Kumitat għall-Affarijiet Barranin

 

2016/0225(COD)

1.6.2017

OPINJONI

tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Laima Liucija Andrikienė

 

PA_Legam

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

 

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Ir-rilokazzjonijiet u r-risistemazzjonijiet kienu s-suġġett ta' rapporti perjodiċi mill-Kummissjoni li ddokumentaw progress bil-mod ħafna fir-rigward ta' kemm ir-rilokazzjoni u kemm ir-risistemazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jwettqu l-impenji li ħadu fir-rigward tar-risistemazzjoni.

 

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Filwaqt illi jibni fuq l-inizjattivi eżistenti, jenħtieġ li jiġi stabbilit Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni stabbli u affidabbli għar-risistemazzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali li għandu jiġi implimentat skont il-pjanijiet annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni li jwettqu b'mod effettiv l-impenji konkreti tal-Istati Membri.

(8)  Abbażi tal-inizjattivi eżistenti, jenħtieġ li jiġi stabbilit Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni stabbli u affidabbli għar-risistemazzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali li għandu jiġi implimentat skont il-pjanijiet annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni li jwettqu b'mod effettiv l-impenji konkreti tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jiġi bbażat fuq il-ħtiġijiet umanitarji, jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet globali ta' risistemazzjoni u jtaffi s-sitwazzjonijiet ta' persuni li jdumu żmien twil bħala refuġjati.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan il-qafas huwa parti neċessarja minn politika dwar il-migrazzjoni ġestita sew biex jitnaqqsu d-diverġenzi fost prattiki u proċeduri nazzjonali ta' risistemazzjoni, jipprevedi l-wasla legali u sikura fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, jgħin sabiex jintnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari fuq skala kbira ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri u b'hekk inaqqas il-pressjoni ta' wasliet spontanji fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri, ikun espressjoni ta' solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom u fihom ġew spustati numru kbir ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali billi jgħin biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, jgħin biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika barranija tal-Unjoni billi jżid l-influwenza tal-Unjoni fil-konfront ta' pajjiżi terzi, u jikkontribwixxi effettivament għal inizjattivi ta' risistemazzjoni globali permezz ta' vuċi waħda f'fora internazzjonali u ma' pajjiżi terzi.

(9)  Dan il-qafas huwa parti neċessarja minn politika dwar il-migrazzjoni ġestita sew biex jamplifika u jikkomplementa l-prattiki u l-proċeduri nazzjonali ta' risistemazzjoni, jipprevedi l-wasla legali u sikura fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, jgħin sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari ġestit ħażin ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri, speċjalment l-ewwel wasla, u b'hekk inaqqas il-pressjoni ta' wasliet spontanji fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri, ikun espressjoni ta' solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom u fihom ikunu ġew spostati numru kbir ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali billi jgħin biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, iqawwi l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, u jikkontribwixxi effettivament għal inizjattivi ta' risistemazzjoni globali permezz ta' vuċi waħda f'fora internazzjonali u ma' pajjiżi terzi. Flimkien mal-azzjonijiet u l-politiki fil-qasam tal-iżvilupp, ir-risistemazzjoni tista' tikkontribwixxi b'mod effettiv biex tnaqqas it-tensjonijiet u ttaffi s-sitwazzjonijiet ta' persuni li jdumu żmien twil bħala refuġjati.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex jgħinu biex jitnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari fuq skala kbira ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri, juru solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom jew fihom ġew spustati numru kbir ta' persuni fil-bżonn tal-protezzjoni internazzjonali billi jgħinu biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, u jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika barranija tal-Unjoni, ir-reġjuni jew il-pajjiżi terzi minn fejn se sseħħ ir-risistemazzjoni għandhom jintegraw involviment imfassal ma' pajjiżi terzi biex tiġi ġestita aħjar il-migrazzjoni kif previst fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-Twaqqif ta' Qafas ta' Sħubija ġdid ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni32.

