Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
11.7.2013
OPINJONI
tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ
( COM(2011)0635 – C7‑0329/2011 – 2011/0284(COD) )
Rapporteur għal opinjoni (*): Evelyne Gebhardt, Hans-Peter Mayer
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
PA_Legam
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
1. Introduzzjoni
Fil-11 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għal Regolament dwar Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ (GEKR). L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li ttejjeb l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern billi tiffaċilita l-iżvilupp tal-kummerċ transkonfinali għan-negozji u l-konsumaturi. Hija tfittex li tikseb dan l-objettiv permezz ta’ Liġi Ewropea dwar il-Bejgħ, jiġifieri sett uniformi ta’ liġijiet kuntrattwali li jinkludu dispożizzjonijiet biex jipproteġu lill-konsumatur relatati mal-bejgħ ta’ oġġetti u kontenut diġitali li għandha titqies bħala sistema oħra ta’ liġi kuntrattwali fl-ambitu tal-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru.
Fir-rigward tal-importanza tal-proposta leġiżlattiva għall-protezzjoni tal-konsumaturi fis-suq intern, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-konsumatur (IMCO) hawnhekk għandu rwol partikolarment importanti. Għalhekk, il-kumitat ma’ jagħtix biss l-opinjoni tiegħu lill-kumitat kompetenti, li hu l-kumitat għall-affarijiet legali (JURI), fl-ambitu tal-Artikolu 50 tar-regolament dwar il-proċedura tal-kumitati assoċjati iżda għandu kompetenzi esklussivi wkoll f’diversi oqsma.
B’mod simili ta’ dak tal-kumitat responsibbli, il-kumitat IMCO ħatar ukoll żewġ co-rapporteurs li kkooperaw mill-qrib ma’ xulxin fit-tħejjija ta’ smigħ pubbliku (fost l-oħrajn fil-qafas ta’ smigħ pubbliku kif ukoll l-ordni ta’ kontroll ta’ kwalità il-valutazzjoni tal-tal-impatt tal-Kummissjoni).
Test leġiżlattiv li jirregola d-drittijiet u l-obbligi ta’ żewġ partijiet kuntrattwali għandu jkun ċar u preċiż kemm jista’ jkun. Dan japplika b’mod spċejali meta dan it-test jirrigwarda l-konsumaturi; ikun aħjar jekk wieħed jevita, kemm jista’ jkun, li jkun hemm lok għal interpretazzjonijiet differenti. Għandha tkun żgurata wkoll il-koerenza ma’ regoli li diġà jeżistu, speċjalment mad-Direttiva dwar il-Konsumaturi. B’hekk, il-co-rapporteurs iressqu serje ta’ emendi bil-għan li jippreċiżaw it-termini użati u jadattawhom skont id-definizzjonijiet eżistenti. Jiġu proposti wkoll emendi komuni fir-rigward tal-konformità mal-kuntratt tal-kontenut diġitali, id-definizzjonijiet “bla ħlas”, kif ukoll dak li jirrigwarda l-offerta ta’ korrezzjoni f’każ ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt.
2. Ġustifikazzjoni tal-emendi sostantivi
Inadegwatezza tal-instrumenti fakultattivi fil-liġi tal-konsumaturi
Hemm dubji fundamentali dwar l-adegwatezza tal-proposta tal-Kummissjoni. Fil-qafas tal-liġi tal-kuntratti tal-konsumaturi, minħabba l-asimettrija tal-informazzjoni bejn il-partijiet, il-konsumatur għandu ħtieġa partikolari għall-protezzjoni u għandu jkun jista’ joqgħod fuq livell għoli ta’ protezzjoni fil-konklużjoni ta’ kuntratti tal-bejgħ. B’mod partikolari fil-qasam tan-negozju trankonfinali onlajn, il-leġiżlatur Ewropew, għalhekk, għandu d-dmir li joħloq regoli affidabbli permezz tal-approssimazzjoni tal-liġi nazzjonali. Fil-passat, il-maġġoranza ta’ dan ix-xogħol sar, fost l-oħrajn, mid-Direttiva 2011/83/UE. Il-ħolqien ta’ strument fakultattiv addizzjonali u t-tqegħid tad-deċiżjoni dwar l-għażla tal-istrument f’idejn in-negozjant tista’ tikkomplika s-sitwazzjoni legali u tista’ tkun ta’ żvantaġġ partikolarment għall-konsumatur. L-inċertezza legali li tkun tista’ tinħoloq bl-introduzzjoni ta’ liġi fakultattiva dwar il-bejgħ tirrapreżenta riskju li jista’ jkun evitat għall-funzjoni tas-suq intern. Il-co-rapporteur taqsam it-tħassib ma’ numru ta’ esperti li, fl-assenza tal-leġiżlazzjoni, jista’ jieħu bosta snin qabel il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tkun tat id-deċiżjonijiet finali tagħha dwar kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni mqajma mill-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Minbarra dan, strument fakultattiv jista’ jkun tluq mill-formula ta’ suċċess eżistenti ta’ armonizzazzjoni.
Kritika dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni
Il-kumitat mhuwiex konvint dwar il-kalkolu tal-ispejjeż ta’ tranżazzjoni u l-assunzjonijiet dwar il-fiduċja tal-konsumatur fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni. Pereżemju, la ġew ikkunsidrati l-effetti ta’ armonizzazzjoni tad-Direttiva li ġiet adottata riċentement 2011/83/UE u lanqas il-leġiżlazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta’ tilwim alternattiv (ADR u ODR). B’dan il-mod, fuq suġġeriment ta’ wieħed mill-co-rapporteurs, tressaq questionnaire lill-Unità IA tal-Parlament Ewropew miż-żewġ kumitati responsabbli, JURI u IMCO, bil-għan li jkun hemm verifika tal-kwalità dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni. Ir-riżultati ġew ippreżentati fit-22 ta’ Jannar 2013 quddiem il-kumitat JURI u fil-parti l-kbira jikkonfermaw it-tħassib tal-co-rapporteur. L-analiżi turi problemi metodoloġiċi li jgħawġu l-validità tal-valutazzjoni tal-impatt u jiddubitaw il-valur tagħha, anki billi jqisu li s’issa m’hemmx mudell ġeneralment aċċettat għall-kalkolazzjoni tal-ispejjeż tat-tranżazzjoni.
