Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

 

2016/0222(COD)

12.4.2017

OPINJONI

tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni).

( COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Brando Benifei

 

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-riforma proposta tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil għandha l-għan li ssawwar politika tal-UE dwar il-migrazzjoni aktar sostenibbli, ġusta u olistika, ibbażata fuq il-prinċipji tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri.

 

Il-kwalità tal-istandards ta' akkoljenza hija fundamentali biex jiżdiedu l-opportunitajiet għall-persuni li jfittxu l-asil u għar-rifuġjati, li jaslu f'numri mingħajr preċedent, biex jintegraw b'mod effettiv u b'hekk titnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq il-pajjiż ospitanti. Madankollu, is-sostenibbiltà tal-proċess kollu tiddependi fuq serje ta' elementi essenzjali, bħal qafas leġiżlattiv li jiffunzjona sewwa u amministrazzjonijiet effiċjenti; impenn politiku deċiżiv minn atturi politiċi u istituzzjonali kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej; koeżjoni soċjali, inklużività u l-benesseri soċjoekonomiku tal-pajjiżi tagħna.

 

Fid-dawl ta' dan, ir-regoli ġodda kollha dwar l-akkoljenza jridu jkunu validi għall-futur, jiġifieri mfassla biex jaħdmu barra mil-loġika tal-emerġenza li sa issa kienet qed tiddefinixxi r-rispons għall-kriżi tar-rifuġjati. Dan huwa meħtieġ sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet biex l-isfida tal-integrazzjoni tiddawwar f'opportunità u riżorsa għas-soċjetà fuq medda twila ta' żmien. Fl-istess ħin, ir-riformi jridu jkunu wkoll realistiċi, validi għall-preżent, jiġifieri kapaċi jqisu kif xieraq is-sitwazzjoni makroekonomika tal-kontinent tagħna wara snin ta' kriżi protratta.

 

Fil-fehma tar-rapporteur, l-għan ta' din l-opinjoni tal-Kumitat EMPL għandu jkun li tiġi ppreżentata valutazzjoni globali dwar jekk il-kundizzjonijiet hawn fuq imsemmija jkunu bbilanċjati sewwa fil-proposta leġiżlattiva taħt skrutinju u joffru xi aġġustamenti skont dan. Valutazzjoni bħal din hija pożittiva biss b'mod parzjali.

 

Ir-rapporteur jilqa' s-sett ta' proposti ambizzjuż fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi mressaq mill-Kummissjoni. It-tnaqqis tal-livell limitu tal-aċċess għas-suq tax-xogħol lill-applikanti tal-protezzjoni internazzjonali għal sitt xhur huwa titjib sostanzjali għar-regoli attwali, u huwa koerenti mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew kif espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni tar-rifuġjati fis-suq tax-xogħol. Huwa jappoġġja wkoll l-inkoraġġiment lill-Istati Membri biex iħaffu aktar dan l-aċċess fejn l-applikanti jkollhom prospetti tajba ta' integrazzjoni. Min-naħa l-oħra, huwa mhuwiex favur il-possibbiltà li jiċċaħħad l-aċċess meta dawn jaqgħu taħt il-proċedura aċċellerata u, għalhekk, bis-suppożizzjoni ta' allegazzjoni infondata. Fl-opinjoni tiegħu, tali dispożizzjoni tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-ispirtu tagħha. Ir-rapporteur jilqa' wkoll il-kjarifiki dwar il-ħtieġa li dan l-aċċess huwa effettiv, u jipproponi żieda lit-test billi jissemmew uħud mill-eżempji ewlenin tal-kundizzjonijiet restrittivi osservati fl-Istati Membri, jiġifieri restrizzjonijiet settorjali u tal-ħinijiet tax-xogħol u formalitajiet amministrattivi eċċessivi.

 

Dispożizzjonijiet ġodda għall-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza huma titjib sinifikanti ħafna għas-sitwazzjoni attwali, u r-rapporteur jaqbel għal kollox mal-proposti mmirati li jiżguraw li l-Istati Membri, b'mod sistematiku, jivvalutaw dwar jekk l-applikant għandux bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza.

