Kumitat għall-Baġits

 

2016/0225(COD)

25.4.2017

OPINJONI

tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Gérard Deprez

 

PA_Legapp

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-UE għandha bżonn urġenti ta' politika dwar il-migrazzjoni integrata, sostenibbli u bbażata fuq is-solidarjetà u l-qsim ġust tal-piżijiet bejn l-Istati Membri kollha. Huwa jemmen li l-ħolqien ta' mezzi legali biex jinstab rifuġju fl-Ewropa jista' jevita mwiet traġiċi fil-Baħar Mediterran u jkisser il-mudell kummerċjali tat-traffikanti tal-migranti.

Ir-rapporteur jappoġġa r-rabta tar-riformulazzjoni proposta tar-"Regolament ta' Dublin"[1] ma' din il-proposta, sabiex l-għadd ta' persuni risistemati jiżdied mal-għadd ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali bl-għan li jiġi kkalkolat il-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni. Ir-rapporteur jitkellem ukoll favur l-istabbiliment ta' rabta mar-riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac[2] sabiex id-data dwar il-persuni risistemati tinħażen fis-sistema tal-Eurodac.

F'termini tal-implikazzjonijiet baġitarji tiegħu, minkejja l-fatt li fil-proposta m'hemmx kwota definita tajjeb ta' persuni li għandhom jiġu risistemati, ir-rapporteur jixtieq li dawn il-pjanijiet ta' risistemazzjoni għandhom ikunu ambizzjużi u li l-mezzi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom isiru disponibbli.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta li jiġu allokati EUR 10,000 mill-baġit tal-Unjoni lill-Istati Membri għal kull persuna risistemata, li għandhom jitħallsu mill-AMIF, abbażi ta' pjanijiet ta' risistemazzjoni tal-Unjoni adottati fuq bażi annwali mill-Kunsill. Ir-rapporteur jifhem it-tneħħija tal-kofinanzjament mill-baġit tal-UE għar-risistemazzjoni skont programmi nazzjonali ta' risistemazzjoni, bl-għan li jiġi żgurat il-finanzjament meħtieġ ta' dawn il-programmi Ewropej ta' risistemazzjoni.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li ż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja jrid ikollhom l-informazzjoni kollha dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni li jmiss, fil-mument tal-preżentazzjoni tal-proposta dwar l-abbozz tal-baġit annwali tal-Unjoni għas-sena ta' wara.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa -1 (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Il-Proġett Ewropew dejjem kien ibbażat fuq il-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem

 

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa -1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.  Il-ġestjoni tal-migrazzjoni hija responsabbiltà kondiviża.

 

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-proċeduri standard komuni jenħtieġ li jibnu fuq l-esperjenza u l-istandards eżistenti ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-Proċeduri Operattivi Standard li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta' risistemazzjoni mat-Turkija stabbilita fid-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti l-użu ta' żewġ tipi ta' proċeduri standard ta' risistemazzjoni.

(12)  Il-proċeduri standard komuni jenħtieġ li jibnu fuq l-esperjenza u l-istandards eżistenti ta' risistemazzjoni tal-UNHCR, tal-Istati Membri, u b'mod partikolari l-Proċeduri Operattivi Standard li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta' risistemazzjoni mat-Turkija stabbilita fid-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti l-użu ta' żewġ tipi ta' proċeduri standard ta' risistemazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jitqiesu l-arranġamenti internazzjonali eżistenti li jiddependu fuq il-UNHCR.

 

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Iż-żewġ tipi ta' proċedura jikkonsistu mill-istadji li ġejjin: l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni u d-deċiżjoni.

(13)  Iż-żewġ tipi ta' proċedura jikkonsistu mill-istadji li ġejjin: l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni u d-deċiżjoni, u jenħtieġ li jkunu implimentati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR.

Ġustifikazzjoni

Il-UNHCR għandu ħafna għarfien espert u esperjenza fil-qasam tar-risistemazzjoni li jenħtieġ li jiġu użati kemm jista' jkun.

 

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Kull dejta personali miġbura għall-finijiet tal-proċedura ta' risistemazzjoni għandha tinħażen għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data tar-risistemazzjoni. Minħabba li ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkunu diġà ġew risistemati minn Stat Membru wieħed jew li matul l-aħħar ħames snin ikunu rrifjutaw ir-risistemazzjoni fi Stat Membru jenħtieġ li jiġu esklużi mir-risistemazzjoni fi Stat Membru ieħor, dak il-perjodu għandu jiġi kkunsidrat bħala perjodu neċessarju għall-ħżin tad-dettalji personali, inklużi marki tas-swaba' u xbihat tal-wiċċ.

(17)  Kull dejta personali miġbura għall-finijiet tal-proċedura ta' risistemazzjoni għandha tinħażen għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data tar-risistemazzjoni. Minħabba li ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkunu diġà ġew risistemati minn Stat Membru wieħed jew li matul l-aħħar ħames snin ikunu rrifjutaw ir-risistemazzjoni fi Stat Membru jenħtieġ li jkunu ineliġġibbli għar-risistemazzjoni fi Stat Membru ieħor, dak il-perjodu għandu jiġi kkunsidrat bħala perjodu neċessarju għall-ħżin tad-dettalji personali, inklużi marki tas-swaba' u xbihat tal-wiċċ.

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni fil-kuntest ta' protezzjoni tar-rifuġjati internazzjonali tirreferi għal individwi li ma tkunx tistħoqqilhom il-protezzjoni internazzjonali. Ineliġibbiltà hija terminu aħjar.

