Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
20.9.2013
OPINJONI
tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati f’borża u miżuri relatati
( COM(2012)0614 – C7‑0382/2012 – 2012/0299(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Olle Schmidt
PA_Legam
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-objettiv tal-politika tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi – il-ħolqien ta' aċċess ugwali kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa għal pożizzjonijiet ta' poter u influwenza – huwa sfida vitali għall-Unjoni. Ir-Rapporteur jaqbel li hija meħtieġa azzjoni leġiżlattiva kuraġġuża min-naħa tal-UE sabiex jintlaħaq dan l-għan.
Għalhekk ir-Rapporteur jappoġġa bis-sħiħ l-objettivi tal-Kummissjoni bid-Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi f'bordijiet korporattivi ta' kumpaniji elenkati. Madankollu, il-proposta ma tindirizzax biżżejjed l-kamp ta' applikazzjoni u l-miżuri.
Il-kumpaniji fis-settur finanzjarju għandhom proporzjon ogħla ta' nisa fil-bordijiet tagħhom meta mqabbla ma' setturi oħra fl-UE. Madankollu, terz tal-bordijiet tal-kumpaniji fis-settur għandu nuqqas kbir ta' rappreżentanti nisa.
Ir-Rapporteur jappoġġa l-għażla li jiġu enfasizzati l-kumpaniji elenkati pubblikament. Madankollu, il-possibilità ta' estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' kumpaniji mhux elenkati 'l fuq mil-limitu ta' SME għandha tiġi rieżaminata mill-Kummissjoni sentejn wara l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.
Il-kamp ta' applikazzjoni estiż: istituzzjonijiet tal-UE u l-BĊE.
Ir-Rapporteur jemmen li d-Direttiva għandha tiġi estiża biex tkopri l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). In-nuqqas ferm kbir ta' rappreżentanti nisa fil-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali huwa problematiku ħafna u jikkonferma l-falliment sistematiku fil-proċedura ta' ħatra għal pożizzjonijiet ta' maniġment għoli fl-Unjoni. L-Istati Membri huma reponsabbli li jippromwovu lin-nisa f'dawn il-pożizzjonijiet ta' livell għoli.
L-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġu jmexxu billi jagħtu eżempju rigward il-bilanċ bejn is-sessi pjuttost milli jikkonfermaw l-isterjotip tan-nuqqas ta' dan il-bilanċ, kemm biex jistabbilixxu standards għas-settur privat kif ukoll biex itejbu l-leġittimità tal-UE. Il-prinċipji ta' din id-Direttiva għandhom għalhekk jiġu inkorporati fir-regoli li jirregolaw il-proċeduri interni tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE.
It-triq 'il quddiem: Il-mudell "ikkonforma jew spjega".
Ir-Rapporteur ma jaqbilx mal-mira vinkolanti proposta mill-Kummissjoni dwar il-bilanċ bejn is-sessi, peress li huwa importanti li tiġi evitata l-interferenza mad-drittijiet tas-sjieda tal-azzjonisti u l-libertà tagħhom li jagħżlu r-rappreżentanti fuq il-bord tal-kumpanija. Barra minn hekk, ir-Rapporteur għandu dubji serji dwar l-effetti "konsekwenzjali" mistennija tal-Kummissjoni dwar rappreżentazzjoni femminili miżjuda fost diretturi mhux eżekuttivi f'pożizzjonijiet eżekuttivi u maniġment għoli.
In-nuqqas ta' riċerka empirika ta' appoġġ kif ukoll l-esperjenza Norveġiża ta' kwoti mandatorji fost id-diretturi tal-bord juru raġunament żbaljat. Kwoti stretti ma jbiddlux b'mod fundamentali s-sitwazzjoni dwar l-iżbilanċ bejn is-sess.
Minflok, ir-Rapporteur jixtieq jissottolinja l-importanza li jiġu kkonċentrati l-isforzi fuq iż-żieda tan-numru tan-nisa fil-livelli kollha tal-maniġment, sabiex tinkiseb rappreżentazzjoni aħjar tas-sessi fi stadju ulterjuri f'pożizzjonijiet eżekuttivi u tal-bord, jiġifieri l-approċċ "minn isfel għal fuq".
Għalhekk ir-Rapporteur jixtieq jipproponi forma tal-mudell "ikkonforma jew spjega" li huwa simili għal-leġiżlazzjoni Daniża fejn il-kumpaniji huma meħtieġa jistabbilixxu miri individwali għall-bilanċ tagħhom bejn is-sessi fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi, kif ukoll fil-livelli kollha tal-maniġment tal-kumpanija, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi għall-fergħat u għall-kumpanija. Barra minn hekk, il-kumpaniji għandhom ikunu obbligati jiżviluppaw politika dwar is-sessi sabiex iħeġġu miżuri attivi favur it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fil-kumpanija.
Il-kumpaniji għandhom jiżvelaw pubblikament il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti: l-istatus tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet u fil-livelli tal-maniġment, ir-relazzjoni tiegħu mal-miri speċifikati tal-bilanċ bejn is-sessi, il-politika dwar is-sessi, u l-miżuri meħuda jew maħsuba li jittieħdu sabiex jintlaħqu dawn il-miri. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrappurtata fir-rapport annwali u fil-websajt tal-kumpaniji koperti mid-Direttiva.
Iż-żieda biss ta' ftit diretturi mhux eżekuttivi nisa fil-kumpaniji kkonċernati mhijiex biżżejjed. Madankollu, il-mudell "ikkonforma jew spjega" jiżgura li l-azzjonisti u l-eżekuttivi tal-kumpaniji kkonċernati jirriflettu dwar il-politika u l-kultura interna tal-kumpanija, u dan se jelimina aktar l-ostakli li n-nisa jiffaċċjaw meta jitilgħu fil-ġerarkija tal-impriża.
