Kumitat għall-Affarijiet Barranin

 

2016/0225(COD)

7.3.2017

ABBOZZ TA' OPINJONI

tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Laima Liucija Andrikienė

 

PA_Legam

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan il-qafas huwa parti neċessarja minn politika dwar il-migrazzjoni ġestita sew biex jitnaqqsu d-diverġenzi fost prattiki u proċeduri nazzjonali ta' risistemazzjoni, jipprevedi l-wasla legali u sikura fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, jgħin sabiex jintnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari fuq skala kbira ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri u b'hekk inaqqas il-pressjoni ta' wasliet spontanji fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri, ikun espressjoni ta' solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom u fihom ġew spustati numru kbir ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali billi jgħin biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, jgħin biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika barranija tal-Unjoni billi jżid l-influwenza tal-Unjoni fil-konfront ta' pajjiżi terzi, u jikkontribwixxi effettivament għal inizjattivi ta' risistemazzjoni globali permezz ta' vuċi waħda f'fora internazzjonali u ma' pajjiżi terzi.

(9)  Dan il-qafas huwa parti neċessarja minn politika dwar il-migrazzjoni ġestita sew biex inaqqas d-diverġenzi fost prattiki u proċeduri nazzjonali ta' risistemazzjoni, jiddisponi għall-wasla legali u sikura fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, jgħin sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri u b'hekk inaqqas il-pressjoni ta' wasliet spontanji fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri, ikun espressjoni ta' solidarjetà ma' pajjiżi fir-reġjuni li lejhom u fihom ikunu ġew spustati numru kbir ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali billi jgħin biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, jgħin biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni billi jżid l-influwenza tal-Unjoni fil-konfront ta' pajjiżi terzi, u jikkontribwixxi effettivament għal inizjattivi ta' risistemazzjoni globali permezz ta' vuċi waħda f'fora internazzjonali u ma' pajjiżi terzi.

Or. en

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex jgħinu biex jitnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari fuq skala kbira ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri, juru solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom jew fihom ġew spustati numru kbir ta' persuni fil-bżonn tal-protezzjoni internazzjonali billi jgħinu biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, u jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika barranija tal-Unjoni, ir-reġjuni jew il-pajjiżi terzi minn fejn se sseħħ ir-risistemazzjoni għandhom jintegraw involviment imfassal ma' pajjiżi terzi biex tiġi ġestita aħjar il-migrazzjoni kif previst fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-Twaqqif ta' Qafas ta' Sħubija ġdid ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni32.

(10)  Sabiex jgħinu biex jitnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri, juru solidarjetà ma' pajjiżi fir-reġjuni li lejhom jew fihom ikunu ġew spustati numru kbir ta' persuni fil-bżonn tal-protezzjoni internazzjonali billi jgħinu biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, u jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni, ir-reġjuni jew il-pajjiżi terzi minn fejn se sseħħ ir-risistemazzjoni jenħtieġ li jintegraw involviment imfassal ma' pajjiżi terzi biex tiġi ġestita aħjar il-migrazzjoni kif previst fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-Twaqqif ta' Qafas ta' Sħubija ġdid ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni32.

__________________

__________________

32 COM(2016) 377 finali.

32 COM(2016) 385 finali.

Or. en

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jikkontribwixxi għat-tnaqqis fir-riskju ta' dħul irregolari fuq skala kbira ta' ċittadini ta' pajjiżi tersi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri.

(b)  jikkontribwixxi għat-tnaqqis fir-riskju ta' dħul irregolari ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri.

Or. en

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-numru ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali spustati lejn pajjiż terz jew fih u kull moviment ulterjuri ta' dawk il-persuni lejn it-territorju tal-Istati Membri;

(a)  in-numru ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali spustati lejn pajjiż terz jew fih, l-impatt tiegħu fuq l-istabbiltà reġjonali ta' dak il-pajjiż terz, u kull moviment ulterjuri ta' dawk il-persuni lejn it-territorju tal-Istati Membri;

Or. en

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-kumplimentarjetà ma' assistenza finanzjarja u teknika provduta lill-pajjiżi terzi li lejhom jew fihom ġew spustati persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali;

(b)  il-komplementarjetà ma' assistenza finanzjarja u teknika , b'mod speċjali dik immirata biex iżżid il-kapaċità għall-akkoljenza u l-protezzjoni tal-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali u biex tiżviluppa sistema ta' asil effikaċi biex tiġi provduta lill-pajjiżi terzi li lejhom jew fihom ikunu ġew spustati persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali;

