Emenda  192

Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu.Għall-fini ta' dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

“ċirkostanzi straordinarji” tfisser ċirkostanzi li jmorru lil hinn mill-kontroll effettiv tat-trasportatur tal-ajru u lil hinn minn kwalunkwe obbligu marbut ma’ konformità mar-regoli u r-regolamenti ta’ sigurtà applikabbli. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati, għaċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

Or. en

Ġustifikazzjoni

“Inerenti” mhuwiex terminu ċar u għandu tifsiriet differenti f’lingwi differenti. Trasportatur tal-ajru li jkun aġixxa f’konformità sħiħa mar-regoli u l-obbligi tas-sigurtà u l-manutenzjoni u għaldaqstant ikun għamel dak kollu possibbli fis-setgħa tiegħu biex jevita interruzzjoni ma għandux jiġi kkastigat mill-obbligu li jħallas kumpens. Tabilħaqq, ħlasijiet ta’ kumpens jistgħu jinċentivaw biss imġiba aħjar min-naħa tal-linji tal-ajru jekk il-kawża tkun fil-fatt fl-ambitu tal-kontroll tagħhom. L-Anness mhuwiex limitattiv u jagħti biss eżempji.

Emenda  193

Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

“ċirkostanzi straordinarji” tfisser ċirkostanzi li huma barra mill-kontroll tal-eżerċizzju tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u barra mill-obbligi tar-regoli tas-sigurtà applikabbli li għandha tinżamm konformità magħhom. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

Or. de

Emenda  194

Carlo Fidanza

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu.Għall-fini ta' dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

“ċirkostanzi straordinarji” tfisser avveniment li ma jkunx jista’ jiġi previst, estranju għat-trasportatur tal-ajru u ma jkunx evitabbli jew ma jkunx fil-kontroll proprju tiegħu. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati, għaċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness 1 punt 1.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Anke jekk it-test propost fir-Regolament il-ġdid ikun bbażat fuq il-punt 29 tal-Kawża C12/11 (31 ta' Jannar 2013), il-kelma "inerenti" mhijiex terminu ċar u tista’ twassal għal inċertezza legali.

Emenda  195

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Article 1 – paragraph 1 – point 1 – point e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

“ċirkostanzi straordinarji” tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex fil-kontroll proprju tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u ma setgħux jiġu evitati anki jekk ikunu ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli;

Or. fr

Emenda  196

Izaskun Bilbao Barandica

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu. għall-fini ta' dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

“ċirkostanzi straordinarji” tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex attribwibbli għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu. għall-fini ta' dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

Or. es

Emenda  197

Preslav Borissov

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu.Għall-fini ta' dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

“ċirkostanzi straordinarji” tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu.Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-lista mhux eżawrjenti fl-Anness. Ċirkostanzi oħra jistgħu jitqiesu bħala “straordinarji”, jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw dan;

Or. en

Emenda  198

Corien Wortmann-Kool

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu.Għall-fini ta' dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

“ċirkostanzi straordinarji” tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu.Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness.Barra minn hekk, permezz ta’ att iddelegat skont l-Artikolu 16e, il-lista mhux eżawrjenti ta’ ċirkostanzi meqjusa bħala ċirkostanzi straordinarji li jirriżultaw mill-ħidma tal-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar għandha tiġi stabbilita fid-dettall.

Or. en

Emenda  199

Petra Kammerevert, Knut Fleckenstein

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"titjira" tfisser operazzjoni tat-trasport tal-ajru bejn żewġ ajruporti; waqfiet intermedji għal skopijiet tekniċi u operazzjonali biss ma għandhomx jitqiesu;

"titjira" tfisser operazzjoni tat-trasport tal-ajru bejn żewġ ajruporti;

Or. de

Emenda  200

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"titjira konnessa" tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta' trasport, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f'punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

“titjira konnessa” tfisser titjira ta’ kollegament li, skont l-istess kuntratt ta’ trasport u referenza waħda għal buking, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f’punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment, ħlief jekk din tkun sitwazzjoni ta’ waqfien prinċipali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Referenza għal referenza waħda għal buking ġiet miżjuda bħala kjarifika biex ikunu evitati l-problemi f’każijiet fejn jinxtraw biljetti separati flimkien fi tranżazzjoni waħda. Jiġi esklużi wkoll ‘waqfien prinċipali’ – li għalihom hemm bżonn definizzjoni ġdida.

Emenda  201

Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"titjira konnessa" tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta' trasport, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f'punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

"titjira konnessa" tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta' trasport u referenza għal buking, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f'punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest tal-Artikolu 6a, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

Or. de

Emenda  202

Carlo Fidanza, Antonio Cancian

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"titjira konnessa" tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta' trasport, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f'punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

“titjira konnessa” tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta’ trasport, u referenza waħda għal buking, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f’punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew skont il-kuntest tal-Artikolu 6a, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Referenza waħda għal buking ġiet miżjuda bħala kjarifika biex ikunu evitati l-problemi f'każijiet fejn jinxtraw biljetti separati flimkien fi tranżazzjoni waħda.

Emenda  203

Preslav Borissov

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Ir-Regolament (KE) 261/2004

Artikolu 2 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"titjira konnessa" tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta' trasport, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f'punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

“titjira konnessa” tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta’ trasport u referenza waħda għal buking, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f’punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

Or. en

Emenda  204

Philippe De Backer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"titjira konnessa" tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta' trasport, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f'punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

“titjira konnessa” tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta' trasport u referenza waħda għal buking, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f’punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

Or. en

Emenda  205

Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"titjira konnessa" tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta' trasport, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f'punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

“titjira konnessa” tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta' trasport u referenza waħda għal buking, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f’punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Referenza waħda għal buking ġiet miżjuda bħala kjarifika biex ikunu evitati l-problemi f'każijiet fejn jinxtraw biljetti separati flimkien fi tranżazzjoni waħda.

Emenda  206

Saïd El Khadraoui

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt o a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 2, għandu jiġi mdaħħal il-punt li ġej:

(oa) ‘parti preċedenti tal-vjaġġ’ tfisser vjaġġ li sar bl-użu ta’ mod ieħor ta’ trasport, bħal ferrovija jew xarabank, li, taħt it-termini tal-kuntratt uniku tat-trasport, għandu l-għan li jwassal lill-passiġġieri f’punt ta’ trasferiment fejn jistgħu jaqbdu titjira;

Or. nl

Emenda  207

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"vjaġġ" tfisser titjira jew serje kontinwa ta' titjiriet konnessi li jwasslu lill-passiġġier minn ajruport tat-tluq għad-destinazzjoni finali tiegħu skont il-kuntratt tat-trasport;

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mhijiex meħtieġa billi t-terminu ‘titjira’ jista’ jintuża fit-test kollu (minħabba l-esklużjoni ta’ tipi oħra tat-trasport).

Emenda  208

Jaromír Kohlíček, Sabine Wils

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"vjaġġ" tfisser titjira jew serje kontinwa ta' titjiriet konnessi li jwasslu lill-passiġġier minn ajruport tat-tluq għad-destinazzjoni finali tiegħu skont il-kuntratt tat-trasport;

“vjaġġ bl-ajru” tfisser titjira jew serje kontinwa ta’ titjiriet konnessi li jwasslu lill-passiġġier minn ajruport tat-tluq għad-destinazzjoni finali tiegħu skont il-kuntratt tat-trasport;

Or. en

Emenda  209

Carlo Fidanza

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"vjaġġ" tfisser titjira jew serje kontinwa ta' titjiriet konnessi li jwasslu lill-passiġġier minn ajruport tat-tluq għad-destinazzjoni finali tiegħu skont il-kuntratt tat-trasport;

“vjaġġ” tfisser titjira waħda jew serje kontinwa ta’ titjiriet konnessi li jwasslu lill-passiġġier minn ajruport tat-tluq għad-destinazzjoni finali tiegħu/tagħha skont kuntratt wieħed tat-trasport u referenza waħda għal buking.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tal-espressjoni “referenza waħda għal buking” għandha l-għan li tiċċara s-sitwazzjonijiet meta biljetti differenti minn xulxin jinxtraw bi tranżazzjoni waħda.

Emenda  210

Carlo Fidanza, Antonio Cancian

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt r

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"korp tal-ġestjoni tal-ajruport" tfisser korp li, flimkien ma' attivitajiet oħra jew mingħajr, skont kif ikun il-każ, għandu bħala għan skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti nazzjonali l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport jew netwerk ta' ajruporti u l-koordinazzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tal-operaturi differenti li jinsabu fl-ajruport jew in-netwerk ta' ajruporti konċernati;

“korp tal-ġestjoni tal-ajruport” tfisser korp li, flimkien ma’ attivitajiet oħra jew mingħajr, skont kif ikun il-każ, għandu bħala għan skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti nazzjonali l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport jew netwerk ta’ ajruporti u l-koordinazzjoni tal-operaturi differenti li jinsabu fl-ajruport jew in-netwerk ta’ ajruporti konċernati;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-proposta timponi kompiti ġodda fuq il-korpi tal-ġestjoni tal-ajruporti inkluż il-kontroll tal-attivitajiet kollha tal-partijiet interessati li joperaw fl-ajruport. Dan mhuwiex prattikabbli u mhuwiex id-dmir tal-korp tal-ġestjoni tal-ajruport. Għaldaqstant din id-dispożizzjoni għandha titneħħa sabiex tiġi evitata l-konfużjoni dwar ir-rwol u r-responsabbiltà tal-korp tal-ġestjoni tal-ajruport.

Emenda  211

Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt r

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"korp tal-ġestjoni tal-ajruport" tfisser korp li, flimkien ma' attivitajiet oħra jew mingħajr, skont kif ikun il-każ, għandu bħala għan skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti nazzjonali l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport jew netwerk ta' ajruporti u l-koordinazzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tal-operaturi differenti li jinsabu fl-ajruport jew in-netwerk ta' ajruporti konċernati;

"korp tal-ġestjoni tal-ajruport" tfisser korp li, flimkien ma' attivitajiet oħra jew mingħajr, skont kif ikun il-każ, għandu bħala għan skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti nazzjonali l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport jew netwerk ta' ajruporti u l-koordinazzjoni tal-operaturi differenti li jinsabu fl-ajruport jew in-netwerk ta' ajruporti konċernati;

Or. de

Emenda  212

Jim Higgins

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt r

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"korp tal-ġestjoni tal-ajruport" tfisser korp li, flimkien ma' attivitajiet oħra jew mingħajr, skont kif ikun il-każ, għandu bħala għan skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti nazzjonali l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport jew netwerk ta' ajruporti u l-koordinazzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tal-operaturi differenti li jinsabu fl-ajruport jew in-netwerk ta' ajruporti konċernati;

“korp tal-ġestjoni tal-ajruport” tfisser korp li, flimkien ma’ attivitajiet oħra jew mingħajr, skont kif ikun il-każ, għandu bħala għan skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti nazzjonali l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-ajruport jew l-infrastruttura ta’ netwerk ta’ ajruporti u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-operaturi differenti li jinsabu fl-ajruport jew in-netwerk ta’ ajruporti konċernati;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-rwol tal-operatur tal-ajruport mhuwiex il-mikroġestjoni tal-attivitajiet u l-operazzjonijiet individwali ta’ kull operatur preżenti fl-ajruport. L-awtoritajiet tal-ajruport jikkoordinaw l-operaturi differenti preżenti fl-ajruport.

Emenda  213

Artur Zasada

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt r

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"korp tal-ġestjoni tal-ajruport" tfisser korp li, flimkien ma' attivitajiet oħra jew mingħajr, skont kif ikun il-każ, għandu bħala għan skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti nazzjonali l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport jew netwerk ta' ajruporti u l-koordinazzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tal-operaturi differenti li jinsabu fl-ajruport jew in-netwerk ta' ajruporti konċernati;

"korp tal-ġestjoni tal-ajruport" tfisser korp li, flimkien ma' attivitajiet oħra jew mingħajr, skont kif ikun il-każ, għandu bħala għan skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti nazzjonali l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport jew netwerk ta' ajruporti u l-koordinazzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tal-operaturi differenti li jinsabu fl-ajruport jew in-netwerk ta' ajruporti konċernati skont is-setgħat tiegħu;

Or. pl

Emenda  214

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolmaent (KE) Nru 261/2004/KE

Artikolu 2 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

“prezz tal-biljett” tfisser il-prezz sħiħ ippubblikat minn qabel u li jiffissa l-ammont finali li jrid jitħallas, inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

Or. en

Emenda  215

Antonio Cancian

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

“prezz tal-biljett” tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, it-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi, inklużi t-tariffi tal-ġestjoni mitluba mit-trasportaturi tal-ajru, imħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett marbuta mal-parti tat-trasport bl-ajru tal-vjaġġ.

Or. en

Emenda  216

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

“prezz tal-biljett” tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, it-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett marbuta mal-parti tat-trasport bl-ajru tal-vjaġġ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Tiċċara li l-“prezz tal-biljett” jirreferi biss għas-servizzi marbuta mat-trasport bl-ajru (u mhux għas-servizzi bħal reżervazzjonijiet f’lukandi u kiri ta’ karozzi).

