Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
6.3.2017
ABBOZZ TA' OPINJONI
tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul
( COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Brando Benifei
PA_Legam
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-riforma proposta tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil għandha l-għan li ssawwar politika tal-UE dwar il-migrazzjoni aktar sostenibbli, ġusta u olistika, ibbażata fuq il-prinċipji tal-qsim ġust tar-responsabbiltà u s-solidarjetà fost l-Istati Membri.
Minkejja l-isforz leġiżlattiv u politiku li twettaq f’dawn l-aħħar snin fil-livell Ewropew u tal-Istati Membri, sabiex ikun hemm reazzjoni effettiva għall-kriżi tar-rifuġjati, diversi aspetti li jirrigwardaw il-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-asil għadhom iridu jiġu indirizzati. B’mod partikolari, għad hemm differenzi dwar ir-regoli u l-kriterji għall-għoti ta’ status ta’ rifuġjat u ta’ protezzjoni sussidjarja; dwar ir-rati ta’ għarfien fost l-Istati Membri kif ukoll dwar is-sett ta’ drittijiet u obbligi mogħtija lill-benefiċjarji. Il-Kummissjoni tipproponi li tirrevoka Riformulazzjoni tad-Direttiva preċedenti dwar il-Kwalifiki b’Regolament, u b'hekk jikber il-potenzjal ta’ armonizzazzjoni ta' strumenti komuni Ewropej ġodda. Ir-rapporteur jemmen li huwa essenzjali għal riformi f’dan il-qasam biex jinkiseb l-għan globali li tittejjeb is-sitwazzjoni attwali, li għandha tkun maħsuba bħala pass 'il quddiem lejn drittijiet effettivi pprovduti lil persuni li huma fil-bżonn ta’ protezzjoni, u mhux biss bħala riorganizzazzjoni jew razzjonalizzazzjoni amministrattiva funzjonali tar-regoli, il-prattiki u l-proċeduri.
Bil-ħsieb ta’ dan, il-possibbiltà tal-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà hija kruċjali.
Fl-abbozz ta’ opinjoni tiegħu, għalhekk, ir-rapporteur għal opinjoni qed iressaq emendi bl-għan li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-UE tippermetti li jiġi sfruttat il-potenzjal massimu ta’ tali prospetti ta’ integrazzjoni. Fl-ewwel stadju, dan ifisser allinjament tad-drittijiet mogħtija lir-rifuġjati, minn naħa waħda, u lil benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja min-naħa l-oħra, kif diġà huwa l-każ f'uħud mill-Istati Membri, peress li distinzjoni bħal din ta’ spiss hija bbażata fuq is-suppożizzjoni diskutibbli ta’ natura aktar temporanja tal-protezzjoni meħtieġa. Dan fil-prattika joħloq mhux biss kumplessità amministrattiva bla bżonn, iżda jirriskja direttament li jipperikola ċ-ċansijiet tagħhom ta’ integrazzjoni, pereżempju minħabba ż-żmien qasir wisq tal-permessi ta' residenza jew tax-xogħol tagħhom - li t-tnejn huma spiss intrinsikament konnessi - jew billi jorbot it-tiġdid ta’ tali permess ta’ residenza ma' rieżami tal-istatus ta’ protezzjoni, li jidher ukoll li hu għali u bla bżonn. Għal raġunijiet simili, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi t-tħassir mit-test tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jillimitaw l-għajnuna soċjali tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja għal benefiċċji essenzjali.
Il-Kummissjoni tippermetti lill-Istati Membri jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta’ integrazzjoni, bħal korsijiet tal-lingwa, it-taħriġ vokazzjonali u tipi oħra ta’ miżuri relatati mal-impjieg obbligatorji għal benefiċjarji ta’ protezzjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà. Filwaqt li dan jista’ jiġi aċċettat bħala għodda importanti sabiex l-isfidi ta' integrazzjoni fuq żmien qasir jinbidlu f'opportunità għas-soċjetà kollha kemm hi, fl-istess ħin jeħtieġ li jiġi speċifikat li miżuri ta’ dan it-tip iridu jkunu bla ħlas, disponibbli, faċilment aċċessibbli u dejjem iqisu d-drittijiet u l-valuri tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li nuqqas ta' parteċipazzjoni jew parteċipazzjoni parzjali f'dawn il-miżuri qatt ma jipperikolaw l-istatus ta’ protezzjoni tal-persuna, peress li dawn se jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar ir-rifuġjati.