(10)  Sabiex jgħinu biex jitnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari, joħolqu prospetti ġenwini għar-risistemazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri, juru solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom jew fihom ikunu ġew spostati numru kbir ta' persuni fil-bżonn tal-protezzjoni internazzjonali billi jgħinu biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, u jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni, jenħtieġ li r-reġjuni jew il-pajjiżi terzi minn fejn se sseħħ ir-risistemazzjoni jintegraw involviment fuq żmien twil immirat ma' pajjiżi terzi biex tiġi ġestita aħjar il-migrazzjoni kif previst fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-Twaqqif ta' Qafas ta' Sħubija ġdid ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni32. Għaldaqstant jenħtieġ li tingħata prijorità lill-pajjiżi sħab. Jenħtieġ li l-approċċ kumplessiv tal-Unjoni jqis il-ħtiġijiet globali ta' risistemazzjoni u protezzjoni identifikati, inklużi s-sitwazzjonijiet ta' persuni li jdumu żmien twil bħala refuġjati.

__________________

__________________

32 COM(2016) 377 finali.

32 COM(2016) 377 finali.

 

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-proċeduri standard komuni jenħtieġ li jibnu fuq l-esperjenza u l-istandards eżistenti ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-Proċeduri Operattivi Standard li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta' risistemazzjoni mat-Turkija stabbilita fid-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti l-użu ta' żewġ tipi ta' proċeduri standard ta' risistemazzjoni.

(12)  Il-proċeduri standard komuni jenħtieġ li jibnu fuq l-esperjenza u l-istandards eżistenti ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri u l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati ("UNHCR"), b'mod partikolari l-Konsultazzjonijiet Tripartitiċi Annwali dwar ir-Risistemazzjoni (ATCR), bl-għan li l-isforzi kollettivi ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri jiġu amplifikati b'mod gradwali biex jiġu jikkorrispondu mal-ħtiġijiet globali ta' risistemazzjoni kif deskritt fil-Projezzjoni Annwali tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti l-użu ta' żewġ tipi ta' proċeduri standard ta' risistemazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Dan il-qbil għadu kontroversjali u ma jmissux jiġi kkunsidrat bħala l-aħjar prattika li fuqha tiġi bbażata l-politika tal-UE dwar ir-risistemazzjoni.

 

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-proċedura ta' risistemazzjoni għandha tiġi konkluża malajr kemm jista' jkun sabiex il-persuni fil-bżonn tal-protezzjoni internazzjonali jiġu skoraġġuti milli jużaw modi irregolari biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea biex ifittxu protezzjoni. Fl-istess waqt, hija għandha tiżgura li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien għal analiżi sħiħa u adegwata ta' kull każ. Il-limiti ta' żmien għandhom jikkorrispondu ma' dak li huwa neċessarju biex isiru t-tipi differenti ta' valutazzjoni previsti għall-proċedura ordinarja u għal dak mgħaġġla.

(16)  Jenħtieġ li l-proċedura ta' risistemazzjoni tiġi konkluża malajr kemm jista' jkun sabiex jiġi żgurat li jitħaffef l-aċċess lejn l-Unjoni għall-persuni li huma fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. Fl-istess waqt, jenħtieġ li tiżgura li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien għal analiżi sħiħa u adegwata ta' kull każ. Jenħtieġ li l-limiti ta' żmien jikkorrispondu ma' dak li huwa neċessarju biex isiru t-tipi differenti ta' valutazzjoni previsti għall-proċedura ordinarja u għal dik imħaffa.

 

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  Jenħtieġ li l-ammissjoni umanitarja tiġi kkunsidrata bħala komplementari għall-programmi ta' risistemazzjoni tal-Unjoni.

 

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni, għandhom jingħataw lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni biex jistabbilixxi l-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni, in-numru totali massimu ta' persuni li għandhom jiġu risistemati, id-dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-pjan u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għan-numru totali ta' persuni li jridu jiġu risistemati, kif ukoll il-prijoritajiet ġeografiċi globali.

(21)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li jingħataw lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni biex jistabbilixxi l-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni, in-numru ta' persuni li għandhom jiġu risistemati, id-dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-pjan u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għan-numru totali ta' persuni li jridu jiġu risistemati, bi qbil mal-Projezzjoni Annwali tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR.

 

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati fuq proposta mill-Kummissjoni dwar in-numru totali massimu ta' persuni li għandhom jiġu risistemati u l-prijoritajiet ġeografiċi globali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-proposta tagħha simultanjament mal-proposta tagħha dwar l-abbozz tal-baġit annwali tal-Unjoni. Il-Kunsill għandu jkollu bħala mira li jadotta l-proposta fi żmien xahrejn. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iqisu d-diskussjonijiet fil-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli.