 

Fuq nota negattiva, ir-rapporteur ma jaqbel assolutament xejn mal-miżuri mmirati biex inaqqsu movimenti sekondarji billi jċaħħdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali lill-applikanti tal-protezzjoni internazzjonali jekk mhumiex fl-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tagħhom skont ir-regoli tal-asil riveduti attwalment. Fl-opinjoni tiegħu, dan jirrappreżenta tnaqqis inaċċettabbli tad-drittijiet tar-rifuġjati meta mqabbel ma' dawk li hemm bħalissa, li b'mod ċar imur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, dan jidher li jissuġġerixxi li l-movimenti sekondarji huma fil-biċċa l-kbira mmexxija mill-kwalità differenti tal-istandards ta' akkoljenza fost l-Istati Membri. Fil-fatt, l-istandards ta' akkoljenza għandhom ikunu mtejba fl-UE kollha. Madankollu, il-korrelazzjoni qawwija bejn, minn naħa, is-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-Istati Membri, il-prospetti ta' impjieg li dawn jistgħu joffru u l-kwalità ġenerali tas-servizzi tagħhom u, min-naħa l-oħra, il-preferenzi individwali tar-rifuġjati għall-asil, tidher li hi l-fattur predominanti li jiddetermina dawn il-movimenti sekondarji. Xi pajjiżi ġew esposti b'mod sproporzjonat għal wasliet minħabba raġunijiet ġeografiċi, filwaqt li ġarrbu - għal darb'oħra b'mod sproporzjonat - l-effetti tal-kriżi ekonomika, li rriżultaw fi tnaqqis tar-riżorsi tar-riżorsi pubbliċi disponibbli għall-miżuri ta' akkoljenza. Ir-rata għolja ta' qgħad u l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi terribbli fi Stat Membru jirrappreżentaw impediment għall-għan stess tar-riforma, peress li jnaqqsu l-prospetti ta' integrazzjoni tal-applikanti. Hemm ukoll ir-riskju li l-kompetizzjoni tiżdied fi ħdan is-suq tax-xogħol fil-konfront għaċ-ċittadini lokali u dawk tal-UE, li jista' jwassal għal żieda ulterjuri fis-sentimenti kontra l-immigranti. It-tentattiv li jiġu mblukkati movimenti sekondarji b'approċċ punittiv kontra dawk li jfittxu l-asil, minflok ma tiġi żgurata ġestjoni ordnata tal-flussi migratorji, jista' biss jaggrava sitwazzjonijiet diġà diffiċli. Approċċ bħal dan, aktar milli tweġiba razzjonali u funzjonali għal problema kumplessa ħafna, jidher li qed jindika nuqqas kontinwu ta' fiduċja reċiproka u n-nuqqas ta' rieda li tiġi stabbilita sistema ta' asil verament ġusta u ġenwinament Ewropea.

 

Għalkemm ma jaqgħux taħt l-eżerċizzju tar-riformulazzjoni, ir-rapporteur jipproponi modifika għar-regoli dwar id-detenzjoni: minorenni u minorenni mhux akkumpanjati m'għandhom qatt ikunu detenuti

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) hija bbażata fuq sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u standards komuni għal proċeduri ta' asil, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u proċeduri u drittijiet ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Minkejja l-progress sinifikanti li sar fl-iżvilupp tas-SEKA, għad hemm differenzi notevoli bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta' proċeduri użati, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti lill-applikanti, ir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' protezzjoni mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi huma xprunaturi importanti tal-moviment sekondarju u jimminaw l-objettiv li jiġi żgurat li l-applikanti kollha jiġu trattati b'mod ugwali irrispettivament minn fejn japplikaw fl-Unjoni.

(3)  Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) hija bbażata fuq sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u standards komuni għal proċeduri ta' asil, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u proċeduri u drittijiet ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Minkejja l-progress sinifikanti li sar fl-iżvilupp tas-SEKA, għad hemm differenzi notevoli bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta' proċeduri użati, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti lill-applikanti, ir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' protezzjoni mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi, flimkien mal-fatt li hemm sitwazzjonijiet makroekonomiċi u tas-suq tax-xogħol li huma differenti ħafna fl-Istati Membri, jimminaw l-objettiv li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' akkoljenza standardizzati għall-applikanti kollha irrispettivament minn fejn japplikaw fl-Unjoni.

 

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament dinjituż tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex inaqqsu l-istandards tagħhom. Standards ta' akkoljenza aktar ekwi stabbiliti f'livell xieraq fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE.