Armonizzazzjoni minima tal-aspetti tal-prestazzjoni, servizzi relatati u kontenut diġitali
Għalhekk, il-kumitat mhuwiex kapaċi jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni favur liġi komuni Ewropea dwar il-bejgħ ta’ natura fakultattiva. Minkejja kollox, huwa konvint dwar il-ħtieġa li jkunu adottati regoli komuni fil-qafas tal-liġi dwar il-kuntratti tal-konsumatur. Bħala alternattiva għall-liġi fakultattiva dwar il-bejgħ, huwa jirrakkomanda għalhekk li l-proċess eżistenti li jaħdem b’suċċess tal-armonizzazzjoni tal-liġi ta’ kuntratti tal-konsumatur tal-UE għandu jitkompla u jkun konkluż. Minħabba l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE, fadal biss ftit oqsma tal-liġi tal-kuntratti tal-konsumatur li jridu jkunu modernizzati permezz ta’ din il-proposta għal direttiva. Għandhom jitqiesu wkoll l-iżvilupp fil-kummerċ online billi jkunu inklużi kuntratti dwar kontenut diġitali. Il-kumitat huwa wkoll tal-fehma li s-servizzi relatati għandhom ikunu inklużi wkoll minħabba l-konnessjonijiet mill-qrib tagħhom mal-kuntratt tal-bejgħ.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Taqsima
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL | DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
fuq Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ | dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-obbligu marbut mal-garanzija ta’ konformità b’rabta mal-kuntratti ta’ bejgħ, servizzi relatati u kontenut diġitali. |
Ġustifikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tinbidel f’direttiva dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-obbligu marbut mal-garanzija ta’ konformità b’rabta mal-kuntratti ta’ bejgħ, servizzi relatati u kontenut diġitali. F’termini ta’ sostanza, dan hu twessigħ tad-Direttiva 2011/83/UE. Fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, dawk il-materji ġa rregolati fid-Direttiva 2011/83/UE ma għandhomx jiġu indirizzati minn dan it-test.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Għad fadal xi ostakoli konsiderevoli fir-rigward tal-attività ekonomika transkonfinali li qed jimpedixxu lis-suq intern milli jisfrutta l-potenzjal sħiħ tiegħu għat-tkabbir u għall-ħolqien tax-xogħol. Bħalissa, wieħed biss minn kull għaxar kummerċjanti tal-Unjoni jesporta merkanzija fl-Unjoni u l-maġġoranza tagħhom, jesportaw biss lejn numru żgħir ta’ Stati Membri. Mill-firxa ta’ ostakli għall-kummerċ transkonfinali inklużi r-regolamenti tat-taxxa, ir-rekwiżiti amministrattivi, id-diffikultajiet fil-kunsinna, il-lingwa u l-kultura, il-kummerċjanti jikkunsidraw id-diffikultà li jsiru jafu bid-dispożizzjonijiet ta’ liġi kuntrattwali barranija fost l-akbar ostakli fi tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur u fi tranżazzjonijiet bejn negozji. Dan iwassal ukoll għal żvantaġġi għall-konsumaturi minħabba l-aċċess limitat għall-merkanzija. Għalhekk, il-liġijiet kuntrattwali nazzjonali differenti jiskoraġġixxu l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, bħal-libertà li jiġu pprovduti merkanzija u servizzi, u jirrappreżentaw ostaklu għall-funzjonament u l-istabbiliment kontinwu tas-suq intern. Huma jkollhom ukoll l-effett li jillimitaw il-kompetizzjoni, b’mod partikolari fis-swieq ta’ Stati Membri iżgħar. | (1) Għad fadal xi ostakoli konsiderevoli fir-rigward tal-attività ekonomika transkonfinali li qed jimpedixxu lis-suq intern milli jisfrutta l-potenzjal sħiħ tiegħu għat-tkabbir u għall-ħolqien tax-xogħol. Mill-ostakli kollha għall-kummerċ transkonfinali, ir-regolamenti tat-taxxa, ir-rekwiżiti amministrattivi, id-diffikultajiet fil-kunsinna, il-lingwa u l-kultura ġew identifikati bħala l-akbar xkiel. Minkejja d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumaturi1, li tarmonizza l-aspetti ewlenin tal-kuntratti mill-bogħod, għad hemm għadd ta’ differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali fid-dritt tal-kuntratt tal-konsumatur. Dawk id-differenzi jistgħu jitqiesu bħala xkiel għall-funzjonament u l-istabbiliment kontinwu tas-suq intern. |
| ______________ |
| 1ĠU. L 304, 22.11.2011, p. 64. |
Ġustifikazzjoni
Din id-direttiva għandha tiġi strutturata kif ġej:
Kapitolu 1: Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Kapitolu 2: Konformità u r-remedji għall-konsumatur
Kapitolu 3: Garanziji kummerċjali
Kapitolu 4: Servizzi relatati
Kapitolu 5: Dispożizzjonijiet ġenerali
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Il-kuntratti huma l-għodda legali indispensabbli għal kull tranżazzjoni ekonomika. Madankollu, il-ħtieġa għall-kummerċjanti li jidentifikaw jew li jinnegozjaw il-liġi applikabbli, li jsiru jafu dwar id-dispożizzjonijiet ta' liġi barranija applikabbli li bosta drabi tinvolvi t-traduzzjoni, li jiksbu parir legali biex isiru familjari mar-rekwiżiti tagħha u li jadattaw il-kuntratti tagħhom għall-liġijiet nazzjonali differenti li jistgħu japplikaw f'operazzjonijiet transkonfinali tagħmel il-kummerċ transkonfinali aktar kumpless u għali meta mqabbel mal-kummerċ domestiku. L-ostakli relatati mal-liġi kuntrattwali għalhekk huma fattur ewlieni li jikkontribwixxi biex jiddiswadi għadd konsiderevoli ta’ kummerċjanti li jesportaw milli jidħlu f’kummerċ transkonfinali jew jespandu l-operazzjonijiet tagħhom fi Stati Membri oħra. L-effett dissważiv tagħhom huwa partikolarment b’saħħtu għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) li għalihom l-ispejjeż ta’ dħul fi swieq barranin multipli ħafna drabi huma partikolarment għoljin meta mqabbla mal-fatturat tagħhom. Bħala konsegwenza, il-kummerċjanti jitilfu l-opportunità li jiffrankaw l-ispejjeż li setgħu jiffrankaw li kieku kien possibbli li jbiegħu l-merkanzija u s-servizzi fuq il-bażi ta’ liġi kuntrattwali uniformi unika għat-tranżazzjonijiet transkonfinali kollha tagħhom u, fl-ambjent onlajn, permezz ta' websajt waħda. | (2) Il-kuntratti huma l-għodda legali indispensabbli għal kull tranżazzjoni ekonomika. Għalhekk hu neċessarju li d-Direttiva 2011/83/UE tkun ikkomplementata billi jkunu aġġornati d-dispożizzjonijiet tal-liġi li jirregolaw ċerti aspetti tal-obbligu marbut mal-garanzija tal-konformità b’rabta mal-kuntratti tal-bejgħ lill-konsumatur, servizzi relatati u kontenut diġitali. Dan il-proċess ta’ aġġornament għandu jqis il-ħtiġiet tal-ekonomija diġitali u d-deċiżjonijiet relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) L-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet relatati mal-liġi kuntrattwali li fir-rigward tagħhom intwera li huma ta’ proporzjonijiet konsiderevoli u l-ostakoli legali li joriġinaw mid-differenzi bejn ir-regoli mandatorji nazzjonali differenti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandhom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi. Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Regolament (KE) Nru 593/2008), kull meta kummerċjant jindirizza l-attivitajiet tiegħu lejn il-konsumaturi fi Stat Membru differenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-konsumatur li jipprovdu livell ogħla ta’ protezzjoni u li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim bis-saħħa ta’ dik il-liġi, anki meta tkun intgħażlet liġi applikabbli oħra mill-partijiet; Għalhekk, il-kummerċjanti jeħtieġ li jsiru jafu minn qabel jekk il-liġi tal-konsumatur tipprovdix protezzjoni ogħla u jiżguraw li l-kuntratt tagħhom ikun konformi mar-rekwiżiti tagħha. Barra minn hekk, fil-kummerċ elettroniku, l-adattamenti tal-websajts li jeħtieġ li jirriflettu r-rekwiżiti obbligatorji tal-liġijiet barranin applikabbli dwar il-kuntratti mal-konsumaturi jinvolvu spejjeż ulterjuri. L-armonizzazzjoni eżistenti tal-liġi tal-konsumatur fil-livell tal-UE wasslet għal approssimazzjoni f’ċerti oqsma. Madankollu d-differenzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri jibqgħu sostanzjali; l-armonizzazzjoni eżistenti tħalli lill-Istati Membri b'firxa wiesgħa ta’ alternattivi dwar kif jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fejn għandhom jistabbilixxu l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur. | imħassar |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Persuna għandha titqies bħala "konsumatur" anki jekk il-kuntratt ikun konkluż parzjalment għal skopijiet kummerċjali u parzjalment għal skopijiet mhux kummerċjali (kuntratti bi skop doppju) u meta l-iskop kummerċjali ma jkunx predominanti fil-kuntest ġenerali tal-kuntratt. |
Ġustifikazzjoni
Formulazzjoni mill-premessa 17 tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumaturi.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) Fil-qafas tar-reviżjoni tal-acquis tal-konsumatur imnedija fl-2004 bil-Green Paper tal-Kummissjoni, id-Direttiva 2011/83/UE adottata reċentement titratta l-oqsma l-aktar importanti tal-liġi dwar il-kuntratti fir-rigward tal-bejgħ mill-bogħod lill-konsumaturi u l-bejgħ fid-dar. Id-Direttiva 2011/83/UE tapplika min-nofs l-2014 u toffri qafas ġuridiku uniformi għal tranżazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi u b'mod partikolari għall-kummerċ elettroniku bejn in-negozji u l-konsumaturi. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 3c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3c) L-approssimazzjoni tal-liġi dwar il-kuntratti mal-konsumaturi permezz tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet għal livell ta' protezzjoni ogħla, li jkun validu għall-atturi kollha tas-suq, huwa l-aktar approċċ adegwat għat-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumaturi fi tranżazzjonijiet transkonfinali u għas-simplifikazzjoni tan-negozju madwar l-Unjoni. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 3d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3d) L-acquis għall-ħarsien tal-konsumatur jeħtieġ li jiġi aġġornat sabiex ikun jista' jiffaċċja l-isfidi tal-iżviluppi soċjali u ekonomiċi, anke fl-ekonomija diġitali. Il-konsumaturi jeħtieġu qafas bi drittijiet sodi sabiex ikunu jistgħu jixtru b'mod sikur u taħt kundizzjonijiet ġusti fi ħdan is-Suq Uniku. Id-Direttiva 2011/83/UE ipprovdiet stampa ġenerali tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari b'rabta ma' metodi partikolari ta' bejgħ, jiġifieri il-bejgħ mill-bogħod u l-bejgħ fid-dar. Il-qasam tal-garanziji legali huwa importanti ħafna kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji u jirrikjedi aktar approssimazzjoni u modernizzar li huma pprovduti minn din id-Direttiva. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) L-ostakli relatati mal-liġi kuntrattwali li jżommu lill-kummerċjanti milli jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tas-suq intern jaħdmu wkoll għad-detriment tal-konsumaturi. Inqas kummerċ transkonfinali jirriżulta f’inqas importazzjonijiet u inqas kompetizzjoni. Il-konsumaturi jistgħu jkunu żvantaġġjati minħabba għażla limitata ta' merkanzija bi prezzijiet ogħla, kemm minħabba li inqas kummerċjanti barranin joffrulhom direttament il-prodotti u s-servizzi tagħhom kif ukoll indirettament bħala riżultat ta’ kummerċ transkonfinali ristrett bl-ingrossa bejn in-negozji. Filwaqt li x-xiri transkonfinali jista’ jġib miegħu vantaġġi ekonomiċi sostanzjali f'termini ta’ iktar offerti u offerti aħjar, ħafna konsumaturi jibżgħu wkoll li jinvolvu ruħhom f’xiri transkonfinali, minħabba l-inċertezza dwar id-drittijiet tagħhom. Uħud mill-preokkupazzjonijiet ewlenin tal-konsumaturi huma relatati mal-liġi kuntrattwali, pereżempju jekk dawn igawdux protezzjoni adegwata fil-każ ta’ xiri ta’ prodotti difettużi. Bħala konsekwenza ta' dan, numru sostanzjali ta' konsumaturi jippreferu li jixtru lokalment anke jekk ifisser li jkollhom inqas għażla jew iħallsu prezzijiet ogħla. | (4) Meta l-korp stabbilit ta’ dritt Ewropew tal-konsumatur jiġi aġġornat f’dak li għandu x’jaqsam mal-obbligu bil-liġi marbut mal-garanzija tal-konformità, is-servizzi relattivi u l-kontenut diġitali, jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Barra minn hekk, dawk il-konsumaturi li jixtiequ jibbenefikaw minn differenzi fil-prezzijiet bejn l-Istati Membri billi jixtru mingħand kummerċjant minn Stat Membru ieħor huma spiss imxekkla minħabba li l-kummerċjant jirrifjuta li jbiegħ. Filwaqt li l-kummerċ elettroniku ffaċilita bil-kbir it-tfittxija għal offerti kif ukoll il-paragun tal-prezzijiet u ta' kundizzjonijiet oħra irrispettivament minn fejn ikun stabbilit kummerċjant, l-ordnijiet minn konsumaturi barranin ħafna drabi jiġu miċħuda minn kummerċjanti li joqogħdu lura milli jidħlu fi tranżazzjonijiet transkonfinali. | imħassar |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Għalhekk id-differenzi fil-liġijiet kuntrattwali nazzjonali jikkostitwixxu ostakli li jżommu lill-konsumaturi u lill-kummerċjanti milli jgawdu mill-benefiċċji tas-suq intern. Dawk l-ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali jitnaqqsu sinifikatament jekk il-kuntratti jkunu bbażati fuq sett uniformi wieħed ta' regoli tal-liġi kuntrattwali irrispettivament minn fejn ikunu stabbiliti l-partijiet. Sett uniformi ta' regoli ta' liġi kuntrattwali bħal dan għandu jkopri ċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja ta' kuntratt u għaldaqstant jinkludi l-oqsma li huma l-aktar importanti meta jiġu konklużi l-kuntratti. Għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet kompletament armonizzati li jipproteġu l-konsumaturi. | imħassar |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Id-differenzi bejn il-liġijiet kuntrattwali nazzjonali u l-effett tagħhom fuq il-kummerċ transkonfinali jservu wkoll biex jillimitaw il-kompetizzjoni. B'kummerċ transkonfinali ta' livell baxx, hemm inqas