Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

 

2016/0223(COD)

8.5.2017

OPINJONI

tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

( COM(2016)0466 – C8‑0324/2016 – 2016/0223(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Brando Benifei

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-riforma proposta tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil għandha l-għan li ssawwar politika tal-UE dwar il-migrazzjoni aktar sostenibbli, ġusta u olistika, ibbażata fuq il-prinċipji tal-qsim ġust tar-responsabbiltà u s-solidarjetà fost l-Istati Membri.

Minkejja l-isforz leġiżlattiv u politiku li twettaq f’dawn l-aħħar snin fil-livell Ewropew u tal-Istati Membri, sabiex ikun hemm reazzjoni effettiva għall-kriżi tar-rifuġjati, diversi aspetti li jirrigwardaw il-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-asil għadhom iridu jiġu indirizzati. B’mod partikolari, għad hemm differenzi dwar ir-regoli u l-kriterji għall-għoti ta’ status ta’ rifuġjat u ta’ protezzjoni sussidjarja; dwar ir-rati ta’ għarfien fost l-Istati Membri kif ukoll dwar is-sett ta’ drittijiet u obbligi mogħtija lill-benefiċjarji. Il-Kummissjoni tipproponi li tirrevoka Riformulazzjoni tad-Direttiva preċedenti dwar il-Kwalifiki b’Regolament, u b'hekk jikber il-potenzjal ta’ armonizzazzjoni ta' strumenti komuni Ewropej ġodda. Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li huwa essenzjali li r-riformi f’dan il-qasam jiksbu l-għan globali li tittejjeb is-sitwazzjoni attwali, li għandha tkun maħsuba bħala pass 'il quddiem lejn drittijiet effettivi pprovduti lil persuni li huma fil-bżonn ta’ protezzjoni, u mhux biss bħala riorganizzazzjoni jew razzjonalizzazzjoni amministrattiva funzjonali tar-regoli, il-prattiki u l-proċeduri.

Bil-ħsieb ta’ dan, il-possibbiltà tal-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà hija kruċjali.

Fl-abbozz ta’ opinjoni tiegħu, għalhekk, ir-rapporteur għal opinjoni qed iressaq emendi bl-għan li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-UE tippermetti li jiġi sfruttat il-potenzjal massimu ta’ tali prospetti ta’ integrazzjoni. Fl-ewwel stadju, dan ifisser allinjament tad-drittijiet mogħtija lir-rifuġjati, minn naħa waħda, u lil benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja min-naħa l-oħra, kif diġà huwa l-każ f'uħud mill-Istati Membri, peress li distinzjoni bħal din ta’ spiss hija bbażata fuq is-suppożizzjoni diskutibbli ta’ natura aktar temporanja tal-protezzjoni meħtieġa. Dan fil-prattika joħloq mhux biss kumplessità amministrattiva bla bżonn, iżda jirriskja direttament li jipperikola ċ-ċansijiet tagħhom ta’ integrazzjoni, pereżempju minħabba ż-żmien qasir wisq tal-permessi ta' residenza jew tax-xogħol tagħhom - li t-tnejn huma spiss intrinsikament konnessi - jew billi jorbot it-tiġdid ta’ tali permess ta’ residenza ma' rieżami tal-istatus ta’ protezzjoni, li jidher ukoll li hu għali u bla bżonn. Għal raġunijiet simili, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi t-tħassir mit-test tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jillimitaw l-għajnuna soċjali tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja għal benefiċċji essenzjali.

Il-Kummissjoni tippermetti lill-Istati Membri jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta’ integrazzjoni, bħal korsijiet tal-lingwa, it-taħriġ vokazzjonali u tipi oħra ta’ miżuri relatati mal-impjieg obbligatorji għal benefiċjarji ta’ protezzjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà. Filwaqt li dan jista’ jiġi aċċettat bħala għodda importanti sabiex l-isfidi ta' integrazzjoni fuq żmien qasir jinbidlu f'opportunità għas-soċjetà kollha kemm hi, fl-istess ħin jeħtieġ li jiġi speċifikat li miżuri ta’ dan it-tip iridu jkunu bla ħlas, disponibbli, faċilment aċċessibbli u dejjem iqisu d-drittijiet u l-valuri tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li nuqqas ta' parteċipazzjoni jew parteċipazzjoni parzjali f'dawn il-miżuri qatt ma jipperikolaw l-istatus ta’ protezzjoni tal-persuna, peress li dawn jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar ir-rifuġjati.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur ma jaqbilx mal-approċċ punittiv magħżul mill-Kummissjoni li tirregola movimenti sekondarji, filwaqt li min-naħa l-oħra tikkunsidra aktar xierqa sistema ta’ inċentivi possibbli biex wieħed jibqa' fl-Istat li ta l-protezzjoni.