Emenda  217

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

"prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

Il-prezz tal-biljett, b’mod partikolari, dejjem jinkludi spejjeż tar-reġistrazzjoni, il-provvediment tal-biljetti u l-ħruġ tal-karta tal-imbarkazzjoni, il-ġarr tal-kwota minima permessa tal-bagalji u oġġetti essenzjali, kif ukoll l-ispejjeż kollha relatati ma’ pagament, bħal spejjeż ta’ karti tal-kreditu;

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Kif stabbilit fil-ġustifikazzjoni għall-emenda fir-rapport tal-Parlament, għall-fini ta’ ċarezza u komparabilità, għandu jkun inkluż il-pakkett bażiku ta’ servizzi koperti fil-prezz tal-biljett. Korrezzjoni minima għal dik l-emenda tista’ issir billi jiżdiedu l-kliem ‘b’mod partikolari’ qabel il-lista ta’ elementi koperti fil-prezz tal-biljetti sabiex ikun ċar li l-lista mhijiex eżawrjenti.

Emenda  218

Artur Zasada

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

"prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

Il-prezz tal-biljett dejjem jinkludi l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni, il-provvediment tal-biljetti u l-ħruġ tal-karta tal-imbarkazzjoni, il-ġarr tal-bagalji b’piż u dimensjonijiet definiti u tagħmir permess għal persuni b’diżabilità u persuni b’mobilità limitata, kif ukoll l-ispejjeż kollha relatati ma’ pagamenti, bħal spejjeż ta’ karti tal-kreditu;

Or. pl

Emenda  219

Olga Sehnalová

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

“prezz tal-biljett” tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

It-trasportaturi tal-ajru għandhom jiżguraw li d-diskriminazzjoni fil-prezz tal-biljett kontra passiġġieri abbażi ta’ raġunijiet tal-pajjiż fejn saret ir-reżervazzjoni tiġi eliminata kompletament;

Or. en

Emenda  220

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1 - punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

“prezz tal-biljett” tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

Il-prezz tal-biljett jinkludi l-imposti taċ-check-in, il-provvista tal-biljett u l-ħruġ tal-karta tal-imbark, it-trasport ta’ bagalja tal-idejn, ta’ bagalja rreġistrata u ta’ oġġetti essenzjali, kif ukoll l-ispejjeż kollha marbuta mal-pagament, pereżempju l-imposti ta’ karta tal-kreditu.

Or. fr

Emenda  221

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt t

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"prezz tat-titjira" tfisser il-valur miksub bil-multiplikazzjoni tal-prezz tal-biljett skont il-proporzjon bejn id-distanza tat-titjira u d-distanza totali tal-vjaġġ(i) kopert(i) bil-biljett;

“prezz tat-titjira” tfisser il-valur miksub bil-multiplikazzjoni tal-prezz tal-biljett skont il-proporzjon bejn id-distanza tat-titjira u d-distanza totali tal-vjaġġ(i) kopert(i) bil-biljett;meta l-prezz tal-biljett ma jkunx magħruf, il-valur ta’ kwalunkwe rimborż għandu jkun dak tas-suppliment imħallas għall-aħjar sedil fuq it-titjira;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni hija użata fil-kuntest ta’ rimborż parzjali wara tnaqqis fil-grad. Il-kunċett ta’ “prezz tat-titjira” hekk kif propost mill-Kummissjoni ma japplikax meta t-titjira tiġi provduta bħala parti minn vjaġġ b’kollox inkluż peress li l-“prezz tat-titjira” ma jkunx magħruf u ma jiġix iddikjarat fuq il-biljett. L-emenda proposta se tirrimedja din is-sitwazzjoni billi tistabbilixxi l-livell tar-rimborż għall-valur tal-aħjar sedil fuq it-titjira.

Emenda  222

Jörg Leichtfried

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt u

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"ħin tat-tluq" tfisser il-ħin meta l-ajruplan jitlaq il-post tat-tluq, imbuttat lura jew waħdu (il-ħin off-block);

"ħin tat-tluq" tfisser il-ħin meta l-passiġġieri jkunu għamlu ċ-check-in u jkunu jinsabu abbord l-ajruplan (Boarding completed);

Or. de

Ġustifikazzjoni

Fin-nota marġinali 40 tal-każ Rs C-204/08 (Rehder/Air Baltic), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat kif ġej: “... fit-twettiq tal-obbligi tal-kuntratt dwar it-trasport ta’ passiġġieri bl-ajru, huma importanti ċ-check-in u l-imbarkazzjoni tal-passiġġieri (...), u finalment [li] l-iżbark tal-passiġġieri ikun sikur fil-post tal-inżul fil-ħin miftiehem fil-kuntratt.” Dan għandu jiġi ċċarat f’ dan ir-Regolament.

Emenda  223

Jörg Leichtfried

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"ħin tal-wasla" tfisser il-ħin meta l-ajruplan jilħaq l-istend tal-wasla u l-brejkijiet tal-ipparkjar ikunu attivati (ħin in-block);

"ħin tal-wasla" tfisser il-ħin tal-iżbark sikur tal-passiġġieri kollha mill-ajruplan fil-post tal-inżul (ħin on-block);

Or. de

Ġustifikazzjoni

Fin-nota marġinali 40 tal-każ Rs C-204/08 (Rehder/Air Baltic), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat kif ġej:: “... fit-twettiq tal-obbligi tal-kuntratt dwar it-trasport ta’ passiġġieri bl-ajru, huma importanti ċ-check-in u l-imbarkazzjoni tal-passiġġieri (...), u finalment [li] l-iżbark tal-passiġġieri ikun sikur fil-post tal-inżul miftiehem fil-kuntratt.” Dan għandu jiġi ċċarat f’dan ir-Regolament.

Emenda  224

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt w

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"dewmien fuq it-tarmak" tfisser, fit-tluq, il-ħin li l-ajruplan jibqa' fuq l-art bejn il-bidu tal-imbark tal-passiġġieri u l-ħin tat-tluq tal-ajruplan jew, fil-wasla, il-ħin bejn meta l-ajruplan ikun l-art u l-bidu tal-iżbark tal-passiġġieri;

“dewmien fuq it-tarmak” tfisser, fit-tluq, il-ħin li l-ajruplan jibqa’ fuq l-art bejn il-ħin li fih jingħalqu l-bibien u l-ħin tat-tluq tal-ajruplan jew, fil-wasla, il-ħin bejn meta l-ajruplan ikun l-art u l-bidu tal-iżbark tal-passiġġieri.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-ħin tal-imbark ma għandux jiġi inkluż fid-dewmien fuq it-tarmak. Il-ħin tal-imbark jiddependi fuq id-daqs tal-ajruplan li jista’ jkun differenti ħafna bejn, pereżempju, B737 u A380 u jiddependi wkoll fuq jekk karozza tal-linja tkunx involuta jew le u jkunx hemm aċċess permezz ta’ taraġ/pont tal-ajru. Id-dewmien għandu jiġi kkalkulat f’termini assoluti u mhux b’rabta ma’ kull ajruplan jew għadd ta’ fatturi varjabbli oħra.

Emenda  225

Marian-Jean Marinescu

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt w

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"dewmien fuq it-tarmak" tfisser, fit-tluq, il-ħin li l-ajruplan jibqa' fuq l-art bejn il-bidu tal-imbark tal-passiġġieri u l-ħin tat-tluq tal-ajruplan jew, fil-wasla, il-ħin bejn meta l-ajruplan ikun l-art u l-bidu tal-iżbark tal-passiġġieri;

“dewmien fuq it-tarmak” tfisser, fit-tluq, il-ħin li l-ajruplan jibqa’ fuq l-art bejn il-ħin li fih jingħalqu l-bibien u l-ħin tat-tluq tal-ajruplan jew, fil-wasla, il-ħin bejn meta l-ajruplan ikun l-art u l-bidu tal-iżbark tal-passiġġieri;

Or. en

Emenda  226

Emenda  227

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt ya (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

‘(ya) “waqfa prinċipali” tfisser interruzzjoni volontarja tal-kuntratt tat-trasport li jkun għaddej organizzat mill-passiġġier kif jidher fuq il-biljett.’

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni addizzjonali hija meħtieġa sabiex jiġu esklużi “waqfiet prinċipali” mill-kunċett ta’ titjiriet konnessi.

Emenda  228

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1 - punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt ya (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal dan il-punt:

“(ya) “dewmien fit-tluq” tfisser id-differenza fil-ħin bejn il-ħin meta kellha titlaq it-titjira skont l-iskeda indikata fuq il-biljett tal-passiġġier u l-ħin tat-tluq attwali tat-titjira;

Or. fr

Emenda  229

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1 - punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt yb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal dan il-punt:

(yb) “dewmien fil-wasla” tfisser id-differenza fil-ħin bejn il-ħin meta kellha tasal it-titjira skont l-iskeda indikata fuq il-biljett tal-passiġġier u l-ħin tal-wasla attwali tat-titjira, jew id-differenza fil-ħin bejn il-ħin meta l-passiġġier kellu jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu skont l-iskeda indikata fuq il-biljett tiegħu u l-ħin tal-wasla veru tiegħu;

Or. fr

Emenda  230

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1 - punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt yc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal dan il-punt:

(yc) “klassi ta’ trasport” tfisser il-parti tal-kabina tal-passiġġieri tal-ajruplan li fiha jingħata servizz differenti mill-parti(jiet) l-oħra tal-kabina tal-passiġġieri;

Or. fr

Emenda  231

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1 - punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt yd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal dan il-punt:

(yd) “titjira inkwistjoni” tfisser it-titjira li għaliha l-passiġġier għandu buking ikkonfermat, jew li permezz tagħha r-rotta tiegħu tiġi riprogrammata;

Or. fr

Emenda  232

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1 - punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt ye (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal dan il-punt:

(ye) “riprogrammar tar-rotta” tfisser offerta alternattiva ta’ trasport, mingħajr suppliment fil-prezz, li tippermetti lil passiġġier jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu;

Or. fr

Emenda  233

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test attwali

Emenda

2. (-a) L-Artikolu 3(1) punt b se jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b) għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab f’pajjiż terz għal ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Mebru għal liema japplika t-Trattat, kemm-il darba rċievu vantaġġi jew kumpens u ġew mogħtija assistenza f’dak il-pajjiż terz, jekk il-trasportatur ta’ l-ajru li qed jopera tat-titjira in kwistjoni hu trasportatur Komunitarju.

“(b) għal passiġġieri ta’ titjira li titlaq minn ajruport li jinstab f’pajjiż terz għal ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru għal liema japplika t-Trattat:

- jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera hu trasportatur komunitarju;

- u jekk ma jeżisti l-ebda qafas legali marbut mal-inċident li jġarrab il-passiġġier fil-pajjiż terz tat-tluq, jew jekk dan il-qafas legali hu ta’ benefiċċju anqas għall-passiġġier. ”

Or. fr

Emenda  234

Peter van Dalen

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.(aa) Fl-Artikolu 3(3), il-punt li ġej qed jiġi miżjud:

'3. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-passiġġieri li jivvjaġġaw mingħajr ħlas jew bi prezz imnaqqas li mhux qiegħed għad-dispożizzjoni direttament jew indirettament tal-pubbliku. Madankollu, għandu japplika għall-passiġġieri li għandhom biljetti maħruġa taħt programm ta' min itir ta' spiss jew programm kummerċjali ieħor minn trasportatur tal-ajru jew operatur turistiku.

Or. nl

Emenda  235

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(6), dan ir-Regolament għandu japplika biss għal passiġġieri ttrasportati b'ajruplani bil-ġwienaħ fissi bil-magni.Madankollu, fejn parti mill-vjaġġ titwettaq, skont kuntratt ta' trasport, minn tip ieħor ta' trasport jew bil-ħelikopter, dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġ kollu u l-parti tal-vjaġġ imwettqa minn tip ieħor ta' trasport għandha titqies bħala titjira konnessa għall-fini ta' dan ir-Regolament.'

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(6), dan ir-Regolament għandu japplika biss għal passiġġieri ttrasportati b’ajruplani bil-ġwienaħ fissi bil-magni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-drittijiet tal-passiġġieri għal kull tip ta’ trasport huma distinti u koperti minn leġiżlazzjoni separata. L-użu tar-reġim tad-drittijiet tal-passiġġieri biex jiġu koperti aspetti tal-vjaġġ li jinkludu tipi differenti ta’ trasport jista’ jżid il-kumplessità u joħloq konfużjoni.

Emenda  236

Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(6), dan ir-Regolament għandu japplika biss għal passiġġieri ttrasportati b'ajruplani bil-ġwienaħ fissi bil-magni.Madankollu, fejn parti mill-vjaġġ titwettaq, skont kuntratt ta' trasport, minn tip ieħor ta' trasport jew bil-ħelikopter, dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġ kollu u l-parti tal-vjaġġ imwettqa minn tip ieħor ta' trasport għandha titqies bħala titjira konnessa għall-fini ta' dan ir-Regolament.'

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(6), l-Artikolu 6a japplika biss għal passiġġieri ttrasportati b'ajruplani bil-ġwienaħ fissi bil-magni.‘Madankollu, fejn parti mill-vjaġġ titwettaq, skont kuntratt wieħed ta’ trasport u abbażi ta’ reżervazzjoni waħda, minn tip ieħor ta’ trasport jew bil-ħelikopter, dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġ kollu jekk dan jiġi indikat fil-kuntratt tat-trasport’

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kull tip ta’ trasport għandu jkun responsabbli għall-applikazzjoni tar-regolament rispettiv tiegħu skont ir-regoli applikabbli, ħlief jekk ikun hemm arranġamenti bejn l-operaturi. Billi l-linji ferrovjarji huma responsabbli għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ferroviji, bl-istess mod il-linji tal-ajru għandhom ikunu responsabbli skont ir-regoli applikabbli għas-settur tal-avjazzjoni.