kompetizzjoni, u għaldaqstant inqas inċentivi għall-kummerċjanti biex isiru aktar innovattivi u jtejbu l-kwalità tal-prodotti tagħhom jew biex inaqqsu l-prezzijiet. B’mod partikolari fi Stati Membri iżgħar b’numru limitat ta’ kompetituri domestiċi, id-deċiżjoni tal-kummerċjanti barranin li jżommu lura milli jidħlu f’dawn is-swieq minħabba l-ispejjeż u l-kumplessità tista’ tillimita l-kompetizzjoni, bir-riżultat li jkun hemm impatt sinifikanti fuq l-għażla u l-livelli tal-prezzijiet għall-prodotti disponibbli. Barra minn hekk, l-ostakli għall-kummerċ transkonfinali jistgħu jipperikolaw il-kompetizzjoni bejn l-SME u kumpaniji akbar. Minħabba l-impatt sinifikanti tal-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-fatturat, huwa ħafna aktar probabbli li SME toqgħod lura milli tidħol f’suq barrani milli kompetitur akbar. | imħassar |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Biex jingħelbu dawn l-ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali, il-partijiet għandu jkollhom il-possibbiltà li jaqblu li l-kuntratti tagħhom għandhom jiġu rregolati minn sett uniformi wieħed ta' regoli tal-liġi kuntrattwali bl-istess sinifikat u interpretazzjoni fl-Istati Membri kollha, Liġi Komuni Ewropea Dwar il-Bejgħ. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tirrappreżenta għażla addizzjonali li żżid l-għażla disponibbli għall-partijiet u li tkun miftuħa biex tintuża kull meta titqies b'mod konġunt li tkun ta' għajnuna sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transkonfinali u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u ta' opportunità kif ukoll ostakoli oħra relatati mal-liġi kuntrattwali fir-rigward tal-kummerċ transkonfinali. Ir-Regolament jistabbilixxi Liġi Komuni dwar il-Bejgħ. | imħassar |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Dan ir-Regolament jistabbilixxi Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Din tarmonizza l-liġijiet kuntrattwali tal-Istati Membri mhux billi tirrikjedi emendi fil-liġi kuntrattwali nazzjonali pre-eżistenti, iżda billi toħloq fi ħdan il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru sistema oħra ta' liġi kuntrattwali għall-kuntratti koperti bil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Din it-tieni sistema tkun identika madwar l-UE kollha u se teżisti flimkien mar-regoli pre-eżistenti tal-liġi kuntrattwali nazzjonali. Jekk il-partijiet jaqblu b’mod espliċitu, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tapplika fuq bażi volontarja għal kuntratt transkonfinali. | (9) Din id-Direttiva tagħti ġabra minima ta’ regoli li jikkomponu l-qafas legali għal ċerti aspetti tal-bejgħ tal-beni tal-konsum u l-kontenut diġitali, l-obbligi bil-liġi marbutin mal-garanziji tal-konformità u kuntratti tas-servizzi relatati. Din id-Direttiva għalhekk tarmonizza d-dritt kontrattwali tal-Istati Membri mingħajr ma jkunu prevenuti li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti fl-oqsma armonizzati minn din id-Direttiva ħalli jkun iggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) Fil-każ ta' oġġetti użati, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 1999/44, li l-bejjiegħa jistgħu jnaqqsu l-perjodu ta' garanzija għal sena. Fid-dawl tal-importanza dejjem tikber tas-suq tal-oġġetti użati għall-konsumaturi Ewropej f'dan iż-żmien ta' kriżi ekonomika, kif ukoll fid-dawl tan-neċessità li jiġi promoss konsum aktar sostenibbli, it-tnaqqis tal-garanzija legali għal sena m'għadux ġustifikabbli. Il-perjodu ta' garanzija għal oġġetti użati pjuttost għandu jkun ivvalutat fuq il-bażi tad-definizzjoni tar-rekwiżiti għall-konformità tal-oġġetti jew tal-kontenut diġitali, kif previst f'din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni
Skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 1999/44, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-bejjiegħ ikollu l-permess inaqqas il-perjodu ta' garanzija għal sena. Dan la huwa neċessarju, kif nistgħu naraw mill-Istati Membri li m'għamlux użu minn din l-għażla, u lanqas mixtieq fil-kuntest ta' konsum sostenibbli. Għalhekk din l-għażla regolatorja ma nżammitx f'din id-Direttiva.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 9b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9b) Ir-regoli dwar il-garanziji legali għandhom rwol importanti fil-promozzjoni ta' prodotti sostenibbli u huma ta' relevanza fil-qafas tal-istrateġija tal-UE għal politika integrata dwar il-prodotti. Għall-promozzjoni ta' konsum sostenibbli, il-fiduċja tal-konsumaturi fi prodotti li ġew żviluppati abbażi tal-istandards stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ġuridiċi dwar it-tfassil ekoloġiku tal-prodotti, irid ikun żgurat li l-konsumatur jista' jserraħ fuq il-garanziji ġuridiċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodott li ġie manifatturat skont l-istandards tat-tfassil ekoloġiku tal-prodotti. Dan il-perjodu ta' żmien għandu jiġi stabbilit b'referenza għall-miżuri ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/158/KE, li tesiġi li għandha ssir valutazzjoni tat-tul tal-ħajja mistenni tal-prodott. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Il-ftehim biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkun għażla magħmula fl-ambitu tal-liġi nazzjonali rispettiva li tkun applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008, jew, b'relazzjoni mad-dmirijiet ta’ informazzjoni prekuntrattwali, skont ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali (Regolament (KE) Nru 864/2007), jew kwalunkwe regola rilevanti oħra tal-kunflitt tal-liġijiet. Il-ftehim li tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għalhekk m’għandux jammonta għal, u m'għandux jiġi konfuż ma’, għażla tal-liġi applikabbli skont it-tifsira tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet, u għandu jkun bla ħsara għalihom. Għalhekk dan ir-Regolament ma jaffettwa l-ebda waħda mir-regoli eżistenti tal-kunflitt tal-liġijiet. | imħassar |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tinkludi sett komplut ta' regoli mandatorji kompletament armonizzati dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. B'konformità mal-Artikolu 114(3) tat-Trattat, dawk ir-regoli għandhom jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur bil-ħsieb li tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u għaldaqstant jagħtu inċentiv lill-konsumaturi biex jidħlu f’kuntratti transkonfinali fuq din il-bażi. Ir-regoli għandhom iżommu jew itejbu l-livell ta’ protezzjoni li l-konsumaturi jgawdu taħt il-liġi tal-konsumatur tal-Unjoni. | (11) B'konformità mal-Artikolu 114(3) tat-Trattat, dawk ir-regoli għandhom jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur bil-ħsieb li tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur u għaldaqstant jagħtu inċentiv lill-konsumaturi biex jidħlu f’kuntratti transkonfinali. Ir-regoli għandhom iżommu jew itejbu l-livell eżistenti ta’ protezzjoni li l-konsumaturi jgawdu taħt il-liġi tal-konsumatur tal-Unjoni. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Peress li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tinkludi sett komplut ta' regoli mandatorji kompletament armonizzati dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, meta l-partijiet ikunu għażlu li jużaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, mhux se jkun hemm diskrepanzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam. Konsegwentament, l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008, li huwa bbażat fuq l-eżistenza ta' livelli differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-Istati Membri, ma jista' jkollu l-ebda importanza prattika għall-kwistjonijiet koperti mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. | imħassar |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tkun disponibbli għal kuntratti transkonfinali, għaliex huwa f’dan il-kuntest li d-diskrepanzi bejn il-liġijiet nazzjonali jwasslu għal kumplessità u spejjeż addizzjonali u jiddisswadu lill-partijiet milli jidħlu f’relazzjonijiet kuntrattwali. F'kuntratti bejn negozji n-natura transkonfinali ta’ kuntratt għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tar-residenza abitwali tal-partijiet. F'kuntratt bejn negozju u konsumatur ir-rekwiżit transkonfinali għandu jiġi sodisfatt meta l-indirizz ġenerali indikat mill-konsumatur, l-indirizz għall-kunsinna tal-merkanzija jew l-indirizz fejn jintbagħat il-kont indikat mill-konsumatur ikunu jinsabu fi Stat Membru, iżda barra mill-Istat fejn il-kummerċjant għandu r-residenza abitwali tiegħu. | imħassar |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ m’għandux ikun limitat għal sitwazzjonijiet transkonfinali li jinvolvu Stati Membri biss, iżda għandu jkun disponibbli wkoll biex jiffaċilita l-kummerċ bejn Stati Membri u pajjiżi terzi. Meta jkunu involuti konsumaturi minn pajjiżi terzi, il-ftehim li tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, li jimplika l-għażla ta’ liġi barranija għalihom, għandu jkun suġġett għar-regoli applikabbli tal-kunflitt tal-liġijiet. | imħassar |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) I-użu ta' kuntratt uniformi wieħed għat-tranżazzjonijiet kollha tagħhom jista' wkoll ikun ta' għajnuna għall-kummerċjanti li jieħdu sehem fi tranżazzjonijiet kummerċjali li huma purament domestiċi jew transkonfinali. Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu li jagħmlu l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ disponibbli wkoll għall-partijiet biex jużawha f'ambjent kompletament domestiku. | imħassar |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tkun disponibbli b’mod partikolari għall-bejgħ ta’ merkanzija mobbli, inkluża l-manifattura jew il-produzzjoni ta' merkanzija bħal din, peress li dan huwa t-tip ta’ kuntratt li ekonomikament huwa l-aktar wieħed importanti li jista’ jippreżenta potenzjal partikolari għat-tkabbir fil-kummerċ transkonfinali, speċjalment fil-kummerċ elettroniku. | imħassar |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Sabiex jirrifletti l-importanza dejjem tikber tal-ekonomija diġitali, il-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkopri wkoll il-kuntratti għall-fornitura ta' kontenut diġitali. It-trasferiment tal-kontenut diġitali biex jiġi maħżun, għall-ipproċessar jew l-aċċess, u għall-użu ripetut, bħal meta tniżżel il-mużika, qiegħed jikber malajr u għandu potenzjal kbir għal tkabbir ulterjuri iżda għad hemm grad konsiderevoli ta’ diversità u inċertezza legali. Għalhekk il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tkopri l-fornitura tal-kontenut diġitali, irrispettivament minn jekk il-kontenut jiġix fornit jew le b'mezz tanġibbli. | (17) Sabiex jirrifletti l-importanza dejjem tikber tal-ekonomija diġitali, il-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkopri wkoll il-kuntratti għall-fornitura ta' kontenut diġitali. It-trasferiment tal-kontenut diġitali biex jiġi maħżun, għall-ipproċessar jew l-aċċess, u għall-użu ripetut, bħal meta tniżżel il-mużika, qiegħed jikber malajr u għandu potenzjal kbir għal tkabbir ulterjuri iżda għad hemm grad konsiderevoli ta’ diversità u inċertezza legali. Għalhekk din id-Direttiva għandha tkopri l-fornitura tal-kontenut diġitali, irrispettivament minn jekk il-kontenut jiġix fornit jew le b'mezz tanġibbli. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Il-kontenut diġitali ħafna drabi ma jkunx fornit inkambju għal prezz iżda flimkien ma’ merkanzija jew servizzi mħallsa separatament, li jinvolvu korrispettiv mhux monetarju bħall-għoti ta’ aċċess għal data personali jew aċċess mingħajr ħlas fil-kuntest ta’ strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq il-bażi tal-aspettativa li l-konsumatur jixtri prodotti ta’ kontenut diġitali addizzjonali jew aktar sofistikati fi stadju ulterjuri. Fid-dawl ta’ din l-istruttura speċifika tas-suq u tal-fatt li d-difetti tal-kontenut diġitali pprovduti jistgħu jikkawżaw dannu għall-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi irrispettivament mill-kundizzjonijiet li taħthom tkun ġiet ipprovduta, id-disponibbiltà tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ m’għandhiex tiddependi fuq jekk il-prezz jitħallasx għall-kontenut diġitali speċifiku inkwistjoni jew le. | (18) Il-kontenut diġitali ħafna drabi ma jkunx fornit inkambju għal prezz iżda flimkien ma’ merkanzija jew servizzi mħallsa separatament, li jinvolvu korrispettiv mhux monetarju bħall-għoti ta’ aċċess għal data personali jew aċċess mingħajr ħlas fil-kuntest ta’ strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq il-bażi tal-aspettativa li l-konsumatur jixtri prodotti ta’ kontenut diġitali addizzjonali jew aktar sofistikati fi stadju ulterjuri. Fid-dawl ta’ din l-istruttura speċifika tas-suq u tal-fatt li d-difetti tal-kontenut diġitali pprovduti jistgħu jikkawżaw dannu għall-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi irrispettivament mill-kundizzjonijiet li taħthom tkun ġiet ipprovduta, il-protezzjoni għall-konsumatur li tkun assigurata b'din id-Direttiva m’għandhiex tiddependi fuq jekk il-prezz jitħallasx għall-kontenut diġitali speċifiku inkwistjoni jew le. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (18a) Filwaqt li d-Direttiva 2011/83/UE tippreskrivi d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment tar-riskju f’dak li għandu x’jaqsam mal-merkanzija, jibqa’ neċessarju li dawn id-dispożizzjonijiet ikunu kkomplementati b’dispożizzjonijiet simili dwar il-kontenut diġitali wkoll u fil-proċess jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawk il-prodotti. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Bil-għan li jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-kamp ta' applikazzjoni materjali tagħha għandu jinkludi wkoll ċerti servizzi pprovduti mill-bejjiegħ li huma direttament u strettament marbuta ma’ merkanzija jew kontenut diġitali speċifiku forniti fuq il-bażi tal-Liġi Komuni dwar il-Bejgħ, u fil-prattika bosta drabi ikunu kkumbinati flimkien fl-istess kuntratt jew f'kuntratt relatat, b'mod speċjali tiswija, manutenzjoni jew installazzjoni tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali. | (19) Bil-għan li jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-aġġornament tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-obbligu legali marbut mal-garanzija tal-konformità, il-kamp ta' applikazzjoni materjali ta’ din id-Direttiva għandu jinkludi wkoll ċerti servizzi li huma direttament u strettament marbuta ma’ merkanzija jew kontenut diġitali speċifiku u fil-prattika bosta drabi ikunu kkumbinati flimkien fl-istess kuntratt jew f'kuntratt relatat |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għall-Unjoni Ewropea m’għandhiex tkopri kwalunkwe kuntratti relatati li bihom ix-xerrej jakkwista merkanzija jew jingħata servizz, minn parti terza. Dan ma jkunx xieraq peress li l-parti terza ma tkunx parti fil-ftehim bejn il-partijiet kontraenti biex jużaw ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Kuntratt relatat ma’ parti terza għandu jkun regolat mil-liġi nazzjonali rispettiva li tkun applikabbli skont ir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (KE) Nru 864/2007 jew kwalunkwe regola oħra tal-kunflitt tal-liġijiet. | (20) Jekk kemm-il darba servizz jew kontenut diġitali relatat ikkonċernat ma jkunx jikkonforma mal-kuntratt, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu minn rimedji varji ggarantiti lilhom minn din id-Direttiva. Il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati jirrikjedu lill-kummerċjanti jirrimedjaw in-nuqqas ta’ konformità permezz ta’ ċerti azzjonijiet, li jistgħu jieħdu l-forma ta’ tiswija jew sostituzzjoni, riduzzjoni fil-prezz tal-bejgħ, il-konsumatur innifsu ma jimxix mal-kuntratt, irtirar mill-kuntratt, jew danni. Għandu jkun possibbli, fejn ikun xieraq, li xi wħud minn dawn ir-rimedji jiġu kkombinati flimkien. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20a) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li r-rimborż lill-konsumatur jista’ jitnaqqas biex jittieħed kont tal-użu li kellu l-konsumatur tal-merkanzija jew il-kontenut diġitali minbarra jekk it-terminazzjoni ssir fi żmien sitt xhur wara li r-riskju jkun għadda għall-konsumatur u sakemm ikun inekwu li l-konsumatur jiġi permess l-użu b’xejn tal-merkanzija jew kontenut diġitali wara dak il-perjodu ta’ żmien, filwaqt li jittieħed kont tan-natura u l-ammont tal-użu u d-disponibbiltà ta’ rimedji oħra minbarra t-terminazzjoni. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Sabiex jiġu indirizzati l-problemi eżistenti tas-suq intern u tal-kompetizzjoni b’mod immirat u proporzjonat, il-kamp ta' applikazzjoni personali tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jiffoka fuq partijiet li bħalissa huma dissważi milli jagħmlu negozju barra mill-pajjiż minħabba d-diverġenza ta’ liġijiet kuntrattwali nazzjonali bil-konsegwenza ta’ impatt negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ transkonfinali. Għalhekk dan għandu jkopri t-tranżazzjonijiet kollha bejn negozju u konsumatur u l-kuntratti bejn il-kummerċjanti fejn mill-inqas wieħed mill-partijiet ikun SME fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361 tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Madankollu, dan għandu mingħajr ħsara għall-possibbiltà tal-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tagħmel il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ disponibbli għal kuntratti bejn kummerċjanti, meta l-ebda wieħed minnhom ma jkun SME. Fi kwalunkwe każ, fit-tranżazzjonaijiet bejn in-negozji, il-kummerċjanti jgawdu bis-sħiħ il-libertà kuntrattwali u huma mħeġġa biex jiġu ispirati mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ fl-abbozzar tal-kundizzjonijiet kuntrattwali tagħhom. | imħassar |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Il-ftehim tal-partijiet f'kuntratt huwa indispensabbli għall-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Dan il-ftehim għandu jkun suġġett għal rekwiżiti stretti fit-tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur. Peress li, fil-prattika, normalment huwa l-kummerċjant li jipproponi l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-konsumaturi jridu jkunu kompletament konxji tal-fatt li huma jaqblu li jużaw regoli li huma differenti minn dawk tal-liġi nazzjonali pre-eżistenti tagħhom. Għalhekk, il-kunsens tal-konsumatur biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkun ammissibbli biss fl-għamla ta’ dikjarazzjoni espliċita separata mid-dikjarazzjoni li tindika l-ftehim għall-konklużjoni tal-kuntratt. Għalhekk m’għandux ikun possibbli li l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ikun offrut bħala kundizzjoni tal-kuntratt li għandu jiġi konkluż, b’mod partikolari bħala element tal-pattijiet u l-kundizzjonijiet standard tal-kummerċjant. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur konferma tal-ftehim biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ fuq mezz li jservi fit-tul. | imħassar |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(23) Minbarra li jkun għażla konxja, il-kunsens ta’ konsumatur għall-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkun għażla infurmata. Il-kummerċjant għalhekk m’għandux biss jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur għall-użu maħsub tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, iżda għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar in-natura u l-karatteristiċi ewlenin tagħha. Sabiex jiffaċilitaw dan il-kompitu għall-kummerċjanti, u b’hekk jiġu evitati piżijiet amministrattivi bla bżonn, u biex tkun żgurata konsistenza fil-livell u fil-kwalità tal-informazzjoni kkomunikata lill-konsumaturi, il-kummerċjanti għandhom ifornu lill-konsumatur bl-avviż ta’ informazzjoni standard previst f'dan ir-Regolament u għalhekk faċilment disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Meta ma jkunx possibbli li l-konsumatur jiġi pprovdut bl-avviż ta’ informazzjoni, pereżempju fil-kuntest ta’ telefonata, jew meta il-kummerċjant ikun naqas li jipprovdi l-avviż ta' informazzjoni, il-ftehim li tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ m’għandux ikun vinkolanti fuq il-konsumatur sakemm ma l-konsumatur ikun irċieva l-avviż ta’ informazzjoni flimkien mal-konferma tal-ftehim u sussegwentement ikun esprima l-kunsens. | imħassar |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Sabiex tiġi evitata applikazzjoni selettiva ta’ ċerti elementi tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, li jistgħu jtellfu l-bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet u jaffettwaw ħażin il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-għażla għandha tkopri l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ fl-intier tagħha u mhux biss ċerti partijiet minnha. | imħassar |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 25