(22)  Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati fuq proposta mill-Kummissjoni dwar in-numru totali ta' persuni li għandhom jiġu risistemati permezz tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u l-prijoritajiet globali li jikkonċernaw il-persuni li huma fi bżonn mill-aktar urġenti ta' protezzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel il-proposta tagħha simultanjament mal-proposta tagħha dwar l-abbozz tal-baġit annwali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kunsill ikollu l-mira li jadotta l-proposta fi żmien xahrejn. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Kunsill iqisu d-diskussjonijiet fil-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli u jallinjaw il-proposta tiegħu mal-Konsultazzjonijiet Tripartitiċi Annwali dwar ir-Risistemazzjoni, bil-għan li gradwalment l-isforzi kollettivi tal-Istati Membri fil-qasam tar-risistemazzjoni jiġu amplifikati b'mod li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet globali ta' risistemazzjoni kif deskritt fil-Projezzjoni Annwali tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR.

 

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Kull skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni għandha tiddetermina liema regoli proċedurali standard għandhom japplikaw għall-implimentazzjoni tagħha. Barra minn hekk, għandha tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali fejn u kif xieraq biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħha.

(24)  Jenħtieġ li kull skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni tiddetermina liema regoli proċedurali standard jenħtieġ li japplikaw għall-implimentazzjoni tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali fejn u kif xieraq u arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-UNHCR biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħha.

 

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Minħabba fil-kompetenza tal-UNHCR fl-iffaċilitar tal-forom differenti ta' ammissjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali minn pajjiżi terzi, fejn ikunu ġew spostati, lejn Stati Membri lesti li jaċċettawhom, il-UNHCR għandu jkompli jkollu rwol ewlieni fl-isforzi ta' risistemazzjoni mwettqa skont il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. Flimkien mal-UNHCR, atturi internazzjonali oħra bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) għandhom jintalbu jassistu lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni.

(27)  Minħabba l-kompetenza tal-UNHCR fl-iffaċilitar tal-forom differenti ta' ammissjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali minn pajjiżi terzi, fejn ikunu ġew spostati, lejn Stati Membri lesti li jaċċettawhom, jenħtieġ li l-UNHCR ikompli jiżvolġi rwol ewlieni fl-isforzi ta' risistemazzjoni mwettqa skont il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. Flimkien mal-UNHCR, jenħtieġ li organizzazzjonijiet internazzjonali u nongovernattivi oħra bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni jintalbu jassistu lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni.

 

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] għandha tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni skont il-mandat tagħha.

(28)  Jenħtieġ li [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] tassisti lill-Istati Membri u tikkopera mal-pajjiżi terzi relatati fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni skont il-mandat tagħha, anke billi tipprovdi assistenza prattika u teknika, kif ukoll appoġġ operattiv.

 

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ għalhekk li jiġi applikat b'mod konsistenti ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tat-tfal, ir-rispett għall-ħajja tal-familja u l-prinċipju ġenerali tan-nondiskriminazzjoni.

(33)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ għalhekk li jiġi applikat b'mod konsistenti ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tat-tfal, ir-rispett għall-ħajja tal-familja u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni.

 

Emenda     14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri bil-għan li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għall-għażla, l-ammissjoni u t-trasferiment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri bil-għan li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

 

Emenda     15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt -a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(–a)  jistabbilixxi qafas permanenti u vinkolanti tal-Unjoni għar-risistemazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-persuni mingħajr Stat, li jkunu fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali;

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jikkontribwixxi għat-tnaqqis fir-riskju ta' dħul irregolari fuq skala kbira ta' ċittadini ta' pajjiżi tersi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri.

(b)  jikkontribwixxi għat-tnaqqis fir-riskju ta' dħul irregolari ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri.

 

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  joħloq mekkaniżmi ta' ridistribuzzjoni b'mod li tittaffa l-pressjoni fuq il-pajjiżi terzi li jospitaw numri kbar ta' persuni spostati, bħala ġest ta' solidarjetà u ta' kondiviżjoni tar-responsabbiltà;

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-numru ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali spustati lejn pajjiż terz jew fih u kull moviment ulterjuri ta' dawk il-persuni lejn it-territorju tal-Istati Membri;

(a)  in-numru ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali spostati lejn pajjiż terz jew fih, l-impatt tiegħu fuq l-istabbiltà reġjonali ta' dak il-pajjiż terz, u kull moviment ulterjuri ta' dawk il-persuni lejn it-territorju tal-Istati Membri;

