Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

 

2012/0299(COD)

10.4.2013

ABBOZZ TA' OPINJONI

tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali u għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati

( COM(2012)0614 – C7‑0382/2012 – 2012/0299(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Olle Schmidt

 

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-objettiv tal-politika tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi – il-ħolqien ta' aċċess ugwali kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa għal pożizzjonijiet ta' poter u influwenza – huwa sfida vitali għall-Unjoni. Ir-Rapporteur jaqbel li hija meħtieġa azzjoni leġiżlattiva kuraġġuża min-naħa tal-UE sabiex jintlaħaq dan l-għan.

Għalhekk ir-Rapporteur jappoġġa bis-sħiħ l-objettivi tal-Kummissjoni bid-Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi f'bordijiet korporattivi ta' kumpaniji elenkati. Madankollu, il-proposta ma tindirizzax biżżejjed l-kamp ta' applikazzjoni u l-miżuri.

Il-kumpaniji fis-settur finanzjarju għandhom proporzjon oħla ta' nisa fil-bordijiet tagħhom meta mqabbla ma' setturi oħra fl-UE. Madankollu, terz tal-bordijiet tal-kumpaniji fis-settur għandu nuqqas kbir ta' rappreżentanti nisa.

Ir-Rapporteur jappoġġa l-għażla li jiġu enfasizzati l-kumpaniji elenkati pubblikament. Madankollu, il-possibilità ta' estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' kumpaniji mhux elenkati 'l fuq mil-limitu ta' SME għandha tiġi rieżaminata mill-Kummissjoni sentejn wara l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Il-kamp ta' applikazzjoni estiż: l-istituzzjonijiet tal-UE u l-BĊE  

Ir-Rapporteur jemmen li d-Direttiva għandha tiġi estiża biex tkopri l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). In-nuqqas ferm kbir ta' rappreżentanti nisa fil-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali huwa problematiku ħafna u jikkonferma l-falliment sistematiku fil-proċedura ta' ħatra għal pożizzjonijiet ta' maniġment għoli fl-Unjoni. L-Istati Membri huma reponsabbli li jippromwovu lin-nisa f'dawn il-pożizzjonijiet ta' livell għoli.

L-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġu jmexxu billi jagħtu eżempju rigward il-bilanċ bejn is-sessi pjuttost milli jikkonfermaw l-isterjotip tan-nuqqas ta' dan il-bilanċ, kemm biex jistabbilixxu standards għas-settur privat kif ukoll biex itejbu l-leġittimità tal-UE. Il-prinċipji ta' din id-Direttiva għandhom għalhekk jiġu inkorporati fir-regoli li jirregolaw il-proċeduri interni tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE.

It-triq 'il quddiem: Il-mudell "ikkonforma jew spjega"

Ir-Rapporteur ma jaqbilx mal-mira vinkolanti proposta mill-Kummissjoni dwar il-bilanċ bejn is-sessi, peress li huwa importanti li tiġi evitata l-interferenza mad-drittijiet tas-sjieda tal-azzjonisti u l-libertà tagħhom li jagħżlu r-rappreżentanti fuq il-bord tal-kumpanija. Barra minn hekk, ir-Rapporteur għandu dubji serji dwar l-effetti "konsekwenzjali" mistennija tal-Kummissjoni dwar rappreżentazzjoni femminili miżjuda fost diretturi mhux eżekuttivi f'pożizzjonijiet eżekuttivi u maniġment għoli.

In-nuqqas ta' riċerka empirika ta' appoġġ kif ukoll l-esperjenza Norveġiża ta' kwoti mandatorji fost id-diretturi tal-bord juru raġunament żbaljat. Kwoti stretti ma jbiddlux b'mod fundamentali s-sitwazzjoni dwar l-iżbilanċ bejn is-sess.

Minflok, ir-Rapporteur jixtieq jissottolinja l-importanza li jiġu kkonċentrati l-isforzi fuq iż-żieda tan-numru tan-nisa fil-livelli kollha tal-maniġment, sabiex tinkiseb rappreżentazzjoni aħjar tas-sessi fi stadju ulterjuri f'pożizzjonijiet eżekuttivi u tal-bord, jiġifieri l-approċċ "minn isfel għal fuq".

Għalhekk ir-Rapporteur jixtieq jipproponi forma tal-mudell "ikkonforma jew spjega" li huwa simili għal-leġiżlazzjoni Daniża fejn il-kumpaniji huma meħtieġa jistabbilixxu miri individwali għall-bilanċ tagħhom bejn is-sessi fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi, kif ukoll fil-livelli kollha tal-maniġment tal-kumpanija, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi għall-fergħat u għall-kumpanija. Barra minn hekk, il-kumpaniji għandhom ikunu obbligati jiżviluppaw politika dwar is-sessi sabiex iħeġġu miżuri attivi favur it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fil-kumpanija.