(5)  Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament dinjituż tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex inaqqsu l-istandards tagħhom. Fl-istess ħin, l-Istati Membri l-aktar esposti qed iħabbtu wiċċhom b'mod sproporzjonat mal-piż ta' wasliet voluminużi ta' migranti u persuni li jfittxu l-asil, b'tali mod li jpoġġi l-akkoljenza tagħhom taħt pressjoni kbira u jirriskjaw aktar deterjorament fil-kwalità tal-istandards offruti. Standards ta' akkoljenza aktar armonizzati stabbiliti f'livell xieraq fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE.

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17.

imħassar

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu konxji mill-konsegwenzi jekk jaħarbu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti b'mod uniformi, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, bl-obbligazzjonijiet kollha li l-applikanti jridu jikkonformaw magħhom li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, inkluż iċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrestrinġu l-għoti ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u bi kwalunkwe benefiċċju.

(11)  Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu konxji mill-konsegwenzi jekk jaħarbu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti b'mod uniformi, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, bl-obbligazzjonijiet kollha li l-applikanti jridu jikkonformaw magħhom li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, inkluż iċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrestrinġu l-għoti ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u bi kwalunkwe benefiċċju. L-Istati Membri għandhom jipprovdu din l-informazzjoni permezz ta' interpretazzjoni u traduzzjoni adegwata fejn meħtieġ sabiex l-applikanti jifhmu bis-sħiħ u jkunu konxji ta' drittijiethom u tar-rekwiżiti ġuridiċi li huma jridu jirrispettaw.

 

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta kun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett.

(12)  Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġuni bħal din tista' tkun, pereżempju, li applikant ikun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett.

 

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' residenza legali. Applikant li ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu aktarx li, wara li jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin ], ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni u konsegwentement aktarx li jaħrab. Għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

(13)  Applikant li deliberatament m'applikax għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' residenza legali, aktarx li ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni.

 

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Il-fatt li applikant ikun ħarab preċedentement lejn Stat Membru ieħor huwa fatt importanti meta jiġi vvalutat ir-riskju li l-applikant jista' jaħrab. Sabiex jiġi żgurat li l-applikant ma jerġax jaħrab u jibqa' għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ladarba l-applikant jintbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

imħassar

 

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, minħabba proċessar malajr u monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, minħabba l-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew sabiex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex: japplika fl-Istat Membru tal-ewwel dħul irregolari jew legali; jibqa' fl-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti; jew f'każijiet fejn l-applikant ikun intbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku.

(16)  Minħabba raġunijiet serji ġustifikati b'mod dovut li jirrigwardjaw interess pubbliku jew ordni pubbliku, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu kapaċi jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll lill-applikant li jkun qed joqgħod f'dak il-post speċifiku.

 

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Id-deċiżjonijiet kollha li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment tal-applikant jeħtieġ li jkunu bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, filwaqt li titqies kull ħtieġa ta' akkoljenza speċjali ta' applikanti u l-prinċipji ta' proporzjonalità. L-applikanti jridu jkunu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità.

(18)  Id-deċiżjonijiet kollha li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment tal-applikant jeħtieġ li dejjem ikunu mmotivati mill-awtoritajiet kompetenti bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, filwaqt li titqies kull ħtieġa ta' akkoljenza speċjali ta' applikanti u l-prinċipji ta' proporzjonalità. L-applikanti jridu jkunu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità.

 

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Fid-dawl ta' konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, it-tifsira ta' ħarba għandha tiġi definita li tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritjaiet rilevanti, inkluż billi jitlaq mit-territorju fejn l-applikant ikun meħtieġ li jkun preżenti.

(19)  Fid-dawl ta' konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, it-tifsira ta' ħarba għandha tiġi definita li tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti.

 

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 30

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà tagħhom u għall-kura fiżika u emozzjonali tagħhom u pprovduta b'mod li tħeġġeġ l-iżvilupp ġenerali tagħhom.

(30)  Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà, l-akkomodazzjoni u n-nutrizzjoni, il-kura fiżika u emozzjonali, u l-edukazzjoni tagħhom, li lkoll jenħtieġ li jiġu pprovduti b'mod li effettivament jippermetti l-iżvilupp ġenerali tagħhom.

 

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)  Minorenni mhux akkompanjati jenħtieġ li jkunu protetti b'mod adegwat meta jkunu fl-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' identifikazzjoni tat-tfal mhux akkumpanjati meta jiżbarkaw, jirreġistrawhom, titwettaq valutazzjoni preliminari u jiġi żgurat riferiment għas-servizzi rilevanti ta' protezzjoni tat-tfal.