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-kumplimentarjetà ma' assistenza finanzjarja u teknika provduta lill-pajjiżi terzi li lejhom jew fihom ġew spustati persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali;

(b)  il-komplementarjetà ma' assistenza finanzjarja u teknika , b'mod speċjali dik immirata biex iżżid il-kapaċità għall-akkoljenza u l-protezzjoni tal-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali u biex tiżviluppa sistema ta' asil effikaċi biex tiġi provduta lill-pajjiżi terzi li lejhom jew fihom ikunu ġew spostati persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali;

 

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ir-relazzjonijiet globali tal-Unjoni mal-pajjiż jew pajjiżi terzi minn fejn isseħħ ir-risistemazzjoni, u ma' pajjiżi terzi inġenerali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Hemm ir-riskju li, minflok ma jservi ta' ġest ta' solidarjetà, il-qafas jistrumentalizza r-risistemazzjoni biex tiġi eżerċitata influwenza fuq dawn il-pajjiżi sħab.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  kooperazzjoni effettiva ta' pajjiż terz mal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil, inklużi:

imħassar

(i)  it-tnaqqis fin-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jaqsmu l-fruntiera b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri li jiġu minn dak il-pajjiż terz;

 

(ii)  il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għall-użu tal-kunċetti tal-ewwel pajjiż tal-ażil u ta' pajjiż terz bla periklu għar-ritorn tal-applikanti għall-ażil li jkunu qasmu b'mod irregolari l-fruntiera fit-territorju tal-Istati Membri li jiġu minn jew għandhom konnessjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat;

 

(iii)  iż-żieda fil-kapaċità għall-akkoljenza u l-protezzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali li jgħixu f'dak il-pajjiż, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' sistema effettiva tal-ażil; or

 

(iv)  iż-żieda fir-rata tar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jgħixu b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri bħal permezz tal-konklużjoni u l-implimentazzjoni effettiva ta' ftehimiet ta' riammissjoni;

 

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-iskala u l-kontenut tal-impenji għar-risistemazzjoni mwettqa minn pajjiżi terzi.

(e)  l-iskala u l-kontenut tal-impenji għar-risistemazzjoni meħuda minn pajjiżi terzi oħrajn.

 

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  (i) ċittadini ta' pajjiżi terzi, li, minħabba biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni abbażi ta' razza, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huma barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità jew il-parti ta' dak il-pajjiż li fih għexu abitwalment qabel, u ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jibbenefikaw mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż, jew persuni mingħajr stat, li, billi huma barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel jew il-parti ta' dak il-pajjiż li fiha għexu abitwalment qabel, għall-istess raġunijiet imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jirritornaw fih jew jgħixu fih, jew, fl-assenza ta' dan,

(a)  (i) ċittadini ta' pajjiżi terzi, li, minħabba biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni abbażi ta' razza, reliġjon, sess, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huma barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità jew il-parti ta' dak il-pajjiż li fih għexu abitwalment qabel, u ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jibbenefikaw mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż, jew persuni mingħajr stat, li, billi huma barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel jew il-parti ta' dak il-pajjiż li fiha għexu abitwalment qabel, għall-istess raġunijiet imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jirritornaw fih jew jgħixu fih, jew, fl-assenza ta' dan,

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt i – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  persuni vulnerabbli

(i)  persuni vulnerabbli, b'mod partikolari:

 

Emenda     25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt i – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  tfal u adoloxxenti f'riskju, inklużi tfal mhux akkumpanjati;

–  tfal u adoloxxenti f'riskju, b'mod partikolari tfal mhux akkumpanjati;

 

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt i – inċiż 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

–  persuni li ma jkollhomx soluzzjonijiet alternattivi dewwiema;

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt ii – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  it-tfal minorenni ta' koppji li jirreferi għalihom l-ewwel inċiż jew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għandhom jiġu risistemati, fuq il-kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u irrispettivament minn jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew humiex adottati kif iddefinit fil-liġi nazzjonali;

–  it-tfal minorenni tal-koppji li jirreferi għalihom l-ewwel inċiż jew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għandhom jiġu risistemati, irrispettivament minn jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew humiex adottati kif iddefinit fil-liġi nazzjonali;

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt ii – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-minorenni mhux miżżewweġ li se jiġi risistemat, kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-prattika tal-Istat Membru fejn l-adult huwa preżenti;

–  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-minorenni li se jiġi risistemat, kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-prattika tal-Istat Membru fejn l-adult huwa preżenti;

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tkun tista' tinżamm bejn persuni msemmija fil-punt (b)(ii).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tkun tista' tinżamm.

