Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

 

2013/0181(COD)

27.11.2013

ABBOZZ TA' OPINJONI

tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi

( COM(2013)0342 – C7‑0162/2013 – 2013/0181(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Pervenche Berès

 

PA_Legam

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda   1

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Għandha tiġi stabbilita proċedura affidabbli għall-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ u r-rilaxx tad-dejta rilevanti għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta rilevanti għall-MIP") kif ukoll bħala titjib kontinwu tal-informazzjoni statistika sottostanti f'konformità mal-oqfsa ta' mmaniġġjar tal-kwalità tal-Kummissjoni għall-istatistika Ewropea4. Il-Grupp ta' Diretturi tal-Istatistika Makroekonomika (DMES), stabbilit mill-Kummissjoni, huwa l-grupp xieraq ta' esperti biex jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-għajnuna meħtieġa għall-applikazzjoni ta' proċedura b'saħħitha ta' monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.

(5) Għandha tiġi stabbilita proċedura affidabbli għall-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ u r-rilaxx tad-dejta rilevanti għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta rilevanti għall-MIP") kif ukoll bħala titjib kontinwu tal-informazzjoni statistika sottostanti f'konformità mal-oqfsa ta' mmaniġġjar tal-kwalità tal-Kummissjoni għall-istatistika Ewropea4. Il-Grupp ta' Diretturi tal-Istatistika Makroekonomika (DMES) u d-Diretturi Ewropej tal-Istatistika Soċjali, stabbiliti mill-Kummissjoni, huma l-gruppi xierqa ta' esperti biex jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-għajnuna meħtieġa għall-applikazzjoni ta' proċedura b'saħħitha ta' monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.

_____________

_____________

4 COM(2005)217 final u COM(2011)211 final.

4 COM(2005)217 final u COM(2011)211 final.

Or. en

 

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ ta' dubju dwar l-implimentazzjoni korretta tar-regoli li jirregolaw il-kompilazzjoni u t-trażmissjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu kjarifika mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-Kummissjoni għandha minnufih teżamina l-kwistjoni u tikkomunika l-kjarifika tagħha lill-Istat Membru kkonċernat, lill-grupp ta' esperti dwar l-istatistika makroekonomika stabbilit mill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku.

F'każ ta' dubju dwar l-implimentazzjoni korretta tar-regoli li jirregolaw il-kompilazzjoni u t-trażmissjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu kjarifika mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-Kummissjoni għandha minnufih teżamina l-kwistjoni u tikkomunika l-kjarifika tagħha lill-Istat Membru kkonċernat, lill-gruppi ta' esperti dwar l-istatistika makroekonomika u l-istatistika soċjali stabbiliti mill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku.

Or. en

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirraporta lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE7 dwar is-sejbien ta' dawn il-missjonijiet, inklużi kwalunkwe kummenti dwar dan is-sejbien li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirraporta lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE7 u l-Kumitat tax-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 200/98/KE7a dwar il-konklużjonijiet ta' dawn il-missjonijiet, inklużi kwalunkwe kummenti dwar dawn il-konklużjonijiet li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, lill-Kumitat tax-Xogħol u lill-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

____________

____________

7 ĠU L 63, 5.3.1974, p.21

7 ĠU L 63, 5.3.1974, p.21

 

7a Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/98/KE tat-24 ta' Jannar 2000 li tistabbilixxi l-Kumitat tax-Xogħol (ĠU L 29, 4.2.2000, p. 21).

Or. en

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ temenda d-dejta trażmessa mill-Istati Membri u tipprovdi d-dejta emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2). Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika d-dejta emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.

4. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ temenda d-dejta trażmessa mill-Istati Membri u tipprovdi d-dejta emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d-dejta rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) jew meta d-dejta trażmessa mill-Istati Membri mhijiex kompluta. Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Presidenti tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika u tal-Kumitat tax-Xogħol id-dejta emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.

Or. en

 

Emenda 5

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-dħul imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jiġi allokat għall-finanzjament tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR) tal-Istati Membri u l-konsegwenzi tagħhom bħala parti miċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew, bil-ħsieb li jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi, soċjali u d-diverġenzi f'dak li għandu x'jaqsam mal-impjiegi fiż-żona tal-euro.

Or. en

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri (in-NSI) għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni meħtieġa dwar id-dejta rilevanti għall-MIP fil-livell nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kollha għandhom jirrappurtaw lin-NSI għal dan il-għan. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri (in-NSI) għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni meħtieġa dwar id-dejta rilevanti għall-MIP fil-livell nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kollha, inklużi l-banek ċentrali u l-korpi responsabbli għall-istatistiċi dwar l-impjiegi u l-istatistiċi soċjali għandhom jirrappurtaw lin-NSI għal dan il-għan. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

Or. en

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta regolarment lill-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament.

Or. en

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-adegwatezza u l-effikaċja tal-proċess ta' monitoraġġ applikat f'każ ta' reviżjoni ta' jew żieda fid-dejta rilevanti għall-MIP;

Or. en