Il-kumpaniji għandhom jiżvelaw pubblikament il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti: l-istatus tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet u fil-livelli tal-maniġment, ir-relazzjoni tiegħu mal-miri speċifikati tal-bilanċ bejn is-sessi, il-politika dwar is-sessi, u l-miżuri meħuda jew maħsuba li jittieħdu sabiex jintlaħqu dawn il-miri. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrappurtata fir-rapport annwali u fil-websajt tal-kumpaniji koperti mid-Direttiva.

Iż-żieda ta' ftit diretturi mhux eżekuttivi nisa fil-kumpaniji kkonċernati mhijiex biżżejjed. Madankollu, il-mudell "ikkonforma jew spjega" jiżgura li l-azzjonisti u l-eżekuttivi tal-kumpaniji kkonċernati jirriflettu dwar il-politika u l-kultura interna tal-kumpanija, u dan se jelimina aktar l-ostakli li n-nisa jiffaċċjaw meta jitilgħu fil-ġerarkija tal-impriża.

Il-kumpaniji li ma jikkonformawx mal-proċeduri ta' stabbiliment ta' ċifri fil-mira individwali u politika dwar is-sessi għandhom ikunu soġġetti għal sanzjonijiet fil-forma ta' multi amministrattivi. Madankollu, l-ebda kumpanija m'għandha tirċievi multa għaliex ma laħqitx il-miri dwar is-sessi stabbiliti individwalment peress li dan jista' jiskoraġġixxi miri ambizzjużi.

Aktar trasparenza għar-reklutaġġ tal-bordijiet

Ir-Rapporteur jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ ħatra formalizzata u aktar trasparenti ta' diretturi tal-bord korporattiv. Madankollu, it-tibdil tal-piż tal-prova li skontu l-kumpaniji jeħtieġu jagħtu prova tal-għażla korretta tagħhom meta jkunu ffaċċjati minn ilmenti mingħand il-kandidati li ma rnexxewx mhuwiex proporzjonat. L-ilmentaturi potenzjali għandhom ikunu biżżejjed protetti mill-obbligu tal-kumpanija li jissottomettu l-kriterji li fuqhom tkun saret l-għażla u mil-liġijiet applikabbli ta' kontra d-diskriminazzjoni.

Fl-aħħar, it-trasparenza tal-politiki dwar is-sessi tal-kumpaniji lejn l-investituri, l-applikanti potenzjali għall-impjiegi u l-pubbliku ġenerali hija miżjuda permezz tal-"mudell ikkonforma jew spjega" minħabba r-rekwiżiti ta' rappurtar dwar il-bilanċ bejn is-sessi proposti mir-Rapporteur.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanzi bejn is-Sessi, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6 a) L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE għandhom imexxu billi jagħtu eżempju ta' titjib tal-bilanċ bejn is-sessi. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom ikunu inkorporati fir-regoli li jirregolaw il-proċeduri interni tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, u l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew. Għandhom jiġu żviluppati politiki dwar is-sessi aktar effiċjenti fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE sabiex ikollhom impatt fuq ir-reklutaġġ, it-taħriġ u l-funzjonament ta' kuljum tal-istituzzjonijiet differenti tal-UE. Għal dak il-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-bilanċ bejn is-sessi jinkiseb fir-reklutaġġ tal-maniġment għoli, inklużi d-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi u l-Kapijiet tal-Unità.

Or. en

 

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6 b) Huwa essenzjali li l-maniġment tal-Kummissjoni, il-korp eżekuttiv tal-UE, itejjeb il-bilanċ tiegħu bejn is-sessi sabiex jirrappreżenta aħjar liċ-ċittadini Ewropej. Għalhekk, l-Istati Membri huma mitluba jinnominaw kandidati rġiel u nisa għal kull pożizzjoni fil-kulleġġ tal-Kummissarji sabiex jinkiseb bilanċ bejn is-sessi fil-kulleġġ tal-Kummissjoni.

Or. en

 

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 6c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6 c) Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) – inkluż il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) – l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASEs) għandhom jikkonformaw mal-aspetti kollha tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess. Il-Bordijiet tas-Superviżuri tal-ASEs għandhom ukoll jiġu mħeġġa jippreżentaw lista bbilanċjata bejn is-sessi għall-pożizzjonijiet ta' President u Diretturi Eżekuttivi fis-seduta rilevanti fil-Parlament Ewropew. L-għażla finali ta' dawn il-pożizzjonijiet għandha tkun ibbilanċjata bejn is-sessi. Huwa wkoll importanti li l-Kumitat ta' Tmexxija u l-Kumitati Konsultattivi tal-BERS ikunu bbilanċjati bejn is-sessi.

