Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

 

2016/0222(COD)

10.2.2017

ABBOZZ TA' OPINJONI

tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni).

( COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Brando Benifei

 

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-riforma proposta tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil għandha l-għan li ssawwar politika tal-UE dwar il-migrazzjoni aktar sostenibbli, ġusta u olistika, ibbażata fuq il-prinċipji tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri.

 

Il-kwalità tal-istandards ta' akkoljenza hija fundamentali biex jiżdiedu l-opportunitajiet għall-persuni li jfittxu l-asil u għar-rifuġjati, li jaslu f'numri mingħajr preċedent, biex jintegraw b'mod effettiv u b'hekk titnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq il-pajjiż ospitanti. Madankollu, is-sostenibbiltà tal-proċess kollu tiddependi fuq serje ta' elementi essenzjali, bħal qafas leġiżlattiv li jiffunzjona sewwa u amministrazzjonijiet effiċjenti; impenn politiku deċiżiv minn atturi politiċi u istituzzjonali kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej; koeżjoni soċjali, inklużività u l-benesseri soċjoekonomiku tal-pajjiżi tagħna.

 

Fid-dawl ta' dan, ir-regoli ġodda kollha dwar l-akkoljenza jridu jkunu validi għall-futur, jiġifieri mfassla biex jaħdmu barra mil-loġika tal-emerġenza li sa issa kienet qed tiddefinixxi r-rispons għall-kriżi tar-rifuġjati. Dan huwa meħtieġ sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet biex l-isfida tal-integrazzjoni tiddawwar f'opportunità u riżorsa għas-soċjetà fuq medda twila ta' żmien. Fl-istess ħin, ir-riformi jridu jkunu wkoll realistiċi, validi għall-preżent, jiġifieri kapaċi jqisu kif xieraq is-sitwazzjoni makroekonomika tal-kontinent tagħna wara snin ta' kriżi protratta.

 

Fil-fehma tar-rapporteur, l-għan ta' din l-opinjoni tal-Kumitat EMPL għandu jkun li tiġi ppreżentata valutazzjoni globali dwar jekk il-kundizzjonijiet hawn fuq imsemmija jkunu bbilanċjati sewwa fil-proposta leġiżlattiva taħt skrutinju u joffru xi aġġustamenti skont dan. Valutazzjoni bħal din hija pożittiva biss b'mod parzjali.

 

Ir-rapporteur jilqa' s-sett ta' proposti ambizzjuż fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi mressaq mill-Kummissjoni. It-tnaqqis tal-livell limitu tal-aċċess għas-suq tax-xogħol lill-applikanti tal-protezzjoni internazzjonali għal sitt xhur huwa titjib sostanzjali għar-regoli attwali, u huwa koerenti mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew kif espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni tar-rifuġjati fis-suq tax-xogħol. Huwa jappoġġja wkoll l-inkoraġġiment lill-Istati Membri biex iħaffu aktar dan l-aċċess fejn l-applikanti jkollhom prospetti tajba ta' integrazzjoni. Min-naħa l-oħra, huwa mhuwiex favur il-possibbiltà li jiċċaħħad l-aċċess meta dawn jaqgħu taħt il-proċedura aċċellerata u, għalhekk, bis-suppożizzjoni ta' allegazzjoni infondata. Fl-opinjoni tiegħu, tali dispożizzjoni tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-ispirtu tagħha. Ir-rapporteur jilqa' wkoll il-kjarifiki dwar il-ħtieġa li dan l-aċċess huwa effettiv, u jipproponi żieda lit-test billi jissemmew uħud mill-eżempji ewlenin tal-kundizzjonijiet restrittivi osservati fl-Istati Membri, jiġifieri restrizzjonijiet settorjali u tal-ħinijiet tax-xogħol u formalitajiet amministrattivi eċċessivi.

 

Dispożizzjonijiet ġodda għall-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza huma titjib sinifikanti ħafna għas-sitwazzjoni attwali, u r-rapporteur jaqbel għal kollox mal-proposti mmirati li jiżguraw li l-Istati Membri, b'mod sistematiku, jivvalutaw dwar jekk l-applikant għandux bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza.