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(25) Fil-każ li kieku tapplika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kuntratti għall-Bejgħ Internazzjonali ta’ Merkanzija għall-kuntratt inkwistjoni, l-għażla tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha timplika ftehim tal-partijiet kontraenti biex jeskludu dik il-Konvenzjoni. | imħassar |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandhom ikopru l-kwistjonijiet tal-liġi kuntrattwali li huma ta’ rilevanza prattika matul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tipi ta’ kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni materjali u personali, b’mod partikolari dawk li jkunu saru onlajn. Apparti d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet u r-rimedji għan-nuqqas ta’ twettiq, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha għalhekk tirregola d-dmirijiet ta’ informazzjoni prekuntrattwali, il-konklużjoni ta’ kuntratt inklużi r-rekwiżiti formali, id-dritt għall-irtirar u l-konsegwenzi tiegħu, l-annullament tal-kuntratt li jirriżulta minn żball, frodi, theddid jew sfruttament inġust u l-konsegwenzi ta’ tali annullament, l-interpretazzjoni, il-kontenut u l-effetti ta’ kuntratt, il-valutazzjoni u l-konsegwenzi ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti, ir-restituzzjoni wara l-annullament u t-terminazzjoni u l-preskrizzjoni u l-preklużjoni tad-drittijiet. Għandha tiddetermina s-sanzjonijiet disponibbli fil-każ tal-ksur tal-obbligi u d-dmirijiet kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħha. | imħassar |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(27) Il-kwistjonijiet kollha ta’ natura kuntrattwali jew mhux kuntrattwali li mhumiex indirizzati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ huma rregolati mir-regoli tal-liġi nazzjonali pre-eżistenti barra mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li hija applikabbli skont ir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (KE) Nru 864/2007 jew kwalunkwe regola rilevanti oħra tal-kunflitt tal-liġijiet. Dawn il-kwistjonijiet jinkludu l-personalità ġuridika, l-invalidità ta’ kuntratt li tirriżulta minn nuqqas ta’ kapaċità, l-illegalità jew l-immoralità, id-determinazzjoni tal-lingwa tal-kuntratt, il-kwistjonijiet ta’ non-diskriminazzjoni, ir-rappreżentanza, il-pluralità ta’ debituri u kredituri, it-tibdil tal-partijiet inkluża assenjazzjoni, tpaċija u għaqda, il-liġi tal-proprjetà inkluż it-trasferiment tal-proprjetà, il-liġi tal-proprjetà intellettwali u l-liġi tad-delitti. Barra minn hekk, il-kwistjoni dwar jekk pretensjonijiet ta' responsabbiltà kontrattwali u mhux kuntrattwali li jeżistu fl-istess ħin jistgħux jitressqu flimkien taqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. | (27) Il-kwistjonijiet kollha ta’ natura kuntrattwali jew mhux kuntrattwali li mhumiex indirizzati f’din id-Direttiva huma rregolati mir-regoli tal-liġi nazzjonali pre-eżistenti. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ m'għandhiex tirregola kwistjonijiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-liġi kuntrattwali. Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għal-liġi tal-Unjoni jew għal-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet bħal dawn. Pereżempju, id-dmirijiet ta’ informazzjoni li huma imposti għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà jew għal raġunijiet ambjentali għandhom jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara wkoll għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern. | imħassar |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(29) Ladarba jintlaħaq ftehim validu fuq l-applikazzjoni tagħha, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ biss għandha tirregola l-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandhom jiġu interpretati b'mod awtonomu skont il-prinċipji stabbiliti dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-kwistjonijiet li jirrigwardaw affarijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li mhumiex determinati espressament minnha għandhom jiġu riżolti biss bl-interpretazzjoni tar-regoli tagħha mingħajr rikors għal kwalunkwe liġi oħra. Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandhom jiġu interpretati fuq il-bażi tal-prinċipji u l-objettivi sottostanti u tad-dispożizzjonijiet kollha tagħha. | imħassar |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Il-libertà kuntrattwali għandha tkun il-prinċipju ta’ gwida li fuqu tissejjes il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. L-awtonomija tal-partijiet għandha tkun ristretta biss meta jkun indispensabbli u sal-punt meħtieġ, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Meta jkun hemm din il-ħtieġa, in-natura obbligatorja tar-regoli inkwistjoni għandha tkun indikata b’mod ċar. | imħassar |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) Il-prinċipju ta’ bona fidi u negozjar ġust għandhom jipprovdu gwida dwar il-mod li bih il-partijiet għandhom jikkoperaw. Peress li xi regoli jikkostitwixxu manifestazzjonijiet speċifiċi tal-prinċipju ġenerali ta’ bona fidi u negozjar ġust, huma għandhom jieħdu preċedenza fuq il-prinċipju ġenerali. Il-prinċipju ġenerali għalhekk m’għandux jintuża bħala għodda biex jemenda d-drittijiet u l-obbligi speċifiċi tal-partijiet kif stabbilit fir-regoli speċifiċi. Ir-rekwiżiti konkreti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ bona fidi u negozjar ġust għandhom jiddependu, fost affarijiet oħra, fuq il-livell relattiv ta’ kompetenza tal-partijiet u għalhekk għandhom ikunu differenti fi tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur u fi tranżazzjonijiet bejn negozji. Fi tranżazzjonijiet bejn il-kummerċjanti, il-prattika kummerċjali tajba fis-sitwazzjoni speċifika kkonċernata għandha tkun fattur rilevanti f’dan il-kuntest. | imħassar |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha timmira lejn il-preservazzjoni ta’ kuntratt validu kull meta jkun possibbli u xieraq fid-dawl tal-interessi leġittimi tal-partijiet. | imħassar |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tidentifika soluzzjonijiet ibbilanċjati sew li jqisu l-interessi leġittimi tal-partijiet fl-għażla u l-eżerċizzju tar-rimedji disponibbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-kuntratt. F’kuntratti bejn negozju u konsumatur, is-sistema ta’ rimedji għandha tirrifletti l-fatt li n-nuqqas ta’ konformità tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kummerċjant. | imħassar |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 34