Emenda  237

Carlo Fidanza

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(6), dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-passiġġieri ttrasportati b'inġenji tal-ajru bil-ġwienaħ fissi bil-magni. Madankollu, fejn parti mill-vjaġġ titwettaq, skont il-kuntratt ta' trasport, minn tip ieħor ta' trasport jew bil-ħelikopter, dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġ kollu u l-parti tal-vjaġġ imwettqa minn tip ieħor ta' trasport għandha titqies bħala titjira konnessa għall-fini ta' dan ir-Regolament.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(6), dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-passiġġieri ttrasportati b'inġenji tal-ajru bil-ġwienaħ fissi bil-magni. Madankollu, fejn parti mill-vjaġġ titwettaq, skont kuntratt uniku ta' trasport u abbażi ta' prenotazzjoni unika, minn tip ieħor ta' trasport jew bil-ħelikopter, dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġ kollu jekk indikat fil-kuntratt tal-vjaġġ;

Or. it

Ġustifikazzjoni

Kull modalità ta’ trasport għandha tkun responsabbli għall-applikazzjoni tar-Regolament rispettiv tas-settur.

Emenda  238

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 2 - punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(6), dan ir-Regolament għandu japplika biss għal passiġġieri ttrasportati b’ajruplani bil-ġwienaħ fissi bil-magni. Madankollu, fejn parti mill-vjaġġ titwettaq, skont kuntratt ta’ trasport, minn tip ieħor ta’ trasport jew bil-ħelikopter, dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġ kollu u l-parti tal-vjaġġ imwettqa minn tip ieħor ta’ trasport għandha titqies bħala titjira konnessa għall-fini ta’ dan ir-Regolament.’

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(6), dan ir-Regolament għandu japplika biss għal passiġġieri ttrasportati b’ajruplani bil-ġwienaħ fissi bil-magni. Madankollu, fejn parti mill-vjaġġ titwettaq, skont kuntratt ta’ trasport uniku u abbażi ta’ bukinh uniku, minn tip ieħor ta’ trasport jew bil-ħelikopter, dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġ kollu u l-parti tal-vjaġġ imwettqa minn tip ieħor ta’ trasport għandha titqies bħala titjira konnessa għall-fini ta' dan ir-Regolament.” It-trasportatur tal-ajru jibqa’ responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-vjaġġ kollu.

Or. fr

Emenda  239

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 2 - punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. ba) Fl-Artikolu 3(5) tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Meta passiġġier juża titjira ta’ trasportatur tal-ajru li qed jopera li dan ir-Regolament ma japplikax għalih, filwaqt li l-passiġġier ikollu kuntratt tat-trasport ma’ trasportatur tal-ajru li dan ir-Regolament ikun japplika għalih għal din it-titjira li kieku kien it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu japplika d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament għal dan il-passiġġier.”

Or. fr

Emenda  240

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal passiġġieri trasportati skont kuntratti ta' vjaġġ b'kollox inkluż iżda ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE.Il-passiġġier għandu jkun intitolat li jippreżenta pretensjonijiet skont dan ir-Regolament u skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, iżda ma jistax fir-rigward tal-istess fatti jiġma' d-drittijiet miż-żewġ atti legali jekk id-drittijiet jissalvagwardjaw l-istess interess jew għandhom l-istess għan.Dan ir-Regolament ma għandux japplika fil-każijiet fejn ġita b'kollox inkluż tiġi kkanċellata jew ittardjata għal raġunijiet li mhumiex kanċellazzjoni jew ittardjar tat-titjira.

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal passiġġieri trasportati bl-ajru skont kuntratti ta’ vjaġġ b’kollox inkluż iżda ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE.Il-passiġġier għandu jkun intitolat li jippreżenta pretensjonijiet skont dan ir-Regolament jew skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, iżda ma jistax fir-rigward tal-istess fatti jiġma’ d-drittijiet miż-żewġ atti legali jekk id-drittijiet jissalvagwardjaw l-istess interess jew għandhom l-istess għan.Dan ir-Regolament ma għandux japplika fil-każijiet fejn ġita b’kollox inkluż tiġi kkanċellata jew ittardjata għal raġunijiet li mhumiex kanċellazzjoni jew ittardjar tat-titjira.

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri skont id-Direttiva 90/314/KEE.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Tiġi pprovduta kjarifika li dan huwa marbut mat-trasport bl-ajru biss.

Emenda  241

Inés Ayala Sender

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

3. (-a) L-Artikolu (4)1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"1. Meta trasportatur tal-ajru li jopera jistenna b'mod raġonevoli li ma jħallix lil xi passiġġieri jitilgħu fuq titjira, għandu l-ewwel jagħmel sejħa għall-voluntieri li jkunu lesti jċedu r-riżervazzjonijiet tagħhom u jingħataw minflok benefiċċji b’kundizzjonijiet li għandhom jinftehmu bejn il-passiġġier ikkonċernat u t-trasportatur tal-ajru li jopera. Voluntiera għandhom jiġu mogħtija għajnuna skont l-Artikolu 8, din l-assistenza hi addizzjonali għall-vantaġġi msemmijin f'dan il-paragrafu."

"1. Meta trasportatur tal-ajru li jopera jistenna b'mod raġonevoli li ma jħallix lil xi passiġġieri jitilgħu fuq titjira, għandu l-ewwel jagħmel sejħa għall-voluntieri li jkunu lesti jċedu r-riżervazzjonijiet tagħhom u jingħataw minflok benefiċċji b’kundizzjonijiet li għandhom jinftehmu bejn il-passiġġier ikkonċernat u t-trasportatur tal-ajru li jopera. L-ekwivalenti ta’ dawn il-benefiċċji ma jistgħux ikunu inqas mill-kumpens li jkun irċieva skont l-Artikolu 7 f’każ li l-iżbark tiegħu jsir kontra l-volontà tiegħu. Il-kumpanija tal-ajru għandha tinforma lill-passiġġier bid-drittijiet tiegħu li jikkorrispondu f’każ li tiġi miċħuda l-imbarkazzjoni kontra l-volontà ta’ dawn, u toffri lill-passiġġier dokument bil-miktub għall-qbil tiegħu li fih jispeċifikawlu x’inhuma l-benefiċċji maqbula tiegħu u liema huma d-drittijiet skont dan ir-regolament. Il-Voluntiera għandhom jiġu mogħtija għajnuna skont l-Artikolu 8, din l-assistenza hi addizzjonali għall-vantaġġi msemmijin f'dan il-paragrafu, u jiġu mogħtija għajnuna skont l-Artikolu 9(1b) f’każ li l-passiġġier ikun għażel trasport alternattiv li jirrikjedi waqfa matul il-lejl."

Or. es

Ġustifikazzjoni

Il-possibbiltà li jkunu jeżistu voluntiera f’każ ta’ ċaħda tal-imbarkazzjoni m’għandhiex issir bi sfruttar tan-nuqqas ta’ għarfien tad-drittijiet li l-passiġġier ikollu f’każ li dan isir kontra l-volontà tiegħu. Għandu għaldaqstant jiġi żgurat li l-passiġġier ikun jaf id-drittijiet tiegħu, li l-kumpens li jagħżel isir bil-miktub u li fl-ebda każ, l-ekwivalent tiegħu m’għandu jkun inqas mill-indennizz tal-Artikolu (jistgħu jkunu kupuni ta’ vjaġġi, jew benefiċċju ieħor simili).

Emenda  242

Carlo Fidanza

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

3. (-a) L-Artikolu 4(1) jiġi sostitwit permezz tat-test li ġej:

1. Meta trasportatur ta' l-ajru li jopera jistenna b'mod raġonevoli li ma jħallix passiġġieri jitilgħu fuq titjira, għandu l-ewwel jagħmel sejħa għal voluntiera biex iħallu r-reżervazzjonijiet tagġhom bi skambju għal vantaġġi taħt kondizzjonijiet li għandhom jinftehmu bejn il-passiġġier in kwistjoni u l-trasportatur ta' l-ajru li jopera. Voluntiera għandhom jiġu mogħtija għajnuna skond l-Artikolu 8, din l-assistenza hi addizzjonali għall-vantaġġi msemmijin f'dan il-paragrafu."

1. Meta trasportatur tal-ajru li jopera jistenna b’mod raġonevoli li ma jħallix passiġġieri jitilgħu fuq titjira, għandu l-ewwel jagħmel sejħa għal voluntiera biex iħallu r-reżervazzjonijiet tagħhom bi skambju għal vantaġġi taħt kondizzjonijiet li għandhom jinftehmu bejn il-passiġġier inkwistjoni u l-trasportatur tal-ajru li jopera. Voluntiera għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet tagħhom skont l-Artikolu 14.2, jiġu mogħtija għajnuna skont l-Artikolu 8 u meta l-ħin tat-tluq miftiehem ikun tal-inqas sagħtejn wara l-ħin tat-tluq inizjali, it-trasportatur li jopera għandu joffri lill-passiġġieri indukrar skont l-Artikolu 9, dawn l-assistenza u l-attenzjoni huma addizzjonali għall-vantaġġi msemmijin f’dan il-paragrafu.”

Or. en

Ġustifikazzjoni

Biex il-voluntiera jiġu ggarantiti l-istess livell ta’ informazzjoni u indukrar pprovduti lill-passiġġieri l-oħra kollha sabiex qabel ma jaċċettaw kwalunkwe offerta mit-trasportatur tal-ajru li jopera, id-deċiżjonijiet tagħhom jittieħdu abbażi ta’ sett sħiħ ta’ informazzjoni.

Emenda  243

Dominique Riquet

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 3 - punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

imħassar

‘

3. Jekk l-imbark jiġi miċħud lill-passiġġieri kontra r-rieda tagħhom, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jikkkumpensahom immedjatament skont l-Artikolu 7 u jagħtihom assistenza skont l-Artikolu 8. Meta l-passiġġier jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta mal-ewwel opportunità skont l-Artikolu 8(1)(b) u meta l-ħin tat-tluq ikun tal-inqas sagħtejn wara l-ħin tat-tluq inizjali, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jassisti lill-passiġġier skont l-Artikolu 9.

’

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Passiġġier ma jistax jiġi miċħud mill-imbark ħlief f’każijiet stretti ħafna u previsti minn dan ir-Regolament.

Emenda  244

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-imbark jiġi miċħud lill-passiġġieri kontra r-rieda tagħhom, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jikkkumpensahom immedjatament skont l-Artikolu 7 u jagħtihom assistenza skont l-Artikolu 8.Meta l-passiġġier jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta mal-ewwel opportunità skont l-Artikolu 8(1)(b) u meta l-ħin tat-tluq ikun tal-inqas sagħtejn wara l-ħin tat-tluq inizjali, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jassisti lill-passiġġier skont l-Artikolu 9.

Jekk l-imbark jiġi miċħud lill-passiġġieri kontra r-rieda tagħhom, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jikkkumpensahom skont l-Artikolu 7 u jagħtihom assistenza skont l-Artikolu 8.Meta l-passiġġier jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta mal-ewwel opportunità skont l-Artikolu 8(1)(b) u meta l-ħin tat-tluq ikun tal-inqas sagħtejn wara l-ħin tat-tluq inizjali, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jassisti lill-passiġġier skont l-Artikolu 9.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-passiġġieri ma jakkumulawx drittijiet korrispondenti abbażi tal-istess avveniment ta’ imbark miċħud, kanċellazzjoni, dewmien jew tnaqqis fil-grad. Tinħtieġ kjarifika li linja tal-ajru ma għandhiex tħallas bi flus kontanti fil-post fil-mument li l-imbark jiġi miċħud.

Emenda  245

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-imbark jiġi miċħud lill-passiġġieri kontra r-rieda tagħhom, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jikkkumpensahom immedjatament skont l-Artikolu 7 u jagħtihom assistenza skont l-Artikolu 8.Meta l-passiġġier jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta mal-ewwel opportunità skont l-Artikolu 8(1)(b) u meta l-ħin tat-tluq ikun tal-inqas sagħtejn wara l-ħin tat-tluq inizjali, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jassisti lill-passiġġier skont l-Artikolu 9.

Jekk l-imbark jiġi miċħud lill-passiġġieri kontra r-rieda tagħhom, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jikkkumpensahom immedjatament, u mingħajr l-ebda rekwiżit ieħor mill-passiġġier, skont l-Artikolu 7 u jagħtihom assistenza skont l-Artikolu 8.Meta l-passiġġier jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta mal-ewwel opportunità skont l-Artikolu 8(1)(b) u meta l-ħin tat-tluq ikun tal-inqas sagħtejn wara l-ħin tat-tluq inizjali, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jassisti lill-passiġġier skont l-Artikolu 9.

Or. en

Emenda  246

Nathalie Griesbeck

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 3 - punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 4(3), jiddaħħal dan il-paragrafu:

Imbark miċħud lil passiġġier minħabba r-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri għandu dejjem ikun għal raġuni valida u mogħti bil-miktub lill-passiġġier miċħud mill-imbark mill-awtoritajiet kompetenti

Or. fr

Emenda  247

Inés Ayala Sender

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 4(3) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

Il-kumpaniji tal-ajru jew l-aġenti tagħhom, ma jistgħux jiċħdu l-imbarkazzjoni, għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ dokumentazzjoni, jekk il-passiġġier jiżgura l-identità tiegħu skont id-dokumenti meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat fejn issir l-imbarkazzjoni.