 

Fuq nota negattiva, ir-rapporteur ma jaqbel assolutament xejn mal-miżuri mmirati biex inaqqsu movimenti sekondarji billi jċaħħdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali lill-applikanti tal-protezzjoni internazzjonali jekk mhumiex fl-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tagħhom skont ir-regoli tal-asil riveduti attwalment. Fl-opinjoni tiegħu, dan jirrappreżenta tnaqqis inaċċettabbli tad-drittijiet tar-rifuġjati meta mqabbel ma' dawk li hemm bħalissa, li b'mod ċar imur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, dan jidher li jissuġġerixxi li l-movimenti sekondarji huma fil-biċċa l-kbira mmexxija mill-kwalità differenti tal-istandards ta' akkoljenza fost l-Istati Membri. Fil-fatt, l-istandards ta' akkoljenza għandhom ikunu mtejba fl-UE kollha. Madankollu, il-korrelazzjoni qawwija bejn, minn naħa, is-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-Istati Membri, il-prospetti ta' impjieg li dawn jistgħu joffru u l-kwalità ġenerali tas-servizzi tagħhom u, min-naħa l-oħra, il-preferenzi individwali tar-rifuġjati għall-asil, tidher li hi l-fattur predominanti li jiddetermina dawn il-movimenti sekondarji. Xi pajjiżi ġew esposti b'mod sproporzjonat għal wasliet minħabba raġunijiet ġeografiċi, filwaqt li ġarrbu - għal darb'oħra b'mod sproporzjonat - l-effetti tal-kriżi ekonomika, li rriżultaw fi tnaqqis tar-riżorsi tar-riżorsi pubbliċi disponibbli għall-miżuri ta' akkoljenza. Ir-rata għolja ta' qgħad u l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi terribbli fi Stat Membru jirrappreżentaw impediment għall-għan stess tar-riforma, peress li jnaqqsu l-prospetti ta' integrazzjoni tal-applikanti. Hemm ukoll ir-riskju li l-kompetizzjoni tiżdied fi ħdan is-suq tax-xogħol fil-konfront għaċ-ċittadini lokali u dawk tal-UE, li jista' jwassal għal żieda ulterjuri fis-sentimenti kontra l-immigranti. It-tentattiv li jiġu mblukkati movimenti sekondarji b'approċċ punittiv kontra dawk li jfittxu l-asil, minflok ma tiġi żgurata ġestjoni ordnata tal-flussi migratorji, jista' biss jaggrava sitwazzjonijiet diġà diffiċli. Approċċ bħal dan, aktar milli tweġiba razzjonali u funzjonali għal problema kumplessa ħafna, jidher li qed jindika nuqqas kontinwu ta' fiduċja reċiproka u n-nuqqas ta' rieda li tiġi stabbilita sistema ta' asil verament ġusta u ġenwinament Ewropea.

 

Għalkemm ma jaqgħux taħt l-eżerċizzju tar-riformulazzjoni, ir-rapporteur jipproponi modifika għar-regoli dwar id-detenzjoni: minorenni u minorenni mhux akkumpanjati m'għandhom qatt ikunu detenuti

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) hija bbażata fuq sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u standards komuni għal proċeduri ta' asil, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u proċeduri u drittijiet ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Minkejja l-progress sinifikanti li sar fl-iżvilupp tas-SEKA, għad hemm differenzi notevoli bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta' proċeduri użati, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti lill-applikanti, ir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' protezzjoni mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi huma xprunaturi importanti tal-moviment sekondarju u jimminaw l-objettiv li jiġi żgurat li l-applikanti kollha jiġu trattati b'mod ugwali irrispettivament minn fejn japplikaw fl-Unjoni.