 

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 31

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard u ta' disturbi mentali serji. Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Dawn għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri].

(31)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura medika tal-maternità u servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard u ta' disturbi mentali. Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Jenħtieġ li r-riżultati tal-kontrolli mediċi ma jinfluwenzawx il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, li għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri].

 

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 32

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Id-dritt ta' applikant għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali skont din id-Direttiva jista' jitnaqqas f'ċerti ċirkustanzi bħal meta applikant ikun ħarab lejn Stat Membru ieħor mill-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Madankollu, l-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikulari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikulari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Meta minorenni jkun fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-minorenni b'aċċess għal attivitajiet edukattivi xierqa sakemm jiġu trasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali.

(32)  L-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikolari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikolari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. L-Istati Membri jridu jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikolari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal u l-aċċess għal edukazzjoni, kif ukoll l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-kura tat-tfal. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali. Għandu jitqies il-fatt li kull applikant għal asil jista' jkun esperjenza vjolenza fiżika, inkluża vjolenza sesswali, u/jew trawma mentali u għalhekk ikollu bżonn kura xierqa.

 

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 34

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli.

(34)  Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet, inkluż restrizzjonijiet għas-settur, restrizzjonijiet għall-ħinijiet tax-xogħol u formalitajiet amministrattivi stretti mhux dovuti, li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jieħdu passi effettivi biex jiżguraw li d-dħul ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali fis-suq tax-xogħol ma tinkisibx permezz ta' tnaqqis tas-salarji applikabbli, li mbagħad dan jista' jwassal għal prattiki ta' dumping tal-pagi. Sabiex jiżdiedu l-prospetti tal-integrazzjoni u l-awtosuffiċjenza tal-applikanti, l-aċċess immedjat għas-suq tax-xogħol u għall-korsijiet tal-lingwa għandu jiġi mħeġġeġ mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ġiet ippreżentata. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli.

 

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata.

imħassar

 

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Ladarba l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, huma għandhom ikunu intitolati għal sett komuni ta' drittijiet abbażi tat-trattament ugwali maċ-ċittadini. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom ikopru mill-inqas il-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u r-rekwiżiti tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-liv, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ. L-applikanti għandhom igawdu wkoll minn trattament ugwali fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u sigurta soċjali.

(36)  Ladarba l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, huma għandhom igawdu minn trattament ugwali maċ-ċittadini fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u r-rekwiżiti tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-liv, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ. L-applikanti għandhom igawdu wkoll minn trattament ugwali fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni, edukazzjoni u opportunitajiet ta' edukazzjoni relatati mal-impjieg għall-adulti, inkluż tagħlim tal-lingwi u korsijiet ta' taħriġ sabiex jittejbu l-ħiliet u l-esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol, servizzi ta' konsulenza li jingħataw mill-uffiċċji tal-impjieg, taħriġ vokazzjonali, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u sigurta soċjali.

 

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Minħabba n-natura possibbilment temporanja tas-soġġorn tal-applikanti u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jeskludu l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad mit-trattament ugwali bejn l-applikanti u ċ-ċittadini proprji u għandhom ikunu kapaċi jillimitaw l-applikazzjoni tat-trattament ugwali rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Id-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni jista' jkun limitat ukoll billi jiġu esklużi applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Restrizzjonijiet ibbażati fuq "in-natura temporanja possibbli tar-residenza" jonqsu milli jagħtu lill-applikanti li jfittxu l-asil - li huma preżunti bħala rifuġjati tul l-eżami tat-talba tagħhom - "it-trattament l-aktar favorevoli mogħti lil ċittadini ta' pajjiż barrani fl-istess ċirkostanzi", li jmur kontra l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni dwar ir-Rifuġjati.

 

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "ħarba"; tfisser l-azzjoni li biha applikant, sabiex jevita l-proċeduri tal-asil, jitlaq mit-territorju fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX32 [ir-Regolament ta' Dublin] jew ma jibqax għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-qorti jew tat-tribunal;

(10)  "ħarba"; tfisser l-azzjoni deliberata minn applikant, sabiex jevita l-proċeduri tal-asil u ma jibqax għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-qorti jew tat-tribunal;

__________________

__________________

32 ĠU C […], […], p. […].