 

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-għażla tal-proċedura ta' risistemazzjoni għandha ssir għal kull skema ta' risistemazzjoni tal-Unjoni. Proċedura mħaffa tista' tkun ġustifikata għal raġunijiet umanitarji jew fil-każ ta' bżonnijiet ta' protezzjoni urġenti ġuridika jew fiżika.

(18)  L-għażla tal-proċedura ta' risistemazzjoni għandha ssir għal kull skema ta' risistemazzjoni tal-Unjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR. Proċedura mħaffa tista' tkun ġustifikata għal raġunijiet umanitarji jew fil-każ ta' bżonnijiet ta' protezzjoni urġenti ġuridika jew fiżika.

Ġustifikazzjoni

Il-UNHCR għandu ħafna għarfien espert u esperjenza fil-qasam tar-risistemazzjoni li jenħtieġ li jiġu użati kemm jista' jkun.

 

Emenda     7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri bil-għan li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri li jagħżlu li jipparteċipaw fl-iskema ta' risistemazzjoni bil-għan li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni fil-Qafas jenħtieġ li tkun volontarja peress li l-għan tar-risistemazzjoni huwa li jipprovdi protezzjoni u soluzzjoni dejjiema. Huma l-Istati Membri li l-aktar li jafu lil kemm-il persuna jifilħu verament joffru protezzjoni u jintegraw fis-soċjetajiet tagħhom. Is-somma f'daqqa ta' EUR 10 000 mill-AMIF tkopri biss l-ispejjeż inizjali tar-risistemazzjoni.

 

Emenda     8

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tkun tista' tinżamm bejn persuni msemmija fil-punt (b)(ii).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tkun tista' tinżamm bi qbil mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_________________

 

1aRegolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul (ĠU ...)

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva ta' Kwalifika proposta tiċċara d-drittijiet tal-membri tal-familja ta' benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali.

 

Emenda     9

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Raġunijiet għall-esklużjoni

Ineliġibbiltà

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni fil-kuntest ta' protezzjoni tar-rifuġjati internazzjonali tirreferi għal individwi li ma tkunx tistħoqqilhom il-protezzjoni internazzjonali. Ineliġibbiltà hija terminu aħjar.

 

Emenda     10

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għandhom jiġu esklużi minn skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni skont l-Artikolu 8:

1.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għandhom ikunu ineliġibbli għal skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni skont l-Artikolu 8:

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni fil-kuntest ta' protezzjoni tar-rifuġjati internazzjonali tirreferi għal individwi li ma tkunx tistħoqqilhom il-protezzjoni internazzjonali. Ineliġibbiltà hija terminu aħjar.

 

Emenda     11

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  persuni li għalihom hemm raġunijiet raġonevoli biex jiġi kkunsidrat li:

(a)  persuni li għalihom hemm raġunijiet serji biex jiġi kkunsidrat li:

Ġustifikazzjoni

Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 tuża l-espressjoni "raġunijiet serji biex jiġi kkunsidrat".

 

Emenda     12

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jadotta pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni fis-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat.

1.  Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jadotta pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni fis-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat, li għandu japplika għal dawk l-Istati Membri li jagħżlu li jipparteċipaw fir-risistemazzjoni s-sena ta' wara.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni fil-Qafas għandha tkun volontarja.

 

Emenda     13

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għan-numru totali ta' persuni li għandhom jiġu risistemati.

(b)  dettalji dwar l-Istati Membri li jagħżlu li jipparteċipaw fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u l-kontribuzzjonijiet volontarji tagħhom għan-numru totali ta' persuni li għandhom jiġu risistemati.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni fil-Qafas għandha tkun volontarja. Iż-żieda fir-risistemazzjoni tar-rifuġjati fl-Ewropa u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni rigward ir-risistemazzjoni huma importanti, iżda l-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati li jirrisistemaw ċertu proporzjon ta' persuni li jridu jiġu risistemati fl-UE.

 

Emenda     14

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru totali massimu kif stabbilit fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst fi-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru totali massimu kif stabbilit fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar l-Istati Membri li jagħżlu li jipparteċipaw fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni fil-Qafas għandha tkun volontarja. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jiddeċiedu kemm-il persuna jirrisistemaw minflok l-obbligu li jirrisistemaw proporzjon partikolari tal-persuni li jridu jiġu risistemati fl-UE.

 

Emenda     15

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 516/2014

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Flimkien mal-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirċievu, għal kull persuna risistemata skont skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni, somma f'daqqa ta' EUR 10 000.

1.  Flimkien mal-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirċievu, għal kull persuna risistemata skont skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni, somma f'daqqa ta' EUR 10 000. Ir-riżorsi finanzjarji kollha allokati huma indirizzati għal skopijiet ta' risistemazzjoni u mhux għal azzjonijiet oħra ffinanzjati mir-Regolament (UE) Nru 516/2014, bħall-finanzjament taċ-Ċentri ta' Detenzjoni tal-Immigranti.

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni

Referenzi

COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Gérard Deprez

31.8.2016

Data tal-adozzjoni

24.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Ivana Maletić, Pier Antonio Panzeri, Nils Torvalds, Marco Valli, Derek Vaughan, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Karin Kadenbach, Ramón Luis Valcárcel Siso

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Gérard Deprez, Nils Torvalds

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

EFDD

Marco Valli

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Ramón Luis Valcárcel Siso, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Nicola Caputo, Eider Gardiazabal Rubial, Karin Kadenbach, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Derek Vaughan, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

 

4

-

ECR

Bernd Kölmel

ENF

Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Verts/ALE

Monika Vana

 

1

0

Verts/ALE

Jordi Solé

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

 

 

[1] COM(2016)0270 final
[2] COM(2016)0272 final