Fl-aħħar nett, ir-rapporteur ma jaqbilx mal-approċċ punittiv magħżul mill-Kummissjoni li tirregola movimenti sekondarji, filwaqt li min-naħa l-oħra tikkunsidra aktar xierqa sistema ta’ inċentivi possibbli biex wieħed jibqa' fl-Istat li ta l-protezzjoni.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex jitnaqqsu inċentivi biex wieħed jiċċaqlaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea u tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament. | (1) Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jitħeġġu jibqgħu fl-Istat Membru li tahom protezzjoni u biex tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament. |
__________________ | __________________ |
31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9. | 31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9. |
Or. en
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta’ proċeduri użati, ir-rati ta’ rikonoxximent, it-tip ta’ protezzjoni mogħtija, il-livell ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi huma motivaturi importanti ta’ movimenti sekondarji u jimminaw l-objettiv tal-iżgurar li l-applikanti kollha huma trattati ugwalment kull fejn japplikaw fl-Unjoni. | (3) Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta’ proċeduri użati, ir-rati ta’ rikonoxximent, it-tip ta’ protezzjoni mogħtija, il-livell ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi, flimkien ma' sitwazzjonijiet makroekonomiċi u tas-suq tax-xogħol li huma differenti ħafna, huma motivaturi importanti ta’ movimenti sekondarji u jimminaw l-objettiv tal-iżgurar li l-applikanti kollha huma trattati ugwalment kull fejn japplikaw fl-Unjoni. |
Or. en
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b’mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-aġenzija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma’ talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta’ Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Tipproponi wkoll triq ’il quddiem f’konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta’ April 2016. | (4) Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ April 2016,32 il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b’mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-aġenzija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma’ talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta’ Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Madankollu, tonqos milli tipproponi triq ’il quddiem f’konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta’ April 2016. |
__________________ | __________________ |
32 COM (2016) 197 final. | 32 COM (2016) 197 final. |
33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16. | 33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16. |
Or. en
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Tenħtieġ madankollu aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja, li tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, fejn dan il-movimenti seta’ ġie kkawżat minn kwalunkwe differenza fil-miżuri nazzjonali legali meħuda għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifika sostitwita minn dan ir-Regolament. | (8) Tenħtieġ madankollu aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja, li tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri. |
Or. en
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Kandidati ta’ risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, inklużi r-regoli biex jiġi skoraġġit il-moviment sekondarju. | (10) Kandidati ta’ risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali. |
Or. en
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u r-Rifuġjati għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta’ Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. | (13) Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta’ Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. |
Or. en
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(29) F’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b’mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-omosesswalità b’mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw lill-omosesswali u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha. | (29) F’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b’mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha. Barra minn dan, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jikkonstatawx li hemm nuqqas ta' kredibilità fid-dikjarazzjonijiet tal-applikant għall-unika raġuni li l-applikant ma invokax l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tiegħu jew tagħha meta hu jew hi l-ewwel stabbilixxa jew stabbilixxiet id-dettalji tal-persekuzzjoni tiegħu jew tagħha. |
Or. en
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(37) Il-permess ta’ residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba jew li jiġġedded wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament. | (37) Il-permess ta’ residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament. |
Or. en
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 39
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(39) Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta’ dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta’ residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta’ rifuġjati, u għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta’ oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini f’konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament.37 | (39) Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta’ dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta’ oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini f’konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament.37 |
__________________ | __________________ |
37 COM(2016)271 final. | 37 COM(2016)271 final. |
Or. en
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 42
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(42) Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Dawk il-benefiċjarji li huma fil-pussess ta’ dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, jenħtieġ li jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b’mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum f’konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen38 u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen.39 Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jistgħu japplikaw bl-istess mod biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li ta l-protezzjoni, f’konformità mar-regoli rilevanti tal-UE, b’mod partikolari fuq il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin u regoli nazzjonali; madankollu, dan ma jimplikax kwalunkwe trasferiment tal-protezzjoni internazzjonali u drittijiet relatati. | (42) Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jiġu mħeġġa jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Dawk il-benefiċjarji li huma fil-pussess ta’ dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, jenħtieġ li jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b’mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum f’konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen38 u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen.39 Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jistgħu japplikaw bl-istess mod biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li ta l-protezzjoni, f’konformità mar-regoli rilevanti tal-UE, b’mod partikolari fuq il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin u regoli nazzjonali; madankollu, dan ma jimplikax kwalunkwe trasferiment tal-protezzjoni internazzjonali u drittijiet relatati. |
__________________ | __________________ |
38 Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera. | 38 Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera. |
39 Il-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom. | 39 Il-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom. |
40 COM (2016) 378 final. | 40 COM (2016) 378 final. |
Or. en
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 44
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(44) Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul 2003/109/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta’ ħames (5) snin wara liema l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta’ Resident fit-Tul jenħtieġ li jerġa’ jinbeda kull darba li l-persuna tinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta’ permanenza jew residenza f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali. | (44) Sabiex il-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jiġu inkoraġġiti jibqgħu fl-Istat Membru li jkun tahom protezzjoni, it-tul tal-permessi ta' residenza mogħtija lilhom jenħtieġ li jiġi armonizzat għal perjodu xieraq ta' żmien. |
Or. en
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 47
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(47) Fil-limiti stabbiliti minn obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji rigward aċċess għall-impjiegi u sigurtà soċjali jeħtieġ il-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza. | (47) Fil-limiti stabbiliti minn obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji rigward aċċess għall-impjiegi u sigurtà soċjali jista' jirrikjedi l-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza. |
Or. en
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 49
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(49) Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f’dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta’ integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati ta’ integrazzjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-impjieg u taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta’ rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali minħabba b’mod partikolari n-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta’ rikonoxximent. | (49) Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f’dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta’ integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati u miżuri ta’ integrazzjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-edukazzjoni u mal-impjieg, it-taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta’ rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali minħabba b’mod partikolari n-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta’ rikonoxximent. |
Or. en
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 51
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(51) Barra minn hekk, b’mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b’assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw xi flessibbiltà biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati għal benefiċċji bażiċi, li għandu jinftiehem li jkopru mill-inqas is-sostenn ta’ dħul minimu, għajnuna fil-każ ta’ mard, jew tqala, u assistenza lill-ġenituri, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw liċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta’ assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f’miżuri ta’ integrazzjoni. | (51) Barra minn hekk, b’mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b’assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta’ assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni, sakemm tali miżuri jkunu faċilment aċċessibbli, disponibbli u bla ħlas. |
Or. en
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 53
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(53) Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta’ integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f’dawn il-miżuri ta’ integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta’ integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja. | (53) Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta’ integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f’dawn il-miżuri ta’ integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta’ integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja, sakemm dawk il-miżuri ta' integrazzjoni jkunu faċilment aċċessibbli, disponibbli u bla ħlas. Il-parteċipazzjoni fil-miżuri inkwistjoni dejjem jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament u fl-ebda każ ma tikkostitwixxi raġunijiet għal rieżami, revoka, tmiem, rifjut jew nuqqas ta’ tiġdid ta’ status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja. |