32 ĠU C […], […], p. […].

 

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi ddefiniti mid-dritt nazzjonali, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab;

(11)  "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet speċifiċi f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u speċifiċi ddefiniti mid-dritt nazzjonali skont il-linji gwida tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab;

 

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili.

(13)  "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u bi problemi ta' saħħa mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili.

 

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] .

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, mill-inqas b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jindikaw ukoll lill-applikanti l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-possibbiltà ta' sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali stabbiliti fl-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva.

 

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar mingħajr dewmien, meta l-preżenza tal-applikant hija meħtieġa fi Stat Membru ieħor, b'mod partikolari għal raġunijiet bħal meta l-applikant jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lill-qraba intimi li huma morda serjament, jew biex jattendi żwiġijiet jew funerali ta' qraba intimi. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu.

 

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri m'għandhomx jimponu dokumentazzjoni mhux meħtieġa jew sproporzjonata jew obbligi amministrattivi oħra fuq l-applikanti qabel ma jikkonċedulhom id-drittijiet li huma intitolati għalihom skont din id-Direttiva għar-raġuni unika li huma applikanti għall-protezzjoni internazzjonali.

 

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri, fejn meħtieġ, jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

2.  L-Istati Membri jistgħu, fejn meħtieġ, b'mod proporzjonat u ġustifikat kif dovut, jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'ċentru miftuħ ta' akkoljenza jew f'akkoljenza speċifika għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

 

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  għall-applikanti li ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkunu għamlu applikazzjoni hemm; jew

-  għall-applikanti li deliberatament ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew ikunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata; jew

 

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  għall-applikanti li jkunu ntbagħtu lura lejn l-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] wara li jkunu ħarbu lejn Stat Membru ieħor.

-  għall-applikanti li jkunu ntbagħtu lura lejn l-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] wara li jkunu ħarbu.

 

Emenda    28

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata.

 

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri jaċċeleraw l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-punti [(a) sa (f)] tal-Artikolu [40(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jingħatax.

imħassar

 

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti aċċess effettiv għall-korsijiet tal-lingwa mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata, sabiex jiġu integrati u jkunu jistgħu jikkapitalizzaw bis-sħiħ fuq il-kwalifika formali tagħhom u b'hekk jikkontribwixxu lejn is-soċjetà.

 

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu taħriġ adegwat dwar il-leġiżlazzjoni dwar l-impjieg u n-nondiskriminazzjoni lill-applikanti u lill-awtoritajiet, sabiex jevitaw l-isfruttament fuq il-post tax-xogħol permezz ta' prattiki ta' xogħol mhux iddikjarat u forom ta' sfruttament gravi tax-xogħol, u biex jevitaw id-diskriminazzjoni mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata.

 

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

(b)  il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

 

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  edukazzjoni u opportunitajiet ta' edukazzjoni relatata mal-impjieg għall-adulti, inklużi korsijiet ta' taħriġ għall-aġġornament tal-ħiliet, esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol;

 

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  aċċess għal servizzi ta' gwida edukazzjonali u vokazzjonali li jistgħu jingħataw mis-servizzi tal-impjiegi;

 

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għall-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali li huwa direttament marbut mal-attività ta' xogħol speċifika;

imħassar

 

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  skont il-punt (e) ta' dan il-paragrafu billi jiġu esklużi l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010.

imħassar

 

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-restrizzjonijiet għal trattament ugwali msemmija fil-punti (ii) u (iii) m'għandhomx jiġi applikati għal minorenni, ġenituri ta' tfal minorenni u kuraturi primarji legali jew abitwali.