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex jitnaqqsu inċentivi biex wieħed jiċċaqlaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea u tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jitħeġġu jibqgħu fl-Istat Membru li tahom protezzjoni u biex tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

__________________

__________________

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

 

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta’ proċeduri użati, ir-rati ta’ rikonoxximent, it-tip ta’ protezzjoni mogħtija, il-livell ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi huma motivaturi importanti ta’ movimenti sekondarji u jimminaw l-objettiv tal-iżgurar li l-applikanti kollha huma trattati ugwalment kull fejn japplikaw fl-Unjoni.

(3)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta’ proċeduri użati, ir-rati ta’ rikonoxximent, it-tip ta’ protezzjoni mogħtija, il-livell ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi, flimkien ma' sitwazzjonijiet makroekonomiċi u tas-suq tax-xogħol li huma differenti ħafna fl-Istati Membri, jimminaw l-objettiv ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza standardizzati għall-applikanti kollha, irrispettivament minn fejn japplikaw fl-Unjoni.

 

 

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta’ Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b’kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta’ rikonoxximent u t-tip ta’ status ta’ protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta’ żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta’ permessi ta’ residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta’ Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil, partikolarment fir-rigward tad-differenzi fir-rati ta’ rikonoxximent u t-tip ta’ status ta’ protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta’ żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta’ permessi ta’ residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.

 

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Huwa għalhekk meħtieġ Regolament sabiex ikun żgurat livell aktar konsistenti ta’ armonizzazzjoni madwar l-Unjoni u biex jiġi provdut grad ogħla ta’ ċertezza legali u trasparenza.

(6)  Huwa għalhekk meħtieġ Regolament sabiex ikun żgurat livell aktar rapidu u konsistenti ta’ armonizzazzjoni madwar l-Unjoni u biex jiġi provdut grad ogħla ta’ ċertezza legali u trasparenza.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Tenħtieġ madankollu aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja, li tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, fejn dan il-movimenti seta’ ġie kkawżat minn kwalunkwe differenza fil-miżuri nazzjonali legali meħuda għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifika sostitwita minn dan ir-Regolament.

(8)  Aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, u biex jinkisbu standards ta' protezzjoni għolja madwar l-Unjoni.

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Kandidati ta’ risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, inklużi r-regoli biex jiġi skoraġġit il-moviment sekondarju.

(10)  Kandidati ta’ risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali.

 

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta’ intrapriża, id-dritt għall-asil, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, sigurtà soċjali u assistenza soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), il-Konvenzjoni Ewropea tal-1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Karta Soċjali Ewropea tal-1961, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, u l-Konvenzjoni tar-Rifuġjati tal-1951 u l-protokoll addizzjonali tagħha tal-1967. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta’ intrapriża, id-dritt għall-asil, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, it-tgawdija tad-drittijiet soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali u l-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u r-Rifuġjati għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta’ Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom.

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta’ Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni ta’ integrazzjoni sostenibbli tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u biex jiġi pprovdut appoġġ lil dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi bħala parti mis-sistemi tal-asil tagħhom, b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni soċjali, ġeografika jew demografika tagħhom. Għal dan il-għan, għandu jkun disponibbli finanzjament adegwat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz tal-possibbiltà li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom aċċess għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u fondi oħra għal azzjonijiet li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltajiet tagħhom b’mod aktar dirett u b’mod effiċjenti.

 

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-“aħjar interessi tat-tfal” jenħtieġ li jkunu kunsiderazzjoni primarja meta jiġi applikat dan ir-Regolament, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ partikolarment li jikkunsidraw b’mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, il-benesseri tal-minorenni u l-iżvilupp soċjali, il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà u l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha.

(15)  L-“aħjar interessi tat-tfal” jenħtieġ li jkunu kunsiderazzjoni primarja meta jiġi applikat dan ir-Regolament, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ partikolarment li jikkunsidraw b’mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, il-benesseri tal-minorenni u l-iżvilupp soċjali, l-oriġini kulturali u l-ħiliet lingwistiċi tal-minorenni, il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà u l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  F’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b’mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-omosesswalità b’mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw lill-omosesswali u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha.