Or. en

 

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6 d) Il-bord superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), inklużi r-rwoli tal-President u Viċi Presidenti, għandhom ikunu bbilanċjati minn perspettiva tas-sessi. Meta jkun hemm post vakanti fil-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, dawk l-Istati Membri li adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom għandhom jiġu mħeġġa jinnominaw żewġ kandidati, raġel u mara, għall-post vakanti. L-Istati Membri għandhom ukoll jiġu mħeġġa jaħtru nisa bħala gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNs) biex jiksbu bilanċ bejn is-sessi fil-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali tal-BĊE u fil-Bord Ġenerali tal-BERS.

Or. en

 

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7 a) Il-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà ġenerali tinvolvi l-istabbiliment ta' drittijiet akkademiċi u professjonali ugwali għall-irġiel u n-nisa, kif ukoll responsabilitajiet kondiviżi tal-familja, tal-kura tat-tfal u tad-dar. Il-fatt li n-nisa jkunu ġeneralment responsabbli għall-biċċa l-kbira tax-xogħol tal-familja u tad-dar jista' jfixkel l-avvanz tagħhom f'pożizzjonijiet professjonali għoljin. Il-parteċipazzjoni attiva u l-involviment tal-irġiel fir-responsabilitajiet tal-familja huma kruċjali għall-kisba ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u għall-ħolqien ta' opportunitajiet indaqs għal karriera kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Għandha tingħata attenzjoni lill-indirizzar ta' sterjotipi tas-sessi, politiki tal-impjieg mhux flessibbli u antiki u dispożizzjonijiet inadegwati dwar il-liv tal-ġenituri. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għan-nisa u l-irġiel biex, jekk ikunu jridu, jgħaqqdu l-ħajja tal-familja u x-xogħol . L-Istati Membri huma mħeġġa jiżguraw l-implimentazzjoni ta' elementi soċjali bħal pereżempju allowances moderni u ġusti għal-liv tal-ġenituri għan-nisa u l-irġiel, dispożizzjonijiet estensivi għall-kura tat-tfal u tal-anzjani u opportunitajiet għal-liv kondiviż tal-ġenituri.

Or. en

 

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill immirati speċifikament biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni, in-nisa għadhom ferm inqas mill-irġiel fl-ogħla korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni. Fis-settur privat u speċjalment f'kumpaniji elenkati dan l-iżbilanċ bejn is-sessi huwa partikolarment sinifikanti u akut. L-indikatur ċentrali tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-bordijiet korporattivi juri li l-proporzjon ta' nisa involuti f’deċiżjonijiet kummerċjali tal-ogħla livell jibqa' baxx ħafna. F’Jannar 2012, in-nisa okkupaw bħala medja biss 13,7 fil-mija tal-postijiet fil-bordijiet tal-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-Istati Membri. Fost id-diretturi mhux eżekuttivi 15 fil-mija biss kienu nisa.

(10) Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill immirati speċifikament biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni, in-nisa għadhom ferm inqas mill-irġiel fl-ogħla korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni. Fis-settur privat dan l-iżbilanċ bejn is-sessi huwa partikolarment sinifikanti u akut, minkejja li ċerti istituzzjonijiet u aġenziji tal-UE, bħal pereżempju l-Bank Ċentrali Ewropew, juru wkoll żbilanċ problematiku ħafna bejn is-sessi. L-indikatur ċentrali tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-bordijiet korporattivi juri li l-proporzjon ta' nisa involuti f’deċiżjonijiet kummerċjali tal-ogħla livell jibqa' baxx ħafna. F’Jannar 2012, in-nisa okkupaw bħala medja biss 13,7 fil-mija tal-postijiet fil-bordijiet tal-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-Istati Membri. Fost id-diretturi mhux eżekuttivi 15 fil-mija biss kienu nisa.

Or. en

 

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Ir-regolamentazzjoni mferrxa u diverġenti jew in-nuqqas ta' regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati mhux biss twassal għal diskrepanzi fl-għadd ta' nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi u rati differenti ta' titjib madwar l-Istati Membri, iżda wkoll toħloq ostakoli għas-suq intern billi timponi rekwiżiti diverġenti dwar il-governanza korporattiva fuq il-kumpaniji elenkati Ewropej. Dawk id-differenzi fir-rekwiżiti ġuridiċi u awtoregolatorji għall-kompożizzjoni tal-bordijiet korporattivi jistgħu jwasslu għal kumplikazzjonijiet prattiċi għall-kumpaniji elenkati li joperaw bejn il-fruntieri, notevolment meta jistabbilixxu sussidjarji jew f'fużjonijiet u akkwisti, kif ukoll għall-kandidati għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet.