(3)  Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) hija bbażata fuq sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u standards komuni għal proċeduri ta' asil, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u proċeduri u drittijiet ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Minkejja l-progress sinifikanti li sar fl-iżvilupp tas-SEKA, għad hemm differenzi notevoli bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta' proċeduri użati, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti lill-applikanti, ir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' protezzjoni mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi, flimkien mal-fatt li hemm sitwazzjonijiet makroekonomiċi u tas-suq tax-xogħol li huma differenti ħafna, huma xprunaturi importanti tal-moviment sekondarju u jimminaw l-objettiv li jiġi żgurat li l-applikanti kollha jiġu trattati b'mod ugwali irrispettivament minn fejn japplikaw fl-Unjoni.

Or. en

 

Emenda            2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament dinjituż tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex inaqqsu l-istandards tagħhom. Standards ta' akkoljenza aktar ekwi stabbiliti f'livell xieraq fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE.

(5)  Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament dinjituż tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex inaqqsu l-istandards tagħhom. Fl-istess ħin, l-Istati Membri l-aktar esposti qed iħabbtu wiċċhom b'mod sproporzjonat mal-piż ta' wasliet voluminużi ta' migranti u persuni li jfittxu l-asil, b'tali mod li l-akkoljenza qed titpoġġa taħt pressjoni kbira u jirriskjaw aktar deterjorament fil-kwalità tal-istandards offruti. Standards ta' akkoljenza aktar ekwi stabbiliti f'livell xieraq fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE.

Or. en

 

Emenda            3

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17.

imħassar

Or. en

 

Emenda            4

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta kun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett.

(12)  Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġuni bħal din tista' tkun li, pereżempju, applikant ikun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett.

Or. en

 

Emenda            5

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' residenza legali. Applikant li ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu aktarx li, wara li jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin ], ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni u konsegwentement aktarx li jaħrab. Għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

(13)  Applikant li deliberatament m'applikax għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' residenza legali, aktarx li ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni u konsegwentement aktarx li jaħrab.

Or. en

 

Emenda                6

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-applikanti huma meħtieġa jkunu preżenti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. F'każ li applikant jaħrab mill-Istat Membru u, mingħajr awtorizzazzjoni, jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

(14)  L-applikanti huma meħtieġa jibqgħu disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. F'każ li applikant jaħrab mill-Istat Membru jew, mingħajr ġustifikazzjoni adegwata, jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

Or. en

 

Emenda            7

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Il-fatt li applikant ikun ħarab preċedentement lejn Stat Membru ieħor huwa fatt importanti meta jiġi vvalutat ir-riskju li l-applikant jista' jaħrab. Sabiex jiġi żgurat li l-applikant ma jerġax jaħrab u jibqa' għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ladarba l-applikant jintbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

imħassar

Or. en

 

Emenda            8

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, minħabba proċessar malajr u monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, minħabba l-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew sabiex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex: japplika fl-Istat Membru tal-ewwel dħul irregolari jew legali; jibqa' fl-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti; jew f'każijiet fejn l-applikant ikun intbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku.

(16)  Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, minħabba proċessar malajr u monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali jew sabiex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, ikunu kapaċi jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-applikant, deliberatament, ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex jibqa' fl-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti, ivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata jew f'każijiet fejn l-applikant ikun intbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor.

Or. en

 

Emenda            9

Proposta għal direttiva

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Id-deċiżjonijiet kollha li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment tal-applikant jeħtieġ li jkunu bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, filwaqt li titqies kull ħtieġa ta' akkoljenza speċjali ta' applikanti u l-prinċipji ta' proporzjonalità. L-applikanti jridu jkunu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità.

(18)  Id-deċiżjonijiet kollha li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment tal-applikant jeħtieġ li dejjem ikunu mmotivati mill-awtoratjiet kompetenti u bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, filwaqt li titqies kull ħtieġa ta' akkoljenza speċjali ta' applikanti u l-prinċipji ta' proporzjonalità. L-applikanti jridu jkunu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità.

Or. en

 

Emenda            10

Proposta għal direttiva

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Fid-dawl ta' konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, it-tifsira ta' ħarba għandha tiġi definita li tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritjaiet rilevanti, inkluż billi jitlaq mit-territorju fejn l-applikant ikun meħtieġ li jkun preżenti.

(19)  Fid-dawl ta' konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, it-tifsira ta' ħarba għandha tiġi definita li tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti.

Or. en

 

Emenda            11

Proposta għal direttiva

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà tagħhom u għall-kura fiżika u emozzjonali tagħhom u pprovduta b'mod li tħeġġeġ l-iżvilupp ġenerali tagħhom.

(30)  Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà, l-akkomodazzjoni, in-nutrizzjoni u l-edukazzjoni tagħhom kif ukoll għall-kura fiżika u emozzjonali tagħhom, kollox ipprovdut b'mod li effettivament jippermetti l-iżvilupp ġenerali tagħhom.

Or. en

 

Emenda            12

Proposta għal direttiva

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard u ta' disturbi mentali serji. Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Ir-riżultati tal-kontrolli mediċi ma għandhomx jinfluwenzaw il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri].

(31)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza, kura ta' maternità u servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u trattament essenzjali ta' mard u ta' disturbi mentali serji bħal disturb minn stress postrawmatiku (PTSD). Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Ir-riżultati tal-kontrolli mediċi ma għandhomx jinfluwenzaw il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri].

Or. en

 

Emenda            13

Proposta għal direttiva

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Id-dritt ta' applikant għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali skont din id-Direttiva jista' jitnaqqas f'ċerti ċirkustanzi bħal meta applikant ikun ħarab lejn Stat Membru ieħor mill-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Madankollu, l-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikulari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikulari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Meta minorenni jkun fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-minorenni b'aċċess għal attivitajiet edukattivi xierqa sakemm jiġu trasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali.

(32)  L-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikolari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikolari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. L-Istati Membri jridu jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikolari rigward ir-rispett għad-dritt u l-aċċess tat-tfal għal edukazzjoni, kif ukoll l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-kura tat-tfal. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali.

Or. en

 

Emenda            14

Proposta għal direttiva

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli.

(34)  Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet, inkluż restrizzjonijiet settorjali, restrizzjonijiet fuq il-ħin tax-xogħol jew formalitajiet amministrattivi sproporzjonati, li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli.

Or. en

 

Emenda            15

Proposta għal direttiva

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata.

(35)  Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba.

Or. en

 

Emenda            16

Proposta għal direttiva

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Ladarba l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, huma għandhom ikunu intitolati għal sett komuni ta' drittijiet abbażi tat-trattament ugwali maċ-ċittadini. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom ikopru mill-inqas il-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u r-rekwiżiti tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-liv, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ. L-applikanti għandhom igawdu wkoll minn trattament ugwali fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u sigurta soċjali.

(36)  Ladarba l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, huma għandhom igawdu minn trattament ugwali maċ-ċittadini fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u r-rekwiżiti tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-liv, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ. L-applikanti għandhom igawdu wkoll minn trattament ugwali fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni, edukazzjoni u opportunitajiet ta' edukazzjoni relatati mal-impjieg għall-adulti, inklużi t-tagħlim tal-lingwi u l-korsijiet ta' taħriġ sabiex jittejbu l-ħiliet u l-esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol, is-servizzi ta' konsulenza li jingħataw mill-uffiċċji tal-impjieg, taħriġ vokazzjonali, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u sigurta soċjali.

Or. en

 

Emenda            17

Proposta għal direttiva

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Minħabba n-natura possibbilment temporanja tas-soġġorn tal-applikanti u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jeskludu l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad mit-trattament ugwali bejn l-applikanti u ċ-ċittadini proprji u għandhom ikunu kapaċi jillimitaw l-applikazzjoni tat-trattament ugwali rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Id-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni jista' jkun limitat ukoll billi jiġu esklużi applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika.

(39)  Minħabba n-natura possibbilment temporanja tas-soġġorn tal-applikanti, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jillimitaw id-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni billi jiġu esklużi applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika.

Or. en

 

Emenda            18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "ħarba"; tfisser l-azzjoni li biha applikant, sabiex jevita l-proċeduri tal-asil, jitlaq mit-territorju fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX32 [ir-Regolament ta' Dublin] jew ma jibqax għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-qorti jew tat-tribunal;

(10)  "ħarba"; tfisser l-azzjoni deliberata minn applikant, sabiex jevita l-proċeduri tal-asil u ma jibqax għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-qorti jew tat-tribunal;

__________________

__________________

32 ĠU C […], […], p. […].

32 ĠU C […], […], p. […].

Or. en

 

Emenda            19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi ddefiniti mid-dritt nazzjonali, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab;

(11)  "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet speċifiċi f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u speċifiċi ddefiniti mid-dritt nazzjonali f'konformità mal-linji gwida tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab;

Or. en

 

Emenda            20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin].

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, mill-inqas b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jindikaw ukoll lill-applikanti bl-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-possibbiltà ta' sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali kif stabbiliti fl-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva.

Or. en

 

Emenda            21

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar mingħajr dewmien, mela l-preżenza tal-applikant hija meħtieġa fi Stat Membru ieħor, b'mod partikolari għal raġunijiet bħal meta l-applikant jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lill-qraba intimi li huma morda serjament, jew biex jattendi żwiġijiet jew funerali ta' qraba intimi. Raġunijiet oħra bħal dawn jistgħu jinkludu sitwazzjonijiet fejn l-applikanti li ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jagħmlu vjaġġi essenzjali għal raġunijiet ta' xogħol, fejn l-applikanti huma meħtieġa jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula ta' studju jew fejn minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu.

Or. en

 

Emenda            22

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 - subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri m'għandhomx jimponu dokumentazzjoni mhux meħtieġa jew sproporzjonata jew obbligi amministrattivi oħra fuq l-applikanti qabel ma jikkonċedulhom id-drittijiet li huma intitolati għalihom skont din id-Direttiva għar-raġuni unika li huma applikanti għall-protezzjoni internazzjonali.

Or. en

 

Emenda            23

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

2.  L-Istati Membri, fejn meħtieġ, jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

Or. en

 

Emenda            24

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għall-ipproċessar rapidu u l-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali;

imħassar

Or. en

 

Emenda            25

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

għall-applikanti li ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkunu għamlu applikazzjoni hemm; jew

għall-applikanti li, deliberatament, ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew ikunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata; jew

Or. en

 

Emenda            26

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

għall-applikanti li jkunu ntbagħtu lura lejn l-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] wara li jkunu ħarbu lejn Stat Membru ieħor.

għall-applikanti li jkunu ntbagħtu lura lejn l-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] wara li jkunu ħarbu.

Or. en

 

Emenda            27

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-minorenni għandhom jinżammu biss f'detenzjoni bħala miżura aħħarija u wara li jkun ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu applikati miżuri alternattivi inqas koerċittivi b'mod effettiv. Tali detenzjoni għandha tkun għall-iqsar perjodu ta' żmien u għandu jsir kull sforz biex id-detenuti minorenni jinħelsu u jitqiegħdu f'akkomodazzjoni adatta għal tali minorenni.

Il-minorenni, irrispettivament jekk humiex akkompanjati jew le, m'għandhom qatt jinżammu f'detenzjoni. Id-dritt u l-aċċess tagħhom għall-akkomodazzjoni, il-kura u l-edukazzjoni għandu jkun assigurat u huma għandu jkollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' divertiment, inklużi attivitajiet ta' logħob u ta' rikreazzjoni adatti għall-età tagħhom.