(29)  F’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b’mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru b’mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jqisux li jkun hemm nuqqas ta' kredibilità fid-dikjarazzjonijiet tal-applikant għall-unika raġuni li l-applikant ma invokax l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tiegħu jew tagħha meta hu jew hi l-ewwel stabbilixxa jew stabbilixxiet id-dettalji tal-persekuzzjoni tiegħu jew tagħha.

 

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Bil-għan li jiġi valutat dannu serju li jista’ jikkwalifika lill-applikanti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, il-kunċett ta’ vjolenza mingħajr distinzjoni, f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jinkludu vjolenza li tista’ tiġi estiża għal persuni irrispettivament miċ-ċirkostanza personali tagħhom.

(34)  Bil-għan li jiġi valutat dannu serju li jista’ jikkwalifika lill-applikanti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, il-kunċett ta’ vjolenza mingħajr distinzjoni, f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jenħtieġ li jinkludu vjolenza li tista’ tiġi estiża għal persuni irrispettivament miċ-ċirkostanzi personali tagħhom. Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi ddeterminat jekk teżistix vjolenza indiskriminata jistgħu jinkludu aggressjoni esterna, okkupazzjoni, ħakma barranija, kunflitti interni, ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew avvenimenti li serjament jiddisturbaw l-ordni pubbliku fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, jew f'parti minnu.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-permess ta’ residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba jew li jiġġedded wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

(37)  Il-permess ta’ residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 39

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta’ dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta’ residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta’ rifuġjati, u għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta’ oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini f’konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37.

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta’ dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta’ oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini f’konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37.

_________________

_________________

37 COM(2016)271 final.

37 COM(2016)271 final.

 

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 41

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Meta l-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta’ Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta’ żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta’ raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta’ familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

(41)  Meta l-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta’ Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta’ żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta’ raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta’ familja jew ta’ saħħa jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

 

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 43

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41.

(43)  Sabiex jiġu skuraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41.

_________________

_________________

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

 

Emenda     16

Proposta għal regolament

Premessa 44

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul 2003/109/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta’ ħames (5) snin wara liema l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta’ Resident fit-Tul jenħtieġ li jerġa’ jinbeda kull darba li l-persuna tinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta’ permanenza jew residenza f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

imħassar

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 47

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Fil-limiti stabbiliti minn obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji rigward aċċess għall-impjiegi u sigurtà soċjali jeħtieġ il-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza.

(47)  Fil-limiti stabbiliti minn obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji rigward aċċess għall-impjiegi u sigurtà soċjali jista’ jirrikjedi l-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza.

 

Emenda     18

Proposta għal regolament

Premessa 48

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-aċċess għal attivitajiet ta’ xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom fir-rigward ta’ karigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika, u responsabbiltà għas-salvagwardja tal-interess ġenerali tal-Istat jew awtoritajiet pubbliċi oħra Fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għat-trattament ugwali tagħhom fir-rigward tas-sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew li hija involuta f’okkupazzjoni speċifika, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali tistgħu jiġu esklużi bl-istess mod milli jipparteċipaw fil-ġestjoni ta’ korpi rregolati mil-liġi pubblika u milli jkollhom kariga rregolata mil-liġi pubblika.

(48)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-aċċess għal attivitajiet ta’ xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom fir-rigward ta’ karigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika, u responsabbiltà għas-salvagwardja tal-interess ġenerali tal-Istat jew awtoritajiet pubbliċi oħra

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 49

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f’dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta’ integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati ta’ integrazzjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-impjieg u taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta’ rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali minħabba b’mod partikolari n-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta’ rikonoxximent.

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f’dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta’ integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati u miżuri ta’ integrazzjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-edukazzjoni u mal-impjieg, it-taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta’ rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali minħabba b’mod partikolari n-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta’ rikonoxximent.

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 50

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Jenħtieġ li jiġi provdut trattament ugwali għal benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fejn ċittadini tal-Istat Membru jingħataw protezzjoni fir-rigward tas-sigurtà soċjali.