Or. en
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) meta jiġi mġedded, għall-ewwel darba, il-permess ta’ residenza maħruġ lil rifuġjat. | imħassar |
Or. en
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) meta jiġi mġedded, għall-ewwel u t-tieni darba, il-permess ta’ residenza maħruġ lil benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja. | imħassar |
Or. en
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi u s-sigurtà soċjali għandu jirrikjedi l-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza. | 3. Fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi u s-sigurtà soċjali jista' jirrikjedi l-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza. |
Or. en
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) Għal benefiċjarji ta’ status ta’ rifuġjat, il-permess ta’ residenza għandu jkollu perjodu ta’ validità ta’ tliet snin u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ tliet snin. | (a) Għal benefiċjarji ta’ status ta’ rifuġjat, il-permess ta’ residenza għandu jkollu perjodu ta’ validità ta’ ħames snin u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ ħames snin. |
Or. en
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja, il-permess ta’ residenza għandu jkollha perjodu ta’ validità ta’ sena u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ sentejn. | (b) Għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja, il-permess ta’ residenza għandu jkollha perjodu ta’ validità ta’ ħames snin u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ ħames snin. |
Or. en
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u tkeċċija, sigħat tax-xogħol, liv u vaganzi kif ukoll rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; | (a) kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u tkeċċija, sigħat tax-xogħol, liv tal-maternità, liv u vaganzi kif ukoll rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; |
Or. en
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni, u sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew impjegati ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħhom huma involuti f’okkupazzjoni speċifika, inklużi l-benefiċċji mogħtija minn dawn l-organizzazzjonijiet; | (b) libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni, u sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew impjegati ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħhom huma involuti f’okkupazzjoni speċifika, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji mogħtija minn dawn l-organizzazzjonijiet; |
Or. en
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) opportunitajiet ta’ edukazzjoni relatata mal-impjieg għal adulti, taħriġ vokazzjonali, inklużi korsijiet ta’ taħriġ għall-aġġornament ta’ ħiliet, esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol; | (c) edukazzjoni u opportunitajiet ta’ edukazzjoni relatati mal-impjieg għal adulti, taħriġ vokazzjonali, inklużi korsijiet ta’ taħriġ għall-aġġornament ta’ ħiliet, esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol; |
Or. en
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Aċċess għal ċerta assistenza soċjali speċifikata fil-liġi nazzjonali jista’ jingħata bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f’miżuri ta’ integrazzjoni. | Aċċess għal ċerta assistenza soċjali speċifikata fil-liġi nazzjonali jista’ jingħata bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f’miżuri ta’ integrazzjoni, li għandhom ikunu bla ħlas, disponibbli u faċilment aċċessibbli. |
Or. en
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-assistenza soċjali għal benefiċċji bażiċi. | imħassar |
Or. en
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali li għandhom bżonnijiet speċjali, bħal nisa tqal, persuni b’diżabilità, persuni li jkunu għaddew minn tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali jew minorenni li kienu l-vittmi ta’ kwalunkwe forma ta’ abbuż, negliġenza, sfruttament, tortura, trattament krudili, inuman u degradanti jew li jkunu sofrew minn konflitt armat għandhom jiġu provduti b’kura tas-saħħa adegwata, inkluż it-trattament ta’ mard mentali meta jkun meħtieġ, taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà bħal ċittadini tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni. | 2. Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali li għandhom bżonnijiet speċjali, bħal nisa tqal, persuni b’diżabilità, persuni li jkunu għaddew minn tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali jew minorenni li kienu l-vittmi ta’ kwalunkwe forma ta’ abbuż, negliġenza, sfruttament, tortura, trattament krudili, inuman u degradanti jew li jkunu sofrew minn konflitt armat għandhom jiġu provduti b’kura tas-saħħa adegwata, inkluż it-trattament ta’ mard mentali meta jkun meħtieġ, taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà bħal ċittadini. |
Or. en
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta’ integrazzjoni obbligatorja. | 2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta’ integrazzjoni obbligatorja, sakemm il-miżuri ta' integrazzjoni inkwistjoni jkunu faċilment aċċessibbli, bla ħlas u jieħdu kont tal-bżonnijiet speċifiċi tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali. Il-parteċipazzjoni f’miżuri ta’ integrazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti b'dan ir-Regolament u m’għandhiex tikkostitwixxi raġuni għal rieżami, revoka, tmiem, rifjut jew nuqqas ta’ tiġdid tal-istatus ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja u d-drittijiet u obbligi li hemm fihom. |
Or. en