Or. en

 

Emenda            28

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-minorenni jkunu detenuti, id-dritt għal edukazzjoni jrid ikun assigurat u huma għandu jkollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f’attivitajiet ta' rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rikreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom.

imħassar

Or. en

 

Emenda            29

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jinżammu f'detenzjoni biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Għandu jsir kull sforz biex il-minorenni mhux akkumpanjati u li jkunu detenuti jinħelsu malajr kemm jista' jkun.

imħassar

Or. en

 

Emenda            30

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhom qatt jinżammu f'akkomodazzjoni f'ħabs.

imħassar

Or. en

 

Emenda            31

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sakemm ikun possibbli, minorenni mhux akkumpanjati għandhom jingħataw akkomodazzjoni f'istituzzjonijiet li jkollhom persunal li jqis id-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-persuni tal-età tagħhom u l-faċilitajiet adattati għall-minorenni mhux akkumpanjati.

Minorenni mhux akkumpanjati għandhom, b'mod immedjat, jingħataw nutrizzjoni u akkomodazzjoni f'istituzzjonijiet li jkollhom persunal li jqis id-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-presuni tal-età tagħhom u l-faċilitajiet adattati għall-minorenni mhux akkumpanjati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma jiġu akkomodati b'mod separat mill-adulti.

Or. en

 

Emenda            32

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jiġu detenuti minorenni mhux akkumpanjati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu akkomodati b'mod separat mill-adulti.

imħassar

Or. en

 

Emenda            33

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri jaċċeleraw l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-punti [(a) sa (f)] tal-Artikolu [40(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jingħatax.

imħassar

Or. en

 

Emenda            34

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

(b)  il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

Or. en

 

Emenda            35

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ħlief għotjiet u self għal studju u manteniment jew għotjiet u self oħrajn relatati mal-edukazzjoni mat-taħriġ vokazzjonali;

(c)  it-taħriġ vokazzjonali, irrispettivament minn jekk huma għandhomx aċċess għas-suq tax-xogħol;

Or. en

 

Emenda            36

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ta' edukazzjoni relatati mal-impjieg għall-adulti, inklużi korsijiet ta' taħriġ biex jittejbu l-ħiliet u l-esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol, ħlief għotjiet ta' studju u manteniment u self jew għotjiet oħrajn u self relatat mat-taħriġ vokazzjonali u dak relatat mal-edukazzjoni;

Or. en

 

Emenda            37

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  is-servizzi ta' parir offruti minn uffiċċji tal-impjieg;

Or. en

 

Emenda            38

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għall-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali li huwa direttament marbut mal-attività ta' xogħol speċifika;

imħassar

Or. en

 

Emenda            39

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  skont il-punt (e) ta' dan il-paragrafu billi jiġu esklużi l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010.

imħassar

Or. en

 

Emenda            40

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tx-xogħol skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokument tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu [29] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jiddikjara li l-applikant ikollu permess jimpjega ruħu bi qligħ.

imħassar

Or. en

 

Emenda            41

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha.

Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti kollha.

Or. en

 

Emenda            42

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17a

imħassar

Kundizzjonijiet ta' akkoljenza fi Stat Membru għajr dak li fih l-applikant ikun meħtieġ ikun preżenti

 

1.   Applikant ma għandux ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 fi kwalunwe Stat Membru għajr dak li fih ikun meħtieġ ikun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin].

 

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' għajxien dinjituż għall-applikanti kollha.

 

3.   Sakemm minorenni jiġi trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom jipprovdulu aċċess għall-attivitajiet edukattivi xierqa.

 

Or. en

 

Emenda            43

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, irrispettivament minn jekk humiex meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard, inkluż disturbi mentali serji.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard, inkluż disturbi mentali serji.

Or. en

 

Emenda            44

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Rigward l-applikanti li huma meħtieġa jkunu preżenti fit-territorju skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2:

1.  Abbażi ta' deċiżjoni minn awtorità kompetenti, l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2:

Or. en

 

Emenda            45

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkun ivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkun għamel applikazzjoni hemm; jew

(g)  ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew ivvjaġġa deliberatament lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata; jew

Or. en

 

Emenda            46

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor.

(h)  ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab.

Or. en