Il-kumpaniji li ma jikkonformawx mal-proċeduri ta' stabbiliment ta' ċifri fil-mira individwali u politika dwar is-sessi għandhom ikunu soġġetti għal sanzjonijiet fil-forma ta' multi amministrattivi. Madankollu, l-ebda kumpanija m'għandha tirċievi multa għaliex ma laħqitx il-miri dwar is-sessi stabbiliti individwalment peress li dan jista' jiskoraġġixxi miri ambizzjużi.
Aktar trasparenza għar-reklutaġġ tal-bordijiet.
Ir-Rapporteur jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ ħatra formalizzata u aktar trasparenti ta' diretturi tal-bord korporattiv. Madankollu, it-tibdil tal-piż tal-prova li skontu l-kumpaniji jeħtieġu jagħtu prova tal-għażla korretta tagħhom meta jkunu ffaċċjati minn ilmenti mingħand il-kandidati li ma rnexxewx mhuwiex proporzjonat. L-ilmentaturi potenzjali għandhom ikunu biżżejjed protetti mill-obbligu tal-kumpanija li jissottomettu l-kriterji li fuqhom tkun saret l-għażla u mil-liġijiet applikabbli ta' kontra d-diskriminazzjoni.
Fl-aħħar, it-trasparenza tal-politiki dwar is-sessi tal-kumpaniji lejn l-investituri, l-applikanti potenzjali għall-impjiegi u l-pubbliku ġenerali hija miżjuda permezz tal-"mudell ikkonforma jew spjega" minħabba r-rekwiżiti ta' rappurtar dwar il-bilanċ bejn is-sessi proposti mir-Rapporteur.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) F’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat bosta rapporti li janalizzaw is-sitwazzjoni dwar id-diversità tas-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi. Il-Kummissjoni inkoraġġiet kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni Ewropea biex iżidu l-għadd ta’ nisa fuq il-bordijiet tagħhom b’miżuri awtoregolatorji u sabiex jagħmlu impenji volontarji konkreti f’dak ir-rigward. Fil-Karta tan-Nisa tagħha tal-5 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat li n-nisa għad ma għandhomx aċċess sħiħ għall-qsim tas-setgħa u t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-ħajja politika u ekonomika u rriaffermat l-impenn tagħha li tuża l-poteri tagħha biex tippromwovi rappreżentazzjoni aktar ġusta tan-nisa u l-irġiel f’pożizzjonijiet ta’ responsabilità. It-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ġie definit mill-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 bħala waħda mill-kompiti prijoritarji tagħha. | (4) F’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat bosta rapporti li janalizzaw is-sitwazzjoni dwar id-diversità tas-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi. Il-Kummissjoni inkoraġġiet kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni Ewropea biex iżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas rappreżentat fuq il-bordijiet tagħhom b’miżuri awtoregolatorji u sabiex jagħmlu impenji volontarji konkreti f’dak ir-rigward. Fil-Karta tan-Nisa tagħha tal-5 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat li n-nisa għad ma għandhomx aċċess sħiħ għall-qsim tas-setgħa u t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-ħajja politika u ekonomika u rriaffermat l-impenn tagħha li tuża l-poteri tagħha biex tippromwovi rappreżentazzjoni aktar ġusta tan-nisa u l-irġiel f’pożizzjonijiet ta’ responsabilità. It-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ġie definit mill-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 bħala waħda mill-kompiti prijoritarji tagħha. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE għandhom imexxu billi jagħtu eżempju ta' titjib tal-bilanċ bejn is-sessi. Il-prinċipji stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom ikunu inkorporati fir-regoli li jiggvernaw il-proċeduri interni tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew, u tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew. Il-prinċipji stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom ikunu inkorporati fir-regoli li jirregolaw il-proċeduri interni tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew, u tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew. Għal dak il-għan l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-bilanċ bejn is-sessi jintlaħaq fir-reklutaġġ ta’ maniġment superjuri inklużi d-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi u l-Kapijiet tal-Unità. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 6b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6b) L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, peress li għandhom viżibbiltà kbira, għandhom jagħtu l-eżempju billi jimplimentaw politiki favur bilanċ aħjar bejn is-sessi. Għal rappreżentazzjoni aħjar, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-politiki ta’ reklutaġġ għal pożizzjonijiet ta' livell għoli. Għandhom jiġu proposti listi ta’ kandidati li jirrispettaw l-ugwaljanza bejn is-sessi għal kull pożizzjoni fil-livell għoli tal-maniġment. L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE għandhom jibdew jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018 rapport annwali li jistabbilixxi l-isforz tagħhom għall-ilħuq ta’ dak l-għan. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 6c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6c) Huwa importanti li l-maniġment tal-Kummissjoni, il-korp eżekuttiv tal-UE, itejjeb il-bilanċ tiegħu bejn is-sessi biex jirrappreżenta aħjar liċ-ċittadini Ewropej. L-Istati Membri għaldaqstant huma mistiedna jinnominaw kemm kandidati maskili kif ukoll femminili għal kull pożizzjoni fil-kulleġġ tal-Kummissarji sabiex jinkiseb bilanċ bejn is-sessi fil-kulleġġ tal-Kummissjoni. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 6d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6d) Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) – inkluż il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) – u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) għandhom jikkonformaw mal-aspetti kollha tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni abbażi tas-sessi. Il-Bordijiet tas-Superviżuri tal-ASE għandhom ikunu mħeġġa jippreżentaw lista ta’ kandidati bbilanċjata bejn is-sessi għall-pożizzjonijiet ta’ Presidenti u Diretturi Eżekuttivi fis-smigħ rilevanti fil-Parlament Ewropew. L-għażla finali ta' dawn il-pożizzjonijiet għandha tkun ibbilanċjata bejn is-sessi. Huwa importanti wkoll li l-Kumitat ta’ Tmexxija u l-Kumitati Konsultattivi tal-BERS ikollhom bilanċ bejn is-sessi. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 6e (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6e) Il-bord superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), inklużi r-rwoli ta’ President u Viċi President, għandhu jkun ibbilanċjat mill-perspettiva ta’ sessi. Kull meta jkun hemm offerta ta’ xogħol fuq il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE dawk l-Istati Membri li adottaw l-euro bħala munita għandhom jiġu mħeġġa jinnominaw żewġ kandidati, raġel u mara, għall-pożizzjoni vakanti. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa wkoll jaħtru nisa bħala gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) biex jiksbu bilanċ bejn is-sessi fil-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali tal-BĊE kif ukoll fil-Bord Ġenerali tal-BERS. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività tal-ekonomija u huwa essenzjali għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi tal-UE, biex nikkompetu b’suċċess f’ekonomija globalizzata u biex niżguraw vantaġġ komparattiv fir-rigward ta’ pajjiżi terzi. Ir-riżerva ta’ nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna qiegħda tikber b’mod kostanti kif inhu kkonfermat mill-fatt li 60% tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva fil-ħatriet għal pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b’mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ. | (7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività, l-iżvilupp u t-tkabbir tal-ekonomija u huwa essenzjali għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi tal-UE, biex nikkompetu b’suċċess f’ekonomija globalizzata u biex niżguraw vantaġġ komparattiv fir-rigward ta’ pajjiżi terzi. Ir-riżerva ta’ nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna qiegħda tikber b’mod kostanti kif inhu kkonfermat mill-fatt li 60% tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva f’pożizzjonijiet ta’ maniġment u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-kumpaniji jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b’mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Il-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà ġenerali tinvolvi l-istabbiliment ta' drittijiet akkademiċi u professjonali ugwali għall-irġiel u n-nisa, kif ukoll responsabilitajiet kondiviżi tal-familja, tal-kura tat-tfal u tad-dar. Il-fatt li n-nisa jkunu ġeneralment responsabbli għall-biċċa l-kbira tax-xogħol tal-familja u tad-dar jista' jfixkel l-avvanz tagħhom f'pożizzjonijiet professjonali għoljin. Il-parteċipazzjoni attiva u l-involviment tal-irġiel fir-responsabilitajiet tal-familja huma kruċjali għall-kisba ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u għall-ħolqien ta' opportunitajiet indaqs għal karriera kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Għandha tingħata attenzjoni lill-indirizzar ta' sterjotipi tas-sessi, politiki tal-impjieg mhux flessibbli u antiki u dispożizzjonijiet inadegwati dwar il-liv tal-ġenituri. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għan-nisa u l-irġiel biex, jekk ikunu jridu, jgħaqqdu l-ħajja tal-familja u x-xogħol . L-Istati Membri huma mħeġġa jiżguraw l-implimentazzjoni ta' elementi soċjali bħal pereżempju allowances moderni u ġusti għal-liv tal-ġenituri għan-nisa u l-irġiel, dispożizzjonijiet estensivi għall-kura tat-tfal u tal-anzjani u opportunitajiet għal-liv kondiviż tal-ġenituri. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Amendment |
(8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b’mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma msaħħa minħabba mod ta’ ħsieb aktar varjat u kollettiv li jinkorpora firxa wiesgħa ta’ perspettivi u għalhekk jilħaq deċiżjonijiet iktar bilanċjati. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta’ impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni għalhekk jista’ jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati. | (8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b’mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma msaħħa minħabba mod ta’ ħsieb aktar varjat u kollettiv li jinkorpora firxa wiesgħa ta’ perspettivi kif ukoll mudell tan-negozju aktar proattiv u għalhekk jilħaq deċiżjonijiet iktar bilanċjati. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta’ impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni, fid-dawl tar-responsabilità ekonomika u soċjali sinifikanti tagħhom, għalhekk jista’ jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista’ ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija u tiġi żgurata preżenza ikbar tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta’ nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f’termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f’termini ta’ kisba ta’ tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali. | (9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista’ ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija, tiġi żgurata preżenza ikbar u tkun rikonoxxuta l-kontribuzzjoni tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta’ nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f’termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f’termini ta’ kisba ta’ tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali. L-Istati Membri għandhom għalhekk jintroduċu miżuri biex jinkoraġġixxu l-progressjoni tal-karriera tan-nisa fil-livelli kollha permezz ta’ azzjonijiet pożittivi bħan-netwerking u programmi ta’ mentoring. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill immirati speċifikament biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni, in-nisa għadhom ferm inqas mill-irġiel fl-ogħla korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni. Fis-settur privat u speċjalment f’kumpaniji elenkati dan l-iżbilanċ bejn is-sessi huwa partikolarment sinifikanti u akut. ndikatur ċentrali tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-bordijiet korporattivi juri li l-proporzjon ta' nisa involuti f’deċiżjonijiet kummerċjali tal-ogħla livell jibqa' baxx ħafna. F’Jannar 2012, in-nisa okkupaw bħala medja biss 13.7 fil-mija tal-postijiet fil-bordijiet tal-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-Istati Membri. Fost id-diretturi mhux eżekuttivi 15 fil-mija biss kienu nisa. | (10) Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill immirati speċifikament biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni, in-nisa għadhom ferm inqas mill-irġiel fl-ogħla korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni. Dan huwa l-każ ukoll għal ċerti istituzzjonijiet u aġenziji tal-UE, fosthom il-Bank Ċentrali Ewropew, li għandhom jagħtu l-eżempju u jirrappreżentaw liċ-ċittadini kollha. Jeħtieġ niftakru li, matul in-nomini ta’ membru ġdid għall-Bord Eżekuttiv tal-BĊE fi tmiem l-2012, il-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvernijiet irrifjutaw li jqisu l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, bi ksur tal-Artikolu 2 tat-Trattat, minkejja l-opinjoni negattiva tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk fis-settur privat l-iżbilanċ bejn is-sessi f'korpijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet huwa sinifikanti u akut. ndikatur ċentrali tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-bordijiet korporattivi juri li l-proporzjon ta' nisa involuti f’deċiżjonijiet kummerċjali tal-ogħla livell jibqa' baxx ħafna. F’Jannar 2012, in-nisa okkupaw bħala medja biss 13.7 fil-mija tal-postijiet fil-bordijiet tal-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-Istati Membri. Fost id-diretturi mhux eżekuttivi 15 fil-mija biss kienu nisa. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jinterferixxux bla bżonn mal-ġestjoni ta’ kuljum, peress li l-kumpaniji jżommu l-libertà li jagħżlu l-kandidati fuq il-bażi tal-kwalità jew ta’ kunsiderazzjonijiet oġġettivi rilevanti oħra. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b’żieda annwali medja ta’ biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta’ titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti miżuri vinkolanti. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali. | (11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b’żieda annwali medja ta’ biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta’ titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti miżuri vinkolanti. Madankollu, numru ta' pajjiżi laħqu riżultati bl-istess mod tajbin permezz ta' mekkaniżmi volontarji, appoġġjati b'sistemi soċjali sodi, li huma ta' benefiċċju għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Ir-regolamentazzjoni mferrxa u diverġenti jew in-nuqqas ta' regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati mhux biss twassal għal diskrepanzi fl-għadd ta' nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi u rati differenti ta' titjib madwar l-Istati Membri, iżda wkoll toħloq ostakoli għas-suq intern billi timponi rekwiżiti diverġenti dwar il-governanza korporattiva fuq il-kumpaniji elenkati Ewropej. Dawk id-differenzi fir-rekwiżiti ġuridiċi u awtoregolatorji għall-kompożizzjoni tal-bordijiet korporattivi jistgħu jwasslu għal kumplikazzjonijiet prattiċi għall-kumpaniji elenkati li joperaw bejn il-fruntieri, notevolment meta jistabbilixxu sussidjarji jew f'fużjonijiet u akkwisti, kif ukoll għall-kandidati għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. | (12) Ir-regolamentazzjoni mferrxa u diverġenti jew in-nuqqas ta’ regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati twassal għal diskrepanzi fl-għadd ta’ nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi u rati differenti ta’ titjib madwar l-Istati Membri. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda
|
| (12a) L-iżbilanċi bejn is-sessi fil-kumpaniji huma ikbar fil-livelli ogħla. Barra minn hekk, ħafna minn dawk in-nisa li huma rappreżentati fil-maniġment għoli huma impjegati f'oqsma bħar-riżorsi umani u l-komunikazzjoni filwaqt li hemm tendenza li l-irġiel fil-livell għoli jkunu impjegati fil-maniġment ġenerali jew fil-"line management" fi ħdan il-kumpanija. Peress li l-ġabra ewlenija tar-reklutaġġ għal pożizzjonijiet tal-bord korporattiv hija magħmula fil-biċċa l-kbira tagħha minn kandidati b'esperjenza ta' maniġment għoli, huwa vitali li jiżdied in-numru tan-nisa li qed javvanzaw għal tali pożizzjonijiet ta' maniġment fi ħdan il-kumpaniji. Dan huwa rekwiżit fundamentali għall-kisba ta' bidla reali fl-opportunitajiet għall-avvanz għal pożizzjonijiet għolja ta' teħid ta' deċiżjonijiet disponibbli għan-nisa. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda
|
(13) In-nuqqas attwali ta' trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f'ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b'mod negattiv kemm il-karrieri u l-libertà tal-moviment tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta’ trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta’ ħatra bbażati fuq is-sess, u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan is-suq intern. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta' investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati. | (13) In-nuqqas attwali ta’ trasparenza fil-proċeduri tal-għażla, il-kriterji ta’ kwalifika u r-reklutaġġ għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f’ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b’mod negattiv kemm il-karrieri tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta’ trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta’ ħatra bbażati fuq is-sess. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta' investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta’ kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta’ ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta’ ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija biss miżura fuq il-livell tal-UE li tista' effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju. | (14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta’ kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta’ ċerti standards minimi għall-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi li jieħdu deċiżjonijiet ta’ ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija miżura fuq il-livell tal-UE li tista’ effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni, jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju u tippermetti lill-kumpaniji u lid-diretturi li jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet li għandu x’joffri s-Suq Intern. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv29 aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta’ impjiegi ta’ 75 % għan-nisa u l-irġiel ta’ bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista’ tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta' talent disponibbli. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi, b’mod partikolari fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha. | (15) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv29 aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta’ impjiegi ta’ 75 % għan-nisa u l-irġiel ta’ bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista’ tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta' talent disponibbli. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi, b’mod partikolari fuq il-bordijiet tal-kumpaniji u fil-livell ta’ maniġment għoli, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta’ nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, kemm sabiex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta’ rekwiżiti minimi dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta’ miżuri vinkolanti bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati, fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għażlu dan il-metodu jew metodu simili kisbu l-aħjar riżultati fit-tnaqqis tas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi. | (16) Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta’ nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, kemm sabiex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta' rekwiżiti minimi komuni dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta' miżuri bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta' kumpaniji elenkati, |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) Il-ħatra ta’ membri fuq il-bordijiet u diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi għandha tibqa’ b’mod sħiħ prerogattiva u responsabbiltà tal-azzjonisti. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 16b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16b) Il-fatt li l-individwi jitqiesu bħala rappreżentanti ta’ gruppi differenti fis-soċjetà, bħall-irġiel, in-nisa jew il-minoritajiet etniċi, imur kontra l-objettiv li jiġu pprovduti opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Kull individwu għandu jitqies bħala individwu u għal dik ir-raġuni m’għandu jkun hemm ebda kwota fuq ir-rappreżentanza imposti mil-liġi. Wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-impenn individwali tal-kumpaniji huwa essenzjali biex jinbidlu l-attitudnijiet u l-prattiċi lejn in-nisa u l-irġiel b’mod iktar komprensiv fi ħdan il-kumpaniji. Jippermetti wkoll li l-kumpaniji jieħdu azzjoni b’mod aktar wiesa' milli biss fost id-diretturi mhux eżekuttivi. Għalhekk huwa neċessarju li l-kumpaniji kollha jkollhom politika tas-sessi fis-seħħ u għandhom jirrappurtaw fir-rapport annwali tagħhom dwar il-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bord u fil-livelli għoljin tal-maniġment. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 16c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16c) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jiżviluppaw politika dwar is-sessi sabiex jiksbu rappreżentazzjoni tas-sessi iktar ibbilanċjata fil-kumpanija kollha. Din il-politika tista’ tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri rilevanti implimentati f’dik il-kumpanija: in-nomina ta’ kandidat femminili kif ukoll maskili għal pożizzjonijiet ewlenin, skemi ta’ mentoring u gwida għall-iżvilupp tal-karrieri għan-nisa, strateġiji tar-riżorsi umani sabiex jiġi inkoraġġat reklutaġġ imħallat. Barra minn hekk, tista' tinkludi l-offerta ta' kundizzjonijiet ta' xogħol flessibbli, bħal pereżempju dispożizzjonijiet flessibbli għal-liv tal-ġenituri kif ukoll provvediment sussidjat ta' għajnuna għat-tindif u l-kura tat-tfal. Fl-istess ħin, dawn il-politiki għandhom jinvolvu lill-organizzazzjonijiet tal-impjegati, sabiex in-nisa fil-livelli kollha tas-soċjetà jistgħu jibbenefikaw minnhom. Kull kumpanija tista’ tagħżel il-politiki l-iżjed adatti għall-attivitajiet tagħha u għandha tieħu miżuri attivi sabiex iżżid il-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-ġestjoni tal-kumpanija. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Kumpaniji elenkati fil-boroż igawdu importanza ekonomika, viżibilità u impatt partikolari fis-suq kollu kemm hu. Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk japplikaw għal kumpaniji elenkati, li huma definiti bħala kumpaniji inkorporati fi Stat Membru li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozju f’suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-kumpaniji jistabbilixxu standards għall-ekonomija kollha kemm hi; il-prattiki tagħhom jista’ jiġi mistenni li jiġu segwiti minn tipi oħra ta’ kumpaniji. In-natura pubblika tal-kumpaniji elenkati tiġġustifika li huma jiġu rregolati aktar fl-interess pubbliku. | (17) Kumpaniji elenkati fil-boroż igawdu importanza ekonomika, viżibilità u impatt partikolari fis-suq kollu kemm hu. Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk japplikaw għal kumpaniji elenkati, li huma definiti bħala kumpaniji inkorporati fi Stat Membru li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozju f’suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-kumpaniji jistabbilixxu standards għall-ekonomija kollha kemm hi; il-prattiki tagħhom jista’ jiġi mistenni li jiġu segwiti minn tipi oħra ta’ kumpaniji. In-natura pubblika tal-kumpaniji elenkati tiġġustifika li huma jiġu rregolati b'mod adegwat fl-interess pubbliku. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 17a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (17a) Il-kumpaniji li mhumiex elenkati għandhom ukoll rwol ewlieni fl-ekonomija. Fil-prinċipju, għandhom għalhekk ikunu inklużi fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. Madankollu, peress li s-sitwazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi f’dawn il-kumpaniji ġeneralment mhijiex magħrufa sew u peress li huma meħtieġa dispożizzjonijiet partikolari sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet u n-natura diversa tagħhom fi ħdan u fost l-Istati Membri, l-inklużjoni għandha issir fi stadju aktar tard. Il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta b’dak l-għan wara li tkun għamlet investigazzjoni fil-fond tal-aspetti rilevanti kollha. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, anke jekk huma kumpaniji elenkati. | (18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Din l-eżenzjoni tal-SME għandha tkun applikabbli għal kumpaniji elenkati u potenzjalment, wara proposta futura tal-Kummissjoni, tista' tiġi applikata għal kumpaniji mhux elenkati. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. bjettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati. | (21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. bjettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati abbażi ta' konsultazzjonijiet meqjusa sew u estensivi mal-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali. Huwa importanti wkoll li l-organizzazzjonijiet tal-impjegati jkunu involuti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar is-sessi fil-kumpanija. Ir-rappreżentazzjoni tal-impjegati fuq il-bordijiet tal-kumpaniji elenkati tikkostitwixxi wkoll mod pożittiv għat-titjib tad-diversità bl-inklużjoni ta’ perspettivi ewlenin u għarfien ġenwin tal-mekkaniżmi interni tal-kumpanija. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta’ mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta’ analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta’ diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta’ kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta’ direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa’ tal-kumpaniji u l-azzjonisti. | (22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandhom ikunu obbligati li jimplimentaw proċeduri xierqa u effiċjenti bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta’ analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020. Il-kumpaniji elenkati għandhom jikkunsidraw, pereżempju, li jdaħħlu fis-seħħ programmi ta’ taħriġ u programmi ta’ mentoring għas-sess l-anqas rappreżentat bħala għodda biex jinkiseb il-bilanċ bejn is-sessi jekk hemm differenza ċara bejn is-sessi fir-riżerva tal-għażla tal-kumpanija fir-reklutaġġ għall-pożizzjonijiet tal-bord. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta’ diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta’ kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta’ direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa’ tal-kumpaniji u l-azzjonisti. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 22a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (22a) Sabiex tiġi inkluża firxa akbar ta’ perspettivi u esperjenzi fit-teħid ta’ deċiżjoni ekonomika, il-kumpaniji elenkati għandhom jiġu mħeġġa jikkunsidraw fil-politiki tagħhom ta’ reklutaġġ mhux l-ugwaljanza bejn is-sessi biss iżda wkoll id-diversità fir-rigward tal-kompetenza, l-età, l-oriġini ġeografika, l-etniċità u l-esperjenza edukattiva u professjonali. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(23) stati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f’kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi li jiġu mis-sess l-anqas rappreżentat għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija. | (23) stati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Skont din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat fuq il-bażi ta’ kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor. | (26) Skont din il-ġurisprudenza, il-kumpaniji elenkati għandhom jiġu mħeġġa jibbażaw l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat fuq il-bażi ta’ kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Tista' tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa tal-inqas ugwalment ikkwalifikat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji li ma jikkonformawx mal-għanijiet ewlenin tad-Direttiva jiżvelaw informazzjoni addizzjonali dwar il-politiki tagħhom ta’ reklutaġġ, ta’ għażla u tal-ħatriet, u b’mod partikolari jispjegaw il-miżuri li ser jimplimentaw biex itejbu l-bilanċ bejn is-sessi f’dan ir-rigward. |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(27) Il-metodi tar-reklutaġġ u l-ħatra ta' diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tistabbilixxi biss armonizzazzjoni minima tal-proċeduri tal-għażla, li tagħmilha possibbli li jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati. | (27) Il-metodi tar-reklutaġġ, l-għażla u l-ħatra ta’ diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Din id-Direttiva tirrispetta d-diversità tal-proċeduri tal-għażla li għandhom ikunu bbażati fuq it-trasparenza u l-mertu, filwaqt li tinsisti li jintlaħaq l-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tas-sess l-anqas rappreżentat fuq il-bordijiet. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F’dan ir-rigward, din id-Direttiva tippermetti li jkun hemm diversità fil-proċeduri tal-għażla, bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta’ rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati. Il-provvediment ta’ din id-Direttiva ma jinterferixxix bla bżonn mal-ġestjoni ta’ kuljum, peress li l-kumpaniji jżommu l-libertà li jagħżlu l-kandidati fuq il-bażi tal-kwalifiki jew ta’ kunsiderazzjonijiet oġġettivi rilevanti oħra. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta’ kumpaniji elenkati f’borża u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fuq talba ta' kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta' kwalifiki li l-għażla kienet ibbażata fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat li mhux mis-sess sottorappreżentat. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati sabiex jipprovdu dak it-tagħrif, fuq talba, lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta’ interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. | (28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta’ kumpaniji elenkati f’borża u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fejn ikun possibbli, fuq talba ta’ kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta’ kwalifiki li l-għażla kienet ibbażata fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta’ dawk il-kriterji. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati sabiex jipprovdu dak it-tagħrif, fuq talba, lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta’ interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(29) Fejn kandidat li ma jintgħażilx mis-sess l-anqas irrappreżentat jistabbilixxi l-preżunzjoni li kien ikkwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, il-kumpanija elenkata għandha tkun meħtieġa turi l-korrettezza tal-għażla. | imħassar |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1). | (30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva, li jistgħu jinkludu, inter alia, multi amministrattivi u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1) u l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi multi amministrattivi, inkluża l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-ammont tal-multa imposta. Għandhom jiġu applikati sanzjonijiet fil-każ ta’ kumpaniji elenkati li ma jikkonformawx mal-proċeduri previsti għall-ħatra jew l-elezzjoni ta’ diretturi mhux stabbiliti kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) jew mar-rekwiżiti ta’ żvelar kif definit fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva. Madankollu, il-każ ta' falliment tal-kumpaniji li jilħqu l-miri tagħhom fl-Artikolu 4(1) m'għandux jikkwalifika bħala ksur ta' din id-Direttiva u m'għandux jinstiga reġim ta' sanzjonijiet. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) Peress li l-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-forza tax-xogħol għandha impatt dirett fuq id-disponibilità ta’ kandidati mis-sess l-anqas rappreżentat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn il-membri tas-sess sottorappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-ħaddiema, il-kumpanija kkonċernata ma għandhiex tkun meħtieġa li tissodisfa l-għan stabbilit f’din id-Direttiva. | imħassar |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi. | (32) Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi. Madankollu dawn il-kumpaniji għandhom jibqgħu juru fir-rapport annwali tagħhom u fuq il-websajt tagħhom il-bilanċ tas-sessi fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u l-politiki tagħhom dwar din il-kwistjoni, skont l-Artikolu 5(1), 5(1a) u 5(2), ta’ din id-Direttiva. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Premessa 34
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta’ kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv. | (34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta’ kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata b’mod xieraq u li jkun faċilment aċċessibbli fir-rapport annwali u fuq il-websajt u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri li ħadet sa issa u li biħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv. Barra minn hekk, il-kumpaniji li jkunu naqsu milli jikkonformaw għandhom jagħtu ġustifikazzjoni għar-raġunijiet li minħabba fihom ma ġewx implimentati l-mekkaniżmi xierqa, u liema miżuri konkreti għandhom jiġu adottati biex jiġi ggarantit b’mod effiċjenti li jintlaħaq l-objettiv tal-bilanċ imtejjeb bejn is-sessi. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta’ effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta’ preżenza tas-sess sottorappreżentat ta’ mill-anqas 40 % fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020 jew sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2018 fil-każ ta’ kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi. | (35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta’ effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta’ preżenza tas-sess sottorappreżentat ta’ mill-anqas 40 fil-mija fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati jew l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4(1) sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020 . Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri tal-Istati Membri humiex suffiċjenti biex jilħqu l-eżitu mixtieq u tiddeċiedi jekk jistgħux jiġu sospiżi xi artikoli rilevanti tad-Direttiva sabiex tiġi evitata interferenza mal-miżuri nazzjonali. |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Premessa 38