(50)  Jenħtieġ li jiġu applikati trattament ugwali u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fejn ċittadini tal-Istat Membru jingħataw protezzjoni fir-rigward tas-sigurtà soċjali.

 

Emenda     21

Proposta għal regolament

Premessa 51

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Barra minn hekk, b’mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b’assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw xi flessibbiltà biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati għal benefiċċji bażiċi, li għandu jinftiehem li jkopru mill-inqas is-sostenn ta’ dħul minimu, għajnuna fil-każ ta’ mard, jew tqala, u assistenza lill-ġenituri, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw liċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta’ assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f’miżuri ta’ integrazzjoni.

(51)  Barra minn hekk, b’mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali u biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u ta’ protezzjoni sussidjarja, huwa xieraq li jingħataw assistenza soċjali u legali mingħajr diskriminazzjoni.

 

Emenda     22

Proposta għal regolament

Premessa 52

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi l-kura tas-saħħa fiżika u mentali, jenħtieġ li jiġu żgurati lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.

(52)  Aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi l-kura tas-saħħa fiżika u mentali, u l-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, jenħtieġ li jiġu żgurati lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.

 

Emenda     23

Proposta għal regolament

Premessa 52a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

52a.  Jenħtieġ li l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jgawdu wkoll aċċess għal oġġetti u servizzi u l-provvista ta' oġġetti u servizzi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, inklużi informazzjoni u servizzi ta' konsulenza pprovduti minn uffiċċji tal-impjieg.

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 53

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta’ integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f’dawn il-miżuri ta’ integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta’ integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess ħieles u effettiv għal miżuri ta’ integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f’dawn il-miżuri ta’ integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta’ integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja, sakemm dawk il-miżuri ta’ integrazzjoni jkunu faċilment aċċessibbli u bla ħlas. Il-parteċipazzjoni fil-miżuri inkwistjoni dejjem jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament u fl-ebda każ ma tikkostitwixxi raġunijiet għal rieżami, revoka, tmiem, rifjut jew nuqqas ta’ tiġdid ta’ status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja. Kwalunkwe sanzjoni stabbilita mill-Istati Membri fid-dritt nazzjonali, li tikkonċerna n-nuqqas li wieħed jattendi skont miżuri ta’ integrazzjoni obbligatorji, jenħtieġ li dejjem ikunu proporzjonali.

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta jiġi mġedded, għall-ewwel darba, il-permess ta’ residenza maħruġ lil rifuġjat.

imħassar

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta jiġi mġedded, għall-ewwel u t-tieni darba, il-permess ta’ residenza maħruġ lil benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja.

imħassar

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi u s-sigurtà soċjali għandu jirrikjedi l-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza.

3.  Fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi u s-sigurtà soċjali jista’ jirrikjedi l-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza.

 

Emenda     28

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandha titqies is-sitwazzjoni speċifika ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali, bħal minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b’diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri li jrabbu waħedhom bi tfal minorenni, vittmi tat-traffikar tal-bniedem, persuni b’mard mentali u persuni li jkunu ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, sakemm evalwazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom tistabbilixxi li għandhom bżonnijiet speċjali.

4.  Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandha titqies is-sitwazzjoni speċifika ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali, bħal minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b’diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri li jrabbu waħedhom, vittmi tat-traffikar tal-bniedem, persuni b’mard mentali u persuni li jkunu ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, sakemm evalwazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom tistabbilixxi li għandhom bżonnijiet speċjali.

 

Emenda     29

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali b’informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja, kemm jista’ jkun malajr wara li jkun ingħata. Dik l-informazzjoni għandha tingħata f’lingwa li l-benefiċjarju jista’ jifhem jew suppost jifhem b’mod raġonevoli u għandha tagħmel referenzi espliċiti għall-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 28 dwar il-moviment fi ħdan l-Unjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali b’informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja, kemm jista’ jkun malajr wara li jkun ingħata. Dik l-informazzjoni għandha tingħata bil-kitba f’lingwa li l-benefiċjarju jista’ jifhem u għandha tagħmel referenzi espliċiti għall-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 29 dwar il-moviment fi ħdan l-Unjoni.

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Għal benefiċjarji ta’ status ta’ rifuġjat, il-permess ta’ residenza għandu jkollu perjodu ta’ validità ta’ tliet snin u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ tliet snin.

(a)  Għal benefiċjarji ta’ status ta’ rifuġjat, il-permess ta’ residenza għandu jkollu perjodu ta’ validità ta’ ħames snin u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ ħames snin.

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja, il-permess ta’ residenza għandu jkollha perjodu ta’ validità ta’ sena u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ sentejn.

(b)  Għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja, il-permess ta’ residenza għandu jkollha perjodu ta’ validità ta’ ħames snin u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ ħames snin.

 

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu mil-libertà ta’ moviment fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, inkluż id-dritt li jagħżlu l-post ta’ residenza tagħhom f’dak it-territorju, taħt l-istess kundizzjonijiet u restrizzjonijiet bħal dawk provduti għal ċittadini ta’ pajjiż terz residenti legalment fit-territorji tagħhom li huma f’sitwazzjoni paragunabbli.

1.  Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu mil-libertà ta’ moviment fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, inkluż id-dritt li jagħżlu l-post ta’ residenza tagħhom f’dak it-territorju, taħt l-istess kundizzjonijiet u restrizzjonijiet bħal dawk provduti għal ċittadini ta’ pajjiż terz residenti legalment fit-territorji tagħhom.

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u tkeċċija, sigħat tax-xogħol, liv u vaganzi kif ukoll rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(a)  kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u tkeċċija, sigħat tax-xogħol, liv u vaganzi, liv tal-familja kif ukoll rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni, u sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew impjegati ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħhom huma involuti f’okkupazzjoni speċifika, inklużi l-benefiċċji mogħtija minn dawn l-organizzazzjonijiet;

(b)  libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni, u sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew impjegati ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħhom huma involuti f’okkupazzjoni speċifika, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji mogħtija minn dawn l-organizzazzjonijiet;

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  opportunitajiet ta’ edukazzjoni relatata mal-impjieg għal adulti, taħriġ vokazzjonali, inklużi korsijiet ta’ taħriġ għall-aġġornament ta’ ħiliet, esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol;

(c)  edukazzjoni u opportunitajiet ta’ edukazzjoni relatati mal-impjieg, taħriġ vokazzjonali, inklużi korsijiet ta’ taħriġ għall-aġġornament ta’ ħiliet, esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol;

 

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  is-servizzi ta’ parir offruti minn uffiċċji tal-impjiegi.

(d)  is-servizzi ta’ parir u ta’ segwitu offruti minn uffiċċji tal-impjiegi.

 

Emenda     37

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Awtoritajiet kompetenti, fejn meħtieġ, għandhom jiffaċilitaw l-aċċess sħiħ għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(c) u (d).

3.  Awtoritajiet kompetenti, għandhom jiffaċilitaw l-aċċess sħiħ għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(c) u (d).

 

Emenda     38

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Adulti li jingħataw protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-sistema ġenerali tal-edukazzjoni, aktar taħriġ jew taħriġ mill-ġdid, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment f’dak l-Istat Membru li jkunu f’sitwazzjoni paragunabbli.

2.  Adulti li jingħataw protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-sistema ġenerali tal-edukazzjoni, aktar taħriġ jew taħriġ mill-ġdid, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ċittadini.

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess għal ċerta assistenza soċjali speċifikata fil-liġi nazzjonali jista’ jingħata bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f’miżuri ta’ integrazzjoni.

Aċċess għal ċerta assistenza soċjali speċifikata fil-liġi nazzjonali jista’ jingħata bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f’miżuri ta’ integrazzjoni, li għandhom ikunu bla ħlas, disponibbli u faċilment aċċessibbli.

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-assistenza soċjali għal benefiċċji bażiċi.

imħassar

 

Emenda     41

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali li għandhom bżonnijiet speċjali, bħal nisa tqal, persuni b’diżabilità, persuni li jkunu għaddew minn tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali jew minorenni li kienu l-vittmi ta’ kwalunkwe forma ta’ abbuż, negliġenza, sfruttament, tortura, trattament krudili, inuman u degradanti jew li jkunu sofrew minn konflitt armat għandhom jiġu provduti b’kura tas-saħħa adegwata, inkluż it-trattament ta’ mard mentali meta jkun meħtieġ, taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà bħal ċittadini tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni.

