Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

 

2016/0403(COD)

11.9.2017

ABBOZZ TA' OPINJONI

tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati

( COM(2016)0824 – C8‑0014/2017 – 2013/0403(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin

 

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-ostakoli regolatorji huma l-impediment ewlieni għall-provvista ta' servizzi transfruntiera fl-UE. Minkejja l-fatt li d-Direttiva dwar is-Servizzi żiedet madwar 0.9 % tal-PDG tal-UE fuq medda ta' għaxar snin għad hemm potenzjal akbar għat-tkabbir u l-impjiegi billi jiġi ffaċilitat aċċess aktar effiċjenti għal dawk li jixtiequ jipprovdu servizzi transfruntiera.

 

Il-proposta sabiex tiġi introdotta e-Card Ewropea tas-servizzi għandha l-potenzjal li tgħin biex jiġi ssimplifikat il-proċess tal-għoti tas-servizzi fis-Suq Uniku kollu billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi, ir-rekwiżiti lingwistiċi u f'xi każijiet li tkun provduta assigurazzjoni. L-għoti ta' e-Card ma tagħtix lill-fornitur tas-servizz xi drittijiet addizzjonali. Dawn id-drittijiet huma diġà mogħtija mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-Direttiva dwar is-Servizzi tipprovdi l-qafas li fi ħdanu dawn id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati.

 

Huwa għalhekk importanti ħafna li niżguraw implimentazzjoni ta' kwalità għolja u applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex tiġi sostnuta l-e-Card proposta. Il-Kummissjoni Ewropea trid issaħħaħ il-politika tagħha ta' "tolleranza żero" billi b'mod riżolut tniedi proċeduri ta' ksur f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mad-Direttiva dwar is-Servizzi u mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-UE li jiżguraw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta' stabbiliment.

 

Fl-opinjoni tiegħi hemm numru ta' nuqqasijiet fil-proposta dwar l-e-Card. Jeħtieġ li jkun hemm responsabilità fuq l-Istat Membru tad-domiċilju li tiżgura li l-informazzjoni kollha mogħtija lil Stat Membru Ospitanti tkun valida u awtentika. Jeħtieġ li jkun hemm ukoll linji gwida ċari fir-rigward tal-aġġornament tal-e-Card b'responsabbiltà attribwita lill-atturi rilevanti biex tiġi żgurata l-awtentiċità u l-validità kontinwa tagħha. Sabiex tiġi żgurata l-konformità għandu jkun hemm sanzjonijiet disważivi u proporzjonati għal kwalunkwe tentattiv deliberat li tkun provduta informazzjoni falza jew qarrieqa. Jien nemmen li dan se jżid il-fiduċja bejn l-Istati Membri u jgħin biex tiġi żgurata e-Card li tkunu aċċettabbli għal dawk kollha kkonċernati u b'hekk tikseb l-għanijiet tagħha.

 

Filwaqt li nappoġġja l-ħtieġa li tiġi żgurata sitwazzjoni fejn il-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jaċċessaw assigurazzjoni, ma nemminx li ċertifikat armonizzat se jkun possibbli mingħajr ma jżid in-nefqa u l-piż amministrattiv u għalhekk jien ħassart dawn ir-rekwiżiti speċifiċi. Barra minn hekk, nipproponi l-esklużjoni tas-settur tal-kostruzzjoni mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proposta. Kemm min iħaddem kif ukoll l-għaqdiet tal-ħaddiema esprimew tħassib serju fir-rigward tar-riskju ta' e-Card li tippromwovi l-impjieg indipendenti fittizju u fir-rigward tal-validità indefinita ta' e-Card li żżid ir-riskju ta' abbuż minħabba li l-proposta ma fihiex rekwiżiti sodi dwar l-aġġornar tal-e-Card.