Or. es

Ġustifikazzjoni

L-esperjenza wriet li ċerti kumpaniji tal-ajru, għall-identifikazzjoni tal-passiġġieri, jitolbu dokumentazzjoni ta’ imbarkazzjoni li taqbeż ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Jaqbel għalhekk li din il-prattika ħażina tiġi regolata f’dan ir-regolament. B’mod evidenti l-awtoritajiet tas-sigurtà, jistgħu jitolbu lill-passiġġieri d-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, f’każ ta’ titjiriet ġewwa l-UE, jew internazzjonali f’każ ta’ titjiriet ’il barra mill-UE.

Emenda  248

Nathalie Griesbeck

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 3 - punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 4(3), jiddaħħal dan il-punt:

Meta l-passiġġier ikun diġa tela’ mbagħad jiġi mitlub jinżel minn fuq l-ajruplan minħabba r-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri tiegħu, dan l-iżbark għandu jiġi ordnat mill-awtoritajiet kompetenti, u mhux mill-membri tal-ekwipaġġ;

Or. fr

Emenda  249

Dominique Riquet

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 3 - punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 4(3) jiddaħħal dan il-paragrafu

aa) Imbark miċħud lil passiġġier kontra r-rieda tiegħu jista’ jiġi awtorizzat biss minħabba miżura ġustifikata għas-sigurtà jew is-sikurezza tat-titjira, tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġ jew minħabba ċirkostanzi straordinarji kif definiti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

F’kull każ, il-mottivi għandhom ikunu espliċiti u notifikati bil-miktub lill-passiġġier.

Min-naħa l-oħra, l-imbark ma jistax jiġi rifjutat lil passiġġier li għandu biljett validu għal kwalunkwe raġuni oħra, l-aktar:

- jekk din tkun persuna b’mobbiltà mnaqqsa skont l-Artikolu 2

- minħabba buking żejjed fuq it-titjira inkwistjoni

- fil-każ ta’ biljett tar-ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

It-trasportaturi tal-ajru ma għandhomx ikunu jistgħu jiċħdu l-imbark għal raġunijiet marbuta mal-politika kummerċjali tagħhom.

Emenda  250

Dominique Riquet

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 3 - punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta’ ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta’ ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

imħassar

Or. fr

Emenda  251

Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe terminu kuntrattwali ċar u espliċitu għall-kuntrarju, il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal reżervazzjonijiet inklużi fi vjaġġ tal-bidu u ta’ ritorn u fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fit-titjira ta’ ritorn minħabba li ma jkunx ħa t-titjira tal-bidu. Dawn il-kundizzjonijiet kuntrattwali għandhom ikunu espliċiti fi kwalunkwe stadju tal-buking.

Id-Dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta l-biljett jinkludi iżjed minn żewġ titjiriet (tal-bidu u tar-ritorn) u l-passiġġieri jiġu miċħuda l-imbark għar-raġunijiet li t-trasportatur ma jintużax fit-titjiriet individwali kollha jew ma jintużax fis-sekwenza miftiehma kif muri fil-biljett.

Or. en

Emenda  252

Antonio Cancian

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe terminu kuntrattwali ċar u espliċitu għall-kuntrarju, il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għar-reżervazzjonijiet inklużi fi vjaġġ tal-bidu u ta’ ritorn u fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fit-titjira ta’ ritorn minħabba li ma jkunx ħa t-titjira tal-bidu.

Il-kundizzjonijiet kuntrattwali għandhom ikunu espliċiti fi kwalunkwe stadju tal-buking.

Id-Dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta l-biljett jinkludi iżjed minn żewġ titjiriet (tal-bidu u tar-ritorn) u l-passiġġieri jiġu miċħuda l-imbark fuq raġunijiet li t-trasportatur ma jintużax fit-titjiriet individwali kollha jew ma jintużax fis-sekwenza miftiehma kif muri fil-biljett.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-offerta ta’ biljett għal vjaġġ bir-ritorn hija kkundizzjonata u l-passiġġieri huma konxji li l-kuntratt tagħhom ma jippermettilhomx li jittrasformaw b’mod unilaterali dan il-vjaġġ bir-ritorn fi vjaġġ b’destinazzjoni waħda fuq it-tieni segment. Dan għandu jintera b’mod espliċitu fi kwalunkwe stadju tal-buking.

Emenda  253

Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe terminu kuntrattwali ċar u espliċitu għall-kuntrarju, il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għar-reżervazzjonijiet inklużi fi vjaġġ tal-bidu u titjira ta’ ritorn u fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fit-titjira ta’ ritorn minħabba li ma jkunx ħa t-titjira tal-bidu. Il-linja tal-ajru għandha tgħarraf lill-passiġġieri dwar dawn il-limitazzjonijiet u fi kwalunkwe stadju tal-proċess tal-buking. Din id-Dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta l-biljett jinkludi iżjed minn żewġ titjiriet (tal-bidu u tar-ritorn) u l-passiġġieri jiġu miċħuda l-imbark fuq raġunijiet li t-trasportatur ma jintużax fit-titjiriet individwali kollha jew ma jintużax fis-sekwenza miftiehma kif muri fil-biljett.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-offerta ta’ biljett għal vjaġġ bir-ritorn hija kkundizzjonata u l-passiġġieri huma konxji li l-kuntratt tagħhom ma jippermettilhomx li jittrasformaw b’mod unilaterali dan il-vjaġġ bir-ritorn fi vjaġġ b’destinazzjoni waħda fuq it-tieni segment, li jista’ jkollu prezz ogħla minħabba l-iżbilanċi direzzjonali. Jekk il-linji tal-ajru ma jitħallewx iżjed jikkundizzjonaw l-użu tal-biljetti ta’ vjaġġ bir-ritorn tagħhom, ikollhom jaġġustaw il-prezzijiet promozzjonali tagħhom tal-biljetti ta’ vjaġġi bir-ritorn għall-prezzijiet ogħla tal-vjaġġi fid-direzzjoni l-oħra.

Emenda  254

Jörg Leichtfried

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' titjira oħra u ta’ ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn jew ta’ titjira oħra minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew parti individwali jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Projbizzjoni komprensiva tal-politika meta l-passiġġier ma jfeġġx: Jekk it-titjira bbukkjata tkun tikkonsisti f’diversi partijiet indivdwali, għandu jkun possibbli li tintuża parti jew diversi partijiet biss, mingħajr ma jiġu applikati sanzjonijiet permezz tar-rifjut tas-servizzi tat-trasport l-oħra jew spiża għolja.

Emenda  255

Saïd El Khadraoui

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

Il-passiġġieri ma jistgħux jiġu miċħuda l-imbark fil-vjaġġ ta’ ritorn minħabba li, filwaqt li għandhom biljett ta’ ritorn, huma ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunux ħallsu imposta addizzjonali għal dan l-iskop jew naqsu milli jivvjaġġaw fil-parti preċedenti tal-vjaġġ b’mod differenti ta’ trasport, bħal ferrovija jew xarabank, li tiegħu kellhom biljett. Jekk il-passiġġieri xorta ġew miċħuda imbark fuq tali titjiriet kontra x-xewqa tagħhom, il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw.

Or. nl

Emenda  256

Artur Zasada

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

Il-passiġġieri m’għandhomx jiġu miċħuda l-imbark għal vjaġġ ta’ ritorn minħabba li huma ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu kopert minn biljett ta’ ritorn, sakemm dawn jinfurmaw lit-trasportatur dwar dan dakinhar tat-titjira u jagħmlu ċar l-intenzjoni li jirritornaw, jew ma jkunux ħallsu imposta addizzjonali għal dan l-iskop. Jekk l-imbark ġie miċħud lill-passiġġieri kontra x-xewqa tagħhom minħabba tali raġunijiet, il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi evitat abbuż marbut ma’ riservazzjonijiet, li jsir il-vjaġġ ta’ ritorn wara li ma jkunx sar l-ewwel vjaġġ għandu jkun ikkundizzjonat fuq li jiġi infurmat it-trasportatur dwar l-intenzjoni li jsir użu tal-vjaġġ ta’ ritorn mixtri. Ma tagħmilx differenza jekk it-trasportatur huwiex infurmat qabel jew wara t-tluq tal-ewwel vjaġġ.

Emenda  257

Carlo Fidanza

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

Minbarra f’każ li t-trasportatur tal-ajru jgħarraf biċ-ċar lill-passiġġieri fil-ħin tal-buking u jiddikjara dik il-kundizzjoni fuq il-biljett, il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljett ta’ ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta’ ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni tista’ tittratta bħala imbark miċħud il-kanċellazzjoni tal-buking ta’ passiġġier fl-eventwalità li ma jkunx wera evidenza għat-titjira tal-bidu fl-itinerarju tiegħu.

Emenda  258

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

Minbarra f’każ li l-linji tal-ajru jgħarrfu biċ-ċar lill-passiġġieri fil-ħin tal-buking, il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta’ ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta’ ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas prezz addizzjonali għal dan l-iskop.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni ewlenija hi li l-passiġġieri jiġu mgħarrfa b’mod ċar fil-ħin tal-buking li l-vjaġġ ta’ ritorn ikun null u bla effett jekk il-vjaġġ tal-bidu ma jitteħidx. Hija kwistjoni kummerċjali għal-linji tal-ajru, f’suq kompetittiv, dwar jekk jixtiqux jinkludu dawn it-termini u d-dispożizzjonijiet. Jeħtieġ ukoll li jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-UE u dawk mhux tal-UE.

Emenda  259

Michel Dantin

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 3 - punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta’ ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta’ ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta’ ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta’ ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu, minħabba li ċirkostanza mhux fil-kontroll tiegħu, pereżempju aċċident, marda, jew mewt, ma tkunx ħallietu jkun preżenti fil-ħin fl-ajruport biex jieħu l-vjaġġ tal-bidu.

Or. fr

Emenda  260

Knut Fleckenstein

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 4(4) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

4a. Ma tkunx teżist ċaħda tal-imbark għall-finijiet tal-paragrafu 4, jekk biljett jinkludi aktar minn żewġ titjiriet (titjira bidirezzjonali) u l-passiġġier ma jiġix ittrasportat mil-linja tal-ajru minħabba li ma jkunx rikeb it-titjiriet kollha preċedenti jew ma jkunx rikeb it-titjiriet skont is-sekwenza. Jekk il-passiġġier jonqos milli jtir titjira jew diversi titjiriet ta’ tali vjaġġ minħabba ċirkostanzi li ma jkunux ikkawżati mill-passiġġier stess, f’dak il-każ il-passiġġier jista' jieħu t-titjiriet li jifdal tal-vjaġġ mingħajr ebda imposti addizzjonali, sakemm ikun ta prova tal-eżistenza ta' dawn iċ-ċirkostanzi, sa mhux aktar tard mill-bidu tat-titjira li jkun imiss.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament dwar meta l-passiġġier ma jfeġġx ma għandux jiġi estiż sal-punt li jħalli impatt negattiv sinifikanti fuq il-formazzjoni tal-prezzijiet tat-trasportaturi tal-ajru u għalhekk fuq il-prezzijiet tal-biljetti għall-passiġġier. Madankollu, il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jużaw it-titjiriet li jifdal jekk ma jkunx it-tort tagħhom li ma jkunux jistgħu jtiru parti mit-titjira.

Emenda  261

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f'isem il-passiġġier, jirrapporta żball ortografiku fl-isem ta' passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta' trasport li jista' jwassal għal ċaħda tal-imbark, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkorreġi dan tal-anqas sa 48 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta għall-passiġġier jew l-intermedjarju, minbarra fejn ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali.

Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f’isem il-passiġġier, jirrapporta żball ortografiku fl-isem ta' passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta’ trasport li jista’ jwassal għal ċaħda tal-imbark, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkoreġi dan sa 96 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta għall-passiġġier jew l-intermedjarju, minbarra fejn ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali dwar is-sigurtà.

Or. en

Ġustifikazzjoni

48 siegħa mhumiex żmien biżżejjed għal ċerti rotot meta tkun meħtieġa dejta avvanzata dwar passiġġieri. Ikun aħjar għall-passiġġieri jekk ikun ċar li 96 siegħa huwa l-punt tal-livell limitu f'ċirkostanzi normali.

Emenda  262

Jaromír Kohlíček, Sabine Wils

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f'isem il-passiġġier, jirrapporta żball ortografiku fl-isem ta' passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta' trasport li jista' jwassal għal ċaħda tal-imbark, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkorreġi dan tal-anqas sa 48 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta għall-passiġġier jew l-intermedjarju, minbarra fejn ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali.

Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f'isem il-passiġġier, jirrapporta żball ortografiku fl-isem ta’ passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta’ trasport li jista’ jwassal għal ċaħda tal-imbark, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkoreġi dan tal-anqas sa 24 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta għall-passiġġier jew l-intermedjarju, minbarra fejn ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali.

Or. en

Emenda  263

Emenda  264

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f'isem il-passiġġier, jirrapporta żball ortografiku fl-isem ta' passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta' trasport li jista' jwassal għal ċaħda tal-imbark, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkorreġi dan tal-anqas sa 48 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta għall-passiġġier jew l-intermedjarju, minbarra fejn ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali.'

Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f'isem il-passiġġier, jirrapporta żball ortografiku wieħed jew iżjed fl-isem ta' passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta' trasport li jista' jwassal għal ċaħda tal-imbark, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkoreġi l-iżbalji tal-anqas sa 48 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta għall-passiġġier jew l-intermedjarju, minbarra fejn ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali.'

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-iżbalji jista’ jkollhom numru ta’ kawżi, din l-emenda se tassigura li aktar minn żball wieħed ta’ ortografija jista’ jiġi korrett.

Emenda  265

Artur Zasada

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f'isem il-passiġġier, jirrapporta żball ortografiku fl-isem ta' passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta' trasport li jista' jwassal għal ċaħda tal-imbark, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkorreġi dan tal-anqas sa 48 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta għall-passiġġier jew l-intermedjarju, minbarra fejn ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali.'

Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f'isem il-passiġġier, jirrapporta żball ortografiku ovvju wieħed jew iżjed fl-isem ta' passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta' trasport li jista' jwassal għal ċaħda tal-imbark, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkoreġi l-iżbalji darba sa 48 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta għall-passiġġier jew l-intermedjarju, minbarra fejn ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali.'

Or. pl

Emenda  266

Nathalie Griesbeck

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 3 - punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 4(5) jiddaħħal dan il-paragrafu;

5a. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jikkoreġu l-iżbalji fil-buking fir-rigward ta’ isimhom, l-istatus u l-età tagħhom, in-numru tal-post allokat lilhom fuq l-ajruplan jew anki l-ikel fuq it-titjira, u dana mingħajr ħlas, iżda mhux fir-rigward tad-destinazzjoni tat-tluq jew tal-wasla.

Or. fr

Emenda  267

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 3 - punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 4(5), jiddaħħal dan il-paragrafu;

5a. Mhux aktar tard minn 48 siegħa qabel it-tluq, il-passiġġier ikollu l-possibbiltà li jemenda d-data, l-iskeda u/jew id-destinazzjoni tal-buking tiegħu mat-trasportatur tal-ajru, billi jħallas, jekk ikun meħtieġ, imposta addizzjonali għal dan.

Or. fr

Emenda  268

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 4(5), għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5a. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll meta l-passiġġier jitlef it-titjira għaliex:

–it-titjira telqet qabel il-ħin tat-tluq skedat, il-passiġġier ikun wasal fil-ħin fl-ajruport bi qbil mal-Artikolu 3(2); jew

– il-ħin tat-tluq skedat tat-titjira jkun tressaq ’l quddiem u l-passiġġier ma jkunx ġie mgħrraf b’dan tal-inqas 24 siegħa minn qabel. Il-piż li jintwera li l-passiġġier ikun ġie mgħarraf f'ħin xieraq bil-bidla tal-ħin skedat tat-tluq għandu jaqa’ fuq it-trasportatur tal-ajru li jkun qed jopera, bil-kundizzjoni li l-buking ikun sar direttament mat-trasportatur.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jgħodd għal dawk l-okkażjonijiet meta passiġġier kien fil-ħin iżda t-titjira tkun telqet iżjed kmieni mill-ħin skedat, li għandu jiġi inkluż bħala tip ta’ imbark miċħud. Meta bukings ikunu saru permezz ta’ parti terza, il-linja tal-ajru tista’ ma tkunx f’pożizzjoni li tikkuntattja lill-passiġġier b’mod dirett minħabba dettalji ta’ kuntatt nieqsa (pereżempju buking permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar). Ma hemm l-ebda mod li bih il-linji tal-ajru jistgħu juru li din l-informazzjoni tkun intbagħtet mill-aġent tal-ivvjaġġar.

Emenda  269

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 3ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

Biljetti b’diversi kupuni

1. Meta biljett b’diversi kupuni jippermetti użu suċċessiv ta’ titjiriet, it-trasportatur tal-ajru jew il-bejjiegħ tal-biljetti skont ir-Regolament KE 2111/2005, għandu jiżgura li l-passiġġier jaf sew il-kundizzjonijiet tal-użu speċifiċi marbuta mal-offerta tariffarja, u jistiednu jikkuntattja lit-trasportatur fuq in-numri provduti f’każ li ma jkunx jista’ jwettaq xi waħda mit-titjiriet.

2. Meta passiġġier ma jkunx wettaq it-titjira jew il-vjaġġ tal-bidu tiegħu jew it-titjira “feeder” tiegħu, it-trasportatur ma għandux jikkanċella l-buking korrispondenti tat-titjira jew il-vjaġġ ta’ ritorn jew it-titjira sussegwenti.

3. F’każli l-passiġġier ikun ikkuntattja lit-trasportatur qabel it-titjira jew il-vjaġġ ta’ ritorn jew it-titjira sussegwenti, hu jista’ jieħu din it-titjira mingħajr imposti addizzjonali.

4. Fil-każijiet minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3, u jekk jista’ jiġi verifikat li ġew sodisfatti d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, it-trasportatur jista’ jimponi suppliment tariffarju ekwivalenti għad-differenza bejn il-prezz imħallas għat-titjira fil-biljett u l-prezz tat-titjira waħedha fid-data tal-buking.

Or. fr

Emenda  270

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

jkunu offruti mit-trasportatur operattiv tal-ajru fil-każ ta' riprogrammar tar-rotta meta l-ħin tat-tluq raġonevolment mistenni tat-titjira jkun tal-anqas sagħtejn wara t-tluq ippjanat tat-titjira kanċellata, il-kura speċifikata fl-Artikolu 9 u

jkunu offruti mit-trasportatur operattiv tal-ajru fil-każ ta’ riprogrammar tar-rotta meta l-ħin tat-tluq raġonevolment mistenni tat-titjira jkun tal-anqas tliet sigħat wara t-tluq ippjanat tat-titjira kanċellata, il-kura speċifikata fl-Artikolu 9 meta jkun fiżikament possibbli.M’hemmx għalfejn li l-linja tal-ajru tipprovdi din il-kura meta din tista’ twassal għal iktar dewmien tat-titjira;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-limiti massimi attwali huma ta’ 2, 3 & 4 sigħat. L-approċċ pragmatiku għandu jkun l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-Regolament, f’‘punt medju’ wieħed ta’ 3 sigħat. Żdiedu twissijiet addizzjonali sabiex jiġi kkunsidrat id-dewmien fl-ajruporti remoti/reġjonali fejn ikel u xorb jistgħu ma jkunux disponibbli. Ma huwa fl-interess ta’ ħadd li jinħoloq iżjed dewmien ta’ titjira billi jiġi pprovdut ikel u xorb. Grad ta’ diskrezzjoni madwar il-konfini huwa meħtieġ.

Emenda  271

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Il-paragrafu 1a li ġej huwa miżjud:

‘1a. Jekk b’riżultat tal-bidla fl-iskeda mit-trasportatur operattiv tal-ajru t-titjira tiġi kkanċellata, imressqa ’l quddiem jew tiddewwem għal ħin jew data aktar tard, il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati għal kura u kumpens skont l-Artikolu 5’;

Or. pl

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta’ din l-emenda huwa dak li jsaħħaħ id-drittijiet tal-passiġġieri li t-titjira tagħhom ġiet ikkanċellata, ġiet imressqa ’l quddiem jew imdewma b’riżultat ta’ bidla fl-iskeda. L-argument favur ir-regolamentazzjoni ta’ tali sitwazzjonijiet simili għas-sitwazzjoni fejn passiġġieri kkanċellaw titjiriet huwa li t-trasportatur ikun kapaċi jevita obbligazzjonijiet ta’ kura u kumpens billi jinforma lill-passiġġieri dwar it-tibdil skedat minn qabel b’mod xieraq.

Emenda  272

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Tali ċirkostanzi straordinarji jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira konċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.'

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista’ juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex jiġi llimitat l-użu ta’ ċirkostanzi straordinarji (li skont id-definizzjoni huma lil hinn mill-kontroll tat-trasportatur) għal titjira waħda ulterjuri. Dan se jagħti lil-linji tal-ajru inċentiv ekonomiku kbir biex jiġu kkanċellati titjiriet biex jiżolaw id-dewmien tat-titjira, iżommu l-integrità tal-programm tagħhom u jiġu mħarsa minn kumpens eċċessiv. Dan ikun ta’ detriment għall-konsumaturi. Titjiriet charter/kollox inkluż se jkunu affettwati b’mod partikolari billi jkollhom jirritornaw lill-passiġġieri u ma jistgħux jikkanċellaw it-titjiriet.

Emenda  273

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata minkejja li ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn fil-każ ta’ ħsara teknika fil-vettura tal-ajru intiża li topera fit-titjira partikolari jistgħu jiġu invokati meta dawn iċ-ċirkostanzi ġraw eżatt qabel jew waqt it-titjira inkwistjoni, jew fuq it-titjira immedjatament qabel dik it-titjira, sa fejn jaffettwaw it-titjira inkwistjoni.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Ċirkostanzi straordinarji huma straordinarji skont kemm iseħħu kmieni. Madankollu, fil-każ ta’ ħsara teknika, it-trasportatur kellu, jew kellu jkollu l-possibbiltà li jorganizza vettura tal-ajru ta’ sostituzzjoni. Għandu jkun possibbli allura li jiġu invokati ċirkostanzi straordinarji li jaffettwaw vettura tal-ajru fil-każ ta’ żewġ titjiriet konsekuttivi. F’każijiet oħra, kumpens għandu jitħallas jekk vettura tal-ajru ta’ sostituzzjoni ma ġietx provduta.

Emenda  274

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Tali ċirkostanzi straordinarji jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira konċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.'

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista’ juri li jkunu ġew sodisfatti żewġ kundizzjonijiet:

– li l-kanċellazzjoni tat-titjira skedata hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji, u

– li l-kanċellazzjoni jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki kieku ttieħdu b’mod korrett il-miżuri kollha.

Tali ċirkostanzi straordinarji jistgħu jiġu invokati biss sa fejn jaffettwaw it-titjira konċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.’

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 38 tar-Rapporteur.

Emenda  275

Jaromír Kohlíček, Sabine Wils

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Tali ċirkostanzi straordinarji jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira konċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista’ juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Tali ċirkostanzi straordinarji jistgħu jiġu invokati biss sa fejn jaffettwaw it-titjira konċernata jew it-titjira preċedenti.

Or. en

Emenda  276

Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss sa fejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew titjiriet oħra fl-iskeda tat-trasportatur tal-ajru, sakemm it-trasportatur bl-ajru juri li l-kanċellazzjoni ta' dawn it-titjiriet l-oħra kienet ikkawżata direttament miċ-ċirkostanzi straordinarji rilevanti.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Kanċellazzjonijiet li mhumiex fil-kontroll tat-trasportaturi tal-ajru jistgħu jaffettwaw aktar minn titjira waħda tal-ajruplan ikkonċernat, speċjalment f'ajruporti konġestjonati.

Emenda  277

Giommaria Uggias

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur tal-ajru li jopera ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni tat-titjira hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess inġenju tal-ajru.

It-trasportatur tal-ajru li jopera ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni tat-titjira hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss sa fejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess inġenju tal-ajru. Ta’ hawn fuq ma jeżonerax lit-trasportaturi tal-ajru mill-obbligu li jagħtu assistenza lill-passiġġieri previst fl-Artikolu 5(1b) u fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

Or. it

Emenda  278

Carlo Fidanza, Antonio Cancian

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Tali ċirkostanzi straordinarji jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira konċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista’ juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Tali ċirkostanzi straordinarji jistgħu jiġu invokati sa fejn jaffettwaw it-titjira konċernata jew kwalunkwe titjira fil-programm tat-trasportatur tal-ajru, sakemm it-trasportatur tal-ajru jkun kapaċi juri l-konnessjoni kawżali diretta bejn dawk iċ-ċirkostanzi u l-kanċellazzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kliem mibdul jiċċara li t-trasportatur ikun għamel dak kollu li seta’ biex jevita ċ-ċirkostanza straordinarja. Ladarba dawn iċ-ċirkostanzi jseħħu, ftit jista’ jsir biex tiġi evitata kanċellazzjoni.

Emenda  279

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 4 - punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista’ juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Tali ċirkostanzi straordinarji jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira konċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista’ juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Tali ċirkostanzi straordinarji jistgħu jiġu invokati biss sa fejn jaffettwaw it-titjira konċernata jew it-titjira immedjatament preċedenti operata mill-istess ajruplan. Jekk ma tistax tingħata prova tal-eżistenza ta’ ċirkostanzi straordinarji, il-kumpens previst fl-Artikolu 7 għandu jitħallas mit-trasportatur tal-ajru lill-passiġġieri.

Or. fr

Emenda  280

Giommaria Uggias

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ajruporti li t-transitu annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, l-operatur tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri ta’ servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multippli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru. Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri li jibqgħu l-art jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa. L-operatur tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korpi Nazzjonali ta’ applikazzjoni maħtura skont l-Artikolu 16. Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, l-operatur tal-ajruport għandu jagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Fl-ajruporti li t-transitu annwali tagħhom ma kienx inqas minn miljun u nofs passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, l-operatur tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri ta’ servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multipli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru. Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri li jibqgħu l-art jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa. L-operatur tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korpi Nazzjonali ta’ applikazzjoni maħtura skont l-Artikolu 16. Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, l-operatur tal-ajruport għandu jagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Or. it

Emenda  281

Jaromír Kohlíček, Sabine Wils

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multippli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru.Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa.Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn miljun u nofs passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b’mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta’ kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta’ kanċellazzjonijiet multipli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru.Il-pjan ta’ kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa.Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.Fl-ajruporti ’l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f’dawn is-sitwazzjonijiet.