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(34) Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali billi l-ġurisprudenza tal-qrati Ewropej u nazzjonali dwar l-interpretazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament isiru aċċessibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni għandha toħloq bażi tad-dejta li tinkludi d-deċiżjonijiet finali rilevanti. Bil-ħsieb li jagħmlu dan il-kompitu possibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali sentenzi nazzjonali jiġu komunikati malajr lill-Kummissjoni. | (34) Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali billi l-ġurisprudenza tal-qrati Ewropej u nazzjonali dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-Direttiva jsiru aċċessibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni għandha toħloq bażi tad-dejta li tinkludi d-deċiżjonijiet finali rilevanti. Bil-ħsieb li jagħmlu dan il-kompitu possibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali sentenzi nazzjonali jiġu komunikati malajr lill-Kummissjoni. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) Huwa tajjeb li ssir reviżjoni tal-funzjonament tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament wara seba' snin ta' operat. L-analiżi għandha tqis fost affarijiet oħrajn, il-ħtieġa biex jiġi estiż aktar il-kamp ta' applikazzjoni fir-rigward tal-kuntratti bejn in-negozji, l-iżviluppi tas-suq u l-iżviluppi teknoloġiċi fir-rigward tal-kontenut diġitali u l-iżviluppi tal-acquis tal-Unjoni fil-futur. | imħassar |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 36
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(36) Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern billi jagħmel disponibbli sett uniformi ta’ regoli tal-liġi kuntrattwali li jistgħu jintużaw għal tranżazzjonijiet transkonfinali madwar l-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan. | (36) Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern bl-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-obbligu marbut mal-garanzija tal-konformità b’rabta mal-kuntratti ta’ bejgħ, servizzi relatati u l-kontenut diġitali, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn min dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(37) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u speċifikament l-Artikoli 16, 38 u 47 tagħha, | (37) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 37a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (37a) Bil-ħsieb li jiġu evitati duplikazzjonijiet u sabiex tiġi kkumplimentata l-liġi tal-Unjoni eżistenti, din id-Direttiva għandha tqis il-prinċipji tad-Direttiva 2011/83/UE li armonizzaw ir-regoli għal kuntratti mill-bogħod u kuntratti barra mill-post tan-negozju, bħall-informazzjoni prekuntrattwali, ir-rekwiżiti formali, id-dritt ta' rtirar, il-fornitura, it-trasferiment tar-riskju u l-mezzi ta' pagament. Dan għandu jagħti qafas ġuridiku f’saħħtu ta’ regoli Ewropej għan-negozji li jbigħu l-beni jew il-kontenut diġitali lill-konsumaturi fl-Unjoni kollha. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 37b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (37b) Wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' ħidma, magħmul fil-maġġorparti mill-gruppi li jirrappreżentaw il-konsumaturi u n-negozji u appoġġat mill-akkademiċi u l-utenti, sabiex jiġu żviluppati termini standard tal-liġi kuntrattwali għall- kuntratti tal-konsumaturi fil-każ ta' tranżazzjonijiet onlajn, abbażi tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-acquis tal-konsumaturi, b'mod partikolari d-Direttiva 2011/83/UE. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern billi jagħmel disponibbli sett uniformi ta’ regoli tal-liġi kuntrattwali kif stabbilit fl-Anness I (‘il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ’). Dawn ir-regoli jistgħu jintużaw fi tranżazzjonijiet transkonfinali għall-bejgħ ta’ merkanzija, għall-fornitura ta' kontenut diġitali u għal servizzi relatati fejn il-partijiet f'kuntratt jaqblu dwar l-użu tagħhom. | 1. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern billi jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur li jqis it-teknoloġiji l-ġodda wkoll, bl-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri għar-rigward ta' ċerti aspetti tal-obbligu marbut mal-garanzija tal-konformità, servizzi relatati u kontenut diġitali b’rabta mal-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-kummerċjanti. |
Ġustifikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tinbidel f’direttiva dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-obbligu marbut mal-garanzija ta’ konformità b’rabta mal-kuntratti ta’ bejgħ, servizzi relattivi u kontenut diġitali. F’termini ta’ sostanza, dan hu twessigħ tad-Direttiva 2011/83/UE. Fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, dawk il-materji ġa rregolati fid-Direttiva 2011/83/UE ma għandhomx jiġu indirizzati minn dan it-test.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Dan ir-Regolament jippermetti lill-kummerċjanti li jistrieħu fuq sett komuni ta’ regoli u jużaw l-istess kundizzjonijiet kuntrattwali għat-tranżazzjonijiet transkonfinali tagħhom kollha u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż mhux meħtieġa filwaqt li jingħata livell għoli ta’ ċertezza legali. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din id-direttiva għandha tiġi strutturata kif ġej:
Kapitolu 1: Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Kapitolu 2: Konformità u r-remedji għall-konsumatur
Kapitolu 3: Il-garanziji kummerċjali
Kapitolu 4: Servizzi relatati
Kapitolu 5: Dispożizzjonijiet ġenerali
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fir-rigward ta’ kuntratti bejn kummerċjanti u konsumaturi, dan ir-Regolament jinkludi sett komprensiv ta’ regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur fis-suq intern filwaqt li l-konsumaturi jitħeġġew jagħmlu xiri transkonfinali. | 3. Din id-Direttiva tinkludi sett komprensiv ta’ regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur fis-suq intern filwaqt li l-konsumaturi jitħeġġew jagħmlu xiri transkonfinali. |
| 3a. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew idaħħlu liġijiet nazzjonali li jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur li jitbiegħdu mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. |
| 3b. Jekk Stat Membru wieħed jew aktar jagħmlu użu mill-possibilità skont il-paragrafu 3a, id-dispożizzjonijiet relevanti għandhom ikunu konformi mat-Trattati