 

Filwaqt li kien hemm oppożizzjoni qawwija f'setturi differenti għall-introduzzjoni tal-e-Card, jiena nemmen li bit-tisħiħ ta' xi wħud mir-rekwiżiti kif deskritt hawn fuq, aħna għandha nintroduċi l-e-Card u nissorveljaw l-implimentazzjoni tagħha tul perjodu ta' żmien. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba, imbagħad għandna nħarsu lejn it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-Direttiva 2006/123/KE teħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu Punti ta' Kuntatt Waħdieni kontinwament aġġornati, biex fornitur ta' servizzi li jkun jixtieq jistabbilixxi jew iforni servizzi, ikun jista' jsib l-informazzjoni kollha relevanti dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu mħarsa u l-proċeduri elettroniċi fir-rigward tal-formalitajiet kollha, l-awtorizzazzjonijiet u n-notifiki meħtieġa. Madankollu, sal-lum għad hemm sfidi li jiswew il-flus biex tinkiseb l-informazzjoni u diffikultajiet marbuta mal-konformità ta' proċeduri nazzjonali minn ċertu distanza għall-fornituri ta' servizzi, b'mod partikolari fejn jidħlu r-rekwiżiti relatati ma' settur partikolari. Il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet ta' Stati Membri differenti għandha, fil-prinċipju, issir permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), pjattaforma tal-IT offruta għall-iskambju transfruntier ta' informazzjoni u assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri differenti taħt dik id-Direttiva. Minkejja l-fatt li l-awtoritajiet kultant ikollhom dubji dwar l-istabbiliment legali ta' fornitur fi Stat Membru ieħor, il-possibbiltajiet għall-kooperazzjoni mogħtija bħalissa fl-IMI għadhom mhux qed jiġu sfruttati għal kollox.

(3)  Id-Direttiva 2006/123/KE teħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu Punti ta' Kuntatt Waħdieni kontinwament aġġornati, biex fornitur ta' servizzi li jkun jixtieq jistabbilixxi jew iforni servizzi, ikun jista' jsib l-informazzjoni kollha relevanti dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu mħarsa u l-proċeduri elettroniċi fir-rigward tal-formalitajiet kollha, l-awtorizzazzjonijiet u n-notifiki meħtieġa. Il-Punti ta' Kuntatt Uniku jeħtieġ li jiġu aġġornati bi qbil mal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/20121a. Madankollu, sal-lum għad hemm sfidi li jiswew il-flus biex tinkiseb l-informazzjoni u diffikultajiet marbuta mal-konformità ta' proċeduri nazzjonali minn ċertu distanza għall-fornituri ta' servizzi, b'mod partikolari fejn jidħlu r-rekwiżiti relatati ma' settur partikolari. Il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet ta' Stati Membri differenti għandha, fil-prinċipju, issir permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), pjattaforma tal-IT offruta għall-iskambju transfruntier ta' informazzjoni u assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri differenti taħt dik id-Direttiva. Minkejja l-fatt li l-awtoritajiet kultant ikollhom dubji dwar l-istabbiliment legali ta' fornitur fi Stat Membru ieħor, il-possibbiltajiet għall-kooperazzjoni mogħtija bħalissa fl-IMI għadhom mhux qed jiġu sfruttati għal kollox.

 

__________________

 

1a COM(2017)0256 .

Or. en

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għad hemm rekwiżiti fis-seħħ li jtaqqlu u jxekklu l-espansjoni tal-operazzjonijiet għall-fornituri ta' servizzi fis-suq intern, bħal skemi multipli jew diverġenti ta' awtorizzazzjoni quddiem awtoritajiet differenti, li, fir-rigward tal-istabbiliment, jonqsu milli jilħqu għarfien reċiproku tal-kundizzjonijiet li jkunu diġà ġew issodisfati fi Stati Membri oħra jew, fil-każ tal-provvista temporanja ta' servizzi transkonfinali japplikaw restrizzjonijiet sproporzjonati jew mhux ġustifikati. B'konsegwenza ta' dan, il-fornituri ta' servizzi jiffaċċjaw spejjeż multipli u sproporzjonati għall-konformità meta jiddeċiedu jaqsmu l-fruntiera.