Or. en

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ir-relazzjonijiet globali tal-Unjoni mal-pajjiż jew pajjiżi terzi minn fejn isseħħ ir-risistemazzjoni, u ma' pajjiżi terzi inġenerali;

(c)  ir-rispett għad-dritt internazzjonali mill-pajjiż jew pajjiżi terzi minn fejn isseħħ ir-risistemazzjoni, kif ukoll ir-relazzjonijiet kumplessivi tal-Unjoni mal-pajjiż jew pajjiżi terzi u ma' pajjiżi terzi inġenerali;

Or. en

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  kooperazzjoni effettiva ta' pajjiż terz mal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil, inklużi:

imħassar

(i)   it-tnaqqis fin-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jaqsmu l-fruntiera b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri li jiġu minn dak il-pajjiż terz;

 

(ii)   il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għall-użu tal-kunċetti tal-ewwel pajjiż tal-ażil u ta' pajjiż terz bla periklu għar-ritorn tal-applikanti għall-ażil li jkunu qasmu b'mod irregolari l-fruntiera fit-territorju tal-Istati Membri li jiġu minn jew għandhom konnessjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat;

 

(iii)   iż-żieda fil-kapaċità għall-akkoljenza u l-protezzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali li jgħixu f'dak il-pajjiż, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' sistema effettiva tal-ażil; jew

 

(iv)   iż-żieda fir-rata tar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jgħixu b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri bħal permezz tal-konklużjoni u l-implimentazzjoni effettiva ta' ftehimiet ta' riammissjoni;

 

Or. en

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-iskala u l-kontenut tal-impenji għar-risistemazzjoni mwettqa minn pajjiżi terzi.

(e)  l-iskala u l-kontenut tal-impenji għar-risistemazzjoni mwettqa minn pajjiżi terzi oħrajn.

Or. en

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt i – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i)  persuni vulnerabbli

i)  persuni vulnerabbli, b'mod partikolari:

Or. en

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt ii – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  it-tfal minorenni ta' koppji li jirreferi għalihom l-ewwel inċiż jew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għandhom jiġu risistemati, fuq il-kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u irrispettivament minn jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew humiex adottati kif iddefinit fil-liġi nazzjonali;

-  it-tfal minorenni tal-koppji li jirreferi għalihom l-ewwel inċiż jew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għandhom jiġu risistemati, irrispettivament minn jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew humiex adottati kif iddefinit fil-liġi nazzjonali;

Or. en

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt ii – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-minorenni mhux miżżewweġ li se jiġi risistemat, kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-prattika tal-Istat Membru fejn l-adult huwa preżenti;

-  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-minorenni li se jiġi risistemat, kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-prattika tal-Istat Membru fejn l-adult huwa preżenti;

Or. en

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tkun tista' tinżamm bejn persuni msemmija fil-punt (b)(ii).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tista' tinżamm.

Or. en

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  persuni li jkunu għexu b'mod irregolari, daħlu b'mod irregolari, jew ipprovaw jidħlu b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri matul il-ħames snin qabel ir-risistemazzjoni;

imħassar

Or. en

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jistgħu jiġu esklużi mill-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 8, meta waħda mir-raġunijiet għall-esklużjoni msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 tkun tapplika prima facie.

imħassar

Or. en

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-numru totali massimu ta' persuni li għandhom jiġu risistemati;

(a)  in-numru ta' persuni fil-mira biex jiġu risistemati;

Or. en

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru totali massimu kif stabbilit fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst fi-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru fil-mira kif stabbilit fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst fi-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

Or. en

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fejn meħtieġ, arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri, appoġġjati minn [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] skont l-Artikolu 12(3), u ma' pajjiżi terzi, u l-UNHCR jew imsieħba oħra;

(d)  fejn meħtieġ, arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri, appoġġjati minn [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] skont l-Artikolu 12(3) u mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u ma' pajjiżi terzi, u l-UNHCR jew sħab oħra;

Or. en

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli, kompost minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u l-Istati Membri. [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil,] il-UNHCR, u l-IOM jistgħu jiġu mistiedna. Rappreżentanti tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Iżvizzera għandhom jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli fejn ikunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jiġu assoċjati mal-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni.

1.  Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli, kompost minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u l-Istati Membri. [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil,] il-UNHCR, u l-IOM għandhom jiġu mistiedna. Rappreżentanti tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Iżvizzera għandhom jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli fejn ikunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jiġu assoċjati mal-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni.

Or. en