2.  (Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija)

 

Emenda     42

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kemm jista’ jkun malajr wara li tingħata protezzjoni internazzjonali u fi żmien mhux aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol, kif deskritt fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament UE Nru xxx/xxx[Ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ir-rappreżentanza ta’ minorenni mhux akkumpanjati minn kustodja legali, jew fejn meħtieġ, minn organizzazzjoni responsabbli għall-kura u l-benesseri tal-minorenni, jew b’kull rappreżentanza oħra xierqa inkluż dik ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni jew ordni tal-qorti.

Kemm jista’ jkun malajr u fi żmien mhux aktar minn ħamest ijiem, kif deskritt fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament UE Nru xxx/xxx[Ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ir-rappreżentanza ta’ minorenni mhux akkumpanjati minn kustodja legali, jew fejn meħtieġ, minn organizzazzjoni responsabbli għall-kura u l-benesseri tal-minorenni, jew b’kull rappreżentanza oħra xierqa inkluż dik ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni jew ordni tal-qorti.

 

Emenda     43

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  f’akkomodazzjoni oħra adattata għall-minorenni.

imħassar

 

Emenda     44

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sa fejn ikun possibbli, aħwa għandhom jinżammu flimkien, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernat u, b’mod partikolari, l-età u l-grad ta’ maturità tagħhom. Tibdil ta’ residenza ta’ minorenni mhux akkumpanjati għandu jinżamm limitat għall-minimu.

4.  Sa fejn ikun possibbli, aħwa għandhom jinżammu flimkien, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernat u, b’mod partikolari, l-età u l-grad ta’ maturità tagħhom. Tibdil ta’ residenza ta’ minorenni mhux akkumpanjati għandu jinżamm limitat għall-minimu u t-tqegħid f’detenzjoni amministrattiva għandu jiġi evitat.

 

Emenda     45

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-akkomodazzjoni taħt kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fit-territorji tal-Istati Membri li huma f’sitwazzjoni paragunabbli.

1.  Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-akkomodazzjoni taħt kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għaċ-ċittadini.

 

Emenda     46

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Prattiki ta’ tixrid nazzjonali ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom jitwettqu sal-punt possibbli mingħajr diskriminazzjoni tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u għandhom jiżguraw opportunitajiet ugwali fir-rigward tal-aċċess għall-akkomodazzjoni.

2.  Prattiki ta’ tixrid nazzjonali ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u għandhom jiżguraw opportunitajiet ugwali fir-rigward tal-aċċess għall-akkomodazzjoni.

 

Emenda     47

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, il-benefiċjarji għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta’ integrazzjoni provduti mill-Istati Membri, b’mod partikolari korsijiet tal-lingwa, programmi ta’ orjentazzjoni ċivika u ta’ integrazzjoni u taħriġ vokazzjonali li jqisu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom.

1.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, il-benefiċjarji għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta’ integrazzjoni provduti mill-Istati Membri, b’mod partikolari korsijiet tal-lingwa, programmi ta’ orjentazzjoni ċivika u ta’ integrazzjoni u taħriġ vokazzjonali li għandhom ikunu mingħajr ħlas u faċilment aċċessibbli u għandhom iqisu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom.

 

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta’ integrazzjoni obbligatorja.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta’ integrazzjoni obbligatorja, sakemm il-miżuri ta’ integrazzjoni inkwistjoni jkunu bla ħlas u faċilment aċċessibbli, u jieħdu kont tal-bżonnijiet speċifiċi tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali. Il-parteċipazzjoni f’miżuri ta’ integrazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament u m’għandhiex tikkostitwixxi raġuni għal rieżami, revoka, tmiem, rifjut jew nuqqas ta’ tiġdid tal-istatus ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja u d-drittijiet u obbligi relatati magħhom.

 

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

Referenzi

COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Brando Benifei

9.9.2016

Eżami fil-kumitat

22.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

3.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

7

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Rosa D’Amato, Tania González Peñas, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Tamás Meszerics, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ALDE

EPP

Green/EFA

GUE/NGL

S&D

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

Georges Bach, Heinz K. Becker, Danuta Jazłowiecka, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc

Jean Lambert, Tamás Meszerics, Tatjana Ždanoka

Lynn Boylan, Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Kostadinka Kuneva, Paloma López Bermejo

Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Petra Kammerevert, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Emilian Pavel, Maria João Rodrigues, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

 

7

-

ECR

ENF

NI

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská

Mara Bizzotto

Lampros Fountoulis

 

4

0

EFDD

ENF

EPP

Laura Agea

Mireille D'Ornano, Dominique Martin

Ádám Kósa

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni