Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

 

2012/0299(COD)

28.3.2013

ABBOZZ TA' OPINJONI

tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati

( COM(2012)0614 – C7‑0382/2012 – 2012/0299(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Marije Cornelissen

 

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

F'Ottubru 2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġislattiva li tippromovi l-bilanċ bejn is-sessi fost Diretturi mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati f'borża. Fis-sena ta' qabel, kumpaniji elenkati fl-UE kienu ingħataw l-aħħar opportunità biex jirregolaw lilhom infushom fir-rigward ta' aktar nisa fuq il-bordijiet, meta l-Kummissarju u Viċi President Reding talbithom jiffirmaw   'L-Impenn għall-Ewropa Nisa fuq il-Bord' f'Marzu 2011. Kienu biss 24 kumpanija Ewropea li ffirmaw. Meta jitqies in-numru persistentement baxx ta' nisa fuq il-bordijiet u n-nuqqas ovvju ta' awtoregolazzjoni biex titjieb b'mod sinifikanti s-sitwazzjoni ta' dawn l-aħħar deċenni, wasal iż-żmien li tittieħed azzjoni leġiżlattiva.

 

Il-kamp ta' applikazzjoni: Diretturi eżekuttivi - mhux eżekuttivi

Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li d-Direttiva kollha kemm hi tiġi applikata għal Diretturi eżekuttivi kif ukoll mhux eżekuttivi. Id-Dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma jinterferixxux bla bżonn mal-ġestjoni ta' kuljum, minħabba li l-kumpaniji jżommu l-libertà li jagħżlu l-kandidati fuq il-bażi ta' kwalità jew ta' kunsiderazzjonijiet relevanti oħra. Il-proporzjoni ta' Diretturi eżekuttivi nisa hu partikolarment baxx (10 % fl-2013 meta mqabbel ma' 17 % fost Diretturi mhux eżekuttivi). Għalhekk l-artikoli ewlenin tad-Direttiva li jirrigwardaw l-aġġustament tal-proċedura tal-għażla għandhom japplikaw għad-Diretturi kollha.

 

Diversità ta' proċeduri

Fil-proposta tal-Kummissjoni, l-enfasi hi fuq il-mod speċifiku li bih il-kandidati jiġu magħżula għal ħatriet fuq bordijiet. Dan għandu jkun trasparenti, newtrali u bbażat fuq kwalifiki individwali. Madankollu, il-mod li bih membri tal-bord jintgħażlu u jiġu maħtura mhux dejjem ikun jixbaħ lil proċedura ta' reklutaġġ għal impjegati regolari. F'xi Stati Membri, pereżempju, il-membri tal-bord jiġu maħtura jew magħżula mill-ħaddiema jew mill-membri tal-unjon, bħas-sistema Ġermaniża ta' 'Mitbestimmung’. Barra minn hekk, il-kwalitajiet individwali mhux dejjem ikunu l-uniku kriterju relevanti. Bilanċ bejn il-ħiliet differenti, il-kompetenza, in-nazzjonalità jew konsiderazzjonijiet ta' rappreżentazzjoni jistgħu jkunu importanti jew ukoll fatturi deċiżivi fl-għażla finali ta' Diretturi. Il-unjons u n-negozji talbu għal aktar flessibbiltà fil-mod li bih issir il-ħatra jew l-għażla.

Għalhekk, ir-Rapporteur fl-Artikolu 4.1 tipproponi li tħalli l-Istati Membri u l-kumpaniji liberi dwar kif jadattaw il-proċedura ta' għażla jew ta' ħatra tagħhom, filwaqt li jiffokaw fuq l-eżitu. L-adattamenti jistgħu jieħdu forom differenti u jistgħu japplikaw għal proċess ta' ħatra, reklutaġġ jew għażla, sakemm ikollhom l-għan li jilħqu riżultat tal-inqas ta' 40 % ta' nisa fuq bordijiet ta' kumpaniji elenkati.

 

Fokus fuq il-proċess ta' reklutaġġ kollu

Il-proposta tal-Kummissjoni tiffoka biss fuq għażla individwali ta' kandidati għal pożizzjonijiet fuq bordijiet. Madankollu, ir-reklutaġġ ta' membru ta' bord ma jibdix fl-istadju tal-għażla; jibda fl-istadju tal-bini ta' riserva ta' kandidati li se jintgħażlu. Jekk din ir-riserva ma tinkludix nisa kapaċi u adattati biżżejjed, jibqa' improbabli li tintgħażel mara anke jekk il-kriterji tal-għażla jkunu kompletament newtrali mill-perspettiva tal-ġeneru.

Ir-Rapporteur għalhekk tipproponi li tkun inkluża r-riserva tal-għażla fl-obbligi ta' rappurtar għall-kumpaniji li ma jkunux għażlu mara meta n-nisa jkunu għadhom mhux rappreżentati biżżejjed, billi tintalab informazzjoni dwar l-għadd ta' nisa fir-riserva tal-għażla kif ukoll il-kriterji użati biex jingħażel kandidat, u l-miżuri li se jittieħdu biex ikun żgurat li jkun hemm kandidati suffiċjentement kwalifikati u adattati tas-sess sottorappreżentat fil-proċeduri li jmiss.

 

Obbligi ta' rappurtar u ta' spjega

Id-Direttiva għandha tkun immirata għal dawk il-kumpaniji li ma jagħmlux sforz biżżejjed jew ma jkollhomx riżultati suffiċjenti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sess fuq il-bordijiet tagħhom. Għalhekk, ir-Rapporteur tixtieq tiddistingwi bejn kumpaniji li jiffunzjonaw sew u dawk li jiffunzjonaw ħażin. Il-kumpaniji kollha se jintalbu jipprovdu data fuq bażi annwali dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneru fuq il-bordijiet tagħhom fir-rapporti annwali tagħhom kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Jekk kumpaniji jaħtru lil xi ħadd tas-sess li hu rappreżentat iżżejjed, l-obbligi ta' żvelar, ta' rapportar u ta' spjega jiżdiedu. Huma jkollhom jiżvelaw il-kompożizzjoni tal-ġeneru tar-riserva tal-għażla u r-raġunijiet u l-kriterji li wasslu għall-għażla tal-kandidat tas-sess li hu rappreżentat iżżejjed, kif ukoll jippreżentaw miżuri li jiżguraw aktar bilanċ tal-ġeneru fir-riserva tal-għażla u jżidu l-opportunità ta' ħatra ta' direttur mis-sess sottorappreżentat fil-ħatriet futuri.

 

Klawżola ta' sospensjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni timmira li tevita interferenza mal-miżuri nazzjonali eżistenti meħuda biex iżidu d-diversità tal-ġeneru fuq il-bordijiet. Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li tinżamm il-possibbiltà għall-Istati Membri li jissospendu uħud mill-artikoli ewlenin tad-Direttiva. Jekk Stat Membru jħoss li miżuri volontarji jew miżuri oħra xorta jwasslu biex jinkisbu l-għanijiet tad-Direttiva, dan għandu jkollu l-libertà li jara jekk dan hux il-każ. Madankollu, hi tipproponi li jissaħħu s-salvagwardji sabiex il-politika nazzjonali tkun ugwalment effettiva biex jintlaħaq l-għan ta' 40 % tad-Direttiva. Għal dan il-għan, is-sospensjoni għandha tkun kundizzjonali għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Jekk, barra minn hekk, sal-2017 għan intermedju ta' 30 % ta' nisa fuq bordijiet ma jkunx intlaħaq, awtomatikament tidħol fis-seħħ id-Direttiva għal dak l-Istat Membru.

 

Sanzjonijiet u inċentivi

Ir-Rapporteur taqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni li tagħti lill-Istati Membri r-responsabbiltà ewlenija li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. Madankollu, jista' jkun hemm inċentivi addizzjonali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkumpensaw kumpaniji billi jużaw l-ilħuq tal-objettiv ta' 40 % bħala kriterju tal-għoti fl-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħtu l-eżempju billi jagħtu l-appalti biss lill-kumpaniji li jkunu laħqu l-objettiv ta' 40 %. Il-konformità mad-Direttiva (li ma għandux jiġi konfuż mal-objettiv aħħari) għandha tkun kundizzjoni biex jingħataw fondi tal-UE.

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tiegħu:

 

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Titolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati

dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Or. en

 

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 157(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 8, 157(3) u (4) tiegħu,

Or. en

 

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Or. en

 

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

Or. en

 

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

Or. en

 

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività tal-ekonomija u huwa essenzjali għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi tal-UE, biex nikkompetu b'suċċess f'ekonomija globalizzata u biex niżguraw vantaġġ komparattiv fir-rigward ta' pajjiżi terzi. Ir-riżerva ta' nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna qiegħda tikber b'mod kostanti kif inhu kkonfermat mill-fatt li 60% tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva fil-ħatriet għal pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b'mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ.

(7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività tal-ekonomija, biex nikkompetu b'suċċess f'ekonomija globalizzata. Hemm riżerva ta' nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna kif inhu kkonfermat fost oħrajn mill-fatt li 60 % tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva fil-ħatriet għal pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b'mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ.

Or. en

 

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta' ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta' ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta' valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija biss miżura fuq il-livell tal-UE li tista' effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju.

(14) Din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, imma titlob li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi sabiex jaġġustaw il-proċeduri tar-reklutaġġ, l-għażla u l-ħatra tagħhom, fost oħrajn billi jagħmlu deċiżjonijiet ta' ħatra għal diretturi sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi. Hija biss miżura fuq il-livell tal-UE li tista' effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju.

Or. en

 

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Is-sistemi kollha jiddistingwu bejn id-diretturi eżekuttivi, li huma involuti fil-ġestjoni ta' kuljum ta' kumpanija, u d-diretturi mhux eżekuttivi li mhumiex involuti fl-amministrazzjoni ta' kuljum, iżda jwettqu funzjoni ta' superviżjoni. L-għanijiet kwantitattivi stipulati f'din id-Direttiva għandhom japplikaw biss għal diretturi mhux eżekuttivi sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li tiżdied id-diversità tas-sessi tal-bordijiet u l-ħtieġa li jiġi mminimizzat l-indħil fit-tmexxija ta' kuljum tal-kumpanija. Billi d-diretturi mhux eżekuttivi jwettqu ħidmiet ta' sorveljanza, huwa wkoll aktar faċli li jiġu ingaġġati kandidati kwalifikati minn barra l-kumpanija u sa ċertu punt anke minn barra s-settur speċifiku li fih topera l-kumpanija - konsiderazzjoni li hija importanti għal oqsma tal-ekonomija fejn il-membri ta' sess partikolari huma partikolarment sottorappreżentati fil-forza tax-xogħol.

(20) Is-sistemi kollha jiddistingwu bejn id-diretturi eżekuttivi, li huma involuti fil-ġestjoni ta' kuljum ta' kumpanija, u d-diretturi mhux eżekuttivi li mhumiex involuti fl-amministrazzjoni ta' kuljum, iżda jwettqu funzjoni ta' superviżjoni. L-għanijiet kwantitattivi stipulati f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għal diretturi mhux eżekuttivi u għandhom japplikaw miżuri addizzjonali għal diretturi eżekuttivi.

Or. en

 

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati.

(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Din id-Direttiva għandha tqis id-diversità tal-proċeduri tal-għażla li teżisti fl-Istati Membri.

Or. en

 

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta' mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta' diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta' kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa' tal-kumpaniji u l-azzjonisti.

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta' mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta' diretturi għandhom jaġġustaw il-proċeduri ta' reklutaġġ, tal-għażla u ta' ħatra tagħhom sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta' diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta' kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa' tal-kumpaniji u l-azzjonisti.

Or. en

 

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-Istati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f'kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi li jiġu mis-sess l-anqas rappreżentat għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija.

(23) L-Istati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f'kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi li jiġu mis-sess l-anqas rappreżentat għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija.

Or. en

 

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Id-determinazzjoni tan-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv meħtieġa għall-konformità mal-objettiv titlob aktar speċifikazzjoni billi għal bosta daqsijiet tal-bordijiet huwa matematikament possibbli biss jew li wieħed imur lil hinn jew jibqa' taħt is-sehem eżatt ta' 40 fil-mija. Għalhekk, in-numru ta' pożizzjonijiet fuq il-bordijiet meħtieġa għall-konformità mal-objettiv għandu jkun in-numru l-eqreb għal 40 fil-mija. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra s-sess oriġinarjament irrappreżentat iżżejjed, il-kumpaniji elenkati ma għandhomx ikunu obbligati li jaħtru l-membri mis-sess l-anqas irrappreżentat għal nofs il-pożizzjonijiet tal-bord mhux eżekuttivi jew aktar. Għalhekk, pereżempju, il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat għandhom ikollhom mill-inqas pożizzjoni waħda fuq il-bordijiet bi tliet jew erba diretturi mhux eżekuttivi, mill-inqas żewġ pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’ħames jew sitt diretturi mhux eżekuttivi, u mill-inqas tliet pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’seba’ jew tmien diretturi mhux eżekuttivi.

(24) Id-determinazzjoni tan-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv meħtieġa għall-konformità mal-objettiv titlob aktar speċifikazzjoni billi għal bosta daqsijiet tal-bordijiet huwa matematikament possibbli biss jew li wieħed imur lil hinn jew jibqa' taħt is-sehem eżatt ta' 40 fil-mija. Għalhekk, in-numru ta' pożizzjonijiet fuq il-bordijiet meħtieġa għall-konformità mal-objettiv għandu jkun in-numru l-eqreb għal 40 fil-mija. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra s-sess oriġinarjament irrappreżentat iżżejjed, il-kumpaniji elenkati ma għandhomx ikunu obbligati li jaħtru l-membri mis-sess l-anqas irrappreżentat għal aktar min-nofs il-pożizzjonijiet tal-bord mhux eżekuttivi. Għalhekk, pereżempju, il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat għandhom ikollhom mill-inqas pożizzjoni waħda fuq il-bordijiet bi tliet diretturi mhux eżekuttivi, mill-inqas żewġ pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’erba', ħames jew sitt diretturi mhux eżekuttivi, u mill-inqas tliet pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’seba’ jew tmien diretturi mhux eżekuttivi.

Or. en

 

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Skont din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat fuq il-bażi ta' kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

(26) Skont l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fejn applikabbli mal-ġurisprudenza relatata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza fil-proċeduri tar-reklutaġġ, tal-għażla u tal-ħatriet tagħhom, filwaqt li jirrispettaw il-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat għall-inqas huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat l-ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji li ma jkunux laħqu l-objettiv ewlieni tad-Direttiva jiżvelaw informazzjoni addizzjonali dwar il-politiki tagħhom tar-reklutaġġ, l-għażla u l-ħatra, u b'mod partikolari jwettqu pjanijiet konkreti biex itejbu l-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom.

Or. en

 

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Il-metodi tar-reklutaġġ u l-ħatra ta' diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tistabbilixxi biss armonizzazzjoni minima tal-proċeduri tal-għażla, li tagħmilha possibbli li jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati.

(27) Il-metodi tar-reklutaġġ u l-ħatra ta' diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Dan l-istrument leġiżlattiv għalhekk jirrispetta d-diversità tal-proċedura tal-għażla filwaqt li jinsisti li jintlaħaq l-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fuq il-bordijiet. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tippermetti li jkun hemm diversità fil-proċedura tal-għażla, bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati.

Or. en

 

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati f'borża u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fuq talba ta' kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta' kwalifiki li l-għażla kienet ibbażata fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat li mhux mis-sess sottorappreżentat. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati sabiex jipprovdu dak it-tagħrif, fuq talba, lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta' interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati f'borża u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw lil kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta' kwalifiki li l-għażla kienet ibbażata fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat li mhux mis-sess sottorappreżentat. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati sabiex jipprovdu dak it-tagħrif lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta' interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Or. en

 

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1).

(30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi, aċċess ristrett jew esklużjoni mill-fondi tal-UE u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1). L-eliġibbiltà ta' kumpaniji għal offerti minn istituzzjoni tal-UE hi dipendenti fuq l-ilħuq tal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4.1. L-Istati Membri jistgħu jqiegħdu l-ilħuq tal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4.1 bħala kundizzjoni fil-kriterji tal-għoti għall-akkwist pubbliku.

Or. en

 

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Peress li l-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-forza tax-xogħol għandha impatt dirett fuq id-disponibilità ta' kandidati mis-sess l-anqas rappreżentat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn il-membri tas-sess sottorappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-ħaddiema, il-kumpanija kkonċernata ma għandhiex tkun meħtieġa li tissodisfa l-għan stabbilit f'din id-Direttiva.

imħassar

Or. en

 

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

(32) Billi l-perċentwal ta' nisa fost id-diretturi eżekuttivi hu wkoll aktar baxx, għandu jinħoloq inċentiv addizzjonali li jżid l-għadd ta' diretturi eżekuttivi nisa. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li d-diretturi tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi taħt il-kundizzjoni li tal-inqas wieħed mid-diretturi eżekuttivi jkun mis-sess sottorappreżentat.

Or. en

 

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Minbarra l-miżuri li jirrigwardaw id-diretturi mhux eżekuttivi, u bil-ħsieb li jittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi wkoll fost diretturi involuti f'kompiti ta' ġestjoni ta' kuljum, il-kumpaniji elenkati għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu impenji individwali rigward ir-rappreżentanza taż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi, li jridu jinkisbu sal-1 ta' Jannar 2020. Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli mill-pożizzjoni attwali tal-kumpanija individwali lejn bilanċ aħjar bejn is-sessi.

(33) Minbarra l-miżuri li jirrigwardaw id-diretturi mhux eżekuttivi, u bil-ħsieb li jittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi wkoll fost diretturi involuti f'kompiti ta' ġestjoni ta' kuljum, il-kumpaniji elenkati għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu impenji individwali rigward rappreżentanza aktar bilanċjata taż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi, li jridu jinkisbu sal-1 ta' Jannar 2020, jew, fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi, sal-1 ta' Jannar 2018. Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli mill-pożizzjoni attwali tal-kumpanija individwali lejn bilanċ aħjar bejn is-sessi.

Or. en

 

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta' effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta' preżenza tas-sess sottorappreżentat ta' mill-anqas 40% fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

(35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta' effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta' preżenza tas-sess sottorappreżentat ta' mill-anqas 40% fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri tal-Istati Membri humiex suffiċjenti biex jilħqu l-eżitu mixtieq u abbażi ta' dan tiddeċiedi jekk jistgħux jiġu sospiżi artikoli relevanti tad-Direttiva sabiex tiġi evitata interferenza mal-miżuri nazzjonali.

Or. en

 

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex tiżgura rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati billi tistabbilixxi miżuri mmirati lejn progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi filwaqt li tħalli lill-kumpaniji biżżejjed żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji.

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex tiżgura rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati billi tistabbilixxi miżuri mmirati lejn progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi filwaqt li tħalli lill-kumpaniji biżżejjed żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji.

Or. en

 

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettivi fir-rigward ta' diretturi mhux eżekuttivi

L-objettivi fir-rigward ta' diretturi

Or. en

 

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta' diretturi għandhom jaġġustaw il-proċeduri tagħhom tar-reklutaġġ, tal-għażla jew tal-ħatra, sabiex jilħqu dan il-perċentwal mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

 

Dawn il-proċeduri jistgħu jinkludu fost oħrajn l-għażla fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi.

 

Indipendentement mill-proċedura magħżula, l-aġġustament għandu jimmira li jilħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Bordijiet ta' kumpanija mhumiex magħżula biss abbażi ta' analiżi kumparattiva. Il-prattiki fl-Istati Membri tal-UE ivarjaw u jindirizzaw, fost il-kwalifiki, kwistjonijiet bħar-rappreżentanza. Il-varjazzjoni tal-proċeduri tinkludi reklutaġġ, preselezzjoni mill-kumitati tal-għażla jew elezzjonijiet bħal fil-każ ta' rappreżentanti tal-ħaddiema. Id-Direttiva trid tirrispetta u tirrispondi għal din id-diversità fil-proċeduri filwaqt li tiffoka fuq l-eżitu mixtieq.

 

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv neċessarji biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun in-numru l-eqreb lejn il-proporzjon ta' 40 fil-mija, iżda mhux aktar minn 49 fil-mija.

2. In-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur neċessarji biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun in-numru l-eqreb lejn il-proporzjon ta' 40 fil-mija, iżda mhux aktar minn 49 fil-mija.

Or. en

 

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex jiksbu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor.

3. Sabiex jiksbu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, u bi qbil mal-Artikolu 23(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-reklutaġġ, fl-għażla u fil-ħatra tad-diretturi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor.

 

Fil-każ ta' proċedura tal-għażla bbażata fuq il-kompetenza, il-prijorità għandha tingħata lill-kandidat tas-sess sottorappreżentat fil-każijiet fejn dak il-kandidat ikun għall-inqas ugwalment kwalifikat bħala tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali.

Or. en

 

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, fuq talba ta' kandidati mhux magħżula, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla kienet ibbażata, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, lil kandidat mhux magħżul, l-għadd u l-ġeneru tal-kandidati fir-riserva tal-għażla filwaqt li jirrispettaw l-anonimità tagħhom bi qbil mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla jew il-ħatra kienet ibbażata, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

Or. en

 

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati.

Or. en

 

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpaniji elenkati fejn il-membri tas-sess l-anqas irrappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-forza tax-xogħol ma jkunux suġġetti għall-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1.

imħassar

Or. en

 

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 ikun issodisfat fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet ta' direttur kollha, irrispettivament minn jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

7. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 ikun issodisfat fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet ta' direttur kollha, sakemm għall-inqas wieħed minn dawn il-pożizzjonijiet ta' direttur ikun eżekuttiv.

Or. en

 

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b'impenji individwali rigward ir-rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi li jridu jintlaħqu sal-1 ta' Jannar 2020, jew sal-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b'impenji individwali rigward ir-rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi li jridu jintlaħqu sal-1 ta' Jannar 2020, jew sal-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

 

Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli lejn bilanċ aħjar bejn is-sessi.

Or. en

 

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f'manjiera xierqa u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u fir-rapporti annwali tagħhom, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-progress magħmul u l-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u fejn applikabbli, dwar il-ġeneru tad-diretturi kollha maħtura matul il-perjodu ta' referenza, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f'manjiera xierqa u pubblikament aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom.

Or. en

 

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji.

3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1), 4(7) u l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi u l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji.

 

Speċifikament, fejn kumpanija elenkata koperta mill-Artikolu 5(3) ma tinkludix għall-inqas 33 % tas-sess sottorapprenżentat fir-riżerva tal-għażla għal pożizzjoni fuq il-bord, hi għandha, fir-rapport annwali tagħha, tippreżenta l-miżuri meħuda biex tirrimedja dan għal kwalunkwe proċedura tal-għażla futura.

 

Fil-każ li kumpanija elenkata koperta mill-Artikolu 5(3) għażlet kandidat tas-sess li hu aktar rappreżentat matul is-sena ta' rapportar, hi għandha tiżvela dan fir-rapport annwali tagħha, inklużi kunsiderazzjonijiet li jxaqilbu l-bilanċ favur dan il-kandidat. Dan għandu jkun akkumpanjat minn deskrizzjoni tal-miżuri meħuda li jiżguraw li l-ħatriet futuri se jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan tal-Artikolu 4(1).

Or. en

 

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) ikunu wkoll kompetenti għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta' kumpaniji elenkati.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) ikunu wkoll kompetenti u mgħammra b'riżorsi suffiċjenti biex jippromovu, janalizzaw, jimmonitorjaw u jappoggaw il-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta' kumpaniji elenkati.

Or. en

 

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) L-Istati Membri jistgħu jużaw l-ilħuq tal-objettiv tal-Artikolu 4.1 bħala kriterju tal-għoti ta' akkwist pubbliku.

Or. en

 

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu joffru inċentivi addizzjonali għall-konformità ma' din id-Direttiva, pereżempju: jutilizzaw l-ilħuq tal-objettiv fl-Artikolu 4(1) bħala kriterju tal-għoti fil-proċeduri tal-akkwist tal-istituzzjonijiet tal-UE.

Or. en

 

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Sabiex tiġi żgurata konformità trasversali ma' strumenti oħra tal-UE, jista' jiġu sospiżi l-fondi tal-UE fejn ikun hemm ksur tal-obbligi taħt din id-Direttiva.

Or. en

 

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. L-Istati Membri għandhom jirraportaw dwar is-sanzjonijiet li jkunu fis-seħħ għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Or. en

 

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva biex tiġi assigurata rappreżentazzjoni iktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' kumpaniji kostitwiti fit-territorju nazzjonali tagħhom, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma joħolqux diskriminazzjoni mhux ġustifikata, u ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

L-Istati Membri huma mistiedna jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva bil-għan li jilħqu l-objettiv tal-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tiġi assigurata rappreżentazzjoni iktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' kumpaniji kostitwiti fit-territorju nazzjonali tagħhom, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jkunu indirizzati lejn l-għan ta' din id-Direttiva u ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.

Or. en

 

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għall-Artikolu 4(6) u (7), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5), sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mil—anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

Bla ħsara għall-Artikolu 4(6) u (7), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5), sakemm valutazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tindika li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mil—anqas 40 % tal-pożizzjonijiet ta' direttur ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

Or. en

 

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika din l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika din l-informazzjoni lill-Kummissjoni u jitolbu lill-Kummissjoni toħroġ sospensjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-talba tal-Istati Membri u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Is-sospensjoni tal-Kummissjoni se tkun awtomatikament revokata jekk ma jkunx hemm progress suffiċjenti favur l-għan ta' din id-Direttiva li jkun meqjus il-każ jekk il-perċentwal tas-sess sottorappreżentat ikun aktar baxx minn 30 % sal-2017 jew sal-2015 fejn kumpaniji elenkati jkunu impriżi pubbliċi.

Or. en

 

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad toħroġ rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi, u sal-1 ta' Jannar 2020 għall-kumpaniji elenkati li mhumiex impriżi pubbliċi. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jinħareġ mill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jinħarġu fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1.

L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad tippubblika rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40 % tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi, u sal-1 ta' Jannar 2020 għall-kumpaniji elenkati li mhumiex impriżi pubbliċi. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1.

Or. en

 

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fid-dawl tal-iżviluppi fir-rappreżentanza tal-irġiel u nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati u fil-livelli differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-ekonomija kollha u filwaqt li tqis jekk il-progress huwiex suffiċjentement sostenibbli, hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul ta' din id-Direttiva lil hinn mid-data speċifikata fl-Artikolu 10(2) jew li temendaha.

4. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, għandha tevalwa jekk, fid-dawl tal-iżviluppi fir-rappreżentanza tal-irġiel u nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati u fil-livelli differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-ekonomija kollha u filwaqt li tqis jekk il-progress huwiex suffiċjentement sostenibbli, hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul ta' din id-Direttiva lil hinn mid-data speċifikata fl-Artikolu 10(2) jew li temendaha.

Or. en