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, punti (ii) u (iii) tal-Artikolu 15 għal minorenni (jew għal ġenituri tal-minorenni jew għal kuraturi primarji legali jew abitwali, b'impatt sussegwenti fuq il-minorenni) tikkostitwixxi diskriminazzjoni skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (l-Artikolu 2(1) [nondiskriminazzjoni] flimkien mal-Artikoli 26(1) u (2) [id-dritt għas-sigurtà soċjali] u 28(1)(b) [id-dritt għal aċċess ugwali għal edukazzjoni vokazzjonali]." Artikolu 2 1. L-Istati Partijiet għandhom jirrispettaw u jiżguraw id-drittijiet stabbiliti f'din il-Konvenzjoni lil kull tifel/tifla fil-ġurisdizzjoni tagħhom mingħajr diskriminazzjoni ta' ebda għamla, irrispettivament mir-razza, il-kulur, is-sess, il-lingwa, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew opinjoni oħra, l-oriġini nazzjonali, etnika jew soċjali, il-proprjetà, id-diżabbiltà, it-twelid jew status ieħor. "Artikolu 26 1. L-Istati Partijiet għandhom jagħrfu d-dritt ta' kull tifel u tifla li jgawdu minn sigurtà soċjali, inklużi l-assigurazzjoni soċjali, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinkiseb it-twettiq sħiħ ta' dan id-dritt skont id-dritt nazzjonali tagħhom. 2. Il-benefiċċji għandhom, fejn xieraq, ikunu mogħtija, b'kunsiderazzjoni għar-riżorsi u ċ-ċirkostanzi tat-tfal u l-persuni li għandhom ir-responsabbiltà għall-manteniment tat-tfal..." "Artikolu 28 1.  L-Istati Partijiet jagħrfu d-dritt tat-tfal għall-edukazzjoni, u bil-ħsieb li jinkiseb dan id-dritt b'mod progressiv u fuq bażi ta' opportunitajiet indaqs, huma għandhom, b'mod partikolari: (b) Iħeġġu l-iżvilupp ta' forom differenti ta' edukazzjoni sekondarja, inklużi l-edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali, jagħmluhom disponibbli u aċċessibbli għat-tfal kollha, u jieħdu miżuri xierqa, bħall-introduzzjoni ta' edukazzjoni bla ħlas u joffru għajnuna finanzjarja f'każ ta' bżonn;"

 

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tx-xogħol skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokument tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu [29] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jiddikjara li l-applikant ikollu permess jimpjega ruħu bi qligħ.

imħassar

 

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Fejn l-aċċess għas-suq tax-xogħol ikun ingħata skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-applikanti jiġu infurmati bil-miktub, b'lingwa li jifhmu, dwar id-drittijiet ta' impjieg tagħhom f'konformità mad-dritt nazzjonali.

 

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Għall-minorenni u l-familji bi tfal minorenni, il-kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza għandhom jiżguraw ukoll standard ta' għajxien adegwat għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tat-tfal. F'konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, il-minorenni u l-familji bi tfal minorenni li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-istess servizzi għall-familji bħat-tfal u l-familji bit-tfal ċittadini tal-pajjiż.

Ġustifikazzjoni

It-tfal ma jistgħux jiġu pprovduti biss bi standard ta' għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tagħhom u jipproteġilhom saħħithom: huma intitolati għal standard tal-għajxien li jippromwovi l-iżvilupp tagħhom (fiżiku, mentali, spiritwali, eċċ.), sabiex ikunu jistgħu jippjanaw il-futur tagħhom [l-Artikolu 27, UNCRC].

 

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu.

5.  Meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità u jqisu ċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu.

 

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha.

Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti kollha.

 

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17a

imħassar

Kundizzjonijiet ta' akkoljenza fi Stat Membru għajr dak li fih l-applikant ikun meħtieġ ikun preżenti

 

1.   Applikant ma għandux ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 fi kwalunwe Stat Membru għajr dak li fih ikun meħtieġ ikun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin].

 

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' għajxien dinjituż għall-applikanti kollha.

 

3.   Sakemm minorenni jiġi trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom jipprovdulu aċċess għall-attivitajiet edukattivi xierqa.

 

 

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, irrispettivament minn jekk humiex meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard, inkluż disturbi mentali serji.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa fiżika u mentali meħtieġa li għandha tinkludi, bħala minimu, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard, inkluż disturbi mentali serji.

 

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Rigward l-applikanti li huma meħtieġa jkunu preżenti fit-territorju skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2:

1.  Abbażi ta' deċiżjoni minn awtorità kompetenti, l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2:

 

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkun ivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkun għamel applikazzjoni hemm; jew

(g)  ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew ikun ivvjaġġa deliberatament lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata; jew

 

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  ikun kiser serjament l-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru fejn huwa jkun applika għall-protezzjoni internazzjonali;

 

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor.

(h)  ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab.

 

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f’din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani.

L-Istati Membri għandhom, hekk kif minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u jirċievi taħriġ kontinwu u adegwat, u ma għandux ikollu rekord kriminali verifikat fir-rigward partikolari ta' kwalunkwe reati jew offiżi relatati mat-tfal. Wara l-ħatra tiegħu/tagħha, ir-rekord kriminali tal-gwardjan għandu jiġi rivedut b'mod regolari mill-awtoritajiet kompetenti biex ikunu identifikati inkompatibilitajiet potenzjali mar-rwol tiegħu jew tagħha. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani.

 

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex il-minorenni mhux akkumpanjati jiġu protetti minn sfruttament u traffikar, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw it-tfal mhux akkumpanjati meta jiżbarkaw, jirreġistrawhom, iwettqu valutazzjoni preliminari tar-riskju rilevanti u jiżguraw li jkunu riferuti lis-servizzi tal-protezzjoni tat-tfal.

 

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardjani jitpoġġew responsabbli ta' għadd adegwat u limitat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin biex jippermettilhom iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. Għal dan l-għan, il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jingħataw informazzjoni, b'mod u f'lingwa li jifmuhom it-tfal, dwar min huma dawn l-entitajiet jew il-persuni u kif ikunu jistgħu jirrapportaw ilmenti kontra l-gwardjani tagħhom b'sikurezza u b'mod anonimu.

Ġustifikazzjoni

Meta jissemmew il-kompetenzi li l-gwardjan jenħtieġ ikollu, huwa importanti li jiġi speċifikat, bħal kif tispeċifika d-Direttiva dwar l-Akkoljenza, li dawn il-kompetenzi jkunu jippermettu lill-gwardjan iwettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha fl-aħjar interessi tat-tfal. Kompetenza bħal din trid tiġi kkombinata ma' taħriġ adatt u kontinwu provdut mill-awtoritajiet kompetenti. Li kandidat għal pożizzjoni ta' tutela ma jkollux rekord verifikat ta' delitti jew offiżi relatati mat-tfal mhux biżżejjed. Delitti jew reati oħra jenħtieġ iwasslu wkoll biex kandidat jitwarrab, peress li l-gwardjan huwa responsabbli għall-benessri ġenerali tal-minorenni mhux akkumpanjat u jenħtieġ, għaldaqstant, ikun persuna b'integrità sħiħa u nadifa. Anki wara l-ħatra, in-natura sensittiva tar-rwol tenħtieġ verifiki regolari tar-rekord kriminali tiegħu/tagħha. L-espressjoni "numru sproporzjonat" tħalli wisq lok għal interpretazzjoni, li tista' twassal għal użu ħażin. Hija teħtieġ tkun aktar preskrittiva: l-espressjoni "għadd adegwat u limitat ta' minorenni mhux akkumpanjati" għandha dan l-għan. Iż-żieda fl-aħħar tas-subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha l-għan li tħeġġeġ u tippermetti lit-tfal biex jipparteċipaw u jikkontribwixxu fil-monitoraġġ tas-sistemi ta' tutela.

 

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ u appoġġ adegwat għall-persunal li x'aktarx ser jiltaqa' ma' ħtiġijiet relatati mas-saħħa fiżika u mentali tal-applikanti li jidħlu fis-suq tax-xogħol.

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Brando Benifei

9.9.2016

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

22.3.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

9

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Deirdre Clune, Tania González Peñas, Paloma López Bermejo, Csaba Sógor, Helga Stevens, Neoklis Sylikiotis, Anders Primdahl Vistisen, Flavio Zanonato, Gabriele Zimmer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Sergio Gaetano Cofferati, Andrejs Mamikins

 

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

GUE/NGL

PPE

 

S&D

 

VERTS/ALE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Yana Toom, Renate Weber

Tania González Peñas, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis, Gabriele Zimmer

Pilar Ayuso, Georges Bach, Deirdre Clune, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sógor

Maria Arena, Guillaume Balas, Brando Benifei, Sergio Gaetano Cofferati, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Andrejs Mamikins, Emilian Pavel, Maria João Rodrigues, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Flavio Zanonato

Jean Lambert, Tatjana Ždanoka

 

9

-

ECR

ENF

NI

Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Helga Stevens, Ulrike Trebesius, Anders Primdahl Vistisen

Mara Bizzotto, Dominique Martin, Joëlle Mélin

Lampros Fountoulis

 

4

0

ALDE

EFDD

PPE

Martina Dlabajová

Laura Agea

David Casa, Romana Tomc

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni