Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
11.9.2017
ABBOZZ TA' OPINJONI
tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas legali u operattiv tal-e-Card Ewropea tas-servizzi introdotta bir-Regolament ... [ir-Regolament tal-ESC]
( COM(2016)0823 – C8-0013/2017 – 2016/0402(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Michaela Šojdrová,
PA_Legam
EMENDI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) L-iskop ewlieni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi huwa li tintroduċi proċedura uniformi u simplifikata għall-fornituri ta' servizzi li jixtiequ jespandu l-provvista tas-servizzi madwar il-fruntieri tas-suq intern. L-e-Card tirrappreżenta ċertifikat elettroniku li jiddikjara li fornitur ta' servizzi huwa stabbilit legalment fi Stat Membru (l-Istat Membru tad-domiċilju). Barra minn hekk stati Membri ospitanti, fejn fornitur ta' servizzi huwa interessat li jespandi ma għandhomx japplikaw għal detenturi ta' e-Card, l-iskemi tagħhom ta' awtorizzazzjoni jew ta' notifika minn qabel stabbiliti skont il-liġi nazzjonali għall-kontroll tal-aċċess għall-attivitajiet tas-servizzi jew tal-eżerċizzju tagħhom, li huwa diġà soġġett għal kontroll qabel ma' tinħareg l-e-Card Ewropea tas-servizzi. | (12) L-iskop ewlieni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, li hija maħsuba biex tkun volontarja, huwa li tintroduċi proċedura uniformi u simplifikata għall-fornituri ta' servizzi li jixtiequ jespandu l-provvista tas-servizzi madwar il-fruntieri tas-suq intern. L-e-Card tirrappreżenta ċertifikat elettroniku li jiddikjara li fornitur ta' servizzi huwa stabbilit legalment fi Stat Membru (l-Istat Membru tad-domiċilju). Barra minn hekk Stati Membri ospitanti, fejn fornitur ta' servizzi huwa interessat li jespandi ma għandhomx japplikaw għal detenturi ta' e-Card, l-iskemi tagħhom ta' awtorizzazzjoni jew ta' notifika minn qabel stabbiliti skont il-liġi nazzjonali għall-kontroll tal-aċċess għall-attivitajiet tas-servizzi jew tal-eżerċizzju tagħhom, li huwa diġà soġġett għal kontroll qabel ma' tinħareg l-e-Card Ewropea tas-servizzi. |
Or. en
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 42
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(42) Jenħtieġ li l-e-Card Ewropea tas-servizzi tkun valida għal perjodu ta' żmien indefinit, mingħajr preġudizzju għall-effetti tad-derogi każ b'każ skont id-Direttiva 2006/123/KE, fir-rigward tas-servizzi transfruntiera temporanji. | (42) Jenħtieġ li l-e-Card Ewropea tas-servizzi tkun valida għal 24 xahar u mġedda awtomatikament għall-istess perjodu għal numru indefinit ta' drabi, mingħajr preġudizzju għall-effetti tad-derogi każ b'każ skont id-Direttiva 2006/123/KE, fir-rigward tas-servizzi transfruntiera temporanji. Il-proċess ta' tiġdid jenħtieġ li jinkludi verifika tal-informazzjoni relatata mal-fornitur tas-servizz. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-e-Card jenħtieġ li tkun limitata fiż-żmien u tista' tiġġedded - hija l-aħjar mekkaniżmu għal sorveljanza effettiva fuq il-fornituri tas-servizzi u l-informazzjoni li huma jfornu dwarhom infushom.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 43
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(43) E-Card Ewropea tas-servizzi għandha madankollu tiġi sospiża mill-awtorità koordinatriċi tal-ħruġ jekk, temporanjament, il-fornitur ta' servizzi jkun ipprojbit milli jipprovdi s-servizzi inkwistjoni. Hemm bżonn li din is-sospensjoni ddum sakemm il-projbizzjoni tkun fis-seħħ. Jenħtieġ li e-Card Ewropea tas-servizzi tiġi revokata mill-awtorità koordinatriċi tal-ħruġ jekk il-kundizzjonijiet għall-ħruġ jew għall-validità tagħha, bħala xhieda tal-legalità tal-forniment ta' servizzi fl-Istat Membru ospitanti, ma jibqgħux issodisfati. Deċiżjoni