(4)  Għad hemm rekwiżiti fis-seħħ li jistgħu jtaqqlu u jxekklu l-espansjoni tal-operazzjonijiet għall-fornituri ta' servizzi fis-suq intern, bħal skemi multipli jew diverġenti ta' awtorizzazzjoni quddiem awtoritajiet differenti, li, fir-rigward tal-istabbiliment, jonqsu milli jilħqu għarfien reċiproku tal-kundizzjonijiet li jkunu diġà ġew issodisfati fi Stati Membri oħra jew, fil-każ tal-provvista temporanja ta' servizzi transfruntiera xi drabi japplikaw restrizzjonijiet sproporzjonati jew mhux ġustifikati. B'konsegwenza ta' dan, il-fornituri ta' servizzi jistgħu jiffaċċjaw spejjeż multipli u sproporzjonati għall-konformità meta jiddeċiedu jaqsmu l-fruntiera.

Or. en

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-kummerċ transfruntier u l-investiment transfruntier f'ċerti servizzi tan-negozju u tal-bini huma partikolarment baxxi u juru potenzjal għal integrazzjoni aħjar tas-swieq tas-servizzi b'riperkussjonijiet negattivi sinifikanti għall-bqija tal-ekonomija. Din is-sottoprestazzjoni twassal għal sitwazzjonijiet fejn il-potenzjal għal aktar tkabbir u għal aktar impjiegi fis-Suq Uniku għadu ma ġiex sfruttat għalkollox.

(6)  Il-kummerċ transfruntier u l-investiment transfruntier f'ċerti servizzi tan-negozju huma partikolarment baxxi u juru potenzjal għal integrazzjoni aħjar tas-swieq tas-servizzi b'riperkussjonijiet negattivi sinifikanti għall-bqija tal-ekonomija. Din is-sottoprestazzjoni twassal għal sitwazzjonijiet fejn il-potenzjal għal aktar tkabbir u għal aktar impjiegi fis-Suq Uniku għadu ma ġiex sfruttat għalkollox.

Or. en

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Sabiex e-Card tas-servizzi Ewropej tikkontribwixxi b'mod pożittiv lejn l-eliminazzjoni ta' ostakoli fil-forniment ta' servizzi transfruntiera, hemm bżonn ta' kundizzjonijiet ta' qafas aħjar biex tiġi żgurata implimentazzjoni ta' kwalità għolja u applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Or. en

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiffaċilita l-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-forniment ta' servizzi fi ħdan is-suq uniku f'oqsma diġà koperti mid-Direttiva 2006/123/KE permezz tal-adozzjoni ta' aktar miżuri dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE.

(8)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiffaċilita l-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-forniment ta' servizzi fi ħdan is-suq uniku f'ċerti oqsma diġà koperti mid-Direttiva 2006/123/KE permezz tal-adozzjoni ta' aktar miżuri dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Dan għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE.

Or. en

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  B'dan il-mod, dan ir-Regolament speċifikament għandu fil-mira s-setturi tas-servizzi tan-negozju u tal-bini inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva ... [id-Direttiva tal-ESC] ... li jiffaċċjaw uħud mill-ostakoli regolatorji u amministrattivi l-aktar stretti għall-espansjoni transfruntiera u konsegwentement li għandhom potenzjal mhux sfruttat għall-integrazzjoni tas-suq intern.

(10)  B'dan il-mod, dan ir-Regolament speċifikament għandu fil-mira n-negozji inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva ... [id-Direttiva tal-ESC] ... li jiffaċċjaw uħud mill-ostakoli regolatorji u amministrattivi l-aktar stretti għall-espansjoni transfruntiera u konsegwentement li għandhom potenzjal mhux sfruttat għall-integrazzjoni tas-suq intern.

Or. en

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-e-Card Ewropea tas-servizzi tenħtieġ li tkun kompletament elettronika, tiddependi kważi esklussivament fuq data pprovduta minn sorsi affidabbli, tillimita l-użu ta' dokumenti għall-minimu neċessarju u tippermetti l-ipproċessar multilingwi sabiex jiġu evitati l-ispejjeż ta' traduzzjoni. Sabiex il-proċedura ssir kompletament elettronika u tippermetti kooperazzjoni amministrattiva bejn Stati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. Jenħtieġ li taħt dan ir-Regolament tintuża s-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li tiġi żviluppata pjattaforma elettronika speċifika sabiex jinħarġu, jiġu aġġornati, sospiżi, revokati jew ikkanċellati e-Cards Ewropej tas-servizzi, kif ukoll biex e-Cards Ewropej tas-Servizzi validi jsiru disponibbli elettronikament għad-detenturi tagħhom u għall-awtoritajiet kompetenti.