 

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  huma jkunu kkommettew delitt serju;

(ii)  huma jkunu kkommettew delitt serju li jkun ekwivalenti għal reat punibbli skont il-liġi kriminali tal-Istati Membri;

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  persuni li jkunu għexu b'mod irregolari, daħlu b'mod irregolari, jew ipprovaw jidħlu b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri matul il-ħames snin qabel ir-risistemazzjoni;

imħassar

 

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  persuni li jkunu diġà ġew risistemati minn Stat Membru ieħor fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill 11097/15 tal-20 ta' Lulju 2015, id-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9490 tal-15 ta' Diċembru 2015, jew skema nazzjonali ta' ristemazzjoni; u

(e)  persuni li jkunu diġà ġew risistemati minn Stat Membru ieħor fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew bħala parti minn skema nazzjonali ta' ristemazzjoni; u

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jistgħu jiġu esklużi mill-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 8, meta waħda mir-raġunijiet għall-esklużjoni msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 tkun tapplika prima facie.

imħassar

 

Emenda     34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jadotta pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni fis-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat.

1.  Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni u bi qbil mal-Projezzjoni tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR, il-Kunsill għandu jadotta pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni fis-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat.

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-numru totali massimu ta' persuni li għandhom jiġu risistemati;

(a)  in-numru ta' persuni li għandhom jiġu risistemati bi qbil mal-Projezzjoni tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR;

 

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  prijoritajiet ġeografiċi globali.

(c)  il-ħtiġijiet ta' protezzjoni kumplessivi u l-prijoritajiet ġeografiċi speċifiċi bi qbil mal-Projezzjoni tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR;

 

Emenda     37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  parametri referenzjarji għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva min-naħa tal-Istati Membri.

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru totali massimu kif stabbilit fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst fi-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru kif stabbilit fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst fi-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fejn meħtieġ, arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri, appoġġjati minn [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] skont l-Artikolu 12(3), u ma' pajjiżi terzi, u l-UNHCR jew imsieħba oħra;

(d)  fejn meħtieġ, arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri, appoġġjati minn [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] skont l-Artikolu 12(3) u mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u ma' pajjiżi terzi, l-UNHCR, l-IOM, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti jew sħab oħra;

 

Emenda     40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  deskrizzjoni tal-grupp jew gruppi speċifiċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għalihom għandha tapplika l-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

(e)  deskrizzjoni tal-grupp jew gruppi speċifiċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat abbażi tal-Projezzjoni tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR, li għalihom għandha tapplika l-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni, skont il-kriterji ta' vulnerabbiltà stabbiliti mill-UNHCR;

 

Emenda     41

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  rabtiet familjari ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jew ċittadini tal-Unjoni li qed jgħixu legalment fi Stat Membru;

(a)  rabtiet familjari ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jew ċittadini tal-Unjoni li qed jgħixu legalment fi Stat Membru, iżda li ma jkunux eliġibbli għar-riunifikazzjoni tal-familja skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE1a;

 

_________________

 

1a Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).

 

Emenda     42

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik il-valutazzjoni abbażi ta' evidenza dokumentarja, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni mill-UNHCR dwar jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jikkwalifikawx bħala rifuġjati jew abbażi ta' intervista personali jew kombinazzjoni tat-tnejn.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik il-valutazzjoni abbażi ta' evidenza dokumentarja, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni mill-UNHCR, l-IOM, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti dwar jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jikkwalifikawx bħala rifuġjati jew abbażi ta' intervista personali jew kombinazzjoni tat-tnejn.

 

Emenda     43

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-UNHCR jivvaluta b'mod sħiħ jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat riferuti lilhom mill-UNHCR jikkwalifikawx bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951.

L-Istati Membri għandhom jitolbu wkoll lill-UNHCR, l-IOM u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti jivvalutaw b'mod sħiħ jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat riferuti lilhom mill-UNHCR, l-IOM u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti jikkwalifikawx bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951.

 

Emenda     44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  ma għandhomx jitolbu lill-UNHCR jivvaluta jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jikkwalifikawx bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951;

(2)  ma għandhomx jirrikjedu li l-UNHCR, l-IOM u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti jivvalutaw jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jikkwalifikawx bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951;

 

Emenda     45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt nazzjonali u jistgħu jiddeċiedu li jaħtru uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi.

1.  Biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt nazzjonali u jistgħu jiddeċiedu li jaħtru uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi. L-Istati Membri jistgħu jiġu assistiti minn [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], u, fejn ikun meħtieġ, jużaw l-istrutturi eżistenti għall-kooperazzjoni operazzjonali dwar ir-risistemazzjoni.

 

Emenda     46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Biex jiġu implimentati skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, u b'mod partikolari biex jitwettqu programmi ta' orjentazzjoni qabel it-tluq, kontrolli mediċi biex ikun żgurat li l-persuna tkun f'kundizzjoni li tivvjaġġa, arranġamenti tal-ivjaġġjar u arranġamenti prattiċi oħra, l-Istati Membri jistgħu jiġu assistiti minn sħab skont l-arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika għal skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbiliti skont il-punt (d) tal-Artikolu 8(2).

3.  Biex jiġu implimentati l-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, u b'mod partikolari biex jitwettqu programmi ta' orjentazzjoni qabel it-tluq, kontrolli mediċi biex ikun żgurat li l-persuna tkun f'kundizzjoni li tivvjaġġa, arranġamenti tal-ivjaġġjar u arranġamenti prattiċi oħra, l-Istati Membri jistgħu jiġu assistiti minn sħab, u b'mod partikolari l-UNHCR u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, skont l-arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika għall-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbiliti skont il-punt (d) tal-Artikolu 8(2).

 

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli, kompost minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u l-Istati Membri. [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil,] il-UNHCR, u l-IOM jistgħu jiġu mistiedna. Rappreżentanti tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Iżvizzera għandhom jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli fejn ikunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jiġu assoċjati mal-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni.

1.  Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli, kompost minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u l-Istati Membri. [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil,] il-UNHCR, u l-IOM, kif ukoll ir-rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti għandhom jiġu mistiedna. Rappreżentanti tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Iżvizzera għandhom jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli meta jkunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jiġu assoċjati mal-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni.

 

Emenda     48

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli għandu jiġi presedut mill-Kummissjoni. Għandu jiltaqa' kull meta jkun meħtieġ fuq l-istedina tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru u għandu jiltaqa' tal-inqas darba fis-sena.

2.  Il-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli għandu jiġi presedut mill-Kummissjoni. Għandu jiltaqa' kull meta jkun meħtieġ fuq l-istedina tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru u għandu jiltaqa' tal-inqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni għandha wkoll toqgħod attenta għal kwalunkwe indikazzjoni mill-UNHCR jew l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili - b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti - li jkunu nbidlu l-ħtiġijiet ta' risistemazzjoni.

 

Emenda     49

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri.

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, u f'kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-UNHCR rigward il-kontribut tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha lejn l-ilħuq tal-ħtiġijiet globali ta' risistemazzjoni.

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

 

Titolu

Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni

Referenzi

COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Laima Liucija Andrikienė

4.1.2017

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

7

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Victor Boştinaru, Klaus Buchner, James Carver, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Tamás Meszerics, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Alojz Peterle, Tonino Picula, Julia Pitera, Jozo Radoš, Jordi Solé, Dubravka Šuica, Charles Tannock, Miguel Urbán Crespo, Elena Valenciano

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Luis de Grandes Pascual, Ana Gomes, Marek Jurek, Antonio López-Istúriz White, David Martin, Norica Nicolai, Soraya Post, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Igor Šoltes, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Željana Zovko

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Norica Nicolai, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Luis de Grandes Pascual

PPE

Michèle Alliot-Marie, Laima Liucija Andrikienė, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Ramona Nicole Mănescu, Alojz Peterle, Julia Pitera, Željana Zovko, Dubravka Šuica

S&D

Nikos Androulakis, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Ana Gomes, Andrejs Mamikins, David Martin, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Soraya Post, Elena Valenciano

Verts/ALE

Klaus Buchner, Tamás Meszerics, Jordi Solé, Bodil Valero, Igor Šoltes

 

7

-

ECR

Anna Elżbieta Fotyga, Marek Jurek, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock

EFDD

James Carver

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

 

5

0

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Helmut Scholz, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni