Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
11.7.2013
OPINJONI
tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati
( COM(2012)0614 – C7‑0382/2012 – 2012/0299(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Marije Cornelissen
PA_Legam
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
F'Ottubru 2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġislattiva li tippromovi l-bilanċ bejn is-sessi fost Diretturi mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati f'borża. Fis-sena ta' qabel, kumpaniji elenkati fl-UE kienu ingħataw l-aħħar opportunità biex jirregolaw lilhom infushom fir-rigward ta' aktar nisa fuq il-bordijiet, meta l-Kummissarju u Viċi President Reding talbithom jiffirmaw 'L-Impenn għall-Ewropa Nisa fuq il-Bord' f'Marzu 2011. Kienu biss 24 kumpanija Ewropea li ffirmaw. Meta jitqies in-numru persistentement baxx ta' nisa fuq il-bordijiet u n-nuqqas ovvju ta' awtoregolazzjoni biex titjieb b'mod sinifikanti s-sitwazzjoni ta' dawn l-aħħar deċenni, wasal iż-żmien li tittieħed azzjoni leġiżlattiva.
Il-kamp ta' applikazzjoni: Diretturi eżekuttivi - mhux eżekuttivi
Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li d-Direttiva kollha kemm hi tiġi applikata għal Diretturi eżekuttivi kif ukoll mhux eżekuttivi. Id-Dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma jinterferixxux bla bżonn mal-ġestjoni ta' kuljum, minħabba li l-kumpaniji jżommu l-libertà li jagħżlu l-kandidati fuq il-bażi ta' kwalità jew ta' kunsiderazzjonijiet relevanti oħra. Il-proporzjoni ta' Diretturi eżekuttivi nisa hu partikolarment baxx (10 % fl-2013 meta mqabbel ma' 17 % fost Diretturi mhux eżekuttivi). Għalhekk l-artikoli ewlenin tad-Direttiva li jirrigwardaw l-aġġustament tal-proċedura tal-għażla għandhom japplikaw għad-Diretturi kollha.
Diversità ta' proċeduri
Fil-proposta tal-Kummissjoni, l-enfasi hi fuq il-mod speċifiku li bih il-kandidati jiġu magħżula għal ħatriet fuq bordijiet. Dan għandu jkun trasparenti, newtrali u bbażat fuq kwalifiki individwali. Madankollu, il-mod li bih membri tal-bord jintgħażlu u jiġu maħtura mhux dejjem ikun jixbaħ lil proċedura ta' reklutaġġ għal impjegati regolari. F'xi Stati Membri, pereżempju, il-membri tal-bord jiġu maħtura jew magħżula mill-ħaddiema jew mill-membri tal-unjon, bħas-sistema Ġermaniża ta' 'Mitbestimmung’. Barra minn hekk, il-kwalitajiet individwali mhux dejjem ikunu l-uniku kriterju relevanti. Bilanċ bejn il-ħiliet differenti, il-kompetenza, in-nazzjonalità jew konsiderazzjonijiet ta' rappreżentazzjoni jistgħu jkunu importanti jew ukoll fatturi deċiżivi fl-għażla finali ta' Diretturi. Il-unjons u n-negozji talbu għal aktar flessibbiltà fil-mod li bih issir il-ħatra jew l-għażla.
Għalhekk, ir-Rapporteur fl-Artikolu 4.1 tipproponi li tħalli l-Istati Membri u l-kumpaniji liberi dwar kif jadattaw il-proċedura ta' għażla jew ta' ħatra tagħhom, filwaqt li jiffokaw fuq l-eżitu. L-adattamenti jistgħu jieħdu forom differenti u jistgħu japplikaw għal proċess ta' ħatra, reklutaġġ jew għażla, sakemm ikollhom l-għan li jilħqu riżultat tal-inqas ta' 40 % ta' nisa fuq bordijiet ta' kumpaniji elenkati.
Fokus fuq il-proċess ta' reklutaġġ kollu
Il-proposta tal-Kummissjoni tiffoka biss fuq għażla individwali ta' kandidati għal pożizzjonijiet fuq bordijiet. Madankollu, ir-reklutaġġ ta' membru ta' bord ma jibdix fl-istadju tal-għażla; jibda fl-istadju tal-bini ta' riserva ta' kandidati li se jintgħażlu. Jekk din ir-riserva ma tinkludix nisa kapaċi u adattati biżżejjed, jibqa' improbabli li tintgħażel mara anke jekk il-kriterji tal-għażla jkunu kompletament newtrali mill-perspettiva tal-ġeneru.
Ir-Rapporteur għalhekk tipproponi li tkun inkluża r-riserva tal-għażla fl-obbligi ta' rappurtar għall-kumpaniji li ma jkunux għażlu mara meta n-nisa jkunu għadhom mhux rappreżentati biżżejjed, billi tintalab informazzjoni dwar l-għadd ta' nisa fir-riserva tal-għażla kif ukoll il-kriterji użati biex jingħażel kandidat, u l-miżuri li se jittieħdu biex ikun żgurat li jkun hemm kandidati suffiċjentement kwalifikati u adattati tas-sess sottorappreżentat fil-proċeduri li jmiss.
Obbligi ta' rappurtar u ta' spjega
Id-Direttiva għandha tkun immirata għal dawk il-kumpaniji li ma jagħmlux sforz biżżejjed jew ma jkollhomx riżultati suffiċjenti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sess fuq il-bordijiet tagħhom. Għalhekk, ir-Rapporteur tixtieq tiddistingwi bejn kumpaniji li jiffunzjonaw sew u dawk li jiffunzjonaw ħażin. Il-kumpaniji kollha se jintalbu jipprovdu data fuq bażi annwali dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneru fuq il-bordijiet tagħhom fir-rapporti annwali tagħhom kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Jekk kumpaniji jaħtru lil xi ħadd tas-sess li hu rappreżentat iżżejjed, l-obbligi ta' żvelar, ta' rapportar u ta' spjega jiżdiedu. Huma jkollhom jiżvelaw il-kompożizzjoni tal-ġeneru tar-riserva tal-għażla u r-raġunijiet u l-kriterji li wasslu għall-għażla tal-kandidat tas-sess li hu rappreżentat iżżejjed, kif ukoll jippreżentaw miżuri li jiżguraw aktar bilanċ tal-ġeneru fir-riserva tal-għażla u jżidu l-opportunità ta' ħatra ta' direttur mis-sess sottorappreżentat fil-ħatriet futuri.
Klawżola ta' sospensjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni timmira li tevita interferenza mal-miżuri nazzjonali eżistenti meħuda biex iżidu d-diversità tal-ġeneru fuq il-bordijiet. Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li tinżamm il-possibbiltà għall-Istati Membri li jissospendu uħud mill-artikoli ewlenin tad-Direttiva. Jekk Stat Membru jħoss li miżuri volontarji jew miżuri oħra xorta jwasslu biex jinkisbu l-għanijiet tad-Direttiva, dan għandu jkollu l-libertà li jara jekk dan hux il-każ. Madankollu, hi tipproponi li jissaħħu s-salvagwardji sabiex il-politika nazzjonali tkun ugwalment effettiva biex jintlaħaq l-għan ta' 40 % tad-Direttiva. Għal dan il-għan, is-sospensjoni għandha tkun kundizzjonali għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Jekk, barra minn hekk, sal-2017 għan intermedju ta' 30 % ta' nisa fuq bordijiet ma jkunx intlaħaq, awtomatikament tidħol fis-seħħ id-Direttiva għal dak l-Istat Membru.
Sanzjonijiet u inċentivi
Ir-Rapporteur taqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni li tagħti lill-Istati Membri r-responsabbiltà ewlenija li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. Madankollu, jista' jkun hemm inċentivi addizzjonali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkumpensaw kumpaniji billi jużaw l-ilħuq tal-objettiv ta' 40 % bħala kriterju tal-għoti fl-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħtu l-eżempju billi jagħtu l-appalti biss lill-kumpaniji li jkunu laħqu l-objettiv ta' 40 %. Il-konformità mad-Direttiva (li ma għandux jiġi konfuż mal-objettiv aħħari) għandha tkun kundizzjoni biex jingħataw fondi tal-UE.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitati responsabbli, jinkorporaw l-emendi li ġejjin fir-rapport tagħhom:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Titolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Proposta għal | Proposta għal |
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL | DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati | dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi ta' kumpaniji elenkati f'borża u ta' impriżi pubbliċi kbar u miżuri relatati |
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE) | (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 157(3) tiegħu, | Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 157(3) u (4) tiegħu, |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Wara li kkunsidraw l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 1b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Wara li kkunsidraw l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 1c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Wara li kkunsidraw l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Biex tintlaħaq l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-post tax-xogħol irid ikun hemm mudell ta' teħid tad-deċiżjonijiet ibbilanċjat mil-lat tar-rappreżentanza tas-sessi fil-livell kollha tal-kumpanija filwaqt li tiġi żgurata wkoll l-eliminazzjoni tal-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-femminilizzazzjoni tal-faqar. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) Fil-politiki tal-persunal interni tagħhom, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi, partikolarment billi jiggarantixxu teħid ta' deċiżjonijiet ibbilanċjat mil-lat tar-rappreżentanza tas-sessi fil-livelli kollha fi ħdan l-entitajiet ikkonċernati. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività tal-ekonomija u huwa essenzjali għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi tal-UE, biex nikkompetu b'suċċess f'ekonomija globalizzata u biex niżguraw vantaġġ komparattiv fir-rigward ta' pajjiżi terzi. Ir-riżerva ta' nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna qiegħda tikber b'mod kostanti kif inhu kkonfermat mill-fatt li 60% tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva fil-ħatriet għal pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b'mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ. | (7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività tal-ekonomija, biex nikkompetu b'suċċess f'ekonomija globalizzata. Teżisti riżerva ta' nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna, kif inhu kkonfermat fost oħrajn mill-fatt li 60 % tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva fil-ħatriet għal pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b'mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Biex tiġi garantita l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet li permezz tagħhom l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jgħaqqdu l-ħajja professjonali mal-ħajja tal-familja, partikolarment permezz ta’ arranġamenti u appoġġi flessibbli għal dawk b'responsabilitajiet li jindukraw. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b'mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma msaħħa minħabba mod ta' ħsieb aktar varjat u kollettiv li jinkorpora firxa wiesgħa ta' perspettivi u għalhekk jilħaq deċiżjonijiet iktar bilanċjati. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta' impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni għalhekk jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati. | (8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b'mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet jitjiebu minħabba l-fatt li tħaddan perspettiva iktar ibbilanċjata. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta' impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni għalhekk għandu jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista' ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija u tiġi żgurata preżenza ikbar tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f'termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f'termini ta' kisba ta' tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali. | (9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista' ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija u tiġi żgurata preżenza ikbar tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu jkollu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f'termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f'termini ta' kisba ta' tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b'żieda annwali medja ta' biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta' titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti miżuri vinkolanti. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali. | (11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b'żieda annwali medja ta' biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta' titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti miżuri vinkolanti. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiskambjaw l-informazzjoni u l-prattiki tajba bl-iskop li jilħqu riżultati aqwa permezz tal-adozzjoni ta' miżuri intiżi biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) In-nuqqas attwali ta' trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f'ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b'mod negattiv kemm il-karrieri u l-libertà tal-moviment tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta' trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta' ħatra bbażati fuq is-sess, u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan is-suq intern. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta' investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati. | (13) In-nuqqas attwali ta' trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f'ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b'mod negattiv kemm il-karrieri u l-libertà tal-moviment tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta' trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta' ħatra bbażati fuq is-sess, u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan is-suq intern. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta' investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Huwa importanti li l-proċess ta' ħatra fil-bordijiet ikun ċar u trasparenti u li l-kandidati jiġu evalwati oġġettivament abbażi tal-merti individwali tagħhom, indipendentement mis-sess. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta' ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta' ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta' valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija biss miżura fuq il-livell tal-UE li tista' effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju. | (14) Din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tar-reklutaġġ, tal-għażla u tal-ħatra u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, iżda tirrikjedi li l-kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jaġġustaw il-proċeduri relatati mal-avviżi ta’ impjiegi disponibbli, ir-reklutaġġ, l-għażla u l-ħatra, għax intwera li dan hu meħtieġ sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Miżura fuq il-livell tal-UE hi l-għodda ewlenija li tista' effettivament tiżgura kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta' impjiegi ta' 75% għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista' tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta' talent disponibbli. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi, b'mod partikolari fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha. | (15) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta' impjiegi ta' 75% għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista' tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta' talent disponibbli. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi, fuq il-bordijiet tal-kumpaniji u fil-livelli maniġerjali kollha fil-kumpanija kollha kemm hi, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, kemm sabiex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta' rekwiżiti minimi dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta' miżuri vinkolanti bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta' kumpaniji elenkati, fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għażlu dan il-metodu jew metodu simili kisbu l-aħjar riżultati fit-tnaqqis tas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi. | Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji fl-Istati Membri kollha, sabiex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku, titħeġġeġ il-mobilità tal-ħaddiema fis-suq u tissaħħaħ il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta' rekwiżiti minimi dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta' miżuri vinkolanti bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta' kumpaniji elenkati u ta' impriżi pubbliċi, fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għażlu dan il-metodu jew metodu simili kisbu l-aħjar riżultati fit-tnaqqis tas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, anke jekk huma kumpaniji elenkati. | (18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, anke jekk huma kumpaniji elenkati, madankollu l-Istati Membri għandhom ifasslu politiki maħsuba biex isostnu u jinċentivaw lill-SMEs biex itejbu konsiderevolment il-bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-ġestjoni u fil-bordijiet tal-kumpaniji. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Is-sistemi kollha jiddistingwu bejn id-diretturi eżekuttivi, li huma involuti fil-ġestjoni ta' kuljum ta' kumpanija, u d-diretturi mhux eżekuttivi li mhumiex involuti fl-amministrazzjoni ta' kuljum, iżda jwettqu funzjoni ta' superviżjoni. L-għanijiet kwantitattivi stipulati f'din id-Direttiva għandhom japplikaw biss għal diretturi mhux eżekuttivi sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li tiżdied id-diversità tas-sessi tal-bordijiet u l-ħtieġa li jiġi mminimizzat l-indħil fit-tmexxija ta' kuljum tal-kumpanija. Billi d-diretturi mhux eżekuttivi jwettqu ħidmiet ta' sorveljanza, huwa wkoll aktar faċli li jiġu ingaġġati kandidati kwalifikati minn barra l-kumpanija u sa ċertu punt anke minn barra s-settur speċifiku li fih topera l-kumpanija - konsiderazzjoni li hija importanti għal oqsma tal-ekonomija fejn il-membri ta' sess partikolari huma partikolarment sottorappreżentati fil-forza tax-xogħol. | (20) Is-sistemi kollha jiddistingwu bejn id-diretturi eżekuttivi, li huma involuti fil-ġestjoni ta' kuljum ta' kumpanija, u d-diretturi mhux eżekuttivi li mhumiex involuti fl-amministrazzjoni ta' kuljum, iżda jwettqu funzjoni ta' superviżjoni. L-għanijiet kwantitattivi stipulati f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi kollha. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati. | (21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati abbażi ta' konsultazzjonijiet meqjusa sew u estensivi mal-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta' mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta' diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta' kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa' tal-kumpaniji u l-azzjonisti. | (22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta' mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta' diretturi għandhom jaġġustaw il-proċeduri ta' reklutaġġ, ta’ avviżi ta' impjiegi disponibbli, tal-għażla u ta' ħatra tagħhom sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta' diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta' kandidati rġiel u nisa f'kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa' tal-kumpaniji u l-azzjonisti. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(23) stati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f'kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi li jiġu mis-sess l-anqas rappreżentat għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija. | (23) L-Istati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq impriżi pubbliċi kbar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f'kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi li jkunu tas-sess sottorappreżentat għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Id-determinazzjoni tan-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv meħtieġa għall-konformità mal-objettiv titlob aktar speċifikazzjoni billi għal bosta daqsijiet tal-bordijiet huwa matematikament possibbli biss jew li wieħed imur lil hinn jew jibqa' taħt is-sehem eżatt ta' 40 fil-mija. Għalhekk, in-numru ta' pożizzjonijiet fuq il-bordijiet meħtieġa għall-konformità mal-objettiv għandu jkun in-numru l-eqreb għal 40 fil-mija. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra s-sess oriġinarjament irrappreżentat iżżejjed, il-kumpaniji elenkati ma għandhomx ikunu obbligati li jaħtru l-membri mis-sess l-anqas irrappreżentat għal nofs il-pożizzjonijiet tal-bord mhux eżekuttivi jew aktar. Għalhekk, pereżempju, il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat għandhom ikollhom mill-inqas pożizzjoni waħda fuq il-bordijiet bi tliet jew erba diretturi mhux eżekuttivi, mill-inqas żewġ pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’ħames jew sitt diretturi mhux eżekuttivi, u mill-inqas tliet pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’seba’ jew tmien diretturi mhux eżekuttivi. | (24) Id-determinazzjoni tan-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur meħtieġa għall-konformità mal-objettiv titlob aktar speċifikazzjoni billi għal bosta daqsijiet tal-bordijiet huwa matematikament possibbli biss jew li wieħed imur lil hinn jew jibqa' taħt is-sehem eżatt ta' 40 fil-mija. Għalhekk, in-numru ta' pożizzjonijiet fuq il-bordijiet meħtieġa għall-konformità mal-objettiv għandu jkun in-numru l-eqreb għal 40 fil-mija. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra s-sess oriġinarjament irrappreżentat iżżejjed, il-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar ma għandhomx ikunu obbligati li jaħtru l-membri mis-sess sottorappreżentat għal iktar minn nofs il-pożizzjonijiet tal-bord. Għalhekk, pereżempju, il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat għandhom ikollhom mill-inqas pożizzjoni waħda fuq il-bordijiet bi tliet diretturi, mill-inqas żewġ pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b'erba', ħames jew sitt diretturi, u mill-inqas tliet pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’seba’ jew tmien diretturi. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Skont din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat fuq il-bażi ta' kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor. | (26) Skont l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fejn applikabbli mal-ġurisprudenza relatata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza fil-proċeduri tar-reklutaġġ, l-avviżi ta’ impjiegi disponibbli, tal-għażla u tal-ħatriet tagħhom, filwaqt li jirrispettaw il-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa għall-inqas ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat l-ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji li ma jkunux għamlu progress lejn l-objettiv ewlieni tad-Direttiva jiżvelaw informazzjoni addizzjonali dwar il-politiki tagħhom ta' reklutaġġ, għażla u ħatra, u b'mod partikolari jwettqu pjanijiet konkreti biex itejbu l-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(27) Il-metodi tar-reklutaġġ u l-ħatra ta' diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tistabbilixxi biss armonizzazzjoni minima tal-proċeduri tal-għażla, li tagħmilha possibbli li jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati. | (27) Il-metodi tar-reklutaġġ u l-ħatra ta' diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Dan l-istrument leġiżlattiv għalhekk jirrispetta d-diversità tal-proċedura tal-għażla filwaqt li jinsisti li jsiru aġġustamenti ta' dawn il-proċeduri bil-għan li jintlaħaq l-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fuq il-bordijiet. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tippermetti li jkun hemm diversità fil-proċedura tal-għażla, bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 27a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (27a) Meta l-preselezzjoni tal-kandidati hija bbażata fuq elezzjoni jew proċeduri ta' vot, pereżempju mill-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom, il-proċeduri matul il-proċess kollu għandhom jiġu aġġustati ħalli jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettiv ta' aktar bilanċ bejn is-sessi fil-bord tad-diretturi fit-totalità tiegħu, filwaqt li jiggarantixxu li s-sess tad-direttur elett f'din il-proċedura ma jkun bl-ebda mod predeterminat. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati f'borża u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fuq talba ta' kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta' kwalifiki li l-għażla kienet ibbażata fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat li mhux mis-sess sottorappreżentat. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati sabiex jipprovdu dak it-tagħrif, fuq talba, lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta' interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. | (28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati f'borża u ta' impriżi pubbliċi kbar u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fuq talba ta' kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta' kwalifiki li r-reklutaġġ, l-għażla jew il-ħatra kienu bbażati fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat li mhux mis-sess sottorappreżentat. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati u għall-impriżi pubbliċi kbar sabiex jipprovdu dak it-tagħrif, fuq talba, lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta' interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(29) Fejn kandidat li ma jintgħażilx mis-sess l-anqas irrappreżentat jistabbilixxi l-preżunzjoni li kien ikkwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, il-kumpanija elenkata għandha tkun meħtieġa turi l-korrettezza tal-għażla. | (29) Fejn kandidat li ma jintgħażilx mis-sess sottorappreżentat jistabbilixxi l-preżunzjoni li kien ikkwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, il-kumpanija jew l-impriża konċernata għandha tkun meħtieġa turi l-korrettezza tal-għażla. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1). | (30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta’ din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta’ diretturi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1) kif ukoll ix-xoljiment sfurzat, fuq ordni ta’ korp ġudizzjarju kompetenti f’konformità sħiħa mas-salvagwardji proċedurali xierqa, f’każijiet ta’ ksur serju u ripetut. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) Peress li l-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-forza tax-xogħol għandha impatt dirett fuq id-disponibilità ta' kandidati mis-sess l-anqas rappreżentat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn il-membri tas-sess sottorappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-ħaddiema, il-kumpanija kkonċernata ma għandhiex tkun meħtieġa li tissodisfa l-għan stabbilit f'din id-Direttiva. | imħassar |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi. | (32) Billi l-perċentwal ta' nisa fost id-diretturi eżekuttivi hu wkoll aktar baxx, għandu jinħoloq inċentiv addizzjonali li jżid l-għadd ta' diretturi eżekuttivi nisa. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li d-diretturi tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi taħt il-kundizzjoni li tal-inqas wieħed mid-diretturi eżekuttivi jkun mis-sess sottorappreżentat. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) Minbarra l-miżuri li jirrigwardaw id-diretturi mhux eżekuttivi, u bil-ħsieb li jittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi wkoll fost diretturi involuti f'kompiti ta' ġestjoni ta' kuljum, il-kumpaniji elenkati għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu impenji individwali rigward ir-rappreżentanza taż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi, li jridu jinkisbu sal-1 ta' Jannar 2020. Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli mill-pożizzjoni attwali tal-kumpanija individwali lejn bilanċ aħjar bejn is-sessi. | (33) Minbarra l-inċentivi li jirrigwardaw id-diretturi eżekuttivi, u bil-ħsieb li jittejjeb ulterjorment il-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi involuti f'kompiti ta' ġestjoni ta' kuljum, il-kumpaniji elenkati għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu impenji individwali rigward rappreżentanza aktar bilanċjata taż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi, li jridu jinkisbu sal-1 ta' Jannar 2020, u sal-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' impriżi pubbliċi. Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli mill-pożizzjoni attwali tal-kumpanija individwali lejn bilanċ aħjar bejn is-sessi. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 34
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta' kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv. | (34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati u lill-impriżi pubbliċi kbar kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b'din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta' kull kumpanija elenkata u impriża pubblika kbira lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata b'mod xieraq u faċilment aċċessibbli fir-rapport annwali u fuq il-websajt u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta' effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta' preżenza tas-sess sottorappreżentat ta' mill-anqas 40% fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi. | (35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta' effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta' preżenza tas-sess sottorappreżentat ta' mill-anqas 40% fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati jew l-objettiv ta' terz li hemm imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' impriżi pubbliċi kbar. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk ikunx sar biżżejjed progress lejn l-objettivi ta' din id-Direttiva. Jekk il-progress ma jkunx biżżejjed f'ċertu Stat Membru, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jidħlu fis-seħħ awtomatikament għal dak l-Istat Membru; |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(37) Filwaqt li xi Stati Membri ħadu azzjoni regolatorja jew inkoraġġew l-awtoregolamentazzjoni b'riżultati mħalltin, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma ħadux azzjoni jew indikaw ir-rieda tagħhom li jaġixxu b’mod li jwassal għal titjib suffiċjenti. Projezzjonijiet ibbażati fuq analiżi kumplessiva tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar ix-xejriet tal-imgħoddi u dawk attwali kif ukoll l-intenzjonijiet juru li rappreżentazzjoni bbilanċjata tas-sessi fost il-membri mhux eżekuttivi tal-bordijiet madwar l-Unjoni f'konformità mal-għanijiet stabbiliti f’din id-Direttiva mhix ser tinkiseb mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment fl-ebda punt fil-futur prevedibbli. Fid-dawl ta' dawk iċ-ċirkostanzi u minħabba d-diskrepanzi li dejjem qed jikbru bejn l-Istati Membri f'termini ta' rappreżentazzjoni tan-nisa u l-irġiel fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, il-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi madwar l-Unjoni jista' jittejjeb biss permezz ta' approċċ komuni, u l-potenzjal għall-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kompetittività u t-tkabbir jista' jintlaħaq aħjar permezz ta' azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni aktar milli permezz ta' inizjattivi nazzjonali ta' firxa, ambizzjoni u effikaċja varjabbli. Ġaladarba l-objettivi ta' din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. | (37) Filwaqt li xi Stati Membri ħadu azzjoni regolatorja jew inkoraġġew l-awtoregolamentazzjoni b'riżultati mħalltin, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma ħadux azzjoni jew indikaw ir-rieda tagħhom li jaġixxu b’mod li jwassal għal titjib suffiċjenti. Projezzjonijiet ibbażati fuq analiżi kumplessiva tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar ix-xejriet tal-imgħoddi u dawk attwali kif ukoll l-intenzjonijiet juru li rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet madwar l-Unjoni f'konformità mal-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva mhix ser tinkiseb mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment fl-ebda punt fil-futur prevedibbli. Fid-dawl ta' dawk iċ-ċirkostanzi u minħabba d-diskrepanzi li dejjem qed jikbru bejn l-Istati Membri f'termini ta' rappreżentazzjoni tan-nisa u l-irġiel fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, il-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi madwar l-Unjoni jista' jittejjeb biss permezz ta' approċċ komuni, u l-potenzjal għall-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kompetittività u t-tkabbir jista' jintlaħaq aħjar permezz ta' azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni aktar milli permezz ta' inizjattivi nazzjonali ta' firxa, ambizzjoni u effikaċja varjabbli. Ġaladarba l-objettivi ta' din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 38
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(38) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-iffissar ta' għanijiet u prinċipji komuni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà biex jiddeterminaw kif l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinkisbu l-aħjar meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli u prattiċi li jikkonċernaw ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Din id-Direttiva ma tinterferix mal-possibilità għall-kumpaniji biex jaħtru l-membri tal-bordijiet l-aktar kwalifikati, u tagħti perjodu twil biżżejjed ta' adattament għall-kumpaniji elenkati kollha. | (38) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-iffissar ta' għanijiet u prinċipji komuni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà biex jiddeterminaw kif l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinkisbu l-aħjar meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli u prattiċi li jikkonċernaw ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Din id-Direttiva ma tinterferix mal-possibilità li l-kumpaniji jaħtru l-membri tal-bordijiet l-aktar kwalifikati, u tagħti perjodu twil biżżejjed ta' adattament għall-kumpaniji elenkati kollha u l-impriżi pubbliċi kbar. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex tiżgura rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati billi tistabbilixxi miżuri mmirati lejn progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi filwaqt li tħalli lill-kumpaniji biżżejjed żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji. | Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex tiżgura rappreżentanza aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar billi tistabbilixxi miżuri mmirati lejn progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi filwaqt li tħalli lill-kumpaniji biżżejjed żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) “kumpaniji elenkata” tfisser kumpanija inkorporata fi Stat Membru li t-titoli tagħha huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) il-punt 14 tad-Direttiva 2004/39/KE, fi Stat Membru wieħed jew aktar; | (1) “kumpaniji elenkata” tfisser kumpanija li tinsab fi Stat Membru li t-titoli tagħha huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) il-punt 14 tad-Direttiva 2004/39/KE, fi Stat Membru wieħed jew aktar; |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi żgħar u ta' daqs medju ("SMEs"). | Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi żgħar u ta' daqs medju u mikro (‘SME’), madankollu l-Istati Membri għandhom ifasslu politiki maħsuba biex isostnu u jinċentivaw lill-SMEs biex itejbu konsiderevolment il-bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-ġestjoni u fil-bordijiet tal-kumpaniji. |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-objettivi fir-rigward ta' diretturi mhux eżekuttivi | L-objettivi fir-rigward ta' diretturi |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi jaġġustaw il-proċeduri tagħhom tar-reklutaġġ, inklużi l-avviżi ta' impjiegi disponibbli, il-preselezzjoni, l-għażla jew ħatra għall-pożizzjonijiet direttorjali kollha, bl-għan li jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi. |
| L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jagħmlu l-aġġustamenti fl-istadji xierqa tal-proċess tar-reklutaġġ, ta' preselezzjoni, tal-għażla jew tal-ħatra. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jagħżlu kandidati għal pożizzjoni tal-bord minn fost grupp ta' kandidati li jkun ibbilanċjat fil-għadd ta' rġiel u nisa. |
| Sakemm il-proċedura tal-għażla ssir abbażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali aġġustamenti jinkludu l-applikazzjoni ta' kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi. |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-objettiv, stabbilit fil-paragrafu 1, ikun intlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikunu jokkupaw mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet direttorjali kollha, sakemm iż-żewġ tipi ta' diretturi, eżekuttivi u mhumiex, ikunu rappreżentati f'din il-kwota. Il-għadd meħtieġ biex jiġi ssodisfat dan l-objettiv ta' terz għandu jkun il-għadd l-aktar qrib tal-proporzjon ta' terz. |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. In-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv neċessarji biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun in-numru l-eqreb lejn il-proporzjon ta' 40 fil-mija, iżda mhux aktar minn 49 fil-mija. | 2. In-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur neċessarji biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun tal-anqas 40 fil-mija. |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Sabiex jiksbu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor. | 3. Sabiex jiksbu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, u skont l-Artikolu 23(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-reklutaġġ, fl-għażla u fil-ħatra tad-diretturi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat kompetenti mis-sess l-anqas rappreżentat, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor. Għal dan il-għan, il-kriterji tal-għażla għandhom fuq kollox ikunu ċari, trasparenti u nondiskriminatorji. |
| Fil-każ ta' proċedura tal-għażla bbażata fuq il-kompetenza, il-prijorità għandha tingħata lill-kandidat tas-sess sottorappreżentat fil-każijiet fejn dak il-kandidat ikun għall-inqas ugwalment kwalifikat bħal kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali. |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, fuq talba ta' kandidati mhux magħżula, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla kienet ibbażata, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor. | 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar jiġu obbligati li jiżvelaw, lil kandidat mhux magħżul, l-għadd u s-sess tal-kandidati fir-riżerva tal-għażla, filwaqt li jirrispettaw l-anonimità tagħhom skont il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom kienu bbażati ir-reklutaġġ, l-għażla jew il-ħatra, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li jkunu xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor. |
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-għażla tal-kandidati għandhom ikunu sodisfati fl-istadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, sabiex jiżguraw li fejn kandidati mis-sess l-anqas irrappreżentat li ma jintgħażlux jistabbilixxu fatti ‘ jista jkun maħsub li dak il-kandidat kien kwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, għandu jkun id-dmir tal-kumpanija elenkata li tipprova li ma kienx hemm ksur tar-regola stabbilita fil-paragrafu 3. | 5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, sabiex jiżguraw li l-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar ikunu kapaċi juru li l-proċess tal-ħatra tagħhom ikun twettaq f'konformità mar-regola stabbilita fil-paragrafu 3, b'mod partikolari fil-każijiet fejn kandidat mis-sess sottorappreżentat li ma jintagħżilx jistabbilixxi fatti li minħabba fihom jista’ jkun maħsub li dak il-kandidat kien kwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, għandu jkun id-dmir tal-kumpanija elenkata jew impriża pubblika kbira li jipprovaw li ma kienx hemm ksur tar-regola stabbilita fil-paragrafu 3. |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpaniji elenkati fejn il-membri tas-sess l-anqas irrappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-forza tax-xogħol ma jkunux suġġetti għall-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1. | imħassar |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b'impenji individwali rigward ir-rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi li jridu jintlaħqu sal-1 ta' Jannar 2020, jew sal-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b'impenji individwali ulterjuri rigward ir-rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi, skont il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 4. |
| L-għan ta' tali impenji għandu jkun li jsir progress tanġibbli lejn l-ilħuq ta' bilanċ aħjar bejn is-sessi, li għandu jintlaħaq sal-1 ta' Jannar 2020, jew sal-1 ta’ Jannar 2018 fil-każ ta' impriżi pubbliċi kbar. |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f'manjiera xierqa u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom. | 2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti darba fis-sena, fejn japplika fir-rapporti annwali tagħhom, minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b'distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi, u dwar il-progress magħmul u l-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u fejn japplika, dwar is-sess tad-diretturi kollha maħtura matul il-perjodu ta' referenza, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni b'manjiera xierqa, faċli u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom. |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji. | 3. Fejn kumpanija elenkata jew impriża pubblika kbira ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji. |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) ikunu wkoll kompetenti għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta' kumpaniji elenkati. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
It-tħassir ta' din il-parti mhix maħsuba bħala tħassir tat-test, imma bħala ristrutturar tad-direttiva. Din il-parti issa tpoġġiet bħala artikolu 8(a)ġdid separat. Dan qed isir bil-għan li tiġi estiża l-kompetenza tal-korp tal-ugwaljanza.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu l-miżuri li ġejjin: | 2. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, progressivi u dissważivi u jistgħu jinkludu l-miżuri li ġejjin: |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) multi amministrattivi; | (a) twissija bikrija, u wara din it-twissija, multi amministrattivi progressivi; |
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) xoljiment furzat, fuq ordni ta' awtorità ġudizzjarja kompetenti b'konformità sħiħa mas-salvagwardji proċedurali xierqa, f'każijiet ta' ksur gravi u ripetut. |
Ġustifikazzjoni
Għandu jiġi ċċarat li hemm firxa wiesgħa ta' għażliet disponibbli għall-Istati Membri rigward it-tfassil ta' reġim ta' sanzjonijiet kredibbli fil-livell nazzjonali.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2c. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar is-sanzjonijiet li jkunu fis-seħħ għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. |
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva biex tiġi assigurata rappreżentazzjoni iktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' kumpaniji kostitwiti fit-territorju nazzjonali tagħhom, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma joħolqux diskriminazzjoni mhux ġustifikata, u ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. | L-Istati Membri huma mħeġġa jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva bil-għan li jilħqu l-objettiv tal-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u biex tiġi assigurata rappreżentazzjoni iktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' kumpaniji kostitwiti fit-territorju nazzjonali tagħhom, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jkunu mmirati lejn l-għan ta' din id-Direttiva, ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan u ma joħolqux diskriminazzjoni mhux ġustifikata. |
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Bla ħsara għall-Artikolu 4(6) u (7), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5), sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi. | Bla ħsara għall-Artikolu 4(6), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi tal-kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar jew Stati Membri fejn jeżistu miżuri oħra, pereżempju miżuri awtoregolatorji, bl-għan li jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) u l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1), sakemm valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tindika li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom jew mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur ta' kumpaniji elenkati jew l-objettiv ta’ terz imsemmi fl-Artikolu 4(7) sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 għall-impriżi pubbliċi. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni
Anke l-miżuri awtoregolatorji (pereżempju kodiċijiet ta' governanza korporattiva) li jkun intwera li huma effiċjenti għandhom jiġġustifikaw is-sospensjoni tar-rekwiżiti proċedurali.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 8a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 8a |
| Korp tal-ugwaljanza |
| L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)1 ikunu wkoll kompetenti għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati. |
| __________________ |
| 1 ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23. |
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017 u kull sentejn wara dan, rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, informazzjoni komprensiva dwar il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5(2) u informazzjoni dwar impenji individwali meħuda mill-kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 5(1). | 1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017 u kull sentejn wara dan, rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, informazzjoni komprensiva dwar il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5(2) u informazzjoni dwar impenji individwali meħuda mill-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar skont l-Artikolu 5(1). |
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad toħroġ rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi, u sal-1 ta' Jannar 2020 għall-kumpaniji elenkati li mhumiex impriżi pubbliċi. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jinħareġ mill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jinħarġu fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1. | L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad tippubblika rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta' Jannar 2018 għall-impriżi pubbliċi kbar, u sal-1 ta' Jannar 2020 għall-kumpaniji elenkati. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1. |
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati, li bl-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(3) ma jkunux appuntaw jew eliġġew membri tas-sess sottorappreżentat f'mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv tal-bordijiet tagħhom sal-1 ta' Jannar 2018, fejn huma impriżi pubbliċi, jew sal-1 ta' Jannar 2020, fejn mhumiex impriżi pubbliċi, japplikaw l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) b'effett rispettivament minn dawk id-dati. | L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar, li bl-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3) ma jkunux appuntaw jew eliġġew membri tas-sess sottorappreżentat f'mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur tal-bordijiet tagħhom sal-1 ta' Jannar 2018, fejn huma impriżi pubbliċi, jew sal-1 ta' Jannar 2020, fejn mhumiex impriżi pubbliċi, japplikaw l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw ir-reklutaġġ, l-għażla u l-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) b'effett rispettivament minn dawk id-dati. |
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021 u kull sentejn wara dan. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta' din id-Direttiva ntlaħqux. | 3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021 u kull sentejn wara dan. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Imsieħba Soċjali Ewropej, għandha tevalwa b'mod partikolari jekk l-għanijiet ta' din id-Direttiva ntlaħqux. |
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fid-dawl tal-iżviluppi fir-rappreżentanza tal-irġiel u nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati u fil-livelli differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-ekonomija kollha u filwaqt li tqis jekk il-progress huwiex suffiċjentement sostenibbli, hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul ta' din id-Direttiva lil hinn mid-data speċifikata fl-Artikolu 10(2) jew li temendaha. | imħassar |
PROĊEDURA
Titolu | Bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fil-borża | |||
Referenzi | COM(2012)0614 – C7-0382/2012 – 2012/0299(COD) | |||
Kumitati responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 22.11.2012 | FEMM 22.11.2012 |
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | EMPL 22.11.2012 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Marije Cornelissen 12.12.2012 | |||
Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
17.1.2013 | |||
Eżami fil-kumitat | 23.4.2013 | 19.6.2013 | 8.7.2013 |
|
Data tal-adozzjoni | 9.7.2013 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 37 5 4 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Ruža Tomašić, Traian Ungureanu, Inês Cristina Zuber | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Roberta Angelilli, Jan Kozłowski, Ria Oomen-Ruijten, Gabriele Zimmer | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Anneli Jäätteenmäki, Jacek Włosowicz | |||