(14)  L-e-Card Ewropea tas-servizzi tenħtieġ li tkun kompletament elettronika, tiddependi kważi esklussivament fuq data valida u awtentika verifikata mill-Istat Membru ta' domiċilju u pprovduta minn sorsi affidabbli, tillimita l-użu ta' dokumenti għall-minimu neċessarju u tippermetti l-ipproċessar multilingwi sabiex jiġu evitati l-ispejjeż ta' traduzzjoni. Sabiex il-proċedura ssir kompletament elettronika u tippermetti kooperazzjoni amministrattiva bejn Stati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. Jenħtieġ li taħt dan ir-Regolament tintuża s-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li tiġi żviluppata pjattaforma elettronika speċifika sabiex jinħarġu, jiġu aġġornati, sospiżi, revokati jew ikkanċellati e-Cards Ewropej tas-servizzi, kif ukoll biex e-Cards Ewropej tas-Servizzi validi jsiru disponibbli elettronikament għad-detenturi tagħhom u għall-awtoritajiet kompetenti.

__________________

__________________

22 Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

22 Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

Or. en

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jista' jkun diffiċli li tinsab deskrizzjoni tat-termini ta' kopertura ta' assigurazzjoni obbligatorja jew volontarja inkluża fil-kuntratti bil-miktub. Distributuri tal-assigurazzjoni, kif ukoll korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdi assigurazzjoni obbligatorja, għandhom għalhekk jipprovdu deskrizzjoni tal-elementi ewlenin tal-kopertura għall-klijent tagħhom fil-format ta' ċertifikat ta' assigurazzjoni. Dan iċ-ċertifikat għandu jiġi anness mal-formola ta' applikazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' din il-parti tar-Regolament, hemm bżonn li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta format armonizzat għaċ-ċertifikati. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(18)  Jista' jkun diffiċli li tinsab deskrizzjoni tat-termini ta' kopertura ta' assigurazzjoni obbligatorja jew volontarja inkluża fil-kuntratti bil-miktub. Distributuri tal-assigurazzjoni, kif ukoll korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdi assigurazzjoni obbligatorja, għandhom għalhekk jipprovdu deskrizzjoni tal-elementi ewlenin tal-kopertura għall-klijent tagħhom fil-format ta' ċertifikat ta' assigurazzjoni. Dan iċ-ċertifikat għandu jiġi anness mal-formola ta' applikazzjoni.

Or. en

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Proċeduri għall-ħruġ, l-aġġornament, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' e-Card Ewropea tas-Servizzi jenħtieġ li jagħmlu użu minn dokumenti biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-informazzjoni aktar dettaljata hi assolutament essenzjali. Fi kwalunkwe każ, dawn id-dokumenti kollha jenħtieġ li jintużaw u jiġu aċċettati f'format sempliċi.

(25)  Proċeduri għall-ħruġ, l-aġġornament, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' e-Card Ewropea tas-Servizzi jenħtieġ li jagħmlu użu minn dokumenti meta l-informazzjoni aktar dettaljata hi assolutament essenzjali. Fi kwalunkwe każ, dawn id-dokumenti kollha jenħtieġ li jintużaw u jiġu aċċettati f'format sempliċi.

Or. en

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Fornituri ta' servizzi obbligati li jiksbu assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali fi Stati Membri fejn ma kinux attivi spiss ikollhom diffikultà jipprovdu evidenza dwar il-pretensjonijiet tagħhom rigward kopertura miksuba xi mkien ieħor. L-evidenza dwar pretensjonijiet preċedenti hija element essenzjali għad-distributuri tal-assigurazzjoni biex jaċċertaw u jivvalutaw il-profil tar-riskju ta' klijent potenzjali. L-evidenza hija diffiċli li tintwera minħabba komunikazzjoni dgħajfa bejn id-distributuri tal-assigurazzjoni mifruxa mas-suq intern, iżda wkoll minħabba fid-differenzi fid-deskrizzjoni tal-istorja ta' parti assigurata, saħansitra fi ħdan l-istess Stat Membru. Id-distributuri tal-assigurazzjoni u l-korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdu kopertura ta' assigurazzjoni obbligatorja se jkunu għalhekk obbligati li joħorġu stqarrija relatata ma' pretensjonijiet dwar ir-responsabbiltà ta' terzi li mbagħad tkun tista' tintuża b'mod transfruntier u anki domestiku, jekk fornitur ta' servizzi jiddeċiedi li jbiddel id-distributur tal-assigurazzjoni.

(30)  Fornituri ta' servizzi obbligati li jiksbu assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali fi Stati Membri fejn ma kinux attivi spiss ikollhom diffikultà jipprovdu evidenza dwar il-pretensjonijiet tagħhom rigward kopertura miksuba xi mkien ieħor. L-evidenza dwar pretensjonijiet preċedenti hija element essenzjali għad-distributuri tal-assigurazzjoni biex jaċċertaw u jivvalutaw il-profil tar-riskju ta' klijent potenzjali. Id-distributuri tal-assigurazzjoni u l-korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdu kopertura ta' assigurazzjoni obbligatorja se jkunu għalhekk obbligati li joħorġu stqarrija relatata ma' pretensjonijiet dwar ir-responsabbiltà ta' terzi li mbagħad tkun tista' tintuża b'mod transfruntier u anki domestiku, jekk fornitur ta' servizzi jiddeċiedi li jbiddel id-distributur tal-assigurazzjoni.

Or. en

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-preżentazzjoni tad-deskrizzjoni tar-responsabbilità, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa ta' implimentazzjoni biex tadotta r-regoli dwar il-format ta' preżentazzjoni standardizzata ta' dik id-dikjarazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

imħassar

Or. en

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta format armonizzat għaċ-ċertifikat ta' assigurazzjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

imħassar

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

 

Or. en

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dwar il-format tal-preżentazzjoni standardizzata tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

imħassar

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

 

Or. en

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

imħassar

Obbligi għad-distributuri tal-assigurazzjoni

 

Id-distributuri tal-assigurazzjoni u l-korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdu assigurazzjoni obbligatorja għandhom debitament jikkunsidraw fil-politika ta' aċċettazzjoni u fil-kalkolu tal-primjums, b'mod mhux diskriminatorju, l-esperjenza tal-fornitur kif riflessa fid-dikjarazzjoni tal-pretensjoni maħruġa skont l-Artikolu 11, kif ippreżentata mill-fornitur.

 

Or. en

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet koordinatriċi u l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti għandhom jiskambjaw informazzjoni u jagħtu assistenza reċiproka lil xulxin fil-kuntest ta' proċedura għall-ħruġ, is-sospensjoni, ir-revoka jew l-ikkanċellar ta' e-card Ewropea tas-servizzi kif ukoll fl-aġġornament tal-informazzjoni li tinsab fiha. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll fil-kuntest tal-formalitajiet skont l-Artikoli 6(1) u 7 għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta' persuni li jaħdmu għal rashom, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt (ii) tal-Artikolu 3(19).

1.  L-awtoritajiet koordinatriċi u l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti għandhom jiskambjaw informazzjoni u jagħtu assistenza reċiproka lil xulxin fil-kuntest ta' proċedura għall-ħruġ, is-sospensjoni, ir-revoka jew l-ikkanċellar ta' e-Card Ewropea tas-servizzi kif ukoll fl-aġġornament tal-informazzjoni li tinsab fiha. Linji ċari ta' responsabbiltà għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-aġġornament tal-informazzjoni li tinsab fl-e-Card Ewropea tas-servizzi b'mod f'waqtu. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw wkoll fil-kuntest tal-formalitajiet skont l-Artikoli 6(1) u 7 għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta' persuni li jaħdmu għal rashom, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt (ii) tal-Artikolu 3(19).

Or. en