Or. en

Emenda  282

Petri Sarvamaa

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multippli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru.Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa.Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn ħames miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multipli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru.Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa.Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Or. fi

Emenda  283

Jim Higgins

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multippli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru.Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa.Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b’mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta’ kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta’ kanċellazzjonijiet multipli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta’ passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta’ insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru.Il-Korp ta’ Ġestjoni tal-Ajruport għandu jingħata s-setgħa li jadotta miżuri biex jinfurza l-kooperazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ groundhandling fit-tħejjija ta’ din il-pjan ta’ kontinġenza.Il-pjan ta’ kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa.Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta’ kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.L-Istati Mmebri għandhom jiżguraw li l-Korp Nazzjonali għall-Infurzar ikollu kemm il-kapaċità kif ukoll ir-riżorsi biex jimpenja ruħu b’mod effettiv f’din il-kwistjoni.Fl-ajruporti ’l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f’dawn is-sitwazzjonijiet.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-proposti jeħtieġu li l-awtorità tal-ajruport tiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b’mod partikolari t-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ groundhandling, jiġu kkoordinati permezz ta’ pjan ta’ kontinġenza tajjeb. Huwa meħtieġ l-ippjanar tal-kontinġenza fil-każ ta’ interruzzjonijiet serji u għandu jinvolvi l-utenti kollha tal-ajruport. Madankollu, jekk l-awtorità tal-ajruport għandha ssir responsabbli mit-tħejjija tal-pjan, għandha tingħata wkoll is-setgħat xierqa ta’ implimentazzjoni.

Emenda  284

Brian Simpson

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multippli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru.Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa.Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport f’kooperazzjoni mal-utenti tal-ajruport, b’mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru, il-fornituri tas-servizzi ta’ groundhandling u l-fornituri ta’ assistenza speċjali għall-passiġġieri b’diżabbiltà jew passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa, għandu jwaqqaf pjan ta’ kontinġenza xieraq li għandu jiżgura koordinazzjoni adegwata bejn l-ajruport u l-utenti tal-ajruport minħabba sitwazzjonijiet ta’ kanċellazzjonijiet multipli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta’ passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta’ insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru.Il-pjan ta’ kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa.Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta’ kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.Fl-ajruporti ’l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Or. en

Emenda  285

Izaskun Bilbao Barandica

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multippli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru. Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa. Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16. Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multipli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru.

Il-pjan ta’ emerġenza għandu jinkludi wkoll il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali u organizzazzjonijiet oħra meta jkun xieraq.

Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa. Għandu jinkludi kapitolu speċjali għall-persuni b’diżabilità jew nuqqas ta’ mobbiltà bil-ħtieġa ta’ attenzjoni speċjali. Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16. Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Or. es

Emenda  286

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multippli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru.Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa.Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b’mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta’ kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta’ kanċellazzjonijiet multipli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta’ passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru.Il-pjan ta’ kontinġenza għandu jitwaqqaf b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazjonali, reġjonali jew lokali rilevanti, biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa.Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta’ kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.Fl-ajruporti ’l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f’dawn is-sitwazzjonijiet.

Or. en

Emenda  287

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 5(5) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5b. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jiżviluppaw u jdaħħlu fis-seħħ proċeduri ddettaljati li jippermettulhom jikkonformaw b’mod effettiv u konsistenti mar-Regolament attwali, b’mod speċjali f’każijiet ta’ dewmien, kanċellazzjonijiet, imbark miċħud, interruzzjonijiet kbar u falliment. Dawk il-proċeduri għandhom jindikaw biċ-ċar il-persuna ta’ kuntatt tal-linja tal-ajru f’kull ajruport li tkun kompetenti biex tipprovdi informazzjoni affidabbli dwar il-kura, l-assistenza, ir-riprogrammar tar-rotot jew ir-rimborż u biex tieħu l-miżuri meħtieġa minnufih. It-trasportatur tal-ajru għandu jiddefinixxi l-proċessi u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawk is-servizzi b’tali mod li dan ir-rappreżentant ikun jista’ jissodisfa dan l-obbligu mingħajr dewmien. It-trasportatur tal-ajru għandu jikkomunika dawn il-proċeduri u kwalunkwe tibdil fihom lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 41 tar-Rapporteur.

Emenda  288

Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 5(5) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5a. Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru ma jistgħux jeżonoraw ruħhom mill-obbligi tagħhom stabbiliti f’dan ir-Regolament, jitħejja pjan ta' kontinġenza previst skont l-Artikolu 3, sabiex jekk ikun meħtieġ, jiġu speċifikati r-responsabbiltajiet li jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni adegwata u servizzi ta’ assistenza għall-passiġġieri jibqgħu l-art.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li l-ajruporti għandhom iħejju proċessi organizzazzjonali biss fil-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom għall-obbligi stipulati fir-rigward tal-passiġġieri li jibqgħu l-art.

Emenda  289

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 5(5) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5c. F’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba l-falliment ta’ trasportatur tal-ajru jew is-sospensjoni tal-operat tat-trasportatur tal-ajru minħabba r-revoka tal-liċenzja operattiva, il-passiġġieri għandhom id-dritt għal rimborż jew għal titjira ta’ ritorn lejn il-punt tat-tluq bi qbil mal-punt(a) tal-Artikolu 8(1) u għad-dritt ta’ indukrar kif speċifikat fl-Artikolu 9. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu evidenza biżżejjed ta’ garanzija għall-ispejjeż tar-rimborż u r-ripatrijazzjoni billi jieħdu l-miżuri meħtieġa bħall-ħolqien ta’ fondi jew it-teħid ta’ assigurazzjonijiet.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 42 tar-Rapporteur. L-emenda l-ġdida tindika li t-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu evidenza biżżejjed ta' garanzija billi jieħdu l-miżuri meħtieġa bħall-ħolqien ta’ fondi u t-teħid ta’ assigurazzjonijiet.

Emenda  290

Christine De Veyrac, Dominique Vlasto, Michel Dantin, Dominique Riquet

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 4 - punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 5(5) jiddaħħal dan il-paragrafu:

5a. Il-kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba insolvenza, falliment, sospensjoni jew waqfien tal-attivitajiet ta’ trasportatur tal-ajru, tagħti lill-passiġġieri li baqgħu l-art id-dritt għar-rimborż jew għar-riprogrammar tar-rotta, u d-dritt għall-indukrar, kif inhu previst fl-Artikolu 8 u 9 ta’ dan ir-Regolament. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, pereżempju s-sottoskrizzjoni għal assigurazzjoni jew it-twaqqif ta’ fondi ta’ garanzija, sabiex jiġu żgurati, jekk ikun meħtieġ, l-indukrar, ir-rimborż jew ir-riprogrammar tar-rotta tal-passiġġieri li baqgħu l-art. Il-passiġġieri jibbenefikaw minn dan, ikun xi jkun il-post ta’ residenza tagħhom, il-post tat-tluq jew il-post fejn inbiegħ il-biljett.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Il-falliment, l-insolvenza, is-sospensjoni jew il-waqfien tal-attivitajiet ta’ trasportatur tal-ajru jista’ jwassal għal ksur tad-drittijiet tal-passiġġieri:kanċellazzjoni tat-titjira u riprogrammar tar-rotta mħallsa mill-passiġġier. Il-protezzjoni tal-passiġġier minn dawn il-każijiet għalhekk għandha tkun ir-responsabbiltà tal-linji tal-ajru u ma tistax tiddependi fuq politika kummerċjali, li tkun opzjonali u bi ħlas, u għaldaqstant tingħażel u titħallas mill-passiġġier.

Emenda  291

Inés Ayala Sender

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 5(5) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5a. “F’każ li titħassar titjira tal-ajru għar-raġunijiet ta’ falliment ta’ trasportatur tal-ajru jew ta’ waqfien tal-attivitajiet ta’ tarsportatur tal-ajru minħabba r-revoka tal-liċenzja ta’ sfruttament tiegħu, il-passiġġieri jkollhom dritt għar-rimbors jew għal titjira bir-ritorn fil-punt tat-tluq skont l-Artikolu 8(1a), kif ukoll id-dritt għall-attenzjoni speċjali msemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll ir-rimbors tal-parti mhux effettwata. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jiffaċilitaw garanzija suffiċjenti tas-sigurtà tar-rimbors tal-ispejjeż u r-ripatrijazzjoni.” Għal dan il-għan u sabiex il-passiġġieri jkunu jistgħu jitħallsu l-kwantitajiet stabbiliti f’din it-taqsima, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta għall-istabbilment ta’ fond ta’ garanzija tal-kumpaniji tal-ajru li jippermetti li jiġu koperti dawn l-ispejjeż.

Or. es

Emenda  292

Carlo Fidanza

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jassumi raġonevolment li titjira se tiddewwem, jew trasportatur operattiv tal-ajru jipposponi l-ħin tat-tluq skedat, lil hinn mill-ħin tat-tluq oriġinarjament skedat għaliha, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu joffri għall-passiġġieri:

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jassumi raġonevolment li titjira se tiddewwem, jew meta trasportatur operattiv tal-ajru jipposponi l-ħin tat-tluq skedat, lil hinn mill-ħin tat-tluq oriġinarjament skedat tieħgu, minbarra f’każ li l-passiġġier ikun ġie mgħarraf bil-bidla fl-iskeda tal-inqas 72 siegħa qabel il-ħin tat-tluq oriġinarjament skedat għaliha, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu joffri għall-passiġġieri:

Or. en

Emenda  293

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jassumi raġonevolment li titjira se tiddewwem, jew trasportatur operattiv tal-ajru jipposponi l-ħin tat-tluq skedat, lil hinn mill-ħin tat-tluq oriġinarjament skedat għaliha, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu joffri għall-passiġġieri:

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jassumi raġonevolment li t-tluq ta’ titjira se jiddewwem, jew trasportatur operattiv tal-ajru jipposponi l-ħin tat-tluq skedat, lil hinn mill-ħin tat-tluq oriġinarjament skedat għaliha, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu joffri għall-passiġġieri:

Or. fr

Emenda  294

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas sagħtejn, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(a) u 9(2);kif ukoll

meta d-dewmien ikun ta’ mill-inqas tliet sigħat, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(a) u 9(2) meta jkun fiżikament possibbli. Il-linja tal-ajru ma għandhiex għalfejn tipprovdi tali indukrar meta dan jista’ jwassal għal iktar dewmien tat-titjira; kif ukoll

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-limiti massimi attwali huma ta’ 2, 3 & 4 sigħat. L-approċċ pragmatiku għandu jkun l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-Regolament, f’‘punt medju’ ta’ 3 sigħat. Twissijiet addizzjonali għandhom jikkunsidraw id-dewmien f’ajruporti remoti / reġjonali fejn jista’ ma jkunux disponibbli ikel u xorb (pereżempju t-titjiriet ta’ filgħaxija li jiddewmu meta l-kafeteriji/ristoranti kollha jistgħu jkunu magħluqa). Ma huwa fl-interess ta’ ħadd li jinħoloq iżjed dewmien ta’ titjira billi jiġi pprovdut ikel u xorb. Grad ta’ diskrezzjoni madwar il-konfini huwa meħtieġ.

Emenda  295

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

meta d-dewmien ikun ta’ mill-inqas sagħtejn, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(a) u 9(2);

meta d-dewmien ikun ta’ mill-inqas sagħtejn, l-indukrar speċifikat fl-Artikolu 9(1)(a) u 9(2);

Or. fr

Emenda  296

Corien Wortmann-Kool

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas ħames sigħat u jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c);kif ukoll

meta d-dewmien ikun ta’ mill-inqas ħames sigħat u jinkludi sigħat ta’ bil-lejl, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c);kif ukoll

Or. en

Emenda  297

Mathieu Grosch

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas ħames sigħat u jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c); u

meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas erba’ sigħat u jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c); u

Or. de

Emenda  298

Marian-Jean Marinescu

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas ħames sigħat u jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c);kif ukoll

meta d-dewmien ikun ta’ mill-inqas sitt sigħat u jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c);kif ukoll

Or. en

Emenda  299

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

meta d-dewmien ikun ta’ mill-inqas ħames sigħat u jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c); u

meta d-dewmien ikun ta’ mill-inqas ħames sigħat u jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-indukrar speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c); u

Or. fr

Emenda  300

Mathieu Grosch

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas ħames sigħat, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 8(1)(a).

meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas erba’ sigħat, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 8(1)(a).

Or. de

Emenda  301

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-passiġġieri għandu jkollhom dritt għal kumpens mit-trasportatur operattiv tal-ajru skont l-Artikolu 7 meta l-passiġġier jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu:

Il-passiġġieri għandu jkollhom dritt għal kumpens mit-trasportatur operattiv tal-ajru skont l-Artikolu 7 meta l-vjaġġ tal-passiġġier jintemm fid-destinazzjoni finali tiegħu:

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tillimita d-drittijiet tal-passiġġieri għal kumpens jekk il-passiġġier ma jaqbadx it-titjira lejn l-ajruport ta’ destinazzjoni. Id-dritt li jiġu kkanċellati titjiriet imdewma b’aktar minn ħames sigħat huma stabbiliti fl-Artikolu 8(1a). Madankollu, skont il-proposta tal-Kummissjoni, jekk passiġġieri jeżerċitaw dan id-dritt huma jitilfu d-dritt ta’ kumpens taħt l-Artikolu 7.

Emenda  302

Inés Ayala Sender

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-passiġġieri għandu jkollhom dritt għal kumpens mit-trasportatur operattiv tal-ajru skont l-Artikolu 7 meta l-passiġġier jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu:

Il-passiġġieri għandu jkollhom dritt għal kumpens mit-trasportatur operattiv tal-ajru skont l-Artikolu 7 meta l-passiġġier jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu:

a) ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan il-Komunità u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 3 500 km jew inqas;

a) tliet siegħat wara l-ħin għal titjiriet fi ħdan l-Unjoni Ewropea sa 1500 km

b) disa' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

b) ħames sigħat għal titjiriet fi ħdan l-Unjoni Ewropea ta’ bejn 1500-3500km. Il-kumpaniji tal-ajru għandhom jipprovdu wkoll l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 9(1 u 2), b’attenzjoni miżjuda għall-passiġġieri.

Or. es

Emenda  303

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan il-Komunità u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 3 500 km jew inqas;

għal titjira qasira meta jkun skedat ivvjaġġar alternattiv lejn l-istess destinazzjoni bil-ferrovija, b’karozza tal-linja jew bi trasport minn kanal tal-ilma ta’ mhux iktar minn ħames sigħat;

Or. en

Emenda  304

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan il-Komunità u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 3 500 km jew inqas;

ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi ta’ 1 500 km jew inqas;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-meded tad-distanzi jeħtieġ li jiġu emendati sabiex jiġi żgurat li jkunu konsistenti ma’ dawk applikabbli għall-kanċellazzjonijiet (u għaldaqstant jikkonformaw mad-deċiżjoni rigward il-każ Sturgeon) u mal-livelli ta’ kumpens fl-Artikolu 7. Dan se jiżgura wkoll li r-Regolament ma jsirx ikkumplikat iżżejjed.

Emenda  305

Philip Bradbourn

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan il-Komunità u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta’ 3 500 km jew inqas;

tliet sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan il-Komunità u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta’ 3 500 km jew inqas;

Or. en

Emenda  306

Hubert Pirker

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan il-Komunità u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 3 500 km jew inqas;

tliet sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan il-Komunità u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 3 500 km jew inqas;

Or. de

Ġustifikazzjoni

Il-Proposta tal-Kummissjoni twassal għal żbilanċ kbir bejn dewmien kbir u kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet. It-test tar-Regolament għandu għalhekk jiġi adattat b’mod konformi mal-każ C-402 u C-432/07 (“Sturgeon”), li skonthom jistgħu jiġu invokati talbiet għal kumpens anke f’każijiet ta’ dewmien (tal-wasla) ta' aktar minn tliet sigħat.

Emenda  307

Giommaria Uggias

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan l-UE u għal vjaġġi minn/lejn pajjiżi terzi ta' 3 500 km jew inqas;

tliet sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan l-UE u għal vjaġġi minn/lejn pajjiżi terzi ta' 3 500 km jew inqas;

Or. it

Emenda  308

Vilja Savisaar-Toomast, Anne E.Jensen

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan il-Komunità u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 3 500 km jew inqas;

tliet sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha ta’ 1 500 km jew inqas;

Or. en

Emenda  309

Emenda  310

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan il-Komunità u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta’ 3 500 km jew inqas;

tliet sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha ta’ 2 500 km jew inqas;

Or. fr

Emenda  311

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6(2), għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

(aa) ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha ta’ bejn 1 500 u 3 500 km;

Or. en

Emenda  312

Dominique Riquet

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

disa’ sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

imħassar

Or. fr

Emenda  313

Peter van Dalen

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

disa' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

imħassar

Or. nl

Emenda  314

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

disa' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

għal titjira medja skedata b’ħin ta’ titjira ta’ mhux iżjed minn ħames sigħat u meta ma jkun hemm l-ebda vjaġġ skedat alternattiv kif deskritt f’dan l-Artikolu skont (a)

Or. en

Emenda  315

Hubert Pirker

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

disa' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

ħames sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta’ aktar minn 3 500 km;

Or. de

Ġustifikazzjoni

L-aġġustament tal-limiti skont id-distanza jidher proporzjonat. Madankollu, il-marġini proposti mill-Kummissjoni jeċċedu l-livell aċċettabbli. Għalhekk, jekk il-punt c tiġi mħassra ukoll minn żmien għal żmien, il-pożizzjoni tar-rapporteur tkun qiegħda tiġi appoġġjata.

Emenda  316

Giommaria Uggias

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

disa' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi minn/lejn pajjiżi terzi ta’ bejn 3 500 u 6 000 km;

ħames sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi minn/lejn pajjiżi terzi ta’ iktar minn 3 500 km;

Or. it

Emenda  317

Vilja Savisaar-Toomast, Anne E.Jensen

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

disa' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha ta’ iżjed minn 1 500 km

Or. en

Emenda  318

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

disa' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

disa’ sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi bejn 1 500 u 3 500 km;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-meded tad-distanzi jeħtieġ li jiġu emendati sabiex jiġi żgurat li jkunu konsistenti ma’ dawk applikabbli għall-kanċellazzjonijiet (u għaldaqstant jikkonformaw mad-deċiżjoni rigward il-każ Sturgeon) u mal-livelli ta’ kumpens fl-Artikolu 7. Dan se jiżgura wkoll li r-Regolament ma jsirx ikkumplikat iżżejjed.

Emenda  319

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

disa' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

disa’ sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha bejn 3 500 u 6 000 km;

Or. en

Emenda  320

Philip Bradbourn

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

disa' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

sitt sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

Or. en

Emenda  321

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

disa’ sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

seba’ sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi fi ħdan il-Komunità ta’ aktar minn 2 500 km u għall-vjaġġi l-oħra kollha bejn 2 500 u 5 000 km;

Or. fr

Emenda  322

Hubert Pirker

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 6 000 km jew iktar.

imħassar

Or. de

Ġustifikazzjoni

It-tħassir jirriżulta mill-emendi tal-Artikolu 6(2(a) u (b).

Emenda  323

Giommaria Uggias

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi minn/lejn pajjiżi terzi ta' 6 000 km jew iktar.

imħassar

Or. it

Emenda  324

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 6 000 km jew iktar.

għal titjira twila b’ħin tat-titjira skedat ta’ iżjed minn ħames sigħat.

Or. en

Emenda  325

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 6 000 km jew iktar.

tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin skedat jew il-wasla għall-vjaġġi li ma jaqgħux taħt (a) jew (b).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-meded tad-distanzi jeħtieġ li jiġu emendati sabiex jiġi żgurat li jkunu konsistenti ma’ dawk applikabbli għall-kanċellazzjonijiet (u għaldaqstant jikkonformaw mad-deċiżjoni rigward il-każ Sturgeon) u mal-livelli ta’ kumpens fl-Artikolu 7. Dan se jiżgura wkoll li r-Regolament ma jsirx ikkumplikat iżżejjed.

Emenda  326

Philip Bradbourn

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 6 000 km jew iktar.

tmien sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta’ 6 000 km jew iktar.

Or. en

Emenda  327

Dominique Riquet

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta’ 6 000 km jew iktar.

b’dewmien ta’ iktar minn darbtejn il-ħin tat-titjira skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta’ 3 500 km jew iktar.

Or. fr

Emenda  328

Peter van Dalen

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 6 000 km jew iktar.

seba’ sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' km jew iktar.

Or. nl

Emenda  329

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 6 000 km jew iktar.

tnax-il siegħa jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha ta’ 6 000 km jew iktar;

Or. en

Emenda  330

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta’ 6 000 km jew iktar.

għaxar sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi li ma jaqgħux taħt il-punti a) jew b).

Or. fr

Emenda  331

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6(2) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

(a) Biljett intermodali għandu jaqa’ kompletament taħt ir-regoli ta’ kumpens ta’ dan ir-Regolament.

Or. en

Emenda  332

Dieter-Lebrecht Koch

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6(2) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

(ca) Kanċellazzjoni fil-perjodu ta’ dewmien ma għandhiex tiġi ttrattati bħala dewmien mingħajr sanzjoni

Or. de

Emenda  333

Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll meta t-trasportatur operattiv tal-ajru jkun immodifika l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla skedati u jikkawża dewmien meta mqabbel mal-ħin tal-wasla tal-iskeda oriġinali, sakemm il-passiġġier ma jkunx ġie mgħarraf bil-bidla fl-iskeda iktar minn ħmistax-il ġurnata qabel il-ħin tat-tluq oriġinarjament skedat.

Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll meta t-trasportatur operattiv tal-ajru jkun immodifika l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla skedati u jikkawża dewmien meta mqabbel mal-ħin tal-wasla tal-iskeda oriġinali, sakemm il-passiġġier ma jkunx ġie mgħarraf bil-bidla fl-iskeda iktar minn għaxart ijiem qabel il-ħin tat-tluq oriġinarjament skedat.

Or. de

Emenda  334

Mathieu Grosch

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6(3) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

Paragrafu 2 ma għandux japplika, jekk id-dewmien fil-wasla jseħħ minħabba struzzjonijiet maħruġa mill-awtorità tas-sigurtà tal-avjazzjoni b’rabta mad-distanza u l-inżul.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Dewmien għal raġunijiet ta’ sigurtà għandu jiġi kkunsidrat bħala protezzjoni tal-passiġġieri u għalhekk ma għandhomx jikkostitwixxu talba għal kumpens.

Emenda  335

Philippe De Backer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6(3) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-passiġġieri li r-reżervazzjoni tagħhom hija komponent ta’ vaganza kollox kompriż, kif iddefinit mid-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, billi dawn il-passiġġieri għandhom reġim tal-ivvjaġġar differenti u huma koperti bi drittijiet kif stipulat f’dik id-direttiva.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva dwar il-vjaġġi kollox kompriż diġà tagħti lill-vjaġġaturi livell tajjeb ta’ ħarsien. Billi dawk il-vjaġġaturi ta’ spiss huma parti minn reġim speċifiku, inkluż indukrar speċjali f’każ ta’ inċidenti, mhuwiex meħtieġ li dawk il-passiġġieri jiġu intitolati għal kumpens żejjed.

Emenda  336

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista' juri li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista’ juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ġust, u ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni loġika, li jiġi llimitat l-użu ta’ ċirkostanzi straordinarji (li huma skont id-definizzjoni lil hinn mill-kontroll tat-trasportatur) għal titjira ulterjuri waħda billi ta’ spiss ikun hemm effetti sekondarji. Il-bidla fil-limitu se tagħti lil-linji tal-ajru inċentiv ekonomiku kbir biex jikkanċellaw titjiriet biex jiżolaw id-dewmien tat-titjira, iżommu l-integrità tal-programm tagħhom u jiġu mħarsa minn kumpens eċċessiv skont l-Artikolu 7. Dan ikun ta’ detriment għall-konsumaturi.

Emenda  337

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista' juri li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista' juri li ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(3) ġew sodisfatti.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konformi mal-emenda għall-Artikolu 5(3). Sabiex tiġi evitata ripetizzjoni, referenza għall-Artikolu 5(3) qed tiġi proposta.

Emenda  338

Vilja Savisaar-Toomast

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista' juri li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista’ juri li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss sa fejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjiriet preċedenti operati mill-istess ajruplan fl-istess ġurnata.

Or. en

Emenda  339

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista' juri li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli.Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista’ juri li jkunu ġew sodisfatti żewġ kundizzjonijiet:

– li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji, u

– li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu b’mod korrett il-miżuri kollha raġonevoli.

Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss sa fejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 50 tar-Rapporteur.

Emenda  340

Dieter-Lebrecht Koch, Markus Ferber

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista' juri li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista' juri li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss sa fejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew titjiriet oħra fl-iskeda tat-trasportatur tal-ajru, sakemm it-trasportatur tal-ajru juri li l-kanċellazzjoni ta' dawn it-titjiriet l-oħra kienet ikkawżata direttament miċ-ċirkostanzi straordinarji rilevanti. Artikolu 1(11) jirregola l-eċċezzjonijiet.

Or. de

Emenda  341

Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista' juri li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista' juri li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss sa fejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew titjiriet oħra fl-iskeda tat-trasportatur tal-ajru, sakemm it-trasportatur bl-ajru juri li d-dewmien ta' dawn it-titjiriet l-oħra kien ikkawżat direttament miċ-ċirkostanzi straordinarji rilevanti.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Dewmien li mhuwiex fil-kontroll tat-trasportaturi tal-ajru jista’ jaffettwa aktar minn titjira waħda tal-ajruplan ikkonċernat, speċjalment f'ajruporti konġestjonati. Linja tal-ajru għandu jkollha l-possibbiltà li turi li ma setgħatx tevita t-tali akkumulazzjoni ta' dewmien li ma kienx it-tort tagħha.

Emenda  342

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' ħames sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.'

Soġġett għar-restrizzjonijiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta’ sagħtejn, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta’ żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu, minbarra jekk ikun hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak. Wara dewmien totali ta’ iżjed minn 3 sigħat mill-ħin tat-tluq tal-bidu, il-passiġġieri għandhom jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, inkluż l-opzjoni ta’ rimborż, titjira tar-ritorn u r-riprogrammar tar-rotta, kif speċifikat fl-Artikolu 8(1) u għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 51 tar-Rapporteur bir-referenza addizzjonali għad-dritt għal rimborż jew titjira ta’ ritorn jew riprogrammar tar-rotta.

Emenda  343

Philip Bradbourn

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' ħames sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.

Soġġett għar-restrizzjonijiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta’ tliet sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta’ żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.

Or. en

Emenda  344

Artur Zasada

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' ħames sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.'

Soġġett għar-restrizzjonijiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' tliet sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.'

Or. pl

Emenda  345

Dewmien fuq it-tarmak ta’ minimu ta’ ħames sigħat qabel il-passiġġieri jitħallew jiżbarkaw tidher għolja wisq u għandha tiġi sostituta bi tliet sigħat, konformi mar-regolamenti tal-Istati Uniti.

Emenda  346

Georgios Koumoutsakos

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' ħames sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.

Soġġett għar-restrizzjonijiet tas-sigurtà, fejn iseħħ dewmien fuq it-tarmak, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta’ sagħtejn, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta’ żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.

Or. en

Emenda  347

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Ir-Regolament (KE) 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' ħames sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.

Soġġett għar-restrizzjonijiet tas-sigurtà, fejn iseħħ dewmien fuq it-tarmak, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta’ sagħtejn, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jekk il-kabina tal-passiġġieri ma tkunx imsaħħna jew imkessħa b’mod adegwat, jew jekk ma jkun hemm l-ebda aċċess għall-ilma tax-xorb, il-kundizzjonijiet jistgħu jsiru insopportabbli anke waqt l-ewwel siegħa tad-dewmien fuq it-tarmak.

Emenda  348

Hubert Pirker

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa. Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' ħames sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.'

Soġġett għar-restrizzjonijiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa. Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' sagħtejn, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.'

Or. de

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tal-problema tad-dewmien fuq it-tarmak fil-proposta tal-Kummissjoni għandha tintlaqa’ tajjeb. Madankollu, il-perjodu massimu ta' 5 sigħat jidher li huwa għoli wisq u għandu jiġi kkoreġut.

Emenda  349

Michel Dantin, Dominique Riquet, Christine De Veyrac, Dominique Vlasto

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa. Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta’ ħames sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta’ żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.'

Soġġett għar-restrizzjonijiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju, l-ilma tax-xorb u l-possibbiltà li jiekol, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa. Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta’ sagħtejn, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta’ żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.'”

Or. fr

Emenda  350

Jaromír Kohlíček, Sabine Wils

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' ħames sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.

Soġġett għar-restrizzjonijiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa.Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta’ 90 minuta, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta’ żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.

Or. en

Emenda  351

Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa. Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' ħames sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.'

Soġġett għar-restrizzjonijiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak ikun ukoll inqas minn siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa. Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' sagħtejn, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.'

Or. de

Emenda  352

Izaskun Bilbao Barandica

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6a(1) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

(1a) Il-kumpaniji tal-ajru se jiggarantixxu li l-vjaġġaturi fi transitu ma jitilfux it-titjiriet konnessi dejjem jekk jikkoinċidu fuq ir-runway tal-ajruport l-ajruplani li jagħmlu t-titjira tal-wasla fl-ajruport tal-konnessjoni u titjira tat-tluq mill-istess ajruport. Bħala konsegwenza, jekk l-ajruplan ta’ oriġini tal-passiġġier jinżel qabel ma t-titjira l-oħra tkun f’kundizzjonijiet ta’ dħul fir-runway, dan ma jkunx jista’ jibda t-titjira. Il-kumpaniji tal-ajru u s-servizzi tal-art se jieħdu ħsieb li t-traffiku tal-passiġġieri bejn l-inġenji tal-art isir bl-aktar mod rapidu u komdu għall-utenti fi transitu billi jagħmlu użu jekk hemm bżonn tal-mekkaniżmi straordinarji ta’trasferiment tal-passiġġieri bejn il-bibien tal-imbarkazzjoni.

Or. es

Emenda  353

Izaskun Bilbao Barandica

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru tal-ajru li jkun qed jagħmel it-titjira preċedenti għandu joffri lill-passiġġier:

Or. es

Emenda  354

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju responsabbli għad-dewmien għandu joffri lill-passiġġier:

Or. en

Ġustifikazzjoni

In cases of missed connections, passengers who have connecting flights booked under the same contract are already protected by the obligation of the carrier under the contract and the Montreal Convention. The Multilateral Interline Traffic Agreements (MITA), covering a network of over 350 worldwide domestic and international airlines (IATA and non-IATA) adequately covers the issue of missed connections. The airlines have already collectively agreed through binding resolutions (Resolution 780 and Resolution 785d) to take care of passengers in case of missed connections: in the interlining environment, it is actually the first carrier (responsible for the delay and possible missed connection) which is responsible for care, assistance and organizing a re-routing.

Emenda  355

Preslav Borissov

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju responsabbli għad-dewmien għandu joffri lill-passiġġier:

Or. en

Emenda  356

Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju responsabbli għad-dewmien għandu joffri lill-passiġġier:

Or. de

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta’ konnessjonijiet mitlufa, ir-responsabbiltà taqa’ fuq it-trasportaturi tal-ajru li jkunu kkonkludew il-kuntratt mal-passiġġieri b’mod konformi mal-Konvenzjoni ta’ Montreal.

Emenda  357

Peter van Dalen

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju responsabbli għad-dewmien għandu joffri lill-passiġġier:

Or. nl

Emenda  358

Philippe De Backer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju responsabbli għal dan id-dewmien jew għat-tibdil fl-iskeda għandu joffri lill-passiġġier:

Or. en

Emenda  359

Jörg Leichtfried

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti jew ta’ trasferiment għal titjira alternattiva bħala parti mill-bidla tar-rotta, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Or. de

Ġustifikazzjoni

Passiġġieri li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ riprogrammar tar-rotta l-aktar kmieni possibbli u għal din ir-raġuni jitilfu t-titjira ta’ konnessjoni, ma għandhomx ikunu f’pożizzjoni agħar.

Emenda  360

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa f’ajruport li jinsab fit-territorju fejn japplika t-Trattat tal-Unjoni Ewropea bħala riżultat ta’ dewmien jew bidla fl-iskeda tat-titjira “feeder”, it-trasportatur tal-ajru operattiv li jkun qed jagħmel it-titjira “feeder” għandu joffri lill-passiġġier:

Or. fr

Emenda  361

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(a) u 9(2) jekk il-ħin ta’ stennija tal-passiġġier għall-konnessjoni jittawwal mill-inqas b’sagħtejn; u

l-indukrar speċifikat fl-Artikolu 9(1)(a) u 9(2) jekk il-ħin ta’ stennija tal-passiġġier għall-konnessjoni jittawwal mill-inqas b’sagħtejn; u

Or. fr

Emenda  362

Jörg Leichtfried

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1 – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

meta l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira alternattiva jew tat-trasport l-ieħor offrut skont l-Artikolu 8 huwa mill-inqas 5 sigħat wara l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira mitlufa u d-dewmien jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c).

meta l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira alternattiva jew tat-trasport l-ieħor offrut skont l-Artikolu 8 huwa mill-inqas 3 sigħat wara l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira mitlufa u d-dewmien jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c).

Or. de

Ġustifikazzjoni

B’mod komplimentari mal-proposta tar-rapporteur, il-perjodu rilevanti tad-dewmien li jagħti d-dritt għall-assistenza skont l-Artikoli 8 u 9, għandu ikun limitat għal 3 sigħat.

Emenda  363

Marian-Jean Marinescu

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

meta l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira alternattiva jew tat-trasport l-ieħor offrut skont l-Artikolu 8 huwa mill-inqas 5 sigħat wara l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira mitlufa u d-dewmien jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c).

meta l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira alternattiva jew tat-trasport l-ieħor offrut skont l-Artikolu 8 huwa mill-inqas 6 sigħat wara l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira mitlufa u d-dewmien jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c).

Or. en

Emenda  364

Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

L-Artikolu 6a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2).Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jekk id-dewmien tal-ewwel titjira ta’ titjira konnessa ikun ikkawża kumpens b’referenza għal dewmien fid-destinazzjoni finali, li b’konsegwenza jirriżulta f’riskju ta’ ammont ta’ EUR 600 għal kull passiġġier, dan jista’ joħloq riskju ekonomiku eċċessiv għal-linji tal-ajru, b’mod speċjali għal-linji tal-ajru ż-żgħar, li jista’ jkollu impatt negattiv fuq is-sistemi arterjali (hub-and-spoke).

Emenda  365

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2).Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ tibdil fl-iskeda jew ta’ dewmien tat-titjira konnessa preċedenti ta’ 9  minuta jew aktar ikkalkulat b’referenza għall-ħin tal-wasla fil-punt tat-trasferiment, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru tal-Unjoni li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2).Għal dawn il-fini, id-dewmien kumplessiv għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 54 tar-Rapporteur. It-test jispeċifika li 90 minuta ta’ dewmien jiġu kkalkulati b’referenza għall-ħin tal-wasla tal-ajruplan.

Emenda  366

Artur Zasada

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2).Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' tibdil fl-iskeda jew dewmien tat-titjira konnessa preċedenti fil-punt tat-trasferiment ta’ 120 minuta jew aktar, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru tal-Unjoni li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2).Għal dawn il-fini, id-dewmien globali għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Or. pl

Emenda  367

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2). Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b’referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa f’ajruport li jinsab fit-territorju fejn japplika t-Trattat tal-Unjoni Ewropea bħala riżultat ta’ dewmien jew bidla fl-iskeda tat-titjira “feeder” fil-punt ta’ trasferiment ta’ mill-inqas 90 minuta, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira “feeder”, taħt il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(a) u mingħajr ħsara għall-Artikolu 5(3)(e).

Or. fr

Emenda  368

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2).Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2).

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-trasportatur tal-ajru tat-titjira preċedenti għandu joffri assistenza, akkomodazzjoni u riprogrammar tar-rotot f’każ ta’ konnessjoni mitlufa u għandu jikkumpensa skont id-dewmien tat-titjira preċedenti. Jekk isir iżjed minn hekk jista’ jkun hemm ir-riskju li jitnaqqsu r-relazzjonijiet bejn il-linji tal-ajru u l-konnettività reġjonali u l-bejgħ tal-biljetti li jinkludu t-trażbord jiġi mminat.

Emenda  369

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2).Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ dewmien tat-titjira ta’ kollegament preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira ta’ kollegament preċedenti skont l-Artikolu 6(2).Kwalunkwe kumpens jiġi ristrett għad-dewmien esperjenzat f’dik it-titjira konnessa preċedenti biss, u ma jinkludi l-ebda dewmien ulterjuri li jkun seħħ mal-wasla fid-destinazzjoni finali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-titjiriet konnessi u l-għoti ta’ kumpens wara dewmien se jpoġġi piż sproporzjonat fuq it-titjiriet ta’ kollegament (feeder), li jista’ jwassal għal tnaqqis tas-servizzi (b’mod partikolari mir-Reġjuni). Dan, min-naħa tiegħu, se jnaqqas ir-relazzjonijiet bejn il-linji tal-ajru u l-benefiċċji li dan iġib għall-passiġġieri. Pereżempju, jista’ jkun meħtieġ li l-passiġġieri jagħmlu ċ-check-in u ċ-check-out tal-bagalji meta jibdlu bejn titjira u oħra. Il-ħinijiet tal-vjaġġi u tal-konnessjonijiet jista’ jiżdied, u b’hekk jinħoloq tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-UE u dawk mhux tal-UE.

Emenda  370

Christine De Veyrac, Dominique Vlasto, Michel Dantin

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2). Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b’referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2). Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b’referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Jidher li huwa importanti li dan ir-Regolament ma jkunx jista’ jwassal għal tfixkil tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi Ewropej u l-operaturi ta’ pajjiżi terzi. Għalhekk dan ir-Regolament, fil-każ ta’ titjira konnessa mitlufa, għandu jiġi implimentat fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea u b’mod uniformi għall-operaturi kollha, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom.

Emenda  371

Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2). Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2). Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fil-punt tat-trasferiment.

Or. de

Emenda  372

Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe arranġamenti ta' indennizz bejn it-trasportaturi tal-ajru affettwati.

imħassar

Or. en

Emenda  373

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw ukoll għal trasportaturi tal-ajru ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jagħmlu titjira konnessa minn jew lejn ajruport tal-UE.'

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhux meħtieġa billi l-ambitu tar-Regolament rivedut propost diġà huwa deskritt fil-qosor fl-Artikolu 3(1). Barra dan, il-proposta tal-Kummissjoni li testendi l-ambitu sabiex jinkludi t-titjiriet konnessi magħmula minn trasportaturi tal-ajru ta’ pajjiżi terzi barra mill-UE tqajjem kwistjonijiet ta’ estraterritorjalità.

Emenda  374

Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw ukoll għal trasportaturi tal-ajru ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jagħmlu titjira konnessa minn jew lejn ajruport tal-UE.

Il-paragrafu 1 japplika ukoll għal trasportaturi tal-ajru ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jagħmlu titjira konnessa minn jew lejn ajruport tal-UE.

Or. en