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(38) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-iffissar ta’ għanijiet u prinċipji komuni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà biex jiddeterminaw kif l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinkisbu l-aħjar meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli u prattiċi li jikkonċernaw ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Din id-Direttiva ma tinterferix mal-possibilità għall-kumpaniji biex jaħtru l-membri tal-bordijiet l-aktar kwalifikati, u tagħti perjodu twil biżżejjed ta' adattament għall-kumpaniji elenkati kollha. | (38) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-iffissar ta’ għanijiet u prinċipji komuni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà biex jiddeterminaw kif l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinkisbu l-aħjar meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli u prattiċi li jikkonċernaw ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Din id-Direttiva ma tinterferix mal-possibilità għall-kumpaniji biex jaħtru l-membri tal-bordijiet l-aktar kwalifikati, u tagħti qafas flessibbli u perjodu twil biżżejjed ta’ adattament għall-kumpaniji elenkati kollha. |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Premessa 38a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (38a) Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-objettivi dwar il-bilanċ bejn is-sessi stabbiliti f’din id-Direttiva u li jiġu integrati fil-politiki speċifiċi tal-kumpaniji rilevanti u sabiex jiġu vverifikati r-riperkussjonijiet previsti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu wkoll jevalwa l-impatti pożittivi u negattivi tal-estensjoni potenzjali tal-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-bilanċ bejn is-sessi għall-kumpaniji mhux elenkati u jerġa' jevalwa l-ħtieġa tal-introduzzjoni ta' miri legalment vinkolanti fil-livell tal-UE. |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Premessa 39
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(39) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-objettiv li jrid jiġi ssodisfat mill-kumpaniji elenkati għandu jkun limitat fiż-żmien u jibqa’ fis-seħħ biss sakemm jintlaħaq progress sostenibbli dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha regolarment tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-Direttiva mistennija tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2028. Il-Kummissjoni għandha teżamina, fir-reviżjoni tagħha, jekk hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul tad-Direttiva lil hinn minn dak il-perjodu. | (39) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-objettiv li jrid jiġi ssodisfat mill-kumpaniji elenkati għandu jkun limitat fiż-żmien u jibqa’ fis-seħħ biss sakemm jintlaħaq progress sostenibbli dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha regolarment tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-Direttiva mistennija tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2028. Il-Kummissjoni għandha teżamina, fir-reviżjoni tagħha, jekk hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul tad-Direttiva lil hinn minn dak il-perjodu. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili sabiex jinfurmawhom b’mod effiċjenti dwar is-sinifikat, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva. |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. stati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi jaġġustaw il-proċeduri tagħhom ta' reklutaġġ, għażla jew ħatra sabiex jiżguraw li l-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Sabiex jilħqu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor. | 3. Sabiex jilħqu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-proċeduri ta' reklutaġġ, għażla jew ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi, tista' tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor. |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 - paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu sodisfati fl-istadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. stati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, fuq talba ta’ kandidati mhux magħżula, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla kienet ibbażata, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta’ dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor. | 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, fuq talba ta’ kandidati mhux magħżula, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla kienet ibbażata. |
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpaniji elenkati fejn il-membri tas-sess l-anqas irrappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-forza tax-xogħol ma jkunux suġġetti għall-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1. | imħassar |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. stati Membri jistgħu jistipulaw li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 ikun issodisfat fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet ta’ direttur kollha, irrispettivament minn jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi. | 7. stati Membri jistgħu jistipulaw li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 ikun issodisfat fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet ta’ direttur kollha, irrispettivament minn jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi. Dawn il-kumpaniji għandhom jibqgħu jistipulaw fir-rapport annwali tagħhom u fuq il-websajt tagħhom il-bilanċ tas-sessi fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u l-impenji tagħhom dwar din il-kwistjoni, skont l-Artikolu 5(1), u 5(2), ta’ din id-Direttiva. |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. stati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b’impenji individwali rigward ir-rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi li jridu jintlaħqu sal-1 ta’ Jannar 2020, jew sal-1 ta’ Jannar 2018 fil-każ ta’ kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b'impenji individwali rigward ir-rappreżentanza bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi li trid tintlaħaq sal-1 ta' Jannar 2020. Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli mill-pożizzjoni individwali attwali tal-kumpanija biex jiżguraw rappreżentanza bilanċjata tas-sessi fost id-diretturi eżekuttivi. |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fihom is-sess sottorappreżentat għandu anqas minn terz tal-pożizzjonijiet eżekuttivi u mhux eżekuttivi, jiżviluppaw politika dwar is-sessi rigward kif tiżdied il-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-livelli eżekuttivi u mhux eżekuttivi fil-kumpanija. |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. stati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f’manjiera xierqa u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom. | 2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar dan li ġej: |
| a) ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi, |
| b) Il-preżentazzjoni u l-analiżi tal-miżuri speċifiċi li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 u 1a ta’ dan l-Artikolu, |
| c) Il-miżuri speċifiċi ppjanati għas-sena li ġejja, |
| d) il-progress fir-rigward tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. |
| Il-kumpaniji elenkati għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni f'manjiera xierqa u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom u fir-rapport annwali tagħhom. |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji. | 3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji. |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. | 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw lill-Kummissjoni dwar is-sanzjonijiet li diġà huma fis-seħħ sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu l-miżuri li ġejjin: | 2. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom tal-anqas jinkludu dan li ġej: |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni biex jiġu imposti multi amministrattivi, inkluża l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur [u l-ammont tal-multa imposta]; |
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Bla ħsara għall-Artikolu 4(6) u (7), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5), sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mil—anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi. | 3. Bla ħsara għall-Artikolu 4(6) u (7), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3) u (4) ), sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mil—anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017 u kull sentejn wara dan, rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, informazzjoni komprensiva dwar il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5(2) u informazzjoni dwar impenji individwali meħuda mill-kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 5(1). | 1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017 u kull sentejn wara dan, rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, informazzjoni komprensiva dwar il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5(2) u informazzjoni dwar impenji individwali meħuda mill-kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 5(1) u 5(1a). |
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-kumpaniji elenkati msemmija fl-Artikoli 4 (1) u 5(1) fuq il-bażi ta' rapporti sottomessi mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1. Barra minn hekk, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi s-sitwazzjoni dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-livell tal-bordijiet ta' kumpaniji mhux elenkati li huma 'l fuq mil-limitu tal-SME kif definit fl-Artikolu 2. Il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel proposta għall-estensjoni tal-ambitu ta' din id-Direttiva għall-kumpaniji mhux elenkati li mhumiex SMEs, b'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi kollha rilevanti Ewropej u internazzjonali u l-ispeċifiċitajiet u n-natura differenti ta' dawn il-kumpaniji. |
| Fejn ir-rapport juri li l-isforzi tal-kumpanija ma wasslux għal żieda sinifikanti fil-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-bordijiet jew fil-livell tal-maniġment f'kumpaniji elenkati u mhux elenkati, il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel proposta leġiżlattiva xierqa biex temenda r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva sabiex tintroduċi miżuri legali aktar stretti. |
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar kif il-prinċipji ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu applikati mir-regoli li jirregolaw il-proċeduri tar-reklutaġġ intern tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE u nkorporati fihom. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018 u wara darba kull sena dwar l-istatistika tagħhom tas-sessi u l-progress li jkun sar. Il-Kummissjoni għandha minnufih tagħmel dawn ir-rapporti pubbliċi fil-websajt tagħha. Fejn ikun xieraq dan ir-rapport jista' jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li testendi il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva sabiex tkopri l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE. |
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad toħroġ rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta’ direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta’ Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi, u sal-1 ta’ Jannar 2020 għall-kumpaniji elenkati li mhumiex impriżi pubbliċi. L-ewwel rapport ta’ dan it-tip għandu jinħareġ mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jinħarġu fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1. | 2. L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), u (4) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad toħroġ rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta’ Jannar 2020 tal-kumpaniji elenkati. L-ewwel rapport ta’ dan it-tip għandu jinħareġ mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jinħarġu fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1. |
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati, li bl-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(3) ma jkunux appuntaw jew eliġġew membri tas-sess sottorappreżentat f'mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv tal-bordijiet tagħhom sal-1 ta' Jannar 2018, fejn huma impriżi pubbliċi, jew sal-1 ta' Jannar 2020, fejn mhumiex impriżi pubbliċi, japplikaw l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) b'effett rispettivament minn dawk id-dati. | L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati, li bl-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3) ma jkunux appuntaw jew eliġġew membri tas-sess sottorappreżentat f’mill-anqas 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ direttur mhux eżekuttiv tal-bordijiet tagħhom sal-1 ta’ Jannar 2020 japplikaw l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) b'effett rispettivament minn dawk id-dati. |
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021 u kull sentejn wara dan. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ntlaħqux. | 3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1a u 1b sa' mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019 u kull sentejn wara dan. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ntlaħqux. |
PROĊEDURA
Titolu | Bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fil-borża | |||
Referenzi | COM(2012)0614 – C7-0382/2012 – 2012/0299(COD) | |||
Kumitati responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 22.11.2012 | FEMM 22.11.2012 |
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 22.11.2012 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Olle Schmidt 14.1.2013 | |||
Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
17.1.2013 | |||
Eżami fil-kumitat | 24.4.2013 | 18.6.2013 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 17.9.2013 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 39 2 6 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marino Baldini, Jean-Paul Besset, Udo Bullmann, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Ivana Maletić, Arlene McCarthy, Marlene Mizzi, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Pablo Zalba Bidegain | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Pervenche Berès, Fabrizio Bertot, Herbert Dorfmann, Sari Essayah, Mojca Kleva Kekuš, Thomas Mann, Gay Mitchell, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Andreas Schwab, Theodoros Skylakakis, Nils Torvalds | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Alda Sousa | |||