Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

2013/0072(COD)

9.10.2013

EMENDI

375 - 596

Abbozz ta’ rapport

Georges Bach

(PE510.868v02-00)

jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom

Proposta għal Regolament

( COM(2013)0130 – C7‑0066/2013 – 2013/0072(COD) )

AM_Com_LegReport

Emenda    375

Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fil-paragrafu 1, il-kelma "titjiriet" tinbidel bi "vjaġġi".

imħassar

Or. en

Emenda  376

Carlo Fidanza, Antonio Cancian

(a) Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, il-passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:

(a) EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1 500 kilometru jew inqas;

(b) EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn 1 500 kilometru, u għat-titjiriet l-oħrajn kollha bejn 1 500 u 3 500 kilometru;

(c) (c) EUR 600 għat-titjiriet kollha li ma jaqgħux taħt (a) jew (b).

Il-bażi li tintuża biex tiġi stabbilita d-distanza għandha tkun l-aħħar destinazzjoni li fiha l-passiġġier se jasal wara l-ħin skedat minħabba li ma jkunx tħalla jitla’ abbord jew minħabba li t-titjira tkun ġiet ikkanċellata.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament attwali jiddefinixxi kumpens għal “titjiriet” u dan il-kunċett għandu jibqa’ fir-reviżjoni.

Emenda  377

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fil-paragrafu 1, il-kelma "titjiriet" tinbidel bi "vjaġġi".

(a) Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens dovut taħt ċerti ċirkostanzi flimkien mal-assistenza u l-kura provduti, u rimborż jekk il-passiġġier jagħżel b’tali mod li jwassal għal spiża sinifikanti. Dan huwa iżjed veru meta d-dħul attwali minn klijent f’termini ta’ prezz tal-biljett ikun taħt il-livell ta’ kumpens awtorizzat. Għaldaqstant huwa xieraq li l-kumpens ikun limitat għall-prezz tal-biljett. Il-passiġġieri li jistgħu juru li sofrew telf finanzjarju dejjem għandhom l-għażla li jagħmlu talba speċifika.

Emenda  378

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) EUR 250 jew il-prezz sħiħ tal-biljett meta dan ikun inqas għall-vjaġġi kollha ta’ 1 500 kilometru jew inqas;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens dovut taħt ċerti ċirkostanzi flimkien mal-assistenza u l-kura provduti, u rimborż jekk il-passiġġier jagħżel b’tali mod li jwassal għal spiża sinifikanti. Dan huwa iżjed veru meta d-dħul attwali minn klijent f’termini ta’ prezz tal-biljett ikun taħt il-livell ta’ kumpens awtorizzat. Għaldaqstant huwa xieraq li l-kumpens ikun limitat għall-prezz tal-biljett. Il-passiġġieri li jistgħu juru li sofrew telf finanzjarju dejjem għandhom l-għażla li jagħmlu talba speċifika.

Emenda  379

Vilja Savisaar-Toomast

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1 500 kilometru jew inqas;

Or. en

Emenda  380

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ab (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab) EUR 400 jew il-prezz sħiħ tal-biljett meta dan ikun inqas għall-vjaġġi kollha intra-Komunitarji ta’ aktar minn 1 500 kilometru, u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn 1 500 u 3 500 kilometru;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens dovut taħt ċerti ċirkostanzi flimkien mal-assistenza u l-kura provduti, u rimborż jekk il-passiġġier jagħżel b’tali mod li jwassal għal spiża sinifikanti. Dan huwa iżjed veru meta d-dħul attwali minn klijent f’termini ta’ prezz tal-biljett ikun taħt il-livell ta’ kumpens awtorizzat. Għaldaqstant huwa xieraq li l-kumpens ikun limitat għall-prezz tal-biljett. Il-passiġġieri li jistgħu juru li sofrew telf finanzjarju dejjem għandhom l-għażla li jagħmlu talba speċifika.

Emenda  381

Vilja Savisaar-Toomast

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ab (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab) (b) EUR 300 għat-titjiriet kollha bejn 1 500 u 3 500 kilometru;

Or. en

Emenda  382

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ac (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ac) EUR 600 jew il-prezz sħiħ tal-biljett meta dan ikun inqas għall-vjaġġi kollha li ma jaqgħux taħt (a) jew (b). Il-bażi li tintuża biex tiġi stabbilita d-distanza għandha tkun l-aħħar destinazzjoni li fiha l-passiġġier se jasal wara l-ħin skedat minħabba li ma jkunx tħalla jitla’ abbord jew minħabba li t-titjira tkun ġiet ikkanċellata.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens dovut taħt ċerti ċirkostanzi flimkien mal-assistenza u l-kura provduti, u rimborż jekk il-passiġġier jagħżel b’tali mod li jwassal għal spiża sinifikanti. Dan huwa iżjed veru meta d-dħul attwali minn klijent f’termini ta’ prezz tal-biljett ikun taħt il-livell ta’ kumpens awtorizzat. Għaldaqstant huwa xieraq li l-kumpens ikun limitat għall-prezz tal-biljett. Il-passiġġieri li jistgħu juru li sofrew telf finanzjarju dejjem għandhom l-għażla li jagħmlu talba speċifika.

Emenda  383

Vilja Savisaar-Toomast

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ac (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ac) (c) EUR 600 għall-vjaġġi kollha li ma jaqgħux taħt (a) jew (b).

Or. en

Emenda  384

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b − parti introduttorja

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Il-paragrafi 2, 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

(b) Il-paragrafi 2, 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

għat-titjiriet kollha, 60€ għal dewmien ta’ siegħa u 10€ għal kull dewmien ieħor ta’ 10 minuti; għal titjiriet medji 200€ u għal titjiriet twal 300€ addizzjonali, sabiex tiġi kkumpensata l-inkonvenjenza kkawżata lill-passiġġier għandhom jiġu rimborżati;

f’każ ta’ ċirkostanzi straordinarji, għandhom jitħallsu mill-inqas 25 % tal-prezz tal-biljett għal dewmien ta’ siegħa u 50 % għal sagħtejn.

Or. en

Emenda  385

Jörg Leichtfried

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-passiġġier ikun għażel l-issoktar tal-vjaġġ tiegħu skont l-Artikolu 8(1)(b), id-dritt għal kumpens jista’ jirriżulta biss darba matul il-vjaġġ tiegħu lejn id-destinazzjoni finali, anki jekk ikun hemm kanċellazzjoni ġdida jew konnessjoni mitlufa matul ir-riprogrammar tar-rotta.

Meta l-passiġġier ikun għażel l-issoktar tal-vjaġġ tiegħu skont l-Artikolu 8(1)(b), id-dritt għal kumpens jista’ jirriżulta wkoll matul il-vjaġġ tiegħu lejn id-destinazzjoni finali jekk ikun hemm kanċellazzjoni ġdida jew konnessjoni mitlufa matul ir-riprogrammar tar-rotta.

Or. de

Emenda  386

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji.

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas bi trasferiment elettroniku bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex realistiku li l-passiġġier jiġi provdut bid-dritt li jitlob ħlas ta’ flus kontanti f’ajruport.

Emenda  387

Michel Dantin, Dominique Riquet, Christine De Veyrac

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji.

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji, skont l-għażla tal-passiġġier.

Or. fr

Emenda  388

Artur Zasada

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji.

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku jew ordnijiet bankarji fil-kont indikat mill-passiġġier awtorizzat.

Or. pl

Emenda  389

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji.

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji, jew, bi ftehim mal-passiġġier, fil-forma ta’ vawċers jew servizzi oħra.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

L-għażla tal-forma ta’ rimborż tal-ispejjeż jew tal-ħlas tal-kumpens għandha tkun kemm jista’ jkun libera, u l-passiġġier għandu jkun kapaċi li jiddetermina l-forma liberament mat-trasportatur. Dan il-kliem huwa simili għall-kliem attwalment fis-seħħ; madankollu, tneħħa r-rekwiżit li jkun hemm konferma bil-miktub tal-ftehim, li huwa ġustifikat fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari, il-prattika tat-twettiq ta’ servizzi tal-konsumaturi permezz taċ-ċentri telefoniċi.

Emenda  390

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji.

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi żmien ġimagħtejn fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, rimborż ta’ karta tal-kreditu, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji. Il-kumpens jista’ jitħallas ukoll f’vawċers tal-ivvjaġġar jew servizzi oħra, bil-kunsens iffirmat tal-passiġġier f’dokument li jiċċara li l-għażla bejn il-kumpens monetarju dovut u kwalunkwe alternattiva mhux monetarja tibqa’ f’idejn il-passiġġier.

Or. en

Emenda  391

Inés Ayala Sender

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji.

Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji. Dan il-kumpens għandu jiġi aġġornat mill-Kummissjoni Ewropea kull tliet snin wara li tikkonsulta l-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 16 biex jitqiesu l-bidliet fil-prezzijiet tal-konsumatur.

Or. es

Ġustifikazzjoni

L-ammonti stabbiliti fir-regolament jistgħu jiskadu maż-żmien. Għalhekk għandha tiġi stabbilita l-possibbiltà li l-Kummissjoni taġġornahom filwaqt li tqis il-bidliet tal-prezzijiet tal-konsumaturi tal-Unjoni.

Emenda  392

Jörg Leichtfried

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur tal-ajru jista’ jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat b’dokument iffirmat mill-passiġġier li jfakkar lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament.’

imħassar

Or. de

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tipprovdi lakuna li permezz tagħha d-drittijiet tal-passiġġieri jistgħu jiġu evitati u tista’ tkun ta’ żvantaġġ għall-passiġġieri, b’mod partikolari dawk il-passiġġieri li jkunu inqas infurmati dwar id-drittijiet tagħhom.

Emenda  393

Petra Kammerevert

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur tal-ajru jista’ jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat b’dokument iffirmat mill-passiġġier li jfakkar lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament.’

imħassar

Or. de

Emenda  394

It-trasportatur tal-ajru jista’ jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1 mill-inqas b’mod ekwivalenti mal-benefiċċji l-oħra mhux monetarji (eż. vawċers tal-ivvjaġġar bl-ajru għall-valur ta’ 100 % tad-dritt għall-kumpens), sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat b’dokument iffirmat mill-passiġġier li jfakkar lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament. Ftehim ta’ dan it-tip jista’ jiġi konkluż biss wara li jitwettqu l-avvenimenti li jwasslu għad-dritt.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-emenda 61 tar-rapporteur. Inkella jkun possibbli li l-passiġġieri jkunu mistennija li jiffirmaw tali dokument bil-quddiem, meta jirriservaw it-titjira tagħhom.

Emenda  395

Michel Dantin, Dominique Riquet, Christine De Veyrac, Dominique Vlasto

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur tal-ajru jista’ jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat b’dokument iffirmat mill-passiġġier li jfakkar lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament.

It-trasportatur tal-ajru jista’ jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat b’dokument iffirmat mill-passiġġier li jfakkar lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament.Il-passiġġier għandu jkun ġie infurmat b’mod ċar dwar id-drittijiet għal kumpens imsemmija mit-trasportatur tal-ajru, qabel ma jiffirma ftehim volontarju.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Il-presenza tad-drittijiet tal-passiġġieri fuq dokument iffirmat flimkien ma’ ftehim volontarju mhijiex biżżejjed sabiex jiġi żgurat li l-passiġġier ġie infurmat sew dwar id-drittijiet tiegħu. It-trasportatur għandu jkun informa, minn qabel, lill-passiġġier dwar l-eżistenza tad-drittijiet tiegħu.

Emenda  396

Petri Sarvamaa

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur tal-ajru jista’ jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat b’dokument iffirmat mill-passiġġier li jfakkar lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament.’

It-trasportatur tal-ajru jista’ jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat b’dokument iffirmat mill-passiġġier li jfakkar b’mod mhux ambigwu lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament.

Or. fi

Emenda  397

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur tal-ajru jista’ jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat b’dokument iffirmat mill-passiġġier li jfakkar lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament.’

It-trasportatur tal-ajru jista’ jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat mill-passiġġier u li l-passiġġier ikun ġie infurmat dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament.’

Or. pl

Ġustifikazzjoni

L-għażla tal-forma ta’ rimborż tal-ispejjeż jew tal-ħlas tal-kumpens għandha tkun kemm jista’ jkun libera, u l-passiġġier għandu jkun kapaċi li jiddetermina l-forma liberament mat-trasportatur. Dan il-kliem huwa simili għall-kliem attwalment fis-seħħ; madankollu, tneħħa r-rekwiżit li jkun hemm konferma bil-miktub tal-ftehim, li huwa ġustifikat fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari, il-prattika tat-twettiq ta’ servizzi tal-konsumaturi permezz taċ-ċentri telefoniċi.

Emenda  398

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-oneru tal-prova fir-rigward ta’ meta u kif il-passiġġier ikun aċċetta l-forma tal-ħlas tal-kumpens jew ir-rimborż tal-ispejjeż tal-biljett stabbiliti fl-Artikolu 7(3), kif ukoll meta u kif il-passiġġier ikun aċċetta l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 5, għandu jkun tat-trasportatur operattiv tal-ajru.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi b’mod ċar min għandu l-oneru tal-prova.

Emenda  399

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

rimborż fi żmien sebat ijiem mit-talba tal-passiġġier, bil-mezzi stipulati fl-Artikolu 7(3), tal-prezz tat-titjira, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet li jkunu saru diġà jekk it-titjira ma tibqax isservi kwalunkwe skop relatat mal-pjan oriġinali tal-ivvjaġġar tal-passiġġier, flimkien ma’, fejn rilevanti,

rimborż fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol mit-talba tal-passiġġier, bil-mezzi stipulati fl-Artikolu 7(3), tal-prezz tal-biljett, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet li jkunu saru diġà jekk it-titjira ma tibqax isservi kwalunkwe skop relatat mal-pjan oriġinali tal-ivvjaġġar tal-passiġġier, flimkien ma’, fejn rilevanti,

Or. en

Ġustifikazzjoni

Tipprovdi kjarifika li hija tittratta jiem ta’ xogħol u mhux jiem kalendarji. Barra minn hekk, ir-rimborż għandu jkun marbut ma’ prezz tal-biljett, kif definit fl-Artikolu 2(s), u mhux il-prezz tat-titjira.

Emenda  400

Marian-Jean Marinescu

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

rimborż fi żmien sebat ijiem mit-talba tal-passiġġier, bil-mezzi stipulati fl-Artikolu 7(3), tal-prezz tat-titjira, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet li jkunu saru diġà jekk it-titjira ma tibqax isservi kwalunkwe skop relatat mal-pjan oriġinali tal-ivvjaġġar tal-passiġġier, flimkien ma’, fejn rilevanti,

rimborż fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol mit-talba tal-passiġġier, bil-mezzi stipulati fl-Artikolu 7(3), tal-prezz tat-titjira, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet li jkunu saru diġà jekk it-titjira ma tibqax isservi kwalunkwe skop relatat mal-pjan oriġinali tal-ivvjaġġar tal-passiġġier, flimkien ma’, fejn rilevanti,

Or. en

Emenda  401

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 8(1), għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

ba) kontinwazzjoni tal-pjanijiet tal-ivvjaġġar tal-passiġġieri permezz ta’ riprogrammar tar-rotta tagħhom, permezz ta’ modi ta’ trasport oħra, sad-destinazzjoni finali tagħhom mal-ewwel opportunità; jew

Or. en

Ġustifikazzjoni

F’każijiet fejn m’hemmx opportunità għall-kontinwazzjoni tal-pjanijiet tal-ivvjaġġar tal-passiġġieri permezz ta’ riprogrammar tar-rotta tagħhom, b’kundizzjonijiet ta’ trasport paragunabbli, għandu jiġi offrut riprogrammar intermodali bħala għażla għall-passiġġier

Emenda  402

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk trasportatur operattiv tal-ajru joffri lil passiġġier titjira lejn jew minn ajruport alternattiv għal dak li għalih sar il-buking, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jħallas l-ispejjeż ta’ trasferiment tal-passiġġier minn dak l-ajruport alternattiv għal dak li għalih saret il-prenotazzjoni, jew, fir-rigward tal-ajruport ta’ destinazzjoni, għal destinazzjoni oħra viċin bi qbil mal-passiġġier.

Jekk trasportatur operattiv tal-ajru joffri lil passiġġier titjira minn jew lejn ajruport alternattiv għal dak indikat fuq il-biljett u jekk il-passiġġier jaċċetta din il-proposta, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jħallas l-ispejjeż ta’ trasport tal-passiġġier bejn l-ajruport indikat fuq il-biljett u dan l-ajruport l-ieħor.

Or. fr

Emenda  403

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn isir qbil mal-passiġġier, it-titjira jew titjiriet ta’ ritorn imsemmija fil-paragrafu 1(a) jew ir-riprogrammar tar-rotta msemmi fil-pagarafu 1(b) jew 1(c) jistgħu jużaw servizzi operati minn trasportatur tal-ajru ieħor, jinvolvu rotta differenta, jew jużaw tip ta’ trasport ieħor.

Fejn isir qbil mal-passiġġier, it-titjira jew titjiriet ta’ ritorn imsemmija fil-paragrafu 1(a) jew ir-riprogrammar tar-rotta msemmi fil-paragrafu 1(b), 1(ba) jew 1(c) jistgħu jużaw servizzi operati minn trasportatur tal-ajru ieħor, jinvolvu rotta differenti, jew jużaw tip ta’ trasport ieħor.

Or. en

Emenda  404

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt, soġġetti għad-disponibbiltà u sakemm ikunu jeżistu alternattivi raġonevoli u komparabbli, għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat, eskluż il-lejl kif definit f’dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, għat-trasportatur tar-riprogrammar, l-ispiża għar-riprogrammar ma għandhiex taqbeż darbtejn il-prezz tat-titjira marbuta mal-biljett oriġinarjament mibjugħ lill-passiġġier.

__________________

__________________

23 ĠUJ L293, 31.10.2008, p.3

23 ĠU L293, 31.10.2008, p.3

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa raġonevoli li jiġi eskluż il-ħin ta’ bil-lejl, meta l-ebda titjiriet ma jitilqu jew jinżlu. Il-kunċett ta’ “prezz imħallas mill-passiġġieri tagħha għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar 3 xhur” mhuwiex prattiku u jkun impossibbli li jiġi infurzat. Din hija kwistjoni kummerċjali għal-linji tal-ajru u r-Regolament ma għandux jinterferixxi fl-interessi konġunti tal-linji tal-ajru li jimminimizzaw l-ispejjeż tar-riprogrammar.

Emenda  405

Dieter-Lebrecht Koch, Markus Ferber, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat. Dan għandu japplika meta jkunu disponibbli tipi ta’ trasport komparabbli. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

__________________

__________________

23 ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

23 ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

Or. de

Emenda  406

Petra Kammerevert, Knut Fleckenstein, Ismail Ertug

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat. It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf lill-passiġġier, fi żmien ħames sigħat mill-ħin tat-tluq skedat, jekk ikunx se jittrasporta lill-passiġġier fuq is-servizzi tiegħu stess fl-istess limitu ta’ żmien. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

__________________

__________________

23 ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

23 ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera jkunx kapaċi jittrasportahom fuq is-servizzi tiegħu stess qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien ta’ 12-il siegħa.

Emenda  407

Vilja Savisaar-Toomast, Anne E. Jensen

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat jew fi żmien 24 siegħa mill-ħin tal-wasla skedat jekk ma jistax jiġi żgurat vjaġġ qabel minħabba restrizzjonijiet lokali jew il-frekwenza tas-servizz tat-trasportatur operatur tal-ajru minn dak l-ajruport tat-tluq. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur..

__________________

__________________

23 ĠUJ L293, 31.10.2008, p.3

23 ĠU L293, 31.10.2008, p.3

Or. en

Emenda  408

Christine De Veyrac, Dominique Vlasto, Michel Dantin

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat.Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 10 sigħat mill-ħin tal-wasla skedat.Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, la t-trasportatur tal-ajru l-ieħor anqas l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandhom jitolbu lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tagħhom stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

__________________

__________________

23 ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

23 ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Ir-riprogrammar tar-rotta tal-passiġġieri li jitħallew l-art għandu jkun iffaċilitat permezz tal-eżistenza ta’ alleanzi li magħhom huma affiljati l-linji tal-ajru. Għalhekk jeħtieġ jitħeġġu l-linji tal-ajru sabiex jattivaw dawn in-netwerks sabiex il-passiġġieri li jitħallew l-art ikunu jistgħu jaslu sad-destinazzjoni finali mill-aktar fis possibbli.

Emenda  409

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 5 sigħat mill-ħin tal-wasla skedat. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

__________________

__________________

23 ĠUJ L293, 31.10.2008, p.3

23 ĠU L293, 31.10.2008, p.3

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-riprogrammar intermodali f’ħafna każijiet jintuża f’każ ta’ tfixkil fl-ivvjaġġar ta’ titjira qasira u għalhekk jipprovdi l-possibbiltà li tintlaħaq id-destinazzjoni finali mill-inqas fi żmien 5 sigħat mill-ħin skedat tal-wasla.

Emenda  410

Vilja Savisaar-Toomast

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull meta l-passiġġieri jiġu offruti, skont il-paragrafu 1, riprogrammar totali jew parzjali tar-rotta permezz ta’ tip ieħor ta’ trasport, dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport imwettaq minn dak it-tip l-ieħor ta’ trasport daqslikieku kien qed jitwettaq minn ajruplan bil-ġwienaħ fissi.

imħassar

Or. en

Emenda  411

Il-passiġġier jista’ jorganizza hu stess ir-riprogrammar tar-rotta tiegħu u jitlob rimborż tal-ispejjeż korrispondenti jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jonqos milli joffri għażla ta’ riprogrammar tar-rotta skont il-punt (b) tal-paragrafu 1. Il-passiġġier għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jikkuntattja l-linja tal-ajru qabel jorganizza r-riprogrammar tiegħu u għandu jorganizza trasport fi klassi komparabbli u bi spiża raġonevoli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni tal-Kummissjoni aktarx li toħloq ostaklu għall-intermodalità. Ir-riprogrammar tar-rotta b’mod ieħor tat-trasport jista’ jsir, iżda r-reġim tad-drittijiet tal-passiġġier tal-ajru ma għandux imbagħad japplika għall-mod alternattiv tat-trasport (li jkun suġġett għar-Regolament tiegħu). It-test ġdid propost jipprovdi kjarifika li l-passiġġier għandu jikkuntattja l-linja tal-ajru qabel ma jagħmel kwalunkwe arranġamenti u n-nefqa assoċjata għandha tkun raġonevoli.

Emenda  412

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull meta l-passiġġieri jiġu offruti, skont il-paragrafu 1, riprogrammar totali jew parzjali tar-rotta permezz ta’ tip ieħor ta’ trasport, dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport imwettaq minn dak it-tip l-ieħor ta’ trasport daqslikieku kien qed jitwettaq minn ajruplan bil-ġwienaħ fissi.

Kull meta l-passiġġieri jiġu offruti, skont il-paragrafu 1, riprogrammar totali jew parzjali tar-rotta permezz ta’ tip ieħor ta’ trasport, dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport imwettaq minn dak it-tip l-ieħor ta’ trasport daqslikieku kien qed jitwettaq minn ajruplan bil-ġwienaħ fissi.It-trasportatur tal-ajru jibqa’ responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-vjaġġ kollu.

Or. fr

Emenda  413

Michel Dantin, Christine De Veyrac

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a)Fil-paragrafu 1, il-punt a) jinbidel b’dan li ġej:

"a) xarbiet u possibilitajiet ta’ ikel. It-trasportatur tal-ajru għandu jipprovdi awtomatikament ilma tajjeb għax-xorb flimkien ma’ soluzzjonijiet ta’ ikel, kull darba li l-passiġġieri jitolbu dan."

Or. fr

Emenda  414

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

trasport bejn l-ajruport u l-post ta’ akkomodazzjoni (lukanda, post ta’ residenza tal-passiġġier jew ieħor).

trasport bejn l-ajruport u l-post ta’ akkomodazzjoni (lukanda, post ta’ residenza tal-passiġġier jew ieħor) u r-ritorn.

Or. fr

Emenda  415

Inés Ayala Sender

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

aa) Jiġi introdott l-ewwel paragrafu ġdid.

Il-passiġġieri kollha se jkollhom id-dritt li jingħataw l-ilma, mingħajr ebda spiża addizzjonali, u li jkollhom aċċess għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju abbord l-ajruplan, ħlief meta s-sinjali tas-sigurtà jimpedixxu lill-passiġġier u/jew l-ekwipaġġ li jiċċirkolaw fil-kabina.

Or. es

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi stabbilit l-obbligu li jkunu jistgħu imorru fil-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u jingħataw l-ilma mingħajr ebda spiża addizzjonali.

Emenda  416

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) Barra minn dan, passiġġieri għandhom jiġu offruti mingħajr ħlas żewġ telefonati, jew messaġġi bil-fax, jew e-mails.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għal telex hija antika u għandha titneħħa.

Emenda  417

Artur Zasada

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ba) ab) Il-paragrafu 3 jinbidel b’li ġej:

‘3. Fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, it-trasportatur tal-ajru operattiv għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabbiltà, persuni li għandhom mobbiltá mnaqqsa u kwalunkwe persuna oħra li qiegħda takkumpanjahom, kif ukoll għall-ħtiġijiet ta’ ommijiet jew missirijiet li jivvjaġġaw waħedhom ma’ tfal żgħar u tfal li jivvjaġġaw mingħajr gwardjani adulti.’;

Or. pl

Emenda  418

Philip Bradbourn

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 9(3), għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

3a. Il-korpi tal-ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu faċilitajiet speċifiċi għal passiġġieri b’diżabilità serja li jirrikjedu faċilitajiet għal tibdil u bħala tojlit mingħajr l-ebda spiża għall-passiġġier, fl-ajruporti kollha tal-UE b’numru annwali ta’ passiġġieri ta’ iżjed minn miljun.

Or. en

Emenda  419

Dieter-Lebrecht Koch

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanti straordinarji u li l-l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 100 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

It-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 80 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14. Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew it-tibdil fl-iskeda jkunu kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew it-tibdil fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, il-paragrafu 1(b) u (c) ma għandux japplika.

Or. de

Emenda  420

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanti straordinarji u li l-l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 100 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu korrettament il-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 125 għal kull lejl u għal kull passiġġier, jekk il-passiġġier jiddeċiedi li jieħu ħsieb l-akkomodazzjoni tiegħu. Fi kwalunkwe każ dan għandu jkun mingħajr ħsara għall-obbligu li t-trasportaturi operattivi tal-ajru jipprovdu akkomodazzjoni, u t-trasportatur għandu jikkonforma ma’ dan l-obbligu bħala prijorità, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14. Din il-limitazzjoni ma għandhiex tapplika meta t-trasportatur tal-ajru jkun naqas milli jipprovdi l-akkomodazzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 69 tar-Rapporteur. L-obbligu tat-trasportaturi tal-ajru li jipprovdu akkomodazzjoni għandu jibqa’ mingħajr limitu minbarra f’każijiet li fihom il-passiġġier jagħżel li jieħu ħsieb hu stess l-akkomodazzjoni tiegħu. Il-limitu hawn għandu madankollu jiġi miżjud minn EUR 100 għal EUR 125. Il-limitazzjoni ma għandhiex taffettwa l-obbligu tat-trasportatur tal-ajru li jipprovdu akkomodazzjoni bħala prijorità u ma għandux japplika f’każ li t-trasportatur jonqos milli jagħmel dan.

Emenda  421

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanti straordinarji u li l-l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 100 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta’ tlett (3) iljieli.Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien fit-tluq jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni, id-dewmien fit-tluq jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-perjodu tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. Lil hinn minn tliet iljieli, it-trasportatur tal-ajru jista’ jillimita l-ammont tal-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni għal EUR 80 għal kull lejl. Fil-każ li l-passiġġier jiddeċiedi li jorganizza hu stess l-akkomodazzjoni tiegħu, it-trasportatur tal-ajru jista’ jillimita l-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni għal EUR 125 għal kull lejl għal tliet iljieli.Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

Or. fr

Emenda  422

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanti straordinarji u li l-l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu1(b) bi EUR 100 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita d-dewmien totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-3 iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex għaqli u prattiku li tiġi inkluża spiża massima speċifika ta’ akkomodazzjoni fir-Regolament meta l-ispejjeż ivarjaw skont il-post, u jinbidlu wkoll matul iż-żmien.

Emenda  423

Preslav Borissov

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanti straordinarji u li l-l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 100 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. It-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Meta tiġi provduta l-akkomodazzjoni, fatturi bħad-differenza fil-prezz fost Stati Membri u d-disponibbiltà ta’ kmamar viċin l-ajruport għandhom jiġu kkunsidrati iżjed milli jiġi stabbilit limitu għall-ispiża tal-akkomodazzjoni.

Emenda  424

Vilja Savisaar-Toomast

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanti straordinarji u li l-l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 100 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 125 għal kull lejl u għal kull passiġġier sa massimu ta’ tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

Or. en

Emenda  425

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanti straordinarji u li l-l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 100 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika fir-rigward taċ-ċirkostanzi straordinarji msemmija fil-punt 1(ii) tal-Anness.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Il-limitazzjoni tar-responsabbiltà tat-trasportatur għal tlett iljieli hija xierqa. Mhuwiex xieraq li jsir qbil għal limitazzjoni ta’ EUR 100 għal kull waqfa għal lejl. Minħabba l-proċedura twila li tkun meħtieġa biex isiru iżjed tibdiliet għar-Regolament, tali limitazzjoni tista’ tkun żvantaġġjuża ħafna għall-passiġġieri fis-snin li ġejjin. Diġà huwa impossibbli li ssib kamra f’lukanda f’ħafna mill-ibliet il-kbar għal inqas minn EUR 100.

Emenda  426

Corien Wortmann-Kool

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanti straordinarji u li l-l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 100 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista’ jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 100 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta’ tlett (3) iljieli. Il-pjanijiet ta’ kontinġenza għal sitwazzjonijiet ta’ diversi kanċellamenti jew ħafna dewmien fit-titjiriet jew ċirkostanzi straordinarji oħra għandhom ikopru l-ispiża tal-akkomodazzjoni tal-passiġġieri ukoll. Qasma ġusta ta’ qsim tal-piż għandha tkun espliċita. Il-partijiet rilevanti kollha fil-katina tal-provvista tal-ivvjaġġar bħall-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport u l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, għandhom jiġu inklużi.

Or. en

Emenda  427

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligu ta’ offerta ta’ akkomodazzjoni skont il-paragrafu 1(b) ma għandux japplika fejn it-titjira konċernata hija ta’ 250 km jew inqas u skedata li tiġi operata minn ajruplan b’kapaċità massima ta’ 80 post jew anqas, ħlief meta t-titjira tkun titjira konnessa. Madankollu, jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jagħżel li japplika din l-eżenzjoni, għandu jipprovdi l-passiġġieri bl-informazzjoni dwar l-akkomodazzjoni disponibbli.

imħassar

Or. en

Emenda  428

Georgios Koumoutsakos

Emenda  429

Silvia-Adriana Țicău

Or. ro

Emenda  430

Jaromír Kohlíček, Sabine Wils

Emenda  431

Juozas Imbrasas

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-obbligu ta’ offerta ta’ akkomodazzjoni skont il-paragrafu 1(b) ma għandux japplika fejn it-titjira konċernata hija ta’ 250 km jew inqas u skedata li tiġi operata minn ajruplan b’kapaċità massima ta’ 80 post jew anqas, ħlief meta t-titjira tkun titjira konnessa. Madankollu, jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jagħżel li japplika din l-eżenzjoni, għandu jipprovdi l-passiġġieri bl-informazzjoni dwar l-akkomodazzjoni disponibbli.

5. L-obbligu ta’ offerta ta’ akkomodazzjoni skont il-paragrafu 1(b) ma għandux japplika fejn it-titjira konċernata hija ta’ 200 km jew inqas u skedata li tiġi operata minn ajruplan b’kapaċità massima ta’ 80 post jew anqas, ħlief meta t-titjira tkun titjira konnessa. Madankollu, jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jagħżel li japplika din l-eżenzjoni, għandu jipprovdi l-passiġġieri bl-informazzjoni dwar l-akkomodazzjoni disponibbli.

Or. lt

Emenda  432

Jaromír Kohlíček, Sabine Wils

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punti (a), (b) u (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 10, it-terminu "prezz tal-biljett" jinbidel bi "prezz tat-titjira".

10. Fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 10, it-terminu "prezz tal-biljett" jinbidel bi "prezz tal-biljett tal-ajru".

Or. en

Emenda  433

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira.Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi ġew ikkuntrattati mal-istess trasportatur tal-ajru.

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, jew tifel/tifla mhux akkumpanjati diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira.Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi ġew ikkuntrattati mal-istess trasportatur tal-ajru.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Hemm obbligu fuq ċerti gruppi ta’ passiġġieri li jinnotifikaw bil-quddiem il-kundizzjoni tagħhom mill-inqas 48 siegħa qabel jagħmlu r-riservazzjoni. Dan mhuwiex prattiku għax attwalment m’hemm l-ebda rekwiżit għal nisa tqal li jinnotifikaw il-kundizzjoni tagħhom, jew għal ħafna passiġġieri oħra b’kundizzjonijiet mediċi, bħal kanċer, jew dijabete, sakemm il-kundizzjoni tagħhom ma tkunx waħda li mhix stabbli. Din il-ħtieġa ta’ notifika bil-quddiem mhijiex ibbażata fuq li wieħed jingħata servizz, iżda fuq il-possibbiltà li jista’ jkollok dewmien għal iżjed minn 3 iljieli.

Emenda  434

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira. Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi ġew ikkuntrattati mal-istess trasportatur tal-ajru.

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b’diżabbiltà, persuna b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Id-delegat għandu jindika liema kura għandha tiġi provduta għal persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa, irrispettivament minn jekk ikunux innotifikaw lit-trasportatur b’dan il-bżonn fi stadju aktar bikri jew le. Tali persuni għandhom ikunu jistgħu jitolbu assistenza wkoll mit-trasportatur fl-ajruport. Il-persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa għandhom dejjem jirċievu l-livell sħiħ ta’ assistenza. Il-kura għandha tkun il-prijorità.

Emenda  435

Christine De Veyrac, Dominique Vlasto, Michel Dantin

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira.

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5):

- jekk il-passiġġier huwa persuna b’diżabilità jew persuna b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur tal-ajru operattiv jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira;

- jekk il-passiġġier huwa tifel/tifla mhux akkumpanjati jew mara tqila.

Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi ġew ikkuntrattati mal-istess trasportatur tal-ajru.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

It-tfal mhux akkumpanjati u n-nisa tqal ma huma soġġetti għal ebda obbligu ta’ sinjalar minn 48 siegħa qabel, għaliex mhumiex imsemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1107/2006.

Emenda  436

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira. Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi ġew ikkuntrattati mal-istess trasportatur tal-ajru.

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5):

a) jekk il-passiġġier huwa persuna b’diżabilità jew b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira. Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi jidhru fuq l-istess biljett.

b) jekk il-passiġġier huwa mara tqila jew tifel/tifla mhux akkumpanjati.

It-trasportaturi tal-ajru għandhom ukoll jagħmlu sforz sabiex jiżguraw kundizzjonijiet tajbin ta’ ġestjoni tal-klieb gwida u ta’ assistenza. L-informazzjoni dwar l-assistenza u d-dispożizzjonijiet previsti skont il-punt a) għandha tingħata b’mezzi differenti ta’ komunikazzjoni aċċesssibbli.

Or. fr

Emenda  437

Brian Simpson

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira. Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi ġew ikkuntrattati mal-istess trasportatur tal-ajru.

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b’diżabbiltà jew b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira. Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi ġew ikkuntrattati mal-istess trasportatur tal-ajru. L-akkomodazzjoni provduta kif ukoll l-informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti, mogħtija b’mezzi ta’ komunikazzjoni differenti, għandhom ikunu aċċessibbli u għandhom jintlaħqu bl-istess mod il-ħtiġijiet ta’ klieb ta’ gwida u ta’ għajnuna.

Or. en

Emenda  438

Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira. Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi ġew ikkuntrattati mal-istess trasportatur tal-ajru.

It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, jew kwalunkwe persuna bi bżonnijiet partikolari bħal tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila, persuna b’diżabbiltà jew persuna bi bżonnijiet speċifiċi relatati mas-saħħa, diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira. Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi ġew ikkuntrattati mal-istess trasportatur tal-ajru.

Or. de

Emenda  439

Nathalie Griesbeck

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 11:

3a. Il-persunal tat-titjira għandhom ikunu mħarrġa fl-assistenza tal-persuni b’diżabilità u b’mobbiltà mnaqqsa, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-ajruplani u l-ħruġ minnhom;

Or. fr

Emenda  440

Nathalie Griesbeck

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 11:

3a. Linja tal-ajru ma tistax tiċħad it-tlugħ fuq l-ajruplan lil passiġġier b’diżabilità jew b’mobilità mnaqqsa minħabba li mhuwiex akkumpanjat u ma tistax titlob il-presenza sistematika ta’ persuna li takkumpanjah;

Or. fr

Emenda  441

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens għall-ispejjeż li jkollu skont dan ir-Regolament minn kull parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra.

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan tal-aħħar ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens minn kull persuna, inklużi partijiet terzi, skont il-liġi applikabbli. Partikolarment, dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jirrestrinġi d-dritt tal-trasportatur tal-ajru li jopera biex ifittex rimborż minn organizzatur jew persuna oħra li magħha t-trasportatur tal-ajru operattiv għandu kuntratt. Bl-istess mod, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt ta’ organizzatur ta’ vjaġġi jew ta’ parti terza, minbarra l-passiġġier li miegħu t-trasportatur tal-ajru operattiv għandu kuntratt, li jitlob kumpens mit-trasportatur tal-ajru operattiv skont il-liġijiet applikabbli rilevanti.

Or. fr

Emenda  442

Michel Dantin

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens għall-ispejjeż li jkollu skont dan ir-Regolament minn kull parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra.

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-kuntratti ta’ ċaħda tar-responsabbiltà eżistenti ma’ partijiet terzi fi żmien it-tilwim, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens għall-ispejjeż li jkollu skont dan ir-Regolament minn kull parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra.

Or. fr

Emenda  443

Carlo Fidanza, Antonio Cancian

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens għall-ispejjeż li jkollu skont dan ir-Regolament minn kull parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra.

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, u mingħajr ħsara għall-kuntratti ta’ ċaħda eżistenti bejn partijiet terzi, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jirkupra l-ispejjeż li jkollu skont dan ir-Regolament minn kull parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kuntratti ta’ ċaħda eżistenti u futuri (pereżempju bejn ajruporti u linji tal-ajru) għandhom jibqgħu mhux affettwati minn din id-dispożizzjoni. Għandu jkun ċar li l-passiġġieri mhumiex ikkonċernati.

Emenda  444

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens għall-ispejjeż li jkollu skont dan ir-Regolament minn kull parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra.

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali, jew ta’ kundizzjonijiet mhux kuntrattwali minn fornituri tas-servizzi, ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens, jew li jirkupra kompletament l-ispejjeż li jkollu skont dan ir-Regolament minn kull parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr ħsara għal kuntratti għal ċaħda bejn ajruporti u trasportaturi tal-ajru.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu kapaċi li jirkupraw l-ispejjeż tal-konformità mar-Regolament meta l-ksur inkwistjoni jkun attribwibbli għall-azzjonijiet ta’ fornituri tas-servizzi oħra (eż. il-ground handler). Għandu jiġi ċċarat ukoll li din id-dispożizzjoni ma taffettwax il-ftehimiet volontarji għal ċaħda bejn l-ajruporti u t-trasportaturi tal-ajru.

Emenda  445

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport u t-trasportatur operattiv tal-ajru għandhom jiżguraw li fil-bankijiet taċ-check-in (inkluż l-magni taċ-check-in fejn wieħed jinqeda waħdu) u fil-bieb tal-imbark, avviż leġġibbli biċ-ċar li fih it-test li ġej għandu jintwera f’mod viżibbli u ċar lill-passiġġieri: "Jekk tiġi miċħud l-imbark jew jekk it-titjira tiegħek tiġi kkanċellata jew imdewma għal tal-inqas sagħtejn, staqsi mal-bank taċ-check-in jew il-bieb tal-imbark għall-avviż li jiddikjara d-drittijiet tiegħek, b’mod partikolari dwar l-assistenza u l-kumpens".

Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport u t-trasportatur operattiv tal-ajru għandhom jiżguraw li fil-bankijiet taċ-check-in (inkluż l-magni taċ-check-in fejn wieħed jinqeda waħdu) u fil-bieb tal-imbark, avviż leġġibbli biċ-ċar li fih it-test li ġej għandu jintwera f’mod viżibbli u ċar lill-passiġġieri: "Jekk tiġi miċħud l-imbark jew jekk it-titjira tiegħek tiġi kkanċellata jew imdewma għal tal-inqas sagħtejn jew jekk il-ħin tat-tluq skedat tat-titjira tiegħek ikun tmexxa ’l quddiem mill-inqas sagħtejn mill-ħin skedat inizjalment kif indikat fuq il-biljett tiegħek, staqsi mal-bank taċ-check-in jew il-bieb tal-imbark għall-avviż li jiddikjara d-drittijiet tiegħek, b’mod partikolari dwar l-assistenza u l-kumpens".

Or. en

Ġustifikazzjoni

Tipprovdi wkoll għal tmexxija’l quddiem tal-ħin tat-tluq ta’ titjira.

Emenda  446

Juozas Imbrasas

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport u t-trasportatur operattiv tal-ajru għandhom jiżguraw li fil-bankijiet taċ-check-in (inkluż l-magni taċ-check-in fejn wieħed jinqeda waħdu) u fil-bieb tal-imbark, avviż leġġibbli biċ-ċar li fih it-test li ġej għandu jintwera f’mod viżibbli u ċar lill-passiġġieri: "Jekk tiġi miċħud l-imbark jew jekk it-titjira tiegħek tiġi kkanċellata jew imdewma għal tal-inqas sagħtejn, staqsi mal-bank taċ-check-in jew il-bieb tal-imbark għall-avviż li jiddikjara d-drittijiet tiegħek, b’mod partikolari dwar l-assistenza u l-kumpens".

1. Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport u t-trasportatur operattiv tal-ajru għandhom jiżguraw li fil-bankijiet taċ-check-in (inkluż l-magni taċ-check-in fejn wieħed jinqeda waħdu) u fil-bieb tal-imbark, avviż leġġibbli biċ-ċar li fih it-test li ġej għandu jintwera f’mod viżibbli u ċar lill-passiġġieri: "Jekk tiġi miċħud l-imbark jew jekk it-titjira tiegħek tiġi kkanċellata jew imdewma għal tal-inqas sagħtejn, staqsi mal-bank taċ-check-in jew il-bieb tal-imbark għall-avviż li jiddikjara d-drittijiet tiegħek, b’mod partikolari dwar il-post minn fejn tista’ tikseb l-assistenza u dwar kwalunkwe kumpens li tista’ tkun eliġibbli għalih".

Or. lt

Emenda  447

Olga Sehnalová, Brian Simpson

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 14, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. It-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi l-passiġġieri b’informazzjoni li tinqara ċar u trasparenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri u kuntatti għall-għajnuna u assistenza dwar biljetti elettroniċi u verżjonijiet elettroniċi u stampati ta’ karta ta’ imbarkazzjoni.

Or. en

Emenda  448

Hubert Pirker

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 14, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. It-trasportaturi operattivi tal-ajru għandhom iwaqqfu punti ta’ kuntatt waqt is-sigħat operattivi tagħhom li jipprovdu lill-passiġġieri tagħhom b’informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom u l-proċeduri korrispondenti għat-tressiq ta’ lmenti fl-eventwalità ta’ dewmien, interruzzjonijiet ta’ titjiriet, kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet u mbark miċħud, u telf jew dewmien ta’ bagalji.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Il-passiġġieri li jixtiequ jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ spiss jaqtgħu qalbhom minħabba l-proċeduri ta’ lment kumplessi. Konsegwentement, it-trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu obbligati li jistabbilixxu punti ta’ kuntatt fit-terminals tal-ajruporti li jkollhom is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet. Dawn il-punti ta’ kuntatt għandhom ikunu aċċessibbli u viżibbli, u ma għandhomx ikunu moħbija f’bini ta’ uffiċċju fit-tarf l-ieħor tal-ajruport.

Emenda  449

Izaskun Bilbao Barandica

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 14, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. Matul il-ħinijiet ta’ tħaddim tagħhom, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jiżguraw, fi kwalunkwe ajruport fejn joperaw, il-preżenza tal-persunal ta’ kuntatt jew ta’ parti terza awtorizzata mit-trasportatur tal-ajru inkwistjoni, biex tagħti lill-passiġġieri l-informazzjoni meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, inklużi l-proċeduri tal-ilmenti, biex tgħinhom u tieħu azzjonijiet immedjati f’każ ta’ problemi tat-titjiriet u ta’ telf jew dewmien tal-bagalji.

Or. es

Emenda  450

Jim Higgins

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 14, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. Fis-sigħat operattivi tagħhom, il-linji tal-ajru għandhom jiżguraw il-preżenza ta’ persunal/rappreżentanti ta’ kuntatt tat-trasportatur tal-ajru, li jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet immedjati f’każ ta’ imbark miċħud, kanċellament jew dewmien twil tat-titjira, f’dak li għandu x’jaqsam mal-assistenza, rimborż, riprogrammar ta’ rotot u prenotazzjoni mill-ġdid, bagalji mitlufin jew li jitwasslu tard, u li jkunu jistgħu jirċievu l-ilmenti;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu l-ġdid huwa konformi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fir-Rapport dwar il-funzjonament u l-applikazzjoni u d-drittijiet stabbiliti tan-nies li jivvjaġġaw bl-ajru minn Keith Taylor, ir-Rapport dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-modi tat-trasport kollha minn Georges Bach u r-Rapport dwar servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti tal-UE minn Artur Zasada.

Emenda  451

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru li jiċħad l-imbark jew jikkanċella titjira għandu jipprovdi lil kull passiġġer affettwat b’avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u l-assistenza b’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet skont l-Artikolu 9(4) u 9(5). Għandu jipprovdi wkoll lil kull passiġġier affettwat b’dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ mill-inqas sagħtejn b’avviż ekwivalenti. Id-dettalji tal-kuntatt tal-korpi kompetenti tal-ġestjoni tal-ilment maħtura skont l-Artikolu 16a ukoll għandhom jingħataw lill-passiġġier bil-miktub.

Fil-każ ta’ imbark miċħud, kanċellament tat-titjira, dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ mill-inqas sagħtejn, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu mill-aktar fis possibbli jinforma b’mod sħiħ lil kull passiġġier affettwat u jipprovdieh b’avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u l-assistenza b’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet skont l-Artikolu 9(4) u 9(5), u b’modi ta’ trasport alternattiv possibbli. Id-dettalji tal-kuntatt tal-korpi kompetenti tal-ġestjoni tal-ilment maħtura skont l-Artikolu 16a ukoll għandhom jingħataw lill-passiġġier bil-miktub.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-emenda 37 tar-Rapporteur, tispeċifika l-modalitajiet tal-informazzjoni – verbalment u bil-miktub - u testendi l-obbligu li l-organizzaturi jinfurmaw lill-passiġġieri

Emenda  452

Petri Sarvamaa

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru li jiċħad l-imbark jew jikkanċella titjira għandu jipprovdi lil kull passiġġeri affettwat b’avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u l-assistenza b’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet skont l-Artikolu 9(4) u 9(5). Dan għandu jipprovdi wkoll lil kull passiġġier affettwat b’dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ mill-inqas sagħtejn b’avviż ekwivalenti. Id-dettalji tal-kuntatt tal-korpi kompetenti tal-ġestjoni tal-ilment maħtura skont l-Artikolu 16a ukoll għandhom jingħataw lill-passiġġier bil-miktub.

Trasportatur operattiv tal-ajru li jiċħad l-imbark jew jikkanċella titjira għandu jipprovdi lil kull passiġġeri affettwat b’avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u l-assistenza b’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet skont l-Artikolu 9(4) u 9(5). Dan għandu jipprovdi wkoll lil kull passiġġier affettwat b’dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ mill-inqas sagħtejn b’avviż ekwivalenti jew avviż f’forma elettronika. Id-dettalji tal-kuntatt tal-korpi kompetenti tal-ġestjoni tal-ilment maħtura skont l-Artikolu 16a ukoll għandhom jingħataw lill-passiġġier bil-miktub.

Or. fi

Emenda  453

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru li jiċħad l-imbark jew jikkanċella titjira għandu jipprovdi lil kull passiġġeri affettwat b’avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u l-assistenza b’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet skont l-Artikolu 9(4) u 9(5). Dan għandu jipprovdi wkoll lil kull passiġġier affettwat b’dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ mill-inqas sagħtejn b’avviż ekwivalenti. Id-dettalji tal-kuntatt tal-korpi kompetenti tal-ġestjoni tal-ilment maħtura skont l-Artikolu 16a ukoll għandhom jingħataw lill-passiġġier bil-miktub.

Trasportatur operattiv tal-ajru li jiċħad l-imbark jew jikkanċella titjira għandu jipprovdi lil kull passiġġeri affettwat b’avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u l-assistenza b’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet skont l-Artikolu 9(4) u 9(5). Dan għandu jipprovdi wkoll lil kull passiġġier affettwat b’dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ mill-inqas sagħtejn b’avviż ekwivalenti. L-indirizz tat-trasportatur fejn jistgħu jiġu sottomessi l-ilmenti u d-dettalji tal-kuntatt tal-korpi kompetenti tal-ġestjoni tal-ilment maħtura skont l-Artikolu 16a ukoll għandhom jingħataw lill-passiġġier bil-miktub.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Il-passiġġier huwa obbligat li l-ewwel nett jissottometti lment lit-trasportatur. Għaldaqstant, għandu jiġi provdut bid-dettalji tal-kuntatt tat-trasportatur l-ewwel.

Emenda  454

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward ta’ persuni neqsin mid-dawl u b’vista batuta, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati bl-użu ta’ mezzi alternattivi xierqa.

Fir-rigward ta’ persuni neqsin mid-dawl u b’vista batuta, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati bl-użu ta’ mezzi alternattivi xierqa u fil-formati xierqa.

Or. en

Emenda  455

Jim Higgins

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tintwera biċ-ċar u li tkun viżibbli fiż-żoni tal-passiġġieri tal-ajruport. Dan għandu jiżgura wkoll li l-passiġġieri preżenti fl-ajruport ikunu mgħarrfa dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom u dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ li t-trasportatur tal-ajru jwaqqaf l-operat meta mhux mistenni bħal fil-każ ta’ insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tiegħu.

Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tintwera biċ-ċar u li tkun viżibbli fiż-żoni tal-passiġġieri tal-ajruport. Abbażi ta’ informazzjoni li tasal fil-ħin minn trasportaturi tal-ajru, dan għandu jiżgura wkoll li l-passiġġieri preżenti fl-ajruport ikunu mgħarrfa dwar ir-raġunijiet tad-dewmien u l-interruzzjonijiet tat-titjiriet u d-drittijiet tagħhom f’dan ir-rigward. Pereżempju, il-kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom u dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ li t-trasportatur tal-ajru jwaqqaf l-operat meta mhux mistenni fil-każ ta’ insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tiegħu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-korpi tal-ġestjoni tal-ajruport jeħtieġu li jirċievu informazzjoni minn trasportaturi tal-ajru fil-ħin sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligu ta’ hawn fuq.

Emenda  456

Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tintwera biċ-ċar u li tkun viżibbli fiż-żoni tal-passiġġieri tal-ajruport. Dan għandu jiżgura wkoll li l-passiġġieri preżenti fl-ajruport ikunu mgħarrfa dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom u dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ li t-trasportatur tal-ajru jwaqqaf l-operat meta mhux mistenni bħal fil-każ ta’ insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tiegħu.

Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tintwera biċ-ċar u li tkun viżibbli fiż-żoni tal-passiġġieri tal-ajruport. Abbażi tal-informazzjoni riċevuta, dan għandu jiżgura wkoll li l-passiġġieri preżenti fl-ajruport ikunu mgħarrfa dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom u dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ li t-trasportatur tal-ajru jwaqqaf l-operat meta mhux mistenni bħal fil-każ ta’ insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tiegħu.

Or. de

Emenda  457

Petri Sarvamaa

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 14, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

4a. It-trasportatur tal-ajru għandu jorganizza u, b’kooperazzjoni mal-amministratur tal-ajruport, jindika b’mod ċar, ċentru tas-servizz u korp ta’ persunal fl-ajruport li għalihom il-passiġġieri jkollhom aċċess fis-sigħat tal-ftuħ tal-ajruport f’każ li jqumu problemi b’rabta mat-titjiriet.

Or. fi

Emenda  458

Jörg Leichtfried

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien fit-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu mgħarrfa mit-trasportatur operattiv tal-ajru dwar is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin tat-tluq skedat, u dwar il-ħin ta’ tluq stmat malli din l-informazzjoni tkun disponibbli, diment li t-trasportatur tal-ajru jkun irċieva d-dettalji ta’ kuntatt tal-passiġġier skont il-paragrafi 6 u 7 fil-każ li l-biljett ikun inxtara mingħand intermedjarju.

Fil-każ ta’ kanċellazzjoni, dewmien fit-tluq jew imbark miċħud, il-passiġġieri kkonċernati għandhom ikunu mgħarrfa mit-trasportatur operattiv tal-ajru dwar is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ fil-ħin tat-tluq skedat, b’mod partikolari dwar ir-raġuni għall-kanċellazzjoni, id-dewmien jew l-imbark miċħud, u dwar il-ħin ta’ tluq stmat malli din l-informazzjoni tkun disponibbli, diment li t-trasportatur tal-ajru jkun irċieva d-dettalji ta’ kuntatt tal-passiġġier skont il-paragrafi 6 u 7 fil-każ li l-biljett ikun inxtara mingħand intermedjarju.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Il-passiġġieri għandhom jirċievu informazzjoni komprensiva malajr kemm jista’ jkun f’każ ta’ kanċellazzjonijiet u dewmien, kif anke f’każ ta’ imbark miċħud.

Emenda  459

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien fit-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu mgħarrfa mit-trasportatur operattiv tal-ajru dwar is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin tat-tluq skedat, u dwar il-ħin ta’ tluq stmat malli din l-informazzjoni tkun disponibbli, diment li t-trasportatur tal-ajru jkun irċieva d-dettalji ta’ kuntatt tal-passiġġier skont il-paragrafi 6 u 7 fil-każ li l-biljett ikun inxtara mingħand intermedjarju.

Fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien fit-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu mgħarrfa mit-trasportatur operattiv tal-ajru dwar is-sitwazzjoni, inkluża r-raġuni wara l-interruzzjoni, hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli, u f’kull każ mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin tat-tluq skedat, u dwar il-ħin ta’ tluq stmat, diment li t-trasportatur tal-ajru jkun irċieva d-dettalji ta’ kuntatt tal-passiġġier skont il-paragrafi 6 u 7 fil-każ li l-biljett ikun inxtara mingħand intermedjarju.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kif deskritt fil-premessa 20 tal-proposta tal-Kummissjoni, il-passiġġieri mhux biss għandhom jiġu mgħarrfa sew dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ ta’ interruzzjoni tat-titjira, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll kif xieraq dwar x’ikkawża l-interruzzjoni, malli l-informazzjoni ssir disponibbli. Din l-emenda għandha l-għan li ssaħħaħ l-informazzjoni mogħtija lill-passiġġieri f’ħin reali f’każijiet ta’ dewmien jew kanċellazzjoni sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom b’mod effettiv.

Emenda  460

Michel Dantin, Christine De Veyrac, Dominique Vlasto

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 14:

5a. It-trasportatur tal-ajru għandu jkollu, mal-bank tar-reġistrazzjoni u l-bank tal-imbark, dokumenti li fihom il-Karta Ewropea għad-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru, li għandha tingħata mill-persunal tiegħu fuq talba tal-passiġġieri tal-ajru, f’kwalunkwe ħin. Il-Kummissjoni Ewropea għandha taġġorna din il-Karta ma’ kull emenda sostanzjali fid-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru.

Or. fr

Emenda  461

Nathalie Griesbeck

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 14:

5a. Il-linji tal-ajru għandhom jagħtu assistenza bit-telefown aċċessibbli u effikaċi għall-passiġġieri kollha ladarba l-vjaġġ ikun ġie bbukkjat; din l-assistenza għandha tagħti informazzjoni u proposti alternattivi f’każ ta’ problemi u m’għandha fl-ebda każ tkun tiswa aktar minn telefonata lokali;

Or. fr

Emenda  462

Nathalie Griesbeck

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 14:

7a. Meta passiġġier ikun se jixtri biljett, il-prezz li jintwera għandu jkun eżatt bħal dak finali, u l-imposti addizzjonali li jirriżultaw mill-ispejjeż tat-tranżazzjoni għall-ħlas b’kard tal-bank u dawk relatati mat-trasportaturi tal-ajru għandhom jiġu indikati b’mod ċar mill-bidu tat-tranżazzjoni;

Or. fr

Emenda  463

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 14, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

7a. Mingħajr ħsara għall-obbligi taħt il-paragrafu 2, kwalunkwe komunikazzjoni elettronika lill-passiġġier li tinnotifikah dwar il-kanċellazzjoni tiegħu, dewmien fit-tul, jew bidla fl-iskeda għandha b’mod prominenti tgħid li l-passiġġier jista’ jkun intitolat għal kumpens u/jew assistenza taħt dan ir-Regolament.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Irrispettivament mill-obbligu li jiġi provdut avviż bil-miktub dwar regoli għal kumpens skont il-paragrafu 2 (li fi kwalunkwe każ skont is-sondaġġi jgawdi livelli baxxi ta’ konformità), għandhom jissemmew drittijiet possibbli għal kumpens u assistenza fin-notifika tal-kanċellazzjoni/dewmien innifsu.

Emenda  464

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 14, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

7a. Il-korp tal-ġestjoni tal-ajruport u t-trasportatur operattiv tal-ajru għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar titjiriet imdewma, li jitilqu qabel u li jiġu kkanċellati, kif ukoll dwar il-kawżi tal-irregolaritajiet waqt it-trasport - sakemm tali kawża tista’ tiġi aċċertata b’mod li ma jqajjimx tħassib - tiġi ppubblikata u miżmuma għal sentejn fuq is-siti tal-Internet tagħhom.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi maħluqa wkoll sistema obbligatorja sabiex il-passiġġieri u l-NEBs jiġu notifikati dwar titjiriet imdewma u kkanċellati. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-siti tal-Internet tal-ajruport u tat-trasportatur, u t-trasportatur għandu jżomm din id-dejta għal sentejn. Tali soluzzjoni għandha żżid id-disponibbiltà tal-informazzjoni lill-passiġġieri dwar titijiriet imdewma u kkanċellati, biex b’hekk il-passiġġieri jiġu provduti b’konferma ta’ wasla mdewma li tintitolahom li jitolbu kumpens.

Emenda  465

Philippe De Backer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 14, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

7a. Fis-sigħat operattivi tagħhom, il-linji tal-ajru għandhom jiżguraw f’kull ajruport li joperaw il-preżenza ta’ persunal ta’ kuntatt jew servizz jew trasportatur ieħor tal-ajru mill-istess Alleanza li jistgħu jipprovdu dan il-persunal, li jista’ jieħu deċiżjonijiet immedjati f’każ ta’ imbarkazzjoni miċħuda, kanċellament jew dewmien twil tat-titjira, f’dak li għandu x’jaqsam mal-assistenza, rimborż, riprogrammar ta’ rotot u prenotazzjoni mill-ġdid, bagalji mitlufin jew li jitwasslu tard, u li jkun jista’ jirċievi l-ilmenti;

Or. en

Emenda  466

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 14, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

7a. Il-fornitur tas-servizzi għandu jipprovdi aċċess faċli għal informazzjoni preċiża u oġġettiva li tkun tiddettalja l-impatt ambjentali (inkluża l-klima) u l-effiċjenza enerġetika tal-vjaġġ tagħhom, li għandhom ikunu viżibbli b’mod ċar kemm fuq il-websajts tat-trasportaturi tal-ajru, tal-operaturi turistiċi, kif ukoll fuq il-biljetti nfushom; il-Kummissjoni għandha tappoġġja ħidma kontinwa f’din id-direzzjoni.

Or. en

Emenda  467

Antonio Cancian

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni prinċipali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri f’każ ta’ kanċellazzjoni/ dewmien għandha tiġi stampata fuq in-naħa ta’ wara tal-biljett.

Or. it

Ġustifikazzjoni

Din l-informazzjoni għandha tkun dejjem disponibbli għall-passiġġier, fil-lingwa li għamel il-prenotazzjoni biha. F’każ ta’ reġistrazzjoni mid-dar il-passiġġier għandu jkun jista’ jagħżel jekk jistampax jew le n-nota dwar id-drittijiet tiegħu f’każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien. F’forma sintetika u li tiftiehem.

Emenda  468

Spyros Danellis, Brian Simpson, Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13a. Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 14a

Dokumenti tal-konformità

1. It-trasportaturi tal-ajru Komunitarji għandhom iħejju u jippreżentaw lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja operattiva tagħhom skont ir-Regolament 1008/2008 u lill-Kummissjoni Ewropea sal-1 ta’ Jannar 2016 id-dokument li juri b’dettall raġonevoli li l-proċeduri operattivi tagħhom huma biżżejjed biex jiżguraw li huma jikkonformaw b’mod konsistenti mal-Artikoli kollha rilevanti tar-Regolament.

2. Kwalunkwe trasportatur ieħor li jipprovdi servizzi minn ajruport tal-Unjoni għandu jippreżenta dokument tal-konformità lill-NEBs tal-Istati Membri kollha li fihom jopera u lill-Kummissjoni Ewropea.

3. It-Trasportaturi tal-Ajru għandhom jirrevedu d-dokumenti tal-konformità tagħhom u jippreżentaw verżjonijiet aġġornati lill-NEB(s) rilevanti u lill-Kummissjoni Ewropea kull tliet snin minn hemm ’il quddiem."

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-dokument tal-konformità għandu jkun mod kosteffikaċi kif tiġi indirizzata l-problema ewlenija tar-Regolament, li hija l-infurzar. Il-kontenut meħtieġ fid-dokumenti jista’ jiġi ddeterminat mill-Kumitat għad-Drittijiet tal-Passiġġieri skont l-Artikolu 16c propost. Il-kontenut jista’ jinkludi affarijiet bħal pjanijiet ta’ kontinġenza għal tfixkil ewlieni, il-persunal responsabbli mill-għajnuna lill-passiġġieri, il-proċeduri dwar ir-rifjutar ta’ imbarkazzjoni, l-ikkanċellar tat-titjiriet, l-infurmar lill-passiġġieri eċċ.

Emenda  469

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiżdied l-Artikolu 16a li ġej:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu korpi ta’ medjazzjoni mgħammrin sew, bla ħlas u indipendenti biex jgħinu sabiex jinstabu soluzzjonijiet fil-każ ta’ konflitti bejn il-passiġġieri u l-linji tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ modi oħra tat-trasport.

Or. en

Emenda  470

Philip Bradbourn

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jaħtar Korp Nazzjonali għall-Infurzar li jkun responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ titjiriet minn ajruporti sitwati fit-territorju tiegħu u titjiriet minn pajjiż terz lejn tali ajruporti. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-korp li nħatar skont dan il-paragrafu.

Kull Stat Membru għandu jaħtar Korp Nazzjonali għall-Infurzar li jkun responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ titjiriet minn ajruporti sitwati fit-territorju tiegħu u titjiriet minn pajjiż terz lejn tali ajruporti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Korp Nazzjonali għall-Infurzar jingħata biżżejjed poter biex jissanzjona l-ksur u jsolvi t-tilwim bejn il-passiġġieri u l-industrija u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-korp li nħatar skont dan il-paragrafu.

Or. en

Emenda  471

Spyros Danellis, Brian Simpson, Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jissorvelja mill-qrib il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jiġu rispettati d-drittijiet tal-passiġġieri. Għal dan il-għan, it-trasportaturi tal-ajru u l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu d-dokumenti rileventi lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar fuq talba tiegħu. Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jieħu f’kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni sottomessa lilu mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a. Dan jista’ jiddeċiedi wkoll dwar azzjonijiet ta’ infurzar abbażi tal-ilmenti individwali trażmessi mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a.

Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jissorvelja mill-qrib il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jiġu rispettati d-drittijiet tal-passiġġieri. Għal dan il-għan, it-trasportaturi tal-ajru u l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu d-dokumenti rilevanti lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar fuq talba tiegħu fi żmien xahar mit-talba tiegħu, mingħajr ħsara għall-obbligi tat-trasportaturi tal-ajru skont l-Artikolu 14a.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tispeċifika limitu taż-żmien għat-trasportaturi tal-ajru u l-korpi tal-ġestjoni tal-ajruport biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-dokument u tħassar l-attivitajiet tal-infurzar tal-NEBs li l-aħjar jiġu elenkati flimkien f’paragrafu sussegwenti ġdid.

Emenda  472

Philip Bradbourn

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jissorvelja mill-qrib il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jiġu rispettati d-drittijiet tal-passiġġieri. Għal dan il-għan, it-trasportaturi tal-ajru u l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu d-dokumenti rileventi lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar fuq talba tiegħu. Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jieħu f’kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni sottomessa lilu mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a. Dan jista’ jiddeċiedi wkoll dwar azzjonijiet ta’ infurzar abbażi tal-ilmenti individwali trażmessi mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a.

Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jissorvelja mill-qrib il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jiġu rispettati d-drittijiet tal-passiġġieri. Għal dan il-għan, it-trasportaturi tal-ajru u l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu d-dokumenti rilevanti lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar fuq talba tiegħu. Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jieħu f’kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni sottomessa lilu mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a. Dan għandu jinvestiga l-ilmenti kollha riċevuti u jista’ jiddeċiedi wkoll dwar azzjonijiet ta’ infurzar abbażi tal-ilmenti individwali trażmessi mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a.

Or. en

Emenda  473

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jissorvelja mill-qrib il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jiġu rispettati d-drittijiet tal-passiġġieri. Għal dan il-għan, it-trasportaturi tal-ajru u l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu d-dokumenti rileventi lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar fuq talba tiegħu. Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jieħu f’kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni sottomessa lilu mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a. Dan jista’ jiddeċiedi wkoll dwar azzjonijiet ta’ infurzar abbażi tal-ilmenti individwali trażmessi mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a.

Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jissorvelja mill-qrib il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jiġu rispettati d-drittijiet tal-passiġġieri. Għal dan il-għan, it-trasportaturi tal-ajru u l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu d-dokumenti rilevanti lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar. Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jieħu f’kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni sottomessa lilu mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a. Dan jista’ jiddeċiedi wkoll dwar azzjonijiet ta’ infurzar abbażi tal-ilmenti individwali trażmessi mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a.

Or. en

Emenda  474

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jissorvelja mill-qrib il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jiġu rispettati d-drittijiet tal-passiġġieri. Għal dan il-għan, it-trasportaturi tal-ajru u l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu d-dokumenti rileventi lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar fuq talba tiegħu. Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jieħu f’kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni sottomessa lilu mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a. Dan jista’ jiddeċiedi wkoll dwar azzjonijiet ta’ infurzar abbażi tal-ilmenti individwali trażmessi mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a.

Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jissorvelja mill-qrib il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jiġu rispettati d-drittijiet tal-passiġġieri. Għal dan il-għan, it-trasportaturi tal-ajru u l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu d-dokumenti rilevanti lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar fuq talba tiegħu. Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jieħu f’kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni sottomessa lilu mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a. Dan jista’ jiddeċiedi wkoll li jimponi penali għan-nuqqas li jintlaħqu l-obbligi stabbiliti mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a abbażi tal-ilmenti individwali trażmessi lil dak il-korp.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Hemm tħassib dwar il-kompiti li din id-dispożizzjoni se timponi fuq l-Istati Membri fil-qasam tal-’azzjonijiet ta’ infurzar’, li jistgħu jkunu assoċjati mal-obbligu tal-infurzar tal-pretensjonijiet ċivili. Dan jista’ jirriżulta minn traduzzjoni ħażina fil-lingwa Pollakka.

Emenda  475

Spyros Danellis, Brian Simpson, Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

2a. Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jqis l-informazzjoni ppreżentata lilu mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a u d-dokumenti tal-konformità ppreżentati mit-trasportaturi tal-ajru, fejn possibbli billi jikkorrabora l-validità tad-Dokumenti tal-Konformità mal-informazzjoni mill-ilmenti. Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu wkoll jieħu azzjonijiet ta’ infurzar abbażi tal-ilmenti individwali trażmessi mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-NEB għandu jieħu azzjonijiet ta’ infurzar adatti kull meta l-ilmenti juru ksur tar-Regolament, imma għandu juża wkoll l-informazzjoni dwar l-ilmenti individwali biex jivverifika li l-proċeduri deskritti fid-Dokumenti tal-Konformità tat-trasportaturi tal-ajru qed jiġu segwiti. Il-ksur tar-Regolament li jmur direttament kontra d-Dokument tal-Konformità tat-trasportatur għandu jiġi investigat u ppenalizzat bħala każ ta’ prijorità.

Emenda  476

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

It-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu b’mod proattiv lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar l-informazzjoni komprensiva fir-rigward tal-miġja ta’ problemi tekniċi, b’mod partikolari dwar ir-raġunijiet għalihom. Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jaqsam din l-informazzjoni mal-korpi responsabbli mis-soluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti msemmija fl-Artikolu 16a, il-paragrafu 3.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu obbligati jinformaw lill-korpi nazzjonali għall-infurzar dwar ir-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi għall-problemi tekniċi.

Emenda  477

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sanzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri għall-ksur ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Is-sanzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri għall-ksur ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u biżżejjed biex jipprovdu lit-trasportaturi bl-inċentiv finanzjarju li jikkonformaw b’mod konsistenti mar-Regolament.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-istudju li sar fl-2012 f’isem il-Kummissjoni Ewropea sab li s-sanzjonijiet huma baxxi wisq biex jipprovdu inċentiv ekonomiku għat-trasportaturi biex jikkonformaw mar-Regolament, meta jitqies ukoll li huwa biss numru limitat ta’ passiġġieri li jintlaqtu mill-ksur tar-Regolament li aktarx jilmentaw mal-NEB.

Emenda  478

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-korpi maħtura skont l-Artikoli 16 u 16a ma jkunux l-istess wieħed, għandhom jiddaħħlu mekkaniżmi ta’ rapportar biex jiżguraw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi differenti sabiex jgħinu lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar iwettaq il-kompiti tiegħu ta’ superviżjoni u infurzar u għall-korp maħtur skont l-Artikolu 16a biex jiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex jeżamina l-ilmenti individwali.

Skont id-Direttiva 2013/11/UE, għandhom jiddaħħlu mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, bejn il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar u l-korp stipulat skont l-Artikolu 16a, li għandhom jinkludu skambji ta’ informazzjoni reċiproċi sabiex jgħinu lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar iwettaq il-kompiti tiegħu ta’ superviżjoni u infurzar u għall-korp maħtur skont l-Artikolu 16a biex jiġbor l-informazzjoni u l-għarfien espert tekniku meħtieġ biex jittrattaw l-ilmenti individwali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 81 tar-Rapporteur. It-talba għal mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fl-Unjoni kollha tqiegħed fl-Artikolu 16b.

Emenda  479

Saïd El Khadraoui

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal kull sena, u mhux aktar tard minn tmiem April tas-sena kalendarja ta’ wara, il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar għandhom jippubblikaw statistiki dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż dwar is-sanzjonijiet li jkunu applikaw.

Għal kull sena, u mhux aktar tard minn tmiem April tas-sena kalendarja ta’ wara, il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar għandhom jippubblikaw statistiki dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż dwar is-sanzjonijiet li jkunu applikaw. Il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar għandhom fl-istess ħin jippubblikaw, abbażi tad-dejta li t-trasportaturi tal-ajru u l-korpi tal-ġestjoni tal-ajruport huma meħtieġa li jżommu u jipprovdu, statistiċi dwar in-numru u n-natura tal-ilmenti, in-numru ta’ titjiriet imdewma u t-tul tagħhom u d-dejta dwar dewmien, telf jew ħsara ta’ bagalji.

Or. nl

Emenda  480

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-ħin tal-prenotazzjoni, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-proċessi ta’ ġestjoni tal-pretensjoni u l-ilment tagħhom relatati mad-drittijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u dwar l-indirizzi ta’ kuntatt rilevanti, li fuqhom il-passiġġieri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet u l-ilmenti tagħhom, anki b’mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni. It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf ukoll lill-passiġġieri dwar il-korp jew il-korpi kompetenti għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-passiġġieri.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 16a ġie abbozzat qabel ġiet adottata d-Direttiva 2013/11 il-ġdida dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (21 ta’ Mejju 2013). Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2013. Bl-adozzjoni tad-Direttiva, m’hemmx iżjed ħtieġa għal dan il-paragrafu għaliex id-Direttiva tipprovdi d-dettalji kollha dwar il-mekkaniżmu tas-soluzzjoni għat-tilwim. Barra minn hekk, id-Direttiva tieħu prijorità fuq ir-regoli settorjali.

Emenda  481

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-ħin tal-prenotazzjoni, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-proċessi ta’ ġestjoni tal-pretensjoni u l-ilment tagħhom relatati mad-drittijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u dwar l-indirizzi ta’ kuntatt rilevanti, li fuqhom il-passiġġieri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet u l-ilmenti tagħhom, anki b’mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni.It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf ukoll lill-passiġġieri dwar il-korp jew il-korpi kompetenti għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-passiġġieri.

Fil-ħin tal-prenotazzjoni, it-trasportaturi tal-ajru jew il-bejjiegħa tal-biljetti skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, għandhom jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-proċessi ta’ ġestjoni tal-pretensjoni u l-ilment tagħhom relatati mad-drittijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u dwar l-indirizzi ta’ kuntatt rilevanti, li fuqhom il-passiġġieri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet u l-ilmenti tagħhom, anki b’mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni.It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf ukoll lill-passiġġieri dwar il-korp jew il-korpi kompetenti għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-passiġġieri.

Or. fr

Emenda  482

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-ħin tal-prenotazzjoni, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-proċessi ta’ ġestjoni tal-pretensjoni u l-ilment tagħhom relatati mad-drittijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u dwar l-indirizzi ta’ kuntatt rilevanti, li fuqhom il-passiġġieri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet u l-ilmenti tagħhom, anki b’mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni. It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf ukoll lill-passiġġieri dwar il-korp jew il-korpi kompetenti għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-passiġġieri.

It-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-proċessi ta’ ġestjoni tal-pretensjoni u l-ilment tagħhom relatati mad-drittijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u dwar l-indirizzi ta’ kuntatt rilevanti, li fuqhom il-passiġġieri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet u l-ilmenti tagħhom, anki b’mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni. It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf ukoll lill-passiġġieri dwar il-korp jew il-korpi kompetenti għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-passiġġieri. L-informazzjoni dwar il-proċessi ta’ ġestjoni tal-pretensjonijiet u l-ilmenti għandha tiġi kkomunikata lill-passiġġieri, flimkien mad-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, fil-messaġġ bil-posta elettronika li jinnotifikahom dwar it-titjira tagħhom li tkun ġiet ikkanċellata jew imdewma.

Or. en

Emenda  483

Inés Ayala Sender

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-ħin tal-prenotazzjoni, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-proċessi ta’ ġestjoni tal-pretensjoni u l-ilment tagħhom relatati mad-drittijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u dwar l-indirizzi ta’ kuntatt rilevanti, li fuqhom il-passiġġieri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet u l-ilmenti tagħhom, anki b’mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni. It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf ukoll lill-passiġġieri dwar il-korp jew il-korpi kompetenti għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-passiġġieri.

Fil-ħin tal-prenotazzjoni, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-proċessi ta’ ġestjoni tal-pretensjoni u l-ilment tagħhom relatati mad-drittijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u dwar l-indirizzi ta’ kuntatt rilevanti, li fuqhom il-passiġġieri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet u l-ilmenti tagħhom, anki b’mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni. It-trasportatur tal-ajru għandu jkollu wkoll disponibbli għall-passiġġieri, il-politika tiegħu dwar ir-regolamenti tas-sigurtà tal-ajru, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal tat-titjira, kif ukoll il-politika tiegħu dwar ir-responsabbiltà soċjali. It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf ukoll lill-passiġġieri dwar il-korp jew il-korpi kompetenti għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-passiġġieri.

Or. es

Emenda  484

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk passiġġieri jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

Jekk passiġġier jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Is-sottomissjoni ta’ lment fi żmien tliet xhur u wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ tliet xhur għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tiegħu li jinfurza l-pretensjonijiet tiegħu skont dan ir-Regolament fil-qafas tas-sistema ġudizzjarja u riżoluzzjoni barra mill-qorti. Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier. Meta t-trasportatur tal-ajru ma jipprovdix dik it-tweġiba sħiħa f’dak il-perjodu ta’ xahrejn, għandu jitqies li jkun aċċetta l-pretensjonijiet tal-passiġġier.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Sostituzzjoni tal-Emenda 85 tar-rapporteur.

Emenda  485

Jörg Leichtfried

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk passiġġieri jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

Meta passiġġier jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkonferma lill-passiġġier li jkun irċieva l-iment fi żmien sebat ijiem minn meta jirċievih. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

Meta t-trasportatur tal-ajru jinvoka ċirkostanzi straordinarji, għandu jgħarraf lill-passiġġier fit-tweġiba tiegħu biċ-ċirkostanzi speċifiċi responsabbli għall-kanċellazzjoni jew id-dewmien. It-trasportatur tal-ajru għandu juri wkoll li jkun ħa l-miżuri raġonevoli kollha biex jevita l-kanċellazzjoni jew id-dewmien.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur huwa qasir wisq u jista’ jfisser li numru iżgħar ta’ passiġġieri jkunu jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom milli kien il-każ sa issa. Jista’ jpoġġi wkoll lill-passiġġieri tal-ajru fi żvantaġġ, billi l-ebda limitu ta’ żmien bħal dan ma huwa stabbilit fir-regolamenti rilevanti dwar tipi oħra ta’ trasport. It-trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu obbligati wkoll li jipprovdu informazzjoni sħiħa għall-passiġġieri meta jinvokaw ċirkostanzi straordinarji.

Emenda  486

Brian Simpson, Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk passiġġieri jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

Jekk passiġġier jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa u motivata lill-passiġġier, kif ukoll id-dettalji ta’ kuntatt rilevanti tal-korp maħtur imsemmi fil-paragrafu 3, inkluż l-indirizz postali, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika u l-websajt.

Or. en

Emenda  487

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk passiġġieri jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

Jekk passiġġier jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier. Meta t-trasportatur tal-ajru jagħmel pretensjoni li ċ-ċirkostanzi straordinarji jkunu kkawżaw il-kanċellazzjoni jew id-dewmien tat-titjira, it-tweġiba tat-trasportatur għandha tinkludi evidenza rilevanti.

Or. en

Emenda  488

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk passiġġieri jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

Jekk passiġġier jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Fi żmien 7 ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Tipprovdi kjarifika li huwa relatat mal-jiem ta’ xogħol u mhux mal-jiem kalendarji.

Emenda  489

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk passiġġieri jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira.Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier.Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

Jekk passiġġier jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira.Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier.Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

Or. fr

Emenda  490

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont il-liġi rilevanti tal-UE u nazzjonali, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi nazzjonali biex ikunu responsabbli għal riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri fir-rigward tad-drittijiet koperti b’dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tilwim bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri fir-rigward tad-drittijiet tal-konsumaturi koperti b’dan ir-Regolament jista’ jiġi ppreżentat lil entità tal-ADR li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, 18.6.2013, L 165/63).

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 16a ġie abbozzat qabel ġiet adottata d-Direttiva 2013/11 il-ġdida dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (21 ta’ Mejju 2013). Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2013. Bl-adozzjoni tad-Direttiva, ir-referenza għall-eżistenza tagħha hija meħtieġa f’dan il-paragrafu.

Emenda  491

Georges Bach, Ria Oomen-Ruijten

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont il-liġi rilevanti tal-UE u nazzjonali, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi nazzjonali biex ikunu responsabbli għal riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri fir-rigward tad-drittijiet koperti b’dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi tal-ajru jistgħu jissottomettu tilwim mat-trasportaturi tal-ajru rigward drittijiet u obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament lil mekkaniżmi extraġudizzjarji indipendenti, effikaċi u effiċjenti. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi nazzjonali biex ikunu responsabbli għal riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi koperti b’dan ir-Regolament. Dan għandu jkun korp ieħor minbarra l-Korp għall-Infurzar imsemmi fl-Artikolu 16(1). It-trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu meħtieġa li jsiru affiljati ma’ dan/dawn il-korp/i għas-soluzzjoni għat-tilwim barra mill-qorti. Dawn il-korp jew korpi maħtura mill-Istati Membri għandu jkollhom is-setgħa li jirrisolvu t-tilwima kkonċernata bejn il-passiġġieri u t-trasportaturi tal-ajru permezz ta’ deċiżjoni li hija legalment vinkolanti fuq iż-żewġ partijiet u infurzabbli. Għal tilwim li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva 2013/11/UE, għandha tapplika biss din id-Direttiva. It-trasportaturi tal-ajru kollha li huma involuti f’titjiriet minn ajruport fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz għal dawn l-ajruporti għandhom josservaw is-sistema ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim alternattiva msemmija fid-Direttiva 2013/11/UE, li tiżgura riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti sempliċi, mgħaġġla u rħisa bejn il-passiġġieri u t-trasportaturi tal-ajru.

Or. nl

Emenda  492

Brian Simpson, Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont il-liġi rilevanti tal-UE u nazzjonali, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi nazzjonali biex ikunu responsabbli għal riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri fir-rigward tad-drittijiet koperti b’dan ir-Regolament.

Skont il-liġi rilevanti tal-UE u nazzjonali, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi nazzjonali biex ikunu responsabbli għal riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri fir-rigward tad-drittijiet koperti b’dan ir-Regolament. Il-korp maħtur għandu jkollu websajt, posta elettronika u indirizz postali u linja tat-telefon għall-pubbliku, li lkoll għandhom jingħataw lill-passiġġieri mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali, il-korpi tal-ġestjoni tal-ajruport u t-trasportaturi tal-ajru meta mitluba.

Or. en

Emenda  493

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont il-liġi rilevanti tal-UE u nazzjonali, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi nazzjonali biex ikunu responsabbli għal riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri fir-rigward tad-drittijiet koperti b’dan ir-Regolament.

Skont il-liġi rilevanti tal-UE u nazzjonali, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi nazzjonali, bħal korpi ta’ medjazzjoni mgħammrin sew, bla ħlas u indipendenti, biex ikunu responsabbli għal riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri fir-rigward tad-drittijiet koperti b’dan ir-Regolament.

Or. en

Emenda  494

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull passiġġier jista’ jilmenta ma’ xi korp nazzjonali maħtur skont il-paragrafu 3, fuq ksur allegat ta’ dan ir-Regolament f’kull ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru jew li jikkonċerna xi titjira minn pajjiż terz lil ajruport li jinstab fuq dak it-territorju. Ilmenti bħal dawn jistgħu jiġu sottomessi mhux qabel xahrejn wara li l-ilment ikun ġie sottomess lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat sakemm it-trasportatur ma jkunx diġà ta tweġiba finali għat-tali lment.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 16a ġie abbozzat qabel ġiet adottata d-Direttiva 2013/11 il-ġdida dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (21 ta’ Mejju 2013). Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2013. Bl-adozzjoni tad-Direttiva, m’hemmx iżjed ħtieġa għal dan il-paragrafu ta’ hawn fuq għaliex id-Direttiva tipprovdi d-dettalji kollha dwar il-mekkaniżmu tas-soluzzjoni għat-tilwim. Barra minn hekk, id-Direttiva tieħu prijorità fuq ir-regoli settorjali.

Emenda  495

Mal-wasla tat-tweġiba sħiħa mit-trasportatur tal-ajru, il-passiġġier ikkonċernat jista’ jilmenta ma’ xi korp nazzjonali għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti maħtur skont il-paragrafu 3, fuq ksur allegat ta’ dan ir-Regolament f’kull ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru jew li jikkonċerna xi titjira minn kwalunkwe ajruport li jinsab fit-territorja ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz lejn tali ajruporti. Ilmenti bħal dawn jistgħu jiġu sottomessi f’limitu taż-żmien speċifikat minn qabel, li għandu jiġi stabbilit f’mhux inqas minn sena mid-data li fiha l-passiġġier ikun issottometta l-ilment jew it-talba lit-trasportatur ikkonċernat.

Or. nl

Emenda  496

Brian Simpson, Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16a, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

4a. Jekk jirriżulta li l-linja tal-ajru għandha tort il-korp għall-ġestjoni tal-ilmenti għandu jinforma lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar, li b’referenza għall-Artikolu 16a, il-paragrafu 2, għandu jieħu azzjoni biex jiżgura l-infurzar.

Or. en

Emenda  497

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien sebat (7) ijiem minn meta jirċievi l-ilment, il-korp maħtur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment u għandu jibgħat kopja lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar xieraq. Iż-żmien meħud biex tingħata t-tweġiba finali lill-ilmentatur ma għandux ikun itwal minn tliet xhur mir-riċevuta tal-ilment. Kopja tat-tweġiba finali għandha tingħata wkoll lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 16a ġie abbozzat qabel ġiet adottata d-Direttiva 2013/11 il-ġdida dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (21 ta’ Mejju 2013). Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2013. Bl-adozzjoni tad-Direttiva, m’hemmx iżjed ħtieġa għal dan il-paragrafu ta’ hawn fuq għaliex id-Direttiva tipprovdi d-dettalji kollha dwar il-mekkaniżmu tas-soluzzjoni għat-tilwim. Barra minn hekk, id-Direttiva tieħu prijorità fuq ir-regoli settorjali.

Emenda  498

Marian-Jean Marinescu

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien sebat (7) ijiem minn meta jirċievi l-ilment, il-korp maħtur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment u għandu jibgħat kopja lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar xieraq. Iż-żmien meħud biex tingħata t-tweġiba finali lill-ilmentatur ma għandux ikun itwal minn tliet xhur mir-riċevuta tal-ilment. Kopja tat-tweġiba finali għandha tingħata wkoll lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar.

Fi żmien sebat (7) ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi l-ilment, il-korp maħtur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment u għandu jibgħat kopja lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar xieraq. Iż-żmien meħud biex tingħata t-tweġiba finali lill-ilmentatur ma għandux ikun itwal minn tliet xhur mir-riċevuta tal-ilment. Kopja tat-tweġiba finali għandha tingħata wkoll lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar.

Or. en

Emenda  499

Jaromír Kohlíček, Sabine Wils

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien sebat (7) ijiem minn meta jirċievi l-ilment, il-korp maħtur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment u għandu jibgħat kopja lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar xieraq. Iż-żmien meħud biex tingħata t-tweġiba finali lill-ilmentatur ma għandux ikun itwal minn tliet xhur mir-riċevuta tal-ilment. Kopja tat-tweġiba finali għandha tingħata wkoll lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar.

Fi żmien sebat (7) ijiem minn meta jirċievi l-ilment, il-korp maħtur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment u għandu jibgħat kopja lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar xieraq. Iż-żmien meħud biex tingħata t-tweġiba finali lill-ilmentatur ma għandux ikun itwal minn xahrejn mir-riċevuta tal-ilment. Kopja tat-tweġiba finali għandha tingħata wkoll lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar.

Or. en

Emenda  500

Brian Simpson, Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien sebat (7) ijiem minn meta jirċievi l-ilment, il-korp maħtur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment u għandu jibgħat kopja lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar xieraq. Iż-żmien meħud biex tingħata t-tweġiba finali lill-ilmentatur ma għandux ikun itwal minn tliet xhur mir-riċevuta tal-ilment. Kopja tat-tweġiba finali għandha tingħata wkoll lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar.

Fi żmien sebat (7) ijiem minn meta jirċievi l-ilment, il-korp maħtur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment u għandu jibgħat kopja lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar xieraq. Il-korp nazzjonali maħtur skont il-paragrafu 3 għandu jżomm lill-ilmentatur infurmat dwar il-passi li jkunu ttieħdu biex jiġi investigat l-ilment. Iż-żmien meħud biex tingħata t-tweġiba finali lill-ilmentatur ma għandux ikun itwal minn tliet xhur mir-riċevuta tal-ilment. Kopja tat-tweġiba finali għandha tingħata wkoll lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar, li għandu jinnotifika lill-ilmentatur dwar kwalunkwe azzjoni ta’ infurzar li jkun ħa l-Korp Nazzjonali għall-Infurzar skont l-ilment individwali tagħhom.

Or. en

Emenda  501

Nathalie Griesbeck

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 16a:

5a. Il-linji tal-ajru għandhom joffru lill-passiġġiera kollha l-possibilità li jressqu lment bil-miktub b’mod immedjat, sempliċi, aċċessibbli u mingħajr spejjeż addizzjonali, kemm fl-ajruport, fuq l-Internet, bit-telefown jew fl-ajruplan stess;

Or. fr

Emenda  502

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16a, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5a. Jekk jasal ilment dwar inċident f’ajruport fi Stat Membru ieħor jew li jinvolvi titjira li tkun oriġinat f’pajjiż terz b’destinazzjoni fi Stat Membru ieħor, il-korp għandu jittrażmetti l-ilment skont il-kompetenza tiegħu lil dak il-korp f’dak l-Istat Membru.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament jistabbilixxu proċeduri għat-trażmissjoni ta’ lmenti bejn l-NEBs u l-NBs li jikkunsidraw il-post tat-tluq. Dawn it-tibdiliet jarmonizzaw il-proċeduri għall-verifika li d-drittijiet tal-passiġġieri jkunu qed jiġu osservati fl-Istati Membri tal-UE.

Emenda  503

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16a, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5b. Il-pretensjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu preskritti wara li tgħaddi sena mid-data tat-trasport, jew, jekk ma jitwettaq l-ebda servizz tat-trasport, mid-data meta kien skedat li jitwettaq.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata attenzjoni għal element importanti li sa issa għadu ma ġiex indirizzat mid-Direttiva ADR jew mir-Regolament Nru 261/2004, jiġifieri n-nuqqas ta’ limitu massimu għaż-żmien li fih jistgħu jiġu sottomessi l-ilmenti għal NEB/NB/ADR u għal qrati ordinarji (perjodu ta’ limitazzjoni tal-pretensjonijiett).

Emenda  504

Spyros Danellis

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16a, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5a. Fil-każijiet fejn il-proċeduri tal-ilment individwali wrew li l-passiġġier huwa intitolat għall-kumpens, abbażi tal-informazzjoni li jirċievi skont dan l-Artikolu, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu, fejn applikabbli, jikseb mingħand it-trasportatur tal-ajru rilevanti l-prova li l-passiġġieri kollha fuq it-titjira rċevew il-kumpens dovut.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Fil-każijiet fejn il-passiġġieri kollha tat-titjira jkollhom dritt għall-kumpens – pereżempju meta jkun hemm kanċellazzjoni – għandu jiġi żgurat li l-passiġġieri kollha jirċievu l-kumpens dovut lilhom u mhux biss dawk li jkunu għamlu l-ilment uffiċjali jew il-kawża.

Emenda  505

Spyros Danellis, Brian Simpson, Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16a, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

5b. Fil-każijiet fejn it-tweġiba finali tal-korp maħtur tikkonferma li jkun sar ksur tar-Regolament, il-korp maħtur għandu jibgħat ukoll it-tweġiba, u l-fajl tal-ilment, lill-Kummissjoni Ewropea. Fuq bażi annwali l-korp maħtur jibgħat ukoll lill-Kummissjoni Ewropea, u jippubblika fuq il-websajt tiegħu, in-numru ta’ lmenti li jkun irċieva skont it-tip tal-allegat ksur kif ukoll skont it-trasportatur tal-ajru, u r-riżultati tal-proċess (eż. jekk tħallasx kumpens jew le, l-irkuprar jew le tal-ispejjeż għall-akkomodazzjoni).

Or. en

Emenda  506

Inés Ayala Sender

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16a, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5a. Meta f’dan ir-regolament jiġu allegati raġunijiet ta’ sigurtà, il-piż tal-provi għandu jinġarr mit-trasportatur tal-ajru.

Or. es

Emenda  507

Spyros Danellis, Brian Simpson, Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16b, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. Il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tadotta dispożizzjonijiet dwar il-kontenut minimu tad-dokumenti tal-konformità tal-Artikolu 15. Il-kontenut minimu għandu madankollu jinkludi l-pjanijiet ta’ kontinġenza f’każ ta’ tfixkil ewlieni, jidentifika ’l dawk responsabbli biex jagħtu l-għajnuna u drittijiet oħra, il-modalitajiet u l-proċeduri li permezz tagħhom jiġu ġestiti l-ilmenti u jingħataw l-għajnuna u l-kumpens, u l-proċeduri u l-formoli għall-komunikazzjoni mal-passiġġieri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16c.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Atti ta’ Implimentazzjoni jistgħu jiddeterminaw il-kontenut minimu tad-dokumenti tal-konformità tat-trasportatur tal-ajru, billi jqisu l-kunsiderazzjonijiet tekniċi u kummerċjali kollha, imma jiġu ċċarati xi elementi minimi li jeħtieġ li jiġu ppreżentati.

Emenda  508

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport tal-attività tagħhom lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn tmiem April tas-sena kalendarja ta’ wara. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati f’dawn ir-rapporti permezz ta’ atti implimentattivi. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16c.

Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport tal-attività tagħhom lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn tmiem April tas-sena kalendarja ta’ wara.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

It-talbiet tal-Kummissjoni dwar l-obbligu tar-rappurtaġġ u ż-żieda fil-monitoraġġ tal-Kummissjoni ta’ NEBs jikkostitwixxu piż amministrattiv addizzjonali. Il-Polonja, għaldaqstant, ma tappoġġjax il-proposti għal perjodi taż-żmien riġidi jew għall-istabbiliment ta’ proċeduri formali. Iż-żieda fil-monitoraġġ tal-Kummissjoni ta’ NEBs toħloq obbligi addizzjonali għall-NEBs. L-arranġamenti għandhom jibqgħu fil-livell attwali li huwa informali u li jaħdem tajjeb.

Emenda  509

Saïd El Khadraoui

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport tal-attività tagħhom lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn tmiem April tas-sena kalendarja ta’ wara. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati f’dawn ir-rapporti permezz ta’ atti implimentattivi. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16c.

Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport tal-attività tagħhom, inklużi l-istatistiċi msemmija fl-Artikolu 16(5), lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn tmiem April tas-sena kalendarja ta’ wara. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati f’dawn ir-rapporti permezz ta’ atti implimentattivi. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16c.

Or. nl

Emenda  510

Dieter-Lebrecht Koch

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16b, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

3a. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun responsabbli għad-definizzjoni u s-supplimentazzjoni tal-lista ta’ ċirkostanzi straordinarji inkluża fl-Anness, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16c.

Or. de

Emenda  511

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16b, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu madwar l-Unjoni kollha bejn il-korpi kollha maħtura skont l-Artikolu 16 u l-Artikolu 16a biex jiżguraw l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ksur, is-sanzjonijiet u l-aħjar prattiki ta’ infurzar bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli f’forma elettronika għall-Istati Membri kollha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija marbuta mal-emenda 81 tar-Rapporteur. It-talba għal mekkaniżmu fl-Unjoni kollha għall-iskambju tal-informazzjoni tneħħiet mill-Artikolu 16(4) għal dan l-Artikolu 16b li jittratta l-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Emenda  512

Spyros Danellis, Brian Simpson, Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16b, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha u taġġornaha b’mod regolari, billi tibda mhux iżjed tard mill-1 ta’ Mejju 2015, il-lista tat-trasportaturi kollha tal-ajru li joperaw fl-Unjoni li b’mod sistematiku jonqsu milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Irrispettivament mid-daqs jew min-nazzjonalità, kwalunkwe trasportatur li dwaru l-Kummissjoni tkun irċeviet evidenza ta’ ksur skont l-Artikolu 16a, il-Paragrafu 5b li jkun sar fir-rigward ta’ passiġġieri fuq iżjed minn għaxar titjiriet differenti f’sena kalendarja waħda, u li jirrelataw ma’ iżjed minn Artikolu wieħed tar-Regolament, għandu jitqies li naqas b’mod sistematiku li jikkonforma mar-Regolament.

Or. en

Emenda  513

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 16b, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

5b. Il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar għandhom jipprovdu, fuq talba, l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti dwar il-każijiet individwali lill-Kummissjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sabiex jinħoloq fluss koerenti ta’ informazzjoni l-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tikseb l-informazzjoni mill-NEBs permezz ta’ dispożizzjoni rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  514

Corien Wortmann-Kool

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 16ca

Atti ddelegati

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 16e bil-ħsieb li tistabbilixxi fid-dettall il-lista mhux eżawrjenti taċ-ċirkostanzi meqjusa bħala straordinarji li jirriżultaw mill-ħidma tal-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar.”

Or. en

Emenda  515

Corien Wortmann-Kool

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15b) Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 16cb

Eżerċizzju tad-delega

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 16d hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ terminu identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni ma jopponux għal din l-estensjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 16d tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.

4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 16 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Or. en

Emenda  516

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta’ Jannar 2017 il-Kummissjoni għandha tirrapporta mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-tħaddim u r-riżultati ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward l-impatti tal-kumpens għal dewmien fit-tul u l-limitazzjoni tal-akkomodazzjoni f’ċirkostanzi straordinarji ta’ dewmien twil.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar it-titjib fil-protezzjoni tal-passiġġieri li qed jivvjaġġaw bl-ajru fuq titjiriet minn pajjiżi terzi li joperaw minn trasportaturi tal-ajru mhux tal-Komunità, fil-kuntest tal-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport tal-ajru.Meta jkun hemm bżonn, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi.

Sal-1 ta’ Jannar 2017 il-Kummissjoni għandha tirrapporta mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-tħaddim u r-riżultati ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward l-impatti tal-kumpens għal dewmien fit-tul u l-limitazzjoni tal-akkomodazzjoni f’ċirkostanzi straordinarji ta’ dewmien twil.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar it-titjib fil-protezzjoni tal-passiġġieri li qed jivvjaġġaw bl-ajru fuq titjiriet minn pajjiżi terzi operati minn trasportaturi tal-ajru mhux tal-Komunità, fil-kuntest tal-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport tal-ajru.Il-Kummissjoni għandha wkoll tfassal rapport dwar l-effiċjenza tal-miżuri u s-sanzjonijiet li ttieħdu mill-korpi msemmijin fl-Artikolu 16 u dwar ir-rilevanza possibbli ta’ approċċ armonizzat.Meta jkun hemm bżonn, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi.

Or. fr

Emenda  517

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta’ Jannar 2017 il-Kummissjoni għandha tirrapporta mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-tħaddim u r-riżultati ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward l-impatti tal-kumpens għal dewmien fit-tul u l-limitazzjoni tal-akkomodazzjoni f’ċirkostanzi straordinarji ta’ dewmien twil. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar it-titjib fil-protezzjoni tal-passiġġieri li qed jivvjaġġaw bl-ajru fuq titjiriet minn pajjiżi terzi li joperaw minn trasportaturi tal-ajru mhux tal-Komunità, fil-kuntest tal-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport tal-ajru. Meta jkun hemm bżonn, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi.

Sal-1 ta’ Jannar 2017 il-Kummissjoni għandha tirrapporta mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-tħaddim u r-riżultati ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward l-impatti tal-kumpens għal dewmien fit-tul u l-limitazzjoni tal-akkomodazzjoni f’ċirkostanzi straordinarji ta’ dewmien twil. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar it-titjib fil-protezzjoni tal-passiġġieri li qed jivvjaġġaw bl-ajru fuq titjiriet minn pajjiżi terzi li joperaw minn trasportaturi tal-ajru mhux tal-Komunità, fil-kuntest tal-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport tal-ajru.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-aħħar sentenza li tirreferi għall-proposti leġiżlattivi mhix meħtieġa. Il-Kummissjoni diġà għandha d-dritt li tagħmel proposti mingħajr ma ssir is-suppożizzjoni f’dan it-test li se tkun meħtieġa l-proposta leġiżlattiva.

Emenda  518

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

17a. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-Ajruport ta’ Ġibiltà bħala Territorju Barrani Brittaniku u ajruport fl-Unjoni Ewropea.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tneħħix mir-Regolament tal-2004 il-klawżola li tissospendi l-applikazzjoni għall-Ajruport ta’ Ġibiltà. Fl-2006, ir-Renju Unit, Spanja u l-Gvern ta’ Ġibiltà laħqu ftehim kostruttiv li jiżgura li l-Ajruport ta’ Ġibiltà jkun inkluż fis-suq uniku tal-avjazzjoni. Ġibiltà huwa ajruport tal-UE u f’konformità mat-Trattati l-miżuri kollha tal-UE dwar l-avjazzjoni għandhom jiġu estiżi għal Ġibiltà.

Emenda  519

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 2027/97

/

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

__________________

r-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni adatta diġà teżisti għall-qasam kopert jew mhix meħtieġa leġiżlazzjoni. It-tibdil mhux meħtieġ, u l-emendi kollha proposti fl-Artikolu 2 tal-proposta tal-Kummissjoni relatati mar-Regolament (KE) 2027/97 għandhom jitħassru (li b’riżultat jitħassar ukoll l-Anness 2).

Emenda  520

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jipprovdi formola għall-ilmenti fl-ajruport li tippermetti lill-passiġġier jissottometti minnufih ilment bħal dan dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji. Tali formola għall-ilmenti, li tista’ tieħu l-forma ta’ Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal. Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġier li jissottometti lment permezz ta’ mezzi oħra fl-iskadenzi mogħtija mill-Konvenzjoni ta’ Montreal.

Fl-ajruporti kollha, it-trasportaturi tal-ajru u l-groundhandlers tagħhom għandhom joħolqu servizz li jipprovdi lill-passiġġieri b’formola għall-ilmenti li tippermettilhom jissottomettu minnufih ilment dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji mal-wasla. Tali formola għall-ilmenti, li tista’ tieħu l-forma ta’ Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal. Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġieri li jissottometti lment permezz ta’ mezzi oħra fl-iskadenzi preskritti mill-Konvenzjoni ta’ Montreal. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16c, li tistabbilixxi l-formola standardizzata għall-pretensjonijiet.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 92 tar-Rapporteur. Bħall-atti kollha ta’ implimentazzjoni, il-formola għall-ilmenti għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali fil-lingwi kollha tal-UE.

Emenda  521

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jipprovdi formola għall-ilmenti fl-ajruport li tippermetti lill-passiġġier jissottometti minnufih ilment bħal dan dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji.Tali formola għall-ilmenti, li tista’ tieħu l-forma ta’ Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġier li jissottometti lment permezz ta’ mezzi oħra fl-iskadenzi mogħtija mill-Konvenzjoni ta’ Montreal.

It-trasportatur tal-ajru għandu jipprovdi formola għall-ilmenti fl-ajruport li jinsab fit-territorju fejn it-Trattat tal-Unjoni Ewropea huwa applikabbli u f’dawk li jinsabu fi Stati terzi fejn jidħol trasportatur tal-Komunità, li tippermetti lill-passiġġier jissottometti minnufih ilment bħal dan dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji. Tali formola għall-ilmenti, li tista’ tieħu l-forma ta’ Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal. Il-formola għall-ilmenti għandha tkun disponibbli wkoll għall-passiġġieri f’kull punt tal-bejgħ tat-trasportatur tal-ajru, inklużi fuq is-siti elettroniċi tiegħu, għall-operazzjonijiet ta’ trasport kollha li jsiru mit-trasportatur tal-ajru tal-Komunità u, għat-trasportaturi tal-ajru mhux tal-Komunità, fir-rigward tat-trasport li jsir minn, għal jew ġewwa l-Unjoni Ewropea.Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġier li jissottometti lment permezz ta’ mezzi oħra fl-iskadenzi mogħtija mill-Konvenzjoni ta’ Montreal.

Or. fr

Emenda  522

Michel Dantin, Dominique Riquet, Christine De Veyrac, Dominique Vlasto

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jipprovdi formola għall-ilmenti fl-ajruport li tippermetti lill-passiġġier jissottometti minnufih ilment bħal dan dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji.Tali formola għall-ilmenti, li tista’ tieħu l-forma ta’ Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġier li jissottometti lment permezz ta’ mezzi oħra fl-iskadenzi mogħtija mill-Konvenzjoni ta’ Montreal.

It-trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jiżgura li l-bankijiet tar-reġistrazzjoni, tal-imbark u/jew il-persunal ta’ kuntatt fl-ajruport ikollhom formoli għall-ilmenti li tippermetti lill-passiġġier jissottometti minnufih ilment bħal dan dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji. Tali formola għall-ilmenti, li tista’ tieħu l-forma ta’ Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġier li jissottometti lment permezz ta’ mezzi oħra fl-iskadenzi mogħtija mill-Konvenzjoni ta’ Montreal.

Or. fr

Emenda  523

Jim Higgins

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jipprovdi formola għall-ilmenti fl-ajruport li tippermetti lill-passiġġier jissottometti minnufih ilment bħal dan dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji. Tali formola għall-ilmenti, li tista’ tieħu l-forma ta’ Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal. Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġier li jissottometti lment permezz ta’ mezzi oħra fl-iskadenzi mogħtija mill-Konvenzjoni ta’ Montreal.

It-trasportatur tal-ajru tal-Komunità jew ir-rappreżentant tiegħu għall-groundhandling għandu jipprovdi formola għall-ilmenti fl-ajruport li tippermetti lill-passiġġier jissottometti minnufih ilment bħal dan dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji. Tali formola għall-ilmenti, li tista’ tieħu l-forma ta’ Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal. Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġier li jissottometti lment permezz ta’ mezzi oħra fl-iskadenzi mogħtija mill-Konvenzjoni ta’ Montreal.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha tkopri s-sitwazzjonijiet fejn it-trasportatur tal-ajru ma jkollux preżenza diretta fl-ajruport innifsu imma huwa rrappreżentat permezz tal-groundhandler

Emenda  524

Nathalie Griesbeck

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk bagalja tintilef, iddum ma tasal jew issirilha l-ħsara, il-linji tal-ajru għandhom l-ewwel jagħtu kumpens lill-passiġġieri li magħhom ikollhom kuntratt, qabel ma mbagħad ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt li jfittxu rimedju mill-ajruporti jew mill-fornituri tas-servizzi għad-danni li għalihom ma kinux neċessarjament responsabbli

Or. fr

Emenda  525

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jkun qed iġorr siġġijiet tar-roti jew tagħmir tal-mobbiltà jew apparat tal-assistenza ieħor li jkun diġà għadda miċ-check-in, it-trasportatur tal-ajru u l-aġenti tiegħu jistgħu joffru kull persuna b’mobbiltà mnaqqsa kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/200625 l-għażla li jagħmlu, mingħajr ħlas, dikjarazzjoni ta’ interess speċjali skont l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, mal-prenotazzjoni u mhux aktar tard minn meta t-tagħmir jingħata lit-trasportatur tal-ajru.

Meta jkun qed iġorr siġġijiet tar-roti jew tagħmir tal-mobbiltà jew apparat tal-assistenza ieħor li jkun diġà għadda miċ-check-in, it-trasportatur tal-ajru u l-aġenti tiegħu jistgħu joffru kull persuna b’diżabbiltà jew b’mobbiltà mnaqqsa kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 l-għażla li jagħmlu, mingħajr ħlas, dikjarazzjoni ta’ interess speċjali skont l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, mal-prenotazzjoni u mhux aktar tard minn meta t-tagħmir jingħata lit-trasportatur tal-ajru. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mudell ta’ formola għal dikjarazzjoni ta’ interess bħal din permezz ta’ att iddelegat adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16c.

__________________

__________________

25 Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 93 tar-rapporteur. Sabiex tkun iffaċilitata l-proċedura ta’ dikjarazzjoni, mudell ta’ formola jista’ jkun ta’ għajnuna. Dan għandu jagħti kemm lill-passiġġieri kif ukoll lit-trasportaturi tal-ajru gwida għall-forniment ta’ informazzjoni rilevanti u d-dokumentazzjoni meħtieġa f’każ ta’ distruzzjoni, telf jew ħsara lit-tagħmir ta’ mobbiltà.

Emenda  526

Brian Simpson

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jkun qed iġorr siġġijiet tar-roti jew tagħmir tal-mobbiltà jew apparat tal-assistenza ieħor li jkun diġà għadda miċ-check-in, it-trasportatur tal-ajru u l-aġenti tiegħu jistgħu joffru kull persuna b’mobbiltà mnaqqsa kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/200625 l-għażla li jagħmlu, mingħajr ħlas, dikjarazzjoni ta’ interess speċjali skont l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, mal-prenotazzjoni u mhux aktar tard minn meta t-tagħmir jingħata lit-trasportatur tal-ajru.

Meta jkun qed iġorr siġġijiet tar-roti jew tagħmir tal-mobbiltà jew apparat tal-assistenza ieħor li jkun diġà għadda miċ-check-in, it-trasportatur tal-ajru u l-aġenti tiegħu jistgħu jgħarrfu u joffru kull persuna b’mobbiltà mnaqqsa kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/200625 l-għażla li jagħmlu, mingħajr ħlas, dikjarazzjoni ta’ interess speċjali skont l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, mal-prenotazzjoni u mhux aktar tard minn meta t-tagħmir jingħata lit-trasportatur tal-ajru.

__________________

__________________

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.

Emenda  527

Inés Ayala Sender

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6a – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6a, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

3a. It-trasportaturi tal-ajru għandhom joffru lill-passiġġieri l-possibbiltà li jieħdu s-siġġu tar-roti sal-bieb tat-tluq, inklużi l-puxċers tat-tfal, li mbagħad jingħataw lura fil-bieb tal-ajruplan, mingħajr ebda spiża addizzjonali. Fil-każ li minħabba raġunijiet ta’ sigurtà dan ma jkunx possibbli, għandhom jipprovdu mod alternattiv biex jinnavigaw fit-terminal tal-ajruport sakemm ikunu jistgħu jiġbru l-bagalji tagħhom, mingħajr ebda spiża addizzjonali. Jekk ir-raġunijiet ta’ sigurtà msemmija huma minħabba raġunijiet inerenti fit-terminal, l-awtorità ta’ ġestjoni tal-ajruport għandha tieħu ħsieb il-mod alternattiv ikkunsidrat f’dan il-paragrafu.

Or. es

Ġustifikazzjoni

F’diversi ajruporti tal-UE mhuwiex permess li jittieħed is-siġġu għal persuni b’nuqqas ta’ mobbiltà jew puxċers għat-tfal sal-birb tat-tluq u xi kultant, dawn jiġu rritornati lura biss fiċ-ċinturin tal-ġbir tal-bagalji. Dan jillimita ħafna l-mobbiltà ta’ dawn il-persuni, u għalhekk għandu jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jieħdu s-siġġijiet tagħhom sal-bieb tat-tluq. Fil-każ li ma jkunx meħtieġ minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, għandu jkun hemm mezzi alternattivi disponibbli u b’xejn.

Emenda  528

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16 tar-Regolament 261/2004 għandu jiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, dan għandu jissorvelja:

imħassar

it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti tat-trasport bl-ajru;

l-offerta sistematika ta’ dikjarazzjoni ta’ interess speċjali għal tagħmir tal-mobbiltà li jgħaddi miċ-check-in, u ta’ livell xieraq ta’ kumpens fil-każ ta’ ħsara kkawżata lit-tagħmir tal-mobbiltà;

– il-ħlas bil-quddiem skont l-Artikolu 5(1) meta applikabbli;

–l-applikazzjoni tal-Artikolu 6.

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Qegħdin intenzjonalment nipproponu soluzzjonijiet li jimminimizzaw il-burokrazija addizzjonali għall-awtoritajiet u t-trasportaturi tal-ajru. F’dan il-kuntest, nopponu li kwistjonijiet ta’ bagalji skont ir-Regolament Nru 2027/97 jitqiegħdu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet amministrattivi. Il-Konvenzjoni ta’ Montreal, li hija implimentata minn dan ir-Regolament fl-UE, ma tirrikjedix il-ħatra ta’ korp superviżorju, iżda minflok tindirizza kwistjonijiet ta’ responsabbiltà għad-danni, li għalihom għandhom isiru pretensjonijiet permezz ta’ proċeduri ġudizzjarji – mhux amministrattivi.

Emenda  529

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fini ta’ monitoraġġ tal-protezzjoni ta’ passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa u ta’ passiġġieri b’diżabbiltajiet fil-każ ta’ ħsara fit-tagħmir tal-mobbiltà tagħhom, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jeżamina wkoll u jqis l-informazzjoni fuq l-ilment dwar tagħmir tal-mobbiltà sottomessa lill-korpi maħtura skont l-Artikolu 16a tar-Regolament Nru 261/2004.

imħassar

Or. pl

Emenda  530

Silvia-Adriana Țicău

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6c – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

.

Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [OPOCE, jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għat-tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

Or. ro

Emenda  531

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6c – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 6(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ terminu identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal din l-estensjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-test ġie adattat għall-perjodu standard tad-delega tas-setgħa mogħtija mill-Parlament lill-Kummissjoni.

Emenda  532

Petra Kammerevert, Knut Fleckenstein

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, waqt il-buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

It-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar, qabel il-buking finali jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji. Il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina għandha tinkludi tal-inqas bagalja waħda u baskett wieħed li jinkludi oġġetti mixtrija mill-ajruport. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Il-linji tal-ajru ma għandhomx jitħallew japplikaw restrizzjonijiet mhux iġġustifikati u eċċessivi fuq l-ammont ta’ bagalji tal-idejn.

Emenda  533

Preslav Borissov

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, waqt il-buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, fil-bidu ta’ kull proċess ta’ buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet fil-bidu ta’ kull proċess tal-buking jew fuq talba fl-ajruport.

Or. en

Emenda  534

Izaskun Bilbao Barandica

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, waqt il-buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

It-trasportaturi tal-ajru għandhom jindikaw b’mod ċar, u trasparenti, qabel ma jsir il-buking finali, fil-kanali kollha ta’ distribuzzjoni inklużi s-sistemi tal-buking ikkompjuterizzati u taċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjoni fuq l-għadd tal-oġġetti li għandhom jiġu applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji u d-dettalji tal-ħlasijiet żejda applikabbli għall-ġarr tal-bagalji. Irrispettivament mill-kanal ta’ distribuzzjoni, dawk l-oġġetti li għalihom japplikaw ħlasijiet addizzjonali għandhom ikunu jistgħu jinxtraw flimkien mas-servizz tal-ivvjaġġar essenzjali.

Or. es

Emenda  535

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, waqt il-buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

It-trasportaturi tal-ajru għandhom jindikaw biċ-ċar, fi stadju bikri tal-proċess tal-buking, fil-kanali ta’ distribuzzjoni kollha inkluż is-sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzati, jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji u d-dettalji tal-ispejjeż addizzjonali applikabbli għall-ġarr tal-bagalji. Id-dettalji tal-ħlasijiet żejda applikabbli għall-ġarr tal-bagalji mit-trasportaturi tal-ajru għandhom jiġu kkomunikati fi stadju bikri tal-proċess tal-buking jew fuq talba fl-ajruport b’mod ċar, trasparenti u mhux ambigwu. Is-servizz tal-ivvjaġġar ewlieni u l-ħlasijiet żejda għandhom ikunu identifikabbli b’mod ċar u jistgħu jinxtraw b’mod separat minn xulxin.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 95 tar-Rapporteur sabiex tiżdied it-talba għat-trasparenza fil-prezz u l-libertà kummerċjali.

Emenda  536

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, waqt il-buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, waqt il-buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji u kwalunkwe restrizzjonijiet fuq ix-xiri mill-ajruport. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe restrizzjonijiet applikati fuq ix-xiri ta’ oġġetti żgħar tal-ivvjaġġar bla dazju għandhom jiġu indikati b’mod ċar lill-passiġġieri waqt il-buking jew waqt iċ-check-in

Emenda  537

Luis de Grandes Pascual

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, waqt il-buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

It-trasportaturi tal-ajru għandhom jindikaw b’mod ċar, fil-bidu tal-proċess tal-buking, fil-kanali kollha ta’ distribuzzjoni inklużi s-sistemi tal-buking ikkompjuterizzati, u taċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjoni fuq l-għadd tal-oġġetti li għandhom jiġu applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji u d-dettalji tal-ħlasijiet żejda applikabbli għall-ġarr tal-bagalji. Irrispettivament mill-kanal ta’ distribuzzjoni, dawk l-oġġetti li għalihom japplikaw ħlasijiet addizzjonali għandhom ikunu jistgħu jinxtraw flimkien mas-servizz tal-ivvjaġġar essenzjali.

Or. es

Ġustifikazzjoni

Fl-ewwel parti tal-emenda jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jeħtieġ ċerti kundizzjonijiet għall-ġarr tal-bagalji tal-idejn u għalhekk mhuwiex korrett li jingħad li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali sħiħa biex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jippermettu l-ġarr tal-bagalji. It-tieni parti, ittejjeb l-emenda 95 tar-rapporteur li tiċċara li d-dettalji dwar il-bagalji għandhom jingħataw fil-bidu tal-proċess tal-buking.

Emenda  538

Bernadette Vergnaud

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, waqt il-buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji.Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, waqt il-buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji.Il-prezz tal-biljett indikat fil-ħin tal-ibbukkjar għandu jinkludi t-trasport ta’ bagalja awtorizzata fil-kabina, bagalja rreġistrata u oġġetti indispensabbli.Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

Or. fr

Emenda  539

Inés Ayala Sender

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6d, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. Għandu jiġi permess lill-passiġġieri li jġorru, mingħajr ebda spiża addizzjonali fil-kabina, oġġetti jew affarijiet personali, essenzjali bħal kowt, ħendbeg, inkluż ukoll ix-xiri magħmul fil-ħwienet tal-ajruport, kif ukoll il-kwota massima permessa tal-bagalji tal-kabina.

Or. es

Ġustifikazzjoni

Għandha tintemm il-prattika ta’ ċerti trasportaturi tal-ajru li jirrestrinġu l-possibbiltà li wieħed jidħol fl-kabina b’ħendbegs jew oġġetti essenzjali oħra, lil hinn mill-bagalji li jistgħu jittellgħu fil-kabina, jew b’xiri magħmul fl-ajruport. Din il-prattika tinvolvi wkoll kompetizzjoni inġusta, peress li l-kumpanji nnifishom joffru l-bejgħ tal-istess oġġetti mingħajr ebda restrizzjoni abbord l-ajruplan.

Emenda  540

Preslav Borissov

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6d, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

‘1a. Flimkien mal-kwota massima preskritta tal-bagalji fil-kabina, il-passiġġieri għandhom permess iġorru fil-kabina x-xiri mill-ajruport, mingħajr ħlas.’

Or. en

Emenda  541

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6d, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1b. Mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1107/2006, il-kwoti tal-bagalji li wieħed jista’ jtella’ miegħu jistgħu jiġu espressi f’dimensjonijiet massimi u/jew piżijiet massimi tal-kwota totali li kull passiġġier jista’ jtella’ miegħu, imma mingħajr restrizzjoni għall-għadd speċifiku ta’ oġġetti li jinġarru.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-linji tal-ajru għandhom jiddeterminaw il-kwota massima tal-bagalji bħala piż jew dimensjoni imma għandha tiġi pprojbita l-possibbiltà li jiġi limitat l-għadd ta’ oġġetti.

Emenda  542

Vilja Savisaar-Toomast, Anne E. Jensen

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6d, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. Mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1107/2006, il-kwoti tal-bagalji li wieħed jista’ jtella’ miegħu jistgħu jiġu espressi f’dimensjonijiet massimi u/jew piżijiet massimi tal-kwota totali li kull passiġġier jista’ jtella’ miegħu, imma mingħajr restrizzjoni għall-għadd speċifiku ta’ bagalji.

Or. en

Emenda  543

Izaskun Bilbao Barandica

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. Għandu jiġi permess lill-passiġġieri jġorru fil-kabina, mingħajr ebda spiża addizzjonali, l-oġġetti jew affarijiet personali essenzjali tagħhom, inkluż ix-xiri magħmul fil-ħwienet tal-ajruport, kif ukoll il-kwota massima permessa tal-bagalji tal-kabina.

Or. es

Emenda  544

Giommaria Uggias

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6d, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. It-trasportaturi tal-ajru għandhom iħallu lill-passiġġieri jġorru fil-kabina, mingħajr ħlas, oġġetti personali essenzjali, li jinkludu oġġetti mixtrija mill-ajruport, b’żieda mal-allokazzjoni massima ta’ bagalji fil-kabina, sakemm it-total tat-tliet dimensjonijiet tal-basket bl-oġġetti mixtrija ma jaqbiżx it-80 cm (pereżempju 35x30x15) u l-piż ta’ 5 kilogrammi.

Or. it

Emenda  545

Luis de Grandes Pascual

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6d, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. Għandu jkun permess li l-passiġġieri jġorru fil-kabina l-oġġetti jew l-affarijiet personali essenzjali inkluż ix-xiri mill-ajruport mingħajr spejjeż żejda flimkien mal-kwota preskritta tal-bagalji fil-kabina.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-drittijiet u l-esperjenza tal-passiġġieri marru lura minħabba r-restrizzjonijiet imposti riċentement minn ċertu linji tal-ajru li jiċċarġjaw għal oġġetti addizzjonali li jaqbżu l-biċċa waħda ta’ bagalji tal-idejn bħal ma hu x-xiri tagħhom mill-ajruport. Għandu jkun permess li l-passiġġieri jġorru fil-kabina mingħajr ħlas ix-xiri tagħhom mill-ajruport flimkien mal-kwota preskritta tal-bagalji fil-kabina. Din l-emenda hija konformi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew espressa f’diversi rapporti rigward il-kwistjoni, bħal ( P7_TA(2012)0099 , P7_TA(2012)0152 , P7_TA(2012)0371 .

Emenda  546

Georgios Koumoutsakos

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6d, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. Għandu jkun permess li l-passiġġieri jġorru fil-kabina l-oġġetti jew l-affarijiet personali essenzjali inkluż ix-xiri rilevanti mill-ajruport mingħajr spejjeż żejda flimkien mal-kwota preskritta tal-bagalji fil-kabina.

Or. en

Emenda  547

Michel Dantin, Christine De Veyrac, Dominique Vlasto

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6d, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a. Il-passiġġieri għandhom il-permess li jieħdu magħhom fil-kabina mingħajr ħlas mill-inqas oġġett wieħed, pereżempju basket tal-id, valiġġa żgħira jew basket li fih oġġetti mixtrija fl-ajruport, minbarra l-ammont massimu tal-bagalji awtorizzati fil-kabina. It-trasportatur tal-ajru huwa awtorizzat li jiddefinixxi l-ammont massimu tal-oġġetti kkonċernati.".

Or. fr

Emenda  548

Jim Higgins

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6d, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a. Għandu jkun permess li l-passiġġieri jġorru fil-kabina ammont raġonevoli ta’ oġġetti jew affarijiet personali essenzjali inkluż mill-inqas basket wieħed tax-xiri mill-ajruport, mingħajr spejjeż żejda, flimkien mal-kwota tal-bagalji fil-kabina.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun permess li l-passiġġieri jġorru basket wieħed ta’ xiri mill-ajruport abbord mingħajr ħlasijiet żejda. Dan huwa konformi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fir-Rapport dwar il-funzjonament u l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti ta’ persuni li jivvjaġġaw bl-ajru ta’ Keith Taylor, ir-Rapport dwar il-futur tal-ajruporti reġjonali u tas-servizzi tal-ajru fl-UE ta’ Philip Bradbourn u r-Rapport dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport ta’ Georges Bach.

Emenda  549

Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta minħabba ċirkostanzi straordinarji, bħal raġunijiet ta’ sikurezza jew tibdil fit-tip ta’ trasportatur tal-arju wara li jkun sar il-buking, ma jkunux jistgħu jinġarru fil-kabina dawk l-oġġetti inklużi fil-kwota tal-bagalji li wieħed jista’ jtella’ miegħu, it-trasportatur tal-ajru jista’ jġorrhom fl-istiva tal-ajruplan, iżda mingħajr spiża żejda għall-passiġġier.

It-trasportatur tal-ajru jista’ jġorr dawn l-oġġetti ta’ hawn fuq fl-istiva tal-ajruplan fil-każ li l-kundizzjonijiet eċċezzjonali relatati ma’ raġunijiet ta’ sikurezza u l-karatteristiċi speċifiċi tal-ajruplan jipprekludu t-trasportazzjoni fil-kabina. L-ebda ħlasijiet żejda ma għandhom japplikaw f’dawn il-każijiet.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ddisinjata biex tqis iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali relatati mal-ajruplan jew ir-raġunijiet ta’ sikurezza li jistgħu jipprekludu l-ġarr fil-kabina ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 6 – punt d – subparagrafu 1a u 1b.

Emenda  550

Georges Bach

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta minħabba ċirkostanzi straordinarji, bħal raġunijiet ta’ sikurezza jew tibdil fit-tip ta’ trasportatur tal-arju wara li jkun sar il-buking, ma jkunux jistgħu jinġarru fil-kabina dawk l-oġġetti inklużi fil-kwota tal-bagalji li wieħed jista’ jtella’ miegħu, it-trasportatur tal-ajru jista’ jġorrhom fl-istiva tal-ajruplan, iżda mingħajr spiża żejda għall-passiġġier.

Meta minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal raġunijiet ta’ sikurezza, jew il-karatteristiċi speċifiċi tal-ajruplan ma jkunux jistgħu jinġarru fil-kabina dawk l-oġġetti inklużi fil-kwota tal-bagalji li wieħed jista’ jtella’ miegħu jew ix-xiri mill-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jista’ jġorrhom fl-istiva tal-ajruplan, iżda mingħajr spiża żejda għall-passiġġier.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ddisinjata biex tqis iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali relatati ma’ raġunijiet ta’ sikurezza jew il-karatteristiċi tal-ajruplan bħad-daqs tiegħu li jistgħu jipprekludu l-ġarr fil-kabina tal-oġġetti deskritti fl-Artikolu 6d(1a).

Emenda  551

Silvia-Adriana Țicău

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragraph 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta minħabba ċirkostanzi straordinarji, bħal raġunijiet ta’ sikurezza jew tibdil fit-tip ta’ trasportatur tal-arju wara li jkun sar il-buking, ma jkunux jistgħu jinġarru fil-kabina dawk l-oġġetti inklużi fil-kwota tal-bagalji li wieħed jista’ jtella’ miegħu, it-trasportatur tal-ajru jista’ jġorrhom fl-istiva tal-ajruplan, iżda mingħajr spiża żejda għall-passiġġier.

Meta minħabba ċirkostanzi straordinarji, bħal raġunijiet ta’ sikurezza jew tibdil fit-tip ta’ trasportatur tal-arju wara li jkun sar il-buking, ma jkunux jistgħu jinġarru fil-kabina dawk l-oġġetti inklużi fil-kwota tal-bagalji li wieħed jista’ jtella’ miegħu, it-trasportatur tal-ajru għandu, bil-qbil tal-passiġġier, iġorrhom fl-istiva tal-ajruplan, iżda mingħajr spiża żejda għall-passiġġier.

Or. ro

Emenda  552

Michel Dantin, Christine De Veyrac, Dominique Vlasto

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta minħabba ċirkostanzi straordinarji, bħal raġunijiet ta’ sikurezza jew tibdil fit-tip ta’ trasportatur tal-arju wara li jkun sar il-buking, ma jkunux jistgħu jinġarru fil-kabina dawk l-oġġetti inklużi fil-kwota tal-bagalji li wieħed jista’ jtella’ miegħu, it-trasportatur tal-ajru jista’ jġorrhom fl-istiva tal-ajruplan, iżda mingħajr spiża żejda għall-passiġġier.

Meta minħabba ċirkostanzi straordinarji, bħal raġunijiet ta’ sikurezza jew tibdil fit-tip ta’ trasportatur tal-arju wara li jkun sar il-buking, ma jkunux jistgħu jinġarru fil-kabina dawk l-oġġetti inklużi fil-kwota tal-bagalji li wieħed jista’ jtella’ miegħu u oġġetti oħra normalment awtorizzati biex jinġarru fil-kabina, it-trasportatur tal-ajru jista’ jġorrhom fl-istiva tal-ajruplan, iżda mingħajr spiża żejda għall-passiġġier. Bagalja awtorizzata biex tinġarr fil-kabina, jew kull oġġett ieħor, li jkun awtorizzat biex jinġarr fil-kabina waqt ir-reġistrazzjoni mal-bank tal-linja tal-ajru fl-ajruport, ma jistax jiġi rrifjutat fil-mument tal-imbark għal ebda raġuni, ħlief jekk din il-bagalja ttinġarr fl-istiva tal-ajruplan mingħajr spiża żejda għall-passiġġier.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Billi numru dejjem jiżdied ta’ linji tal-ajru qed iwettqu żewġ verifiki tar-rispett tar-rekwiziti tal-bagalji awtorizzati biex jinġarru fil-kabina (waqt ir-reġistrazzjoni mal-bank u fil-ħin tal-imbark), il-passiġġieri m’għandhomx isibu ruħhom f’sitwazzjoni fejn il-bagalja tagħhom tiġi miċħuda mat-tieni verifika waqt l-imbark, u b’hekk jidħlu spejjeż żejda, filwaqt li dan ikun ġie aċċettat inizjalment mal-bank tar-reġistrazzjoni.

Emenda  553

Izaskun Bilbao Barandica

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6e – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jħall passiġġier iġorr strument mużikali fil-kabina tal-passiġġieri ta’ ajruplan soġġett għar-regoli ta’ sigurtà applikabbli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-restrizzjonijiet tal-ajruplan ikkonċernat. L-istrumenti mużikali għandhom jiġu aċċettati għat-trasport fil-kabina tal-ajruplan diment li t-tali strumenti jistgħu jiġu stivati b’mod sigur f’kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri. Trasportatur tal-ajru jista’ jiddetermina li strument mużikali għandu jifforma parti mill-kwota permessa tal-bagalji tal-idejn ta’ passiġġier u ma jinġarrx b’żieda ma’ dik il-kwota.

Trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jħalli passiġġier iġorr strument mużikali fil-kabina tal-passiġġieri ta’ ajruplan soġġett għar-regoli ta’ sigurtà applikabbli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-restrizzjonijiet tal-ajruplan ikkonċernat. L-istrumenti mużikali għandhom jiġu aċċettati għat-trasport fil-kabina tal-ajruplan diment li t-tali strumenti jistgħu jiġu stivati b’mod sigur f’kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri. Trasportatur tal-ajru jista’ jiddetermina li strument mużikali għandu jifforma parti mill-kwota permessa tal-bagalji tal-idejn ta’ passiġġier u ma jinġarrx b’żieda ma’ dik il-kwota. Madankollu, din il-kwota għall-bagalji tal-idejn ma għandhiex tinkludi inqas minn biċċa waħda flimkien mal-istrument.

Or. en

Emenda  554

Izaskun Bilbao Barandica

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6e – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta strument mużikali jkun kbir wisq biex jiġi stivat b’mod sigur f’kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri, it-trasportatur tal-ajru jista’ jitlob il-ħlas ta’ biljett addizzjonali meta t-tali strumenti mużikali jinġarru bħala bagalji tal-idejn fuq sedil ieħor. Meta jinxtara t-tieni sedil, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex ipoġġi l-passiġġier u l-istrument mużikali kkonċernat biswit xulxin. Meta disponibbli u jekk jintalab hekk, l-istrumenti mużikali għandhom jinġarru f’parti msaħħna tal-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan soġġetti għar-regoli ta’ sigurtà applikabbli, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ajruplan ikkonċernat. Trasportatur tal-ajru għandu jindika biċ-ċar it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu li abbazi tagħhom se jiġu trasportati l-istrumenti mużikali u l-imposti applikabbli.

Meta strument mużikali jkun kbir wisq biex jiġi stivat b’mod sigur f’kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri, it-trasportatur tal-ajru jista’ jitlob il-ħlas ta’ biljett addizzjonali eżonerat mill-ħlas tat-taxxi tal-ajruport, meta t-tali strumenti mużikali jinġarru bħala bagalji tal-idejn fuq sedil ieħor. Meta jinxtara t-tieni sedil, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex ipoġġi l-passiġġier u l-istrument mużikali kkonċernat biswit xulxin. Meta disponibbli u jekk jintalab hekk, l-istrumenti mużikali għandhom jinġarru f’parti msaħħna tal-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan soġġetti għar-regoli ta’ sigurtà applikabbli, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ajruplan ikkonċernat. It-trasportatur tal-ajru għandu jimmarka dawn l-istrumenti b’tikketti speċifiċi sabiex jiżgura li jiġu ttrattati b’kura adegwata. Trasportatur tal-ajru għandu jindika biċ-ċar it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu li abbażi tagħhom se jiġu trasportati l-istrumenti mużikali u l-imposti applikabbli.

Or. en

Emenda  555

Phil Bennion

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6e – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta strument mużikali jkun kbir wisq biex jiġi stivat b’mod sigur f’kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri, it-trasportatur tal-ajru jista’ jitlob il-ħlas ta’ biljett addizzjonali meta t-tali strumenti mużikali jinġarru bħala bagalji tal-idejn fuq sedil ieħor. Meta jinxtara t-tieni sedil, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex ipoġġi l-passiġġier u l-istrument mużikali kkonċernat biswit xulxin. Meta disponibbli u jekk jintalab hekk, l-istrumenti mużikali għandhom jinġarru f’parti msaħħna tal-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan soġġetti għar-regoli ta’ sigurtà applikabbli, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ajruplan ikkonċernat. Trasportatur tal-ajru għandu jindika biċ-ċar it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu li abbazi tagħhom se jiġu trasportati l-istrumenti mużikali u l-imposti applikabbli.

Meta strument mużikali jkun kbir wisq biex jiġi stivat b’mod sigur f’kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri, it-trasportatur tal-ajru jista’ jitlob il-ħlas ta’ biljett addizzjonali meta t-tali strumenti mużikali jinġarru bħala bagalji tal-idejn fuq sedil ieħor. Dan il-biljett addizzjonali ma għandux ikun suġġett għall-ħlas tat-taxxa tat-tluq tal-ajruport rilevanti. Meta jinxtara t-tieni sedil, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex ipoġġi l-passiġġier u l-istrument mużikali kkonċernat biswit xulxin. Meta disponibbli u jekk jintalab hekk, l-istrumenti mużikali għandhom jinġarru f’parti msaħħna tal-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan soġġetti għar-regoli ta’ sigurtà applikabbli, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ajruplan ikkonċernat. Trasportatur tal-ajru għandu jindika biċ-ċar it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu li abbażi tagħhom se jiġu trasportati l-istrumenti mużikali u l-imposti applikabbli.

Or. en

Emenda  556

Vilja Savisaar-Toomast, Anne E. Jensen

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6e - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6e, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

2a. It-trasportatur tal-ajru għandu jindika biċ-ċar waqt l-buking u fit-termini u l-kondizzjonijiet tiegħu l-bażi li fuqha l-istrumenti mużikali se jkunu trasportati, inkluż l-ispejjeż applikabbli, il-faċilitajiet għall-ġarr ta’ strumenti mużikali li huma disponibbli fuq l-ajruplan ikkonċernat u d-dimensjonijiet ta’ dawn il-faċilitajiet. Meta jkun hemm bżonn li jiġi bbukkjat it-tieni sedil, il-passiġġieri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jibbukkjaw it-tieni sedil onlajn.

Or. en

Emenda  557

Christine De Veyrac, Michel Dantin

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6e – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 6e:

2a. Trasportatur tal-ajru għandu jindika biċ-ċar waqt l-ibbukkjar u fil-kundizzjonijiet kuntrattwali, il-metodi tal-ġarr tal-istrumenti mużikali, inkluż l-ispejjeż applikabbli u l-faċilitajiet għall-ġarr ta’ strumenti mużikali li huma disponibbli fuq l-ajruplan ikkonċernat. Meta jeħtieġ li jiġi bbukkjat post ieħor, għandu jiġi offrut lill-passiġġieri il-possibilità li jibbukkjaw onlajn dan it-tieni post b’tariffa attraenti.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Itenni l-proposta tar-rapporteur (Emenda 100) filwaqt li jispeċifika li jeħtieġ li passiġġier ikollu offerta ta’ tariffa attraenti għal dan it-tieni post sabiex titnaqqas l-ispiża u hekk jiġi limitat l-impatt finanzjarju għall-passiġġier.

Emenda  558

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 90 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ħlief għall-Artikoli 16 u 16a, li għandhom jidħlu fis-seħħ 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-industrija tkun teħtieġ mill-inqas 90 jum biex iddaħħal fis-seħħ il-proċeduri biex tikkonforma mar-Regolament rivedut. Il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar jeħtieġu mill-inqas 12-il xahar biex idaħħlu fis-seħħ ir-reġim tal-infurzar relatat rivedut.

Emenda  559

Knut Fleckenstein, Jörg Leichtfried, Ismail Ertug

Proposta għal regolament

Anness 1

Ir-Regolament (KE) 261/2004

Anness 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘Anness: il-lista mhux eżawrjenti taċ-ċirkostanzi meqjusin bħala ċirkostanzi straordinarji għall-fini ta’ dan ir-Regolament

‘Anness: il-lista eżawrjenti taċ-ċirkostanzi meqjusin bħala ċirkostanzi straordinarji għall-fini ta’ dan ir-Regolament

Or. de

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali fir-rigward tad-definizzjoni ta’ ċirkostanzi straordinarji, il-lista għandha tkun eżawrjenti.

Emenda  560

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċirkostanzi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala straordinarji:

Iċ-ċirkostanzi li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala straordinarji:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sabiex tingħata biżżejjed flessibbiltà lill-NEBs, il-Korpi ADR u l-qrati biex isibu soluzzjonijiet xierqa fil-każijiet individwali, dawn il-korpi għandu jkollhom il-possibbiltà li jiddevjaw minn din il-lista jekk il-każ individwali jkun jeħtieġ hekk.

Emenda  561

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004/KE

Anness 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċirkostanzi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala straordinarji:

Iċ-ċirkostanzi għandhom jitqiesu bħala straordinarji jekk ma setgħux jiġu evitati anke li kieku ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha, jiġifieri ċ-ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll attwali tat-trasportatur tal-ajru:

Or. en

Emenda  562

Corien Wortmann-Kool

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċirkostanzi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala straordinarji:

Iċ-ċirkostanzi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala straordinarji u għandhom jiġu stabbiliti iżjed permezz tal-att iddelegat skont l-Artikolu 16e:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-emenda ta’ Wortmann-Kool dwar l-adozzjoni tal-att iddelegat dwar il-lista mhux eżawrjenti u mhux vinkolanti ta’ ċirkostanzi straordinarji.

Emenda  563

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness I – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjeni l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

imħassar

Or. en

Emenda  564

Saïd El Khadraoui

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii

Emenda  565

problem tekniċi li jaffetwaw l-operat tal-ajruplan, ikkawżati minn diżastri naturali, sabutaġġ, terroriżmu, kundizzjonijiet meteoroloġiċi, kolliżjoni ma’ materjal barrani; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti, jew difett li nħoloq matul it-titjira għal raġunijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-punt 2(i), meta d-difett inkwistjoni jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira u jipprevjeni t-tkomplija normali tat-titjira;

Or. pl

Ġustifikazzjoni

Skont is-sentenza mogħtija fil-kawża Wallentin-Hermann, problemi tekniċi mhux neċessarjament jikkostitwixxu ċirkostanzi straordinarji. Eċċezzjoni tkun problemi tekniċi li jirriżultaw minn ċirkostanzi li ma jistgħux jiġu kkontrollati. L-emenda tiddeskrivi l-avvenimenti li jappartjenu għal din il-kategorija, jiġifieri dawk l-avvenimenti li dejjem kellhom impatt fuq is-sigurtà tat-titjira u li jipprevjenu t-tkomplija normali tat-titjira.

Emenda  566

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjeni l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

problemi tekniċi u nuqqasijiet mhux mistennija dwar is-sikurezza tat-titjira li jiġu skoperti matul it-titjira jew immedjatament qabel it-tluq u li jipprevjenu l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew kwistjoni ta’ sikurezza li tiġi rivelata mill-manifattur, awtorità kompetenti jew trasportatur tal-ajru jew organizzazzjoni tal-manutenzjoni;

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-kelma inerenti mhix ċara u kkawżat problemi sinifikanti fl-applikazzjoni tar-Regolament attwali. Billi nimxu lejn il-kunċett ta’ problemi tekniċi li jiġu skoperti matul jew immedjatament qabel it-titjira jindika li dawn huma problemi mhux mistennija.

Emenda  567

Petra Kammerevert

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjeni l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjenu l-kontinwazzjoni normali tal-operat;

Or. de

Emenda  568

Silvia-Adriana Țicău

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjeni l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan u li ma jistgħux jiġu skoperti bi proċeduri ta’ rutina ta’ manutenzjoni u ta’ spezzjoni teknika, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjenu l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

Or. ro

Emenda  569

Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjeni l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

problemi tekniċi bħall-identifikazzjoni ta’ difett wara li l-ajruplan ikun ġie rilaxxat għas-servizz u li jipprevjenu l-kontinwazzjoni sikura tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

Or. en

Ġustifikazzjoni

The wording “during the flight operation” in the Commission’s proposal is ambiguous. It should be replaced with a reference to the moment “after the aircraft has been released to service”. Under EASA rules [Commission Regulation (EC) N° 2042/2003, Annex I – Part M, paragraph M.A.612 “Aircraft certificate of release to service”], a “Certificate of Release to Service” must be issued before flight at the completion of any aircraft maintenance. The signing of this document therefore constitutes an exact moment in time and reflects precisely the shift of control between maintenance and the pilot. Accordingly, paragraph 2i is redundant. “Inherent” is not a clear term and has a different meaning in different languages. It should therefore be removed from the Regulation. Also, the word “normal” is not precise and should be replaced by the more accurate term “safe”.

Emenda  570

Brian Simpson

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjeni l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

problemi tekniċi li jaffettwaw l-ajruplan li huma kkawżati minn difett tal-manifattura moħbi li jiġi notifikat mill-manifattur jew awtorità kompetenti dwar is-sikurezza; il-problemi tekniċi l-oħra kollha ma għandhomx jitqiesu bħala ċirkostanzi straordinarji għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament;

Or. en

Emenda  571

Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjeni l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

problemi tekniċi, bħall-identifikazzjoni ta’ difett wara li l-ajruplan ikun ġie rilaxxat biex jipprovdi servizz u li jipprevjenu l-kontinwazzjoni sigura tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

Or. de

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-kliem ikun iżjed preċiż u għandu jinkludi l-ħin eżatt. Skont ir-Regolament tal-EASA Nru 2042/2003, mat-tlestija tal-manutenzjoni kollha meħtieġa tal-ajruplan, jinħareġ ċertifikat tar-rilaxx tal-ajruplan għas-servizz skont M.A.801. Dan għandu jiġi kkunsidrat.

Emenda  572

Izaskun Bilbao Barandica

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 2027/97

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjeni l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

problemi tekniċi bħall-identifikazzjoni ta’ difett wara li l-ajruplan ikun ġie rilaxxat għas-servizz u li jipprevjenu l-kontinwazzjoni sikura tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

Or. en

Emenda  573

Emenda  574

Mathieu Grosch

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata, jew l-identifikazzjoni ta’ ħsara, bħal ħsara fil-magna kkawżata minn kolliżjoni ma’ għasafar li tkun seħħet waqt it-titjira ta’ qabel, u li fiż-żewġ każijiet jipprevjenu l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

Or. de

Ġustifikazzjoni

Il-Qorti Federali Ġermaniża kklassifikat il-kolliżjoni ma’ għasafar bħala ċirkostanza straordinarja f’żewġ sentenzi tal-24 ta’ Settembru 2013 (X ZR 129 /12, X YR 160/12), billi huwa fattur estern li mhuwiex prevedibbli jew ma jistax jiġi kkontrollat mit-trasportaturi tal-ajru. Kwalunkwe dewmien jew kanċellazzjoni minħabba kolliżjonijiet ma’ għasafar ma jkunx seta’ jiġi evitat anki meta jkunu ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha.

Emenda  575

Corien Wortmann-Kool

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjeni l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

problemi tekniċi tal-ajruplan li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjenu l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda tattika b’oppożizzjoni għall-Emenda 101?

Emenda  576

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

riskji tas-sigurtà, atti ta’ sabotaġġ jew terroriżmu li jrendu impossibbli l-operat sikur tat-titjira;

riskji tas-sigurtà, atti ta’ sabotaġġ, terroriżmu jew nuqqas ta’ stabbiltà politika ta’ kwalunkwe tip – fejn l-ivvjaġġar mhux rakkomandat - li jrendu impossibbli l-operat sikur tat-titjira;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Tipprovdi iżjed ċarezza dwar iċ-ċirkostanzi relatati mas-sikurezza.

Emenda  577

Michel Dantin, Dominique Riquet, Christine De Veyrac, Dominique Vlasto

Proposta għal regolamentAnness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

riskji tas-sigurtà, atti ta’ sabotaġġ jew terroriżmu li jrendu impossibbli l-operat sikur tat-titjira;

riskji tas-sigurtà, atti ta’ sabotaġġ jew terroriżmu, kunflitti politiċi vjolenti, gwerer, li jrendu impossibbli l-operat sikur tat-titjira;

Or. fr

Emenda  578

Georges Bach

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

riskji tas-sigurtà, atti ta’ sabotaġġ jew terroriżmu li jrendu impossibbli l-operat sikur tat-titjira;

gwerra, inkwiet politiku, rewwixti, atti ta’ sabotaġġ jew terroriżmu li jrendu impossibbli l-operat sikur tat-titjira;

Or. en

Emenda  579

Michel Dantin, Dominique Riquet

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

riskji tas-saħħa jew emerġenzi mediċi li jpoġġu l-ħajja fir-riskju li jeħtieġu l-interruzzjoni jew id-devjazzjoni tat-titjira konċernata;

riskji tas-saħħa jew emerġenzi mediċi li jeħtieġu l-interruzzjoni jew id-devjazzjoni tat-titjira konċernata;

Or. fr

Emenda  580

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

restrizzjonijiet tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jew l-għeluq tal-ispazju tal-ajru jew ajruport;

imħassar

Or. en

Emenda  581

restrizzjonijiet tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jew l-għeluq tal-ispazju tal-ajru jew ajruport (inkluż l-għeluq tar-runway);

Or. en

Emenda  582

Silvia-Adriana Țicău

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt vii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tilwim tal-persunal tat-trasportatur operattiv tal-ajru jew tal-fornituri tas-servizzi essenzjali bħall-ajruporti u l-Fornituri tas-Servizz ta’ Navigazzjoni tal-Ajru.

imħassar

Or. ro

Emenda  583

Emenda  584

Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt viia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Anness 1, paragrafu 1, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

viia. ħsara lill-ajruplan ikkawżata minn partijiet terzi;

Or. de

Ġustifikazzjoni

Ħsara lil ajruplan ikkawżata minn partijiet terzi, b’mod partikolari minn vetturi tal-groundhandling jew inġenji tal-ajru oħra ma taqax fil-kamp tal-kontroll tat-trasportatur. Il-linja tal-ajru għandha tkun tista’ tinvoka wkoll ċirkostanzi straordinarji fil-każ ta’ dewmien jew kanċellazzjoni ta’ titjira għal din ir-raġuni.

Emenda  585

Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt viib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Anness 1, paragrafu 1, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

viib. id-dewmien/il-kanċellazzjonijiet ikkawżati minn passiġġieri;

Or. de

Ġustifikazzjoni

Id-dewmien fit-tluq li jmur lil hinn mill-kontroll tal-linja tal-ajru, bħal dak ikkawżat minn passiġġieri li jaslu tard fil-bieb tat-tluq jew tfittxijiet li jsiru mill-awtoritajiet fuq l-ajruplan jew tal-passiġġieri, għandu jiġi inkluż ukoll fil-lista ta’ ċirkostanzi straordinarji.

Emenda  586

Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt viic (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Anness 1, paragrafu 1, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

viic. kolliżjoni ma’ għasafar;

Or. de

Ġustifikazzjoni

L-imġiba tal-għasafar fl-ajru tmur lil hinn mill-kontroll tal-linji tal-ajru, irrispettivament minn kwalunkwe miżura ta’ prekawzjoni li jistgħu jieħdu.

Emenda  587

Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Michael Gahler

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt viid (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Anness 1, paragrafu 1, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

viid. l-għeluq tar-runway mill-awtoritajiet;

Or. de

Ġustifikazzjoni

L-għeluq temporanju ta’ runway ta’ ajruport, li ġeneralment jitħabbar ftit ħin qabel ma jiġi effettwat, jista’ jkollu impatt enormi fuq il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla tal-linji tal-ajru. Anki l-għeluq permanenti ta’ runway, bħal projbizzjoni fuq it-titjir bil-lejl, jista’ jkollu effett serju fuq id-dewmien u l-kanċellazzjonijiet tat-titjiriet meta jinħolqu ċirkostanzi mhux mistennija. Dan id-dewmien ma jaqax taħt il-kontroll tal-linji tal-ajru.

Emenda  588

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċirkostanzi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala straordinarji:

imħassar

i. problemi tekniċi inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħal problema identifikata matul il-manutenzjoni ta’ rutina jew matul kontroll ta’ qabel it-titjira tal-ajruplan jew li jfeġġu minħabba nuqqas li titwettaq tali manutenzjoni jew kontroll ta’ qabel it-titjira; u

ii. in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-ekwipaġġ tat-titjira jew l-ekwipaġġ tal-kabina (sakemm mhux minħabba tilwim tal-persunal).

Or. en

Emenda  589

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċirkostanzi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala straordinarji:

Iċ-ċirkostanzi li ġejjin jistgħu ma jitqisux bħala straordinarji:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sabiex tingħata biżżejjed flessibbiltà lill-NEBs, il-Korpi ADR u l-qrati biex isibu soluzzjonijiet xierqa fil-każijiet individwali, dawn il-korpi għandu jkollhom il-possibbiltà li jiddevjaw minn din il-lista jekk il-każ individwali jkun jeħtieġ hekk.

Emenda  590

Bogusław Liberadzki

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħal problema identifikata matul il-manutenzjoni ta’ rutina jew matul kontroll ta’ qabel it-titjira tal-ajruplan jew li jfeġġu minħabba nuqqas li titwettaq tali manutenzjoni jew kontroll ta’ qabel it-titjira; u

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 2i huwa żejjed minħabba t-tibdil fil-punt 1ii. Ara l-ġustifikazzjoni għall-Anness 1ii.

Emenda  591

Izaskun Bilbao Barandica

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 2027/97

Anness 1 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħal problema identifikata matul il-manutenzjoni ta’ rutina jew matul kontroll ta’ qabel it-titjira tal-ajruplan jew li jfeġġu minħabba nuqqas li titwettaq tali manutenzjoni jew kontroll ta’ qabel it-titjira; u

imħassar

Or. en

Emenda  592

Brian Simpson

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħal problema identifikata matul il-manutenzjoni ta’ rutina jew matul kontroll ta’ qabel it-titjira tal-ajruplan jew li jfeġġu minħabba nuqqas li titwettaq tali manutenzjoni jew kontroll ta’ qabel it-titjira; u

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din trid titqies flimkien mal-emenda li teskludi l-ħsarat tekniċi mil-lista taċ-ċirkostanzi straordinarji. Il-ħsarat tekniċi, sakemm mhux marbuta ma’ difett tal-manifattura moħbi li jiġi notifikat mill-awtorità kompetenti jew mill-manifattur, ma għandhomx jitqiesu bħala ċirkostanzi straordinarji.

Emenda  593

Jacqueline Foster

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 2 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-ekwipaġġ tat-titjira jew l-ekwipaġġ tal-kabina (sakemm mhux minħabba tilwim tal-persunal).

in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-ekwipaġġ tat-titjira jew l-ekwipaġġ tal-kabina.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sabiex tipprovdi konsistenza mal-Emenda numru 56. Ma nqisux li t-tilwim tal-persunal tal-linji tal-ajru għandu jitqies li mhux fil-kontroll tagħhom.

Emenda  594

Silvia-Adriana Țicău

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 2 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-ekwipaġġ tat-titjira jew l-ekwipaġġ tal-kabina (sakemm mhux minħabba tilwim tal-persunal).

in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-ekwipaġġ tat-titjira jew l-ekwipaġġ tal-kabina.

Or. ro

Emenda  595

Emenda  596

Keith Taylor, Eva Lichtenberger, Michael Cramer

Proposta għal regolament

Anness 2

Regolament (KE) Nru 2027/97

Anness 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

LIMITU TA’ ŻMIEN GĦALL-ILMENTI FUQ IL-BAGALJI

LIMITU TA’ ŻMIEN GĦALL-ILMENTI FUQ IL-BAGALJI

Fil-każ ta’ ħsara, dewmien, telf jew qerda tal-bagalji, il-passiġġier għandu fil-każijiet kollha jikteb u jilmenta mat-trasportatur tal-ajru malajr kemm jista’ jkun. Limitu ta’ żmien għall-ilment ta’ sebat (7) ijiem japplika fil-każ li l-bagalja ġġarrab ħsara u ta’ 21 jum fil-każ li tiddewwem, fiż-żewġ każijiet mid-data li fiha l-bagalja tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-passiġġier. Sabiex jintlaħqu faċilment dawn id-dati ta’ skadenza, it-trasportatur tal-ajru għandu joffri lill-passiġġieri l-possibbiltà li jimlew formola tal-ilmenti fl-ajruport. Tali formola tal-ilmenti, li tista’ tieħu wkoll il-forma ta’ Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tiġi aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment.

Fil-każ ta’ ħsara, dewmien, telf jew qerda tal-bagalji, il-passiġġier għandu fil-każijiet kollha jikteb u jilmenta mat-trasportatur tal-ajru malajr kemm jista’ jkun. Limitu ta’ żmien għall-ilment ta’ erbatax-il jum (14) japplika fil-każ li l-bagalja ġġarrab ħsara u ta’ 28 jum fil-każ li tiddewwem, fiż-żewġ każijiet mid-data li fiha l-bagalja tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-passiġġier. Sabiex jintlaħqu faċilment dawn id-dati ta’ skadenza, it-trasportatur tal-ajru għandu joffri lill-passiġġieri l-possibbiltà li jimlew formola tal-ilmenti fl-ajruport. Fl-ajruporti ta’ iżjed minn 2 miljun passiġġier fis-sena l-formola tal-ilmenti għandha tkun disponibbli f’lingwi oħra tal-UE. Tali formola tal-ilmenti, li tista’ tieħu wkoll il-forma ta’ Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tiġi aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment.

Or. en