finali li tistabbilixxi li detentur tal-e-Card irrappreżenta lilu nnifsu, jew irrappreżentat lilha nnifisha ħażin bħala fornitur ta' servizzi u li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju jew ospitanti, hu jew hi jitqies/titqies bħala ħaddiem/a, għandha twassal għal revoka tal-e-Cards Ewropej tas-servizzi kkonċernati. Bl-istess mod, każijiet ta' informazzjoni jew dokumenti frawdolenti, mhux preċiżi jew iffalsifikati użati fil-kuntest tal-ħruġ ta' e-Card Ewropea tas-servizzi se jkollhom impatt fuq il-validità tal-Karta. | (43) E-Card Ewropea tas-servizzi għandha madankollu tiġi sospiża mill-awtorità koordinatriċi tal-ħruġ jekk, temporanjament, il-fornitur ta' servizzi jkun ipprojbit milli jipprovdi s-servizzi inkwistjoni. Hemm bżonn li din is-sospensjoni ddum sakemm il-projbizzjoni tkun fis-seħħ. Jenħtieġ li e-Card Ewropea tas-servizzi tiġi revokata mill-awtorità koordinatriċi tal-ħruġ jekk il-kundizzjonijiet għall-ħruġ jew għall-validità tagħha, bħala xhieda tal-legalità tal-forniment ta' servizzi fl-Istat Membru ospitanti, ma jibqgħux issodisfati. Deċiżjoni finali li tistabbilixxi li detentur tal-e-Card irrappreżenta lilu nnifsu, jew irrappreżentat lilha nnifisha ħażin bħala fornitur ta' servizzi u li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju jew ospitanti, hu jew hi jitqies/titqies bħala ħaddiem/a, għandha twassal għal revoka tal-e-Cards Ewropej tas-servizzi kkonċernati. Bl-istess mod, każijiet ta' informazzjoni jew dokumenti frawdolenti, mhux preċiżi jew iffalsifikati użati fil-kuntest tal-ħruġ ta' e-Card Ewropea tas-servizzi se jkollhom impatt fuq il-validità tal-e-Card. Sabiex tiġi evitata l-eżistenza ta' informazzjoni mhux preċiża jew frawdulenti, il-fornitur tas-servizzi jenħtieġ li jkun obbligat jaġġorna l-informazzjoni fuq l-e-Card b'mod regolari. L-għoti ta' informazzjoni falza fuq l-e-Card jenħtieġ li jkun soġġett għal multa stabbilita mill-Istati Membri. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-penalizzazzjoni fil-każ ta' għoti ta' informazzjoni falza hija rekwiżit meħtieġ għal prevenzjoni aħjar ta' mġiba frawdolenti
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Stat Membru ospitanti m'għandu jimponi l-ebda skema ta' awtorizzazzjoni minn qabel, skema ta' notifika minn qabel jew rekwiżit ta' stabbiliment fuq id-detentur ta' e-Card Ewropea tas-servizzi diġà maħruġa għall-forniment transfruntiera temporanju ta' servizzi bħala kundizzjoni għal forniment ta' servizzi bħal dan fit-territorju tiegħu. | 1. Stat Membru ospitanti m'għandu jimponi l-ebda skema ta' awtorizzazzjoni minn qabel, skema ta' notifika minn qabel jew rekwiżit ta' stabbiliment fuq id-detentur ta' e-Card Ewropea tas-servizzi għall-forniment transfruntiera temporanju ta' servizzi bħala kundizzjoni għal forniment ta' servizzi bħal dan fit-territorju tiegħu. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
It-tħassir ta' formulazzjoni li m'għadx hemm bżonnha.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Stat Membru ospitanti m'għandu jimponi l-ebda skema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew skema ta' notifika minn qabel fuq id-detentur ta' e-Card Ewropea tas-servizzi diġà maħruġa għal stabbiliment bħala kundizzjoni għal stabbiliment fit-territorju tiegħu permezz ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju fit-territorju tiegħu. | 2. Stat Membru ospitanti m'għandu jimponi l-ebda skema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew skema ta' notifika minn qabel fuq id-detentur ta' e-Card Ewropea tas-servizzi għal stabbiliment bħala kundizzjoni għal stabbiliment fit-territorju tiegħu permezz ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju fit-territorju tiegħu. |
Or. en
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Stat Membru ospitanti għandu joqgħod lura milli jimponi rekwiżiti fuq id-detenturi ta' e-Card Ewropea tas-servizzi diġà maħruġa minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li l-konformità tagħhom tkun ġiet jew tkun meqjusa li ġiet ivverifikata skont l-Artikoli 11 sa 13. | 3. Stat Membru ospitanti għandu joqgħod lura milli jimponi rekwiżiti fuq id-detenturi ta' e-Card Ewropea tas-servizzi minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li l-konformità tagħhom tkun ġiet jew tkun meqjusa li ġiet ivverifikata skont l-Artikoli 11 sa 13. |
Or. en
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikoku 5 – paragrafu 4 – punt va (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| va) kwalunkwe rekwiżit rigward miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' ħaddiema stazzjonati skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Kjarifika fir-rigward tal-infurzar tad-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema li hija rilevanti għan-notifiki speċjalment fl-industrija tal-kostruzzjoni.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
E-Card Ewropea tas-servizzi għandha tkun valida għal żmien indefinit, sakemm ma tkunx sospiża, revokata jew ikkanċellata, skont l-Artikoli 15 sa 17. | E-Card Ewropea tas-servizzi għandha tkun valida għal 24 xahar, u għandha tiġġedded awtomatikament għal numru indefinit ta' drabi, sakemm ma tkunx sospiża, revokata jew ikkanċellata, skont l-Artikoli 15 sa 17. Il-proċess ta' tiġdid għandu jitnieda mill-awtorità ta' koordinazzjoni kkonċernata u għandu jinkludi verifika tal-validità tal-informazzjoni relatata mal-fornitur tas-servizz. Il-fornitur tas-servizzi għandu jipprovdi informazzjoni aġġornata jekk mitlub jagħmel dan mill-awtorità ta' koordinazzjoni kkonċernata. L-awtorità ta' koordinazzjoni għandha twettaq verifiki u spezzjonijiet, jekk meħtieġ, sabiex tiġi aċċertata l-okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment li jista' jirriżulta fis-sospensjoni jew ir-revoka tal-e-Card Ewropea tas-servizzi skont l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16. |
Or. en
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika mingħajr dewmien l-applikazzjoni lill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni lill-applikant mat-tlestija tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1. | 2. L-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tittrasferixxi mingħajr dewmien l-applikazzjoni lill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni lill-applikant mat-tlestija tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1. |
Or. en
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jekk l-Istat Membru ospitanti ma joġġezzjonax skont il-paragrafu 1, l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha toħroġ l-e-Card Ewropea tas-servizzi mingħajr dewmien mal-iskadenza tal-limitu ta' żmien estiż li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe oġġezzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju hekk kif jiskadi l-limitu ta' żmien estiż li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2, l-e-Card Ewropea tas-servizzi għandha titqies li tkun inħarġet mill-Istat Membru tad-domiċilju bit-termini kkomunikati lill-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 11(2). | Jekk l-Istat Membru ospitanti ma joġġezzjonax skont il-paragrafu 1, l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha toħroġ l-e-Card Ewropea tas-servizzi mingħajr dewmien mal-iskadenza tal-limitu ta' żmien estiż li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-e-Card mhix għodda obbligatorja għall-forniment tas-servizzi u n-nuqqas tagħha ma jistax jipprevjeni lill-fornitur tas-servizzi milli jforni s-servizz. Għalhekk, l-awtoritajiet jenħtieġ li jkollhom kontroll sħiħ fuq il-ħruġ tagħha filwaqt li r-reġim tal-e-Card meqjus bħala maħruġ jista' jkun qarrieqi u b'riskju ta' abbuż.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istat Membru ospitanti għandu jinforma minnufih lill-applikant u lill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju bl-iskema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew ta' notifika minn qabel inkwistjoni, bil-kundizzjonijiet li l-applikant ikun meħtieġ li jikkonforma magħhom u bin-neċessità u l-proporzjonalità tagħhom. | Mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li jkun irċieva l-applikazzjoni, l-Istat Membru ospitanti għandu jinforma lill-applikant u lill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju bl-iskema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew ta' notifika minn qabel inkwistjoni, bil-kundizzjonijiet li l-applikant ikun meħtieġ li jikkonforma magħhom u bin-neċessità u l-proporzjonalità tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għal aktar ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li tiġi ddikjarata l-iskadenza preċiża għall-awtoritajiet biex jaġixxu.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. F'każ li l-Istat Membru ospitanti, mal-iskadenza tal-perjodi għar-reazzjoni tiegħu msemmija fil-paragrafi 2 u 4, ma jitlobx il-konformità ma' kwalunkwe kundizzjoni fil-paragrafu 1 jew ma jiħux id-deċiżjoni li joħroġ l-e-Card Ewropea tas-servizzi skont il-paragrafu 4, l-e-Card Ewropea tas-servizzi għandha titqies li tkun inħarġet mill-Istat Membru ospitanti bit-termini kkomunikati lill-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 11(2). | imħassar |
Or. en
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 18 sabiex tispeċifika l-proċedura għall-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti li titlob kjarifiki jew informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru tad-domiċilju kif imsemmi fil-paragrafu 5, u li timmodifika jekk ikun meħtieġ il-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafi 1 u 4. | 7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 18 sabiex tispeċifika l-proċedura għall-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti li titlob kjarifiki jew informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru tad-domiċilju kif imsemmi fil-paragrafu 5. |
Or. en
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet koordinatriċi li ħarġu e-Card Ewropea tas-servizzi jirrevokaw l-e-Cards Ewropej tas-servizzi kollha maħruġa għall-istess fornitur u l-attivitajiet ta' servizz fil-każ li dak il-fornitur: | 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet koordinatriċi li ħarġu e-Card Ewropea tas-servizzi jirrevokaw, b'mezzi elettroniċi, permezz tas-sistema IMI, l-e-Cards Ewropej tas-servizzi kollha maħruġa għall-istess fornitur u l-attivitajiet ta' servizz fil-każ li dak il-fornitur: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-proċedura ta' revoka jenħtieġ li ssir permezz tas-sistema xierqa u rikonoxxuta.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Id-detentur ta' e-Card Ewropea tas-servizzi jista' jitlob il-kanċellazzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi tiegħu diġà maħruġa lill-awtorità koordinatriċi tal-ħruġ fi kwalunkwe ħin. | 6. Id-detentur ta' e-Card Ewropea tas-servizzi jista', permezz ta' mezzi elettroniċi, jitlob il-kanċellazzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi maħruġa lill-awtorità koordinatriċi tal-ħruġ fi kwalunkwe ħin. |
Or. en
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 7 – subparagrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-Istati Membri jistgħu jimponu multa fuq fornitur tas-servizzi li jforni informazzjoni li, waqt l-ispezzjoni, tirriżulta li mhix korretta. |
Or. en