(12) Ir-regolamentazzjoni mferrxa u diverġenti jew in-nuqqas ta' regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati twassal għal diskrepanzi fl-għadd ta' nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi u rati differenti ta' titjib madwar l-Istati Membri. Dawk id-differenzi fir-rekwiżiti ġuridiċi u awtoregolatorji għall-kompożizzjoni tal-bordijiet korporattivi jistgħu jwasslu għal kumplikazzjonijiet prattiċi għall-kumpaniji elenkati li joperaw bejn il-fruntieri, notevolment meta jistabbilixxu sussidjarji jew f'fużjonijiet u akkwisti, kif ukoll għall-kandidati għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet.

Or. en

 

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12 a) Hemm iżjed żbilanċi bejn is-sessi fil-livelli ogħla tal-kumpaniji. Barra minn hekk, ħafna minn dawk in-nisa li huma rappreżentati fil-maniġment għoli jinsabu f'oqsma bħar-riżorsi umani u l-komunikazzjoni filwaqt li hemm tendenza li l-irġiel fil-livell għoli jkunu impjegati fil-maniġment ġenerali jew fil-"line management" fi ħdan il-kumpanija. Peress li l-ġabra ewlenija tar-reklutaġġ għal pożizzjonijiet tal-bord korporattiv hija magħmula fil-biċċa l-kbira tagħha minn kandidati b'esperjenza ta' maniġment għoli, huwa vitali li jiżdied in-numru tan-nisa li qed javvanzaw għal tali pożizzjonijiet ta' maniġment fi ħdan il-kumpaniji. Għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tinkludi l-livelli kollha tal-maniġment. Dan huwa rekwiżit fundamentali għall-kisba ta' bidla reali fl-opportunitajiet għall-avvanz għal pożizzjonijiet għolja ta' teħid ta' deċiżjonijiet disponibbli għan-nisa.

Or. en

 

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) In-nuqqas attwali ta' trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f'ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b'mod negattiv kemm il-karrieri u l-libertà tal-moviment tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta' trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta' ħatra bbażati fuq is-sess, u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan is-suq intern. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta' investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

(13) In-nuqqas attwali ta' trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f'ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b'mod negattiv kemm il-karrieri kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta' trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta' ħatra bbażati fuq is-sess. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta' investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

Or. en

 

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta' ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta' ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta' valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija biss miżura fuq il-livell tal-UE li tista' effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju.

(14) L-introduzzjoni ta' rekwiżiti għall-kumpaniji biex jistabbilixxu miri individwali u biex jiżviluppaw politiki rigward il-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u fil-livelli kollha tal-maniġment hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kumpaniji jieħdu azzjoni dwar din il-kwistjoni importanti. Iċ-ċifri fil-mira għandhom ikunu ambizzjużi u realistiċi għall-kumpaniji individwali filwaqt li jiġu kkunsidrati karatteristiċi speċifiċi għall-kumpaniji u speċifiċi għall-fergħat.

Or. en

 

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv29 aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta' impjiegi ta' 75% għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista' tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta' talent disponibbli. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi, b'mod partikolari fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha.

(15) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv29 aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta' impjiegi ta' 75% għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista' tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta' talent disponibbli. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi, b'mod partikolari fuq il-bordijiet tal-kumpaniji u fil-livell ta' maniġment għoli, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha.

Or. en

 

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, kemm sabiex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta' rekwiżiti minimi dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta' miżuri vinkolanti bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta' kumpaniji elenkati, fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għażlu dan il-metodu jew metodu simili kisbu l-aħjar riżultati fit-tnaqqis tas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi.

(16) Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, kemm sabiex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta' mudell "ikkonforma jew spjega" fejn il-kumpaniji jkunu mitluba jistabbilixxu miri għall-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fost id-diretturi tal-bord eżekuttivi u mhux eżekuttivi u fil-livelli kollha tal-maniġment. Barra minn hekk, il-kumpaniji għandhom jiżviluppaw politika biex iżżid il-bilanċ tagħhom bejn is-sessi u għandhom jirrappurtaw b'mod trasparenti fir-rapport annwali tagħhom dwar il-bilanċ bejn is-sessi tal-bord korporattiv u fil-livelli tal-maniġment. Jekk ma jintlaħqux il-miri stabbiliti individwalment, il-kumpanija, fir-rapport annwali tagħha, għandha tkun obbligata tispjega r-raġunijiet għan dan il-falliment u tagħti d-dettalji tal-miżuri ppjanati sabiex issolvi din il-problema.

Or. en

 

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16 a) Kumpaniji elenkati għandhom jiżviluppaw politiki dwar is-sessi sabiex jiksbu rappreżentazzjoni aktar ibbilanċjata tas-sessi fil-kumpanija kollha. Din il-politika tista' tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri rilevanti implimentati f'dik il-kumpanija: in-nomina ta' kandidat mara u raġel għal pożizzjonijiet importanti, l-iskemi ta' mentoring u l-gwida tal-iżvilupp tal-karriera għan-nisa, l-istrateġiji tar-riżorsi umani għall-inkoraġġiment ta' reklutaġġ diversifikat. Barra minn hekk, tista' tinkludi l-offerta ta' kundizzjonijiet ta' xogħol flessibbli, bħal pereżempju dispożizzjonijiet flessibbli għal-liv tal-ġenituri kif ukoll provvediment sussidjat ta' għajnuna għat-tindif u l-kura tat-tfal. Kull kumpanija tista' tagħżel il-politiki li jkunu l-aktar adattati għall-attivitajiet tagħha u għandha tieħu miżuri attivi biex iżżid il-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-maniġment tal-kumpanija.

Or. en

 

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Is-sistemi kollha jiddistingwu bejn id-diretturi eżekuttivi, li huma involuti fil-ġestjoni ta' kuljum ta' kumpanija, u d-diretturi mhux eżekuttivi li mhumiex involuti fl-amministrazzjoni ta' kuljum, iżda jwettqu funzjoni ta' superviżjoni. L-għanijiet kwantitattivi stipulati f'din id-Direttiva għandhom japplikaw biss għal diretturi mhux eżekuttivi sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li tiżdied id-diversità tas-sessi tal-bordijiet u l-ħtieġa li jiġi mminimizzat l-indħil fit-tmexxija ta' kuljum tal-kumpanija. Billi d-diretturi mhux eżekuttivi jwettqu ħidmiet ta' sorveljanza, huwa wkoll aktar faċli li jiġu ingaġġati kandidati kwalifikati minn barra l-kumpanija u sa ċertu punt anke minn barra s-settur speċifiku li fih topera l-kumpanija - konsiderazzjoni li hija importanti għal oqsma tal-ekonomija fejn il-membri ta' sess partikolari huma partikolarment sottorappreżentati fil-forza tax-xogħol.

(20) Is-sistemi kollha jiddistingwu bejn id-diretturi eżekuttivi, li huma involuti fil-ġestjoni ta' kuljum ta' kumpanija, u d-diretturi mhux eżekuttivi li mhumiex involuti fl-amministrazzjoni ta' kuljum, iżda jwettqu funzjoni ta' superviżjoni. L-obbligi relatati mal-miri individwali għall-bilanċ bejn is-sessi u l-politiki dwar is-sess stipulati f'din id-Direttiva għandhom japplikaw, iżda ma jkunux limitati, għal diretturi mhux eżekuttivi sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li tiżdied id-diversità tas-sessi tal-bordijiet u l-ħtieġa li jiġi mminimizzat l-indħil fit-tmexxija ta' kuljum tal-kumpanija. Il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi eżekuttivi u fil-maniġment ġenerali tal-kumpanija huwa kemm għan fih innifsu kif ukoll mezz biex iwessa' l-bażi ta' reklutaġġ għall-pożizzjonijiet fil-bordijiet.

Or. en

 

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati.

(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. In-nomina tal-Unjoni ta' rappreżentanti tal-impjegati fil-bordijiet għandha tqis kif xieraq il-bilanċ bejn is-sessi. Madankollu, il-proċeduri prattiċi għar-rappreżentanti tal-impjegati għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati. Huwa importanti li l-organizzazzjonijiet tal-impjegati jkunu involuti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar is-sessi fil-kumpanija. Ir-rappreżentazzjoni tal-impjegati fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati hija wkoll mod pożittiv ta' kif tissaħħaħ id-diversità billi jiġu inklużi perspettivi ewlenin u għarfien ġenwin tal-ħidma interna tal-kumpanija.

Or. en

 

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta' mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta' diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta' kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa' tal-kumpaniji u l-azzjonisti.

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri xierqa u effikaċi li jiżguraw li jintlaħqu l-miri stabbiliti individwalment rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. L-objettiv fit-tul tal-kumpaniji elenkati għandu jkun li tintlaħaq il-parità bejn is-sessi, definita bħala mill-anqas 40% tas-sess sottorappreżentat f'pożizzjonijiet ta' diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u fil-livelli kollha tal-maniġment.

Or. en

 

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22 a) Sabiex jiġi inkluż sett usa' ta' perspettivi u esperjenzi fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi, kumpaniji elenkati għandhom jiġu mħeġġa jqisu d-diversità rigward il-kompetenza, l-età, is-sess, il-provenjenza ġeografika, l-etniċità, u l-isfond edukattiv u professjonali fil-politiki tagħhom ta' reklutaġġ.

Or. en

 

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-Istati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi32. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f'kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi li jiġu mis-sess l-anqas rappreżentat għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija.

(23) L-Istati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi32. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr.

Or. en

 

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Id-determinazzjoni tan-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv meħtieġa għall-konformità mal-objettiv titlob aktar speċifikazzjoni billi għal bosta daqsijiet tal-bordijiet huwa matematikament possibbli biss jew li wieħed imur lil hinn jew jibqa' taħt is-sehem eżatt ta' 40 fil-mija. Għalhekk, in-numru ta' pożizzjonijiet fuq il-bordijiet meħtieġa għall-konformità mal-objettiv għandu jkun in-numru l-eqreb għal 40 fil-mija. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra s-sess oriġinarjament irrappreżentat iżżejjed, il-kumpaniji elenkati ma għandhomx ikunu obbligati li jaħtru l-membri mis-sess l-anqas irrappreżentat għal nofs il-pożizzjonijiet tal-bord mhux eżekuttivi jew aktar. Għalhekk, pereżempju, il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat għandhom ikollhom mill-inqas pożizzjoni waħda fuq il-bordijiet bi tliet jew erba diretturi mhux eżekuttivi, mill-inqas żewġ pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’ħames jew sitt diretturi mhux eżekuttivi, u mill-inqas tliet pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’seba’ jew tmien diretturi mhux eżekuttivi.

imħassar

Or. en

 

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Skont din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat fuq il-bażi ta' kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

(26) Skont din il-ġurisprudenza, kumpaniji elenkati għandhom jiġu mħeġġa jibbażaw l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat fuq il-bażi ta' kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Tista' tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

Or. en

 

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Il-metodi tar-reklutaġġ u l-ħatra ta' diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tistabbilixxi biss armonizzazzjoni minima tal-proċeduri tal-għażla, li tagħmilha possibbli li jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati.

(27) Il-metodi tar-reklutaġġ u l-ħatra ta' diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tistabbilixxi biss armonizzazzjoni minima tal-miżuri mmirati lejn l-ilħuq tal-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati.

Or. en

 

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati f'borża u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fuq talba ta' kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta' kwalifiki li l-għażla kienet ibbażata fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat li mhux mis-sess sottorappreżentat. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati sabiex jipprovdu dak it-tagħrif, fuq talba, lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta' interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati f'borża u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fuq talba ta' kandidati li ma jintgħażlux, il-kriterji ta' kwalifiki li l-għażla kienet ibbażata fuqhom.

Or. en

 

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fejn kandidat li ma jintgħażilx mis-sess l-anqas irrappreżentat jistabbilixxi l-preżunzjoni li kien ikkwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, il-kumpanija elenkata għandha tkun meħtieġa turi l-korrettezza tal-għażla.

(29) Fejn kandidat li ma jintgħażilx mis-sess l-anqas irrappreżentat jistabbilixxi l-preżunzjoni li l-falliment tiegħu li jinħatar kien ibbażat biss fuq is-sess tiegħu, il-kumpanija elenkata għandha tkun meħtieġa turi li l-ħatra saret skont il-liġijiet applikabbli nazzjonali dwar in-nondiskriminazzjoni.

Or. en

 

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1).

(30) L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva. Għandhom jiġu applikati sanzjonijiet fil-każ ta' kumpaniji elenkati li ma jikkonformawx mal-proċeduri għall-istabbiliment ta' miri u għall-iżvilupp ta' politiki dwar is-sessi kif stipulat fl-Artikolu 4(1) jew mar-rekwiżiti ta' żvelar kif definit fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva. Madankollu, il-każ ta' falliment tal-kumpaniji li jilħqu l-miri tagħhom stabbiliti individwalment m'għandux jikkwalifika bħala ksur ta' din id-Direttiva u m'għandux jinstiga reġim ta' sanzjonijiet.

Or. en

 

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Peress li l-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-forza tax-xogħol għandha impatt dirett fuq id-disponibilità ta' kandidati mis-sess l-anqas rappreżentat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn il-membri tas-sess sottorappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-ħaddiema, il-kumpanija kkonċernata ma għandhiex tkun meħtieġa li tissodisfa l-għan stabbilit f'din id-Direttiva.

imħassar

Or. en

 

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

(32) Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas 40 % tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

Or. en

 

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Minbarra l-miżuri li jirrigwardaw id-diretturi mhux eżekuttivi, u bil-ħsieb li jittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi wkoll fost diretturi involuti f'kompiti ta' ġestjoni ta' kuljum, il-kumpaniji elenkati għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu impenji individwali rigward ir-rappreżentanza taż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi, li jridu jinkisbu sal-1 ta' Jannar 2020. Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli mill-pożizzjoni attwali tal-kumpanija individwali lejn bilanċ aħjar bejn is-sessi.

(33) il-kumpaniji elenkati għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu impenji individwali rigward ir-rappreżentanza taż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekutttivi u mhux eżekuttivi kif ukoll f'livelli oħra maniġerjali fi ħdan il-kumpanija. Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli mill-pożizzjoni attwali tal-kumpanija individwali lejn bilanċ aħjar bejn is-sessi.

Or. en

 

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta' kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv.

(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll dwar il-miżuri meħuda biex jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta' kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata fir-rapport annwali u fil-websajt tal-kumpanija u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettivi stabbiliti individwalment, għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq dawk l-objettivi.

Or. en

 

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta' effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta' preżenza tas-sess sottorappreżentat ta' mill-anqas 40% fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

(35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta' effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv fit-tul ta' proporzjon tas-sess sottorappreżentat ta' mill-anqas 40% fost id-diretturi mhux eżekuttivi u eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati

Or. en

 

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 38 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38 a) Sabiex jiġi żgurat li l-objettivi tal-bilanċ bejn is-sessi stabbiliti f'din id-Direttiva jiġu implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri u jiġu integrati f'politiki speċifiċi tal-kumpaniji rilevanti u sabiex jiġu vverifikati l-effetti konsekwenzjali ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu wkoll jevalwa l-impatti pożittivi u negattivi tal-estensjoni potenzjali tal-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-bilanċ bejn is-sessi għall-kumpaniji mhux elenkati u jerġa' jevalwa l-ħtieġa tal-introduzzjoni ta' miri legalment vinkolanti fil-livell tal-UE.

Or. en

 

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettivi fir-rigward ta' diretturi mhux eżekuttivi

Ċifri fil-mira u politiki dwar is-sessi għas-sess sottorappreżentat – il-mudell ta' kkonforma jew spjega

Or. en

 

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji:

 

a) jistabbilixxu ċifra fil-mira għall-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi, u

 

b) jistabbilixxu ċifra fil-mira għall-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-livelli l-oħra maniġerjali fi ħdan il-kumpanija, u

 

c) jiżviluppaw politika dwar is-sessi biex iżidu l-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-livelli maniġerjali tal-kumpanija.

Or. en

 

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv neċessarji biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun in-numru l-eqreb lejn il-proporzjon ta' 40 fil-mija, iżda mhux aktar minn 49 fil-mija.

imħassar

Or. en

 

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex jiksbu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor.

3. Sabiex il-kumpaniji elenkati jtejbu l-bilanċ tagħhom bejn is-sessi, tista' tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

Or. en

 

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, fuq talba ta' kandidati mhux magħżula, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla kienet ibbażata, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, fuq talba ta' kandidati mhux magħżula, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla kienet ibbażata.

Or. en

 

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, sabiex jiżguraw li fejn kandidati mis-sess l-anqas irrappreżentat li ma jintgħażlux jistabbilixxu fatti minn fejn jista jkun maħsub li dak il-kandidat kien kwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, għandu jkun id-dmir tal-kumpanija elenkata li tipprova li ma kienx hemm ksur tar-regola stabbilita fil-paragrafu 3.

imħassar

Or. en

 

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpaniji elenkati fejn il-membri tas-sess l-anqas irrappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-forza tax-xogħol ma jkunux suġġetti għall-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1.

imħassar

Or. en

 

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 ikun issodisfat fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet ta' direttur kollha, irrispettivament minn jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji li laħqu l-parità bejn is-sessi, definita bħala 40% tar-rappreżentazzjoni tas-sess sottorappreżentat fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi, m'għandhomx ikunu obbligati jfasslu politika dwar il-bilanċ bejn is-sessi skont l-Artikolu 4(1) iżda għandhom sempliċiment jiddikjaraw iċ-ċifri fil-mira ewlenin tagħhom fir-rapport annwali u fil-websajt tagħhom.

Or. en

 

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri addizzjonali minn kumpaniji u rappurtar

Rekwiżiti ta' żvelar – ċifri fil-mira ewlenin u politika dwar is-sessi

Or. en

 

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b'impenji individwali rigward ir-rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi li jridu jintlaħqu sal-1 ta' Jannar 2020, jew sal-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-kumpaniji elenkati biex jipprovdu informazzjoni dwar dan li ġej fir-rapport annwali tagħhom:

 

a) il-persentaġġ tas-sess sottorappreżentat fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi,

 

b) il-persentaġġ tas-sess sottorappreżentat fil-livelli kollha tal-maniġment,

 

c) is-sess sottorappreżentat bħala persentaġġ tan-numru totali ta' impjegati,

 

d) jekk intlaħqux iċ-ċifri fil-mira stabbiliti fis-sena preċedenti, skont l-Artikolu 4(1),

 

e) il-politika dwar is-sessi mfassla kif imsemmi fl-Artikolu 4(1),

 

f) il-miżuri speċifiċi, adottati skont il-politika dwar is-sessi mfassla skont l-Artikolu 4(1), immirati biex jiksbu l-miri stabbiliti għad-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u fil-livelli oħra tal-maniġment fi ħdan il-kumpanija,

 

g) il-miżuri speċifiċi maħsuba li jiġu adottati għas-sena ta' wara skont il-politika dwar is-sessi mfassla skont l-Artikolu 4(1), immirati biex jiksbu l-miri stabbiliti għad-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u fil-livelli oħra tal-maniġment fi ħdan il-kumpanija,

 

h) l-istatus tal-bilanċ bejn is-sessi tal-kumpanija u l-prospettiva għall-ilħuq tal-għan fit-tul tal-parità bejn is-sessi fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi.

Or. en

 

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f'manjiera xierqa u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jirrappurtaw dwar l-istatistiċi tagħhom dwar il-bilanċ bejn is-sessi u dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 5(1) lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f'manjiera xierqa u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom.

Or. en

 

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji.

3. Fejn kumpanija elenkata ma tilħaqx iċ-ċifri fil-mira individwali tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 4(1), l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx iċ-ċifri fil-mira u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq iċ-ċifri fil-mira.

Or. en

 

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu l-miżuri li ġejjin:

2. Għandhom jiġu imposti sanzjonijiet lill-kumpaniji talli jiksru l-proċedura ta' stabbiliment ta' ċifri fil-mira, tfassil ta' politika dwar is-sessi u ta' żvelar ta' informazzjoni rilevanti skont l-Artikoli 4(1) u 5(1) ta' din id-Direttiva.

 

Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu dan li ġej:

Or. en

 

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kuntrarju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1).

imħassar

Or. en

 

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għall-Artikolu 4(6) u (7), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5), sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mil—anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

L-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (4) u l-Artikolu 5(1), sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mil—anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020.

Or. en

 

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017 u kull sentejn wara dan, rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, informazzjoni komprensiva dwar il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5(2) u informazzjoni dwar impenji individwali meħuda mill-kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 5(1).

1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017 u kull sentejn wara dan, rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar impenji individwali meħuda minn kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 4(1) u l-informazzjoni żvelata mill-kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 5(1) u (2).

Or. en

 

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' evalwazzjoni sal-1 ta' Lulju 2017 dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-kumpaniji elenkati msemmija fl-Artikoli 4 (1), 5(1) u (2), fuq il-bażi ta' rapporti sottomessi mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1. Barra minn hekk, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi s-sitwazzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi fil-livell tal-bord u fil-livell tal-maniġment tal-kumpaniji mhux elenkati li huma 'l fuq mil-limitu ta' SMS kif definit fl-Artikolu 2 u għandhom jerġgħu jevalwaw il-ħtieġa tal-introduzzjoni ta' miri legalment vinkolanti fil-livell tal-UE, bħal pereżempju l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-kumpaniji mhux elenkati, b'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi Ewropej u internazzjonali rilevanti kollha.

 

Fejn ir-rapport juri li l-politiki ta' kumpanija ma wasslux għal żieda sinifikanti fil-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-bordijiet jew fil-livell tal-maniġment f'kumpaniji elenkati u mhux elenkati, il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel proposta leġiżlattiva xierqa biex temenda r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva.

Or. en

 

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad toħroġ rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi, u sal-1 ta' Jannar 2020 għall-kumpaniji elenkati li mhumiex impriżi pubbliċi. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jinħareġ mill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jinħarġu fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1.

L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jinsabu fl-Artikolu 4(1) u (4) u fl-Artikolu 5(1) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad toħroġ rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv tal-kumpaniji elenkati sal-1 ta' Jannar 2020. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jinħareġ mill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jinħarġu fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1.

Or. en

 

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati, li bl-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(3) ma jkunux appuntaw jew eliġġew membri tas-sess sottorappreżentat f'mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv tal-bordijiet tagħhom sal-1 ta' Jannar 2018, fejn huma impriżi pubbliċi, jew sal-1 ta' Jannar 2020, fejn mhumiex impriżi pubbliċi, japplikaw l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) b'effett rispettivament minn dawk id-dati.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati, li bl-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(3) ma jkunux appuntaw jew eliġġew membri tas-sess sottorappreżentat f'mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv tal-bordijiet tagħhom sal-1 ta' Jannar 2020 japplikaw l-obbligi proċedurali li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (4) u l-Artikolu 5(1) b'effett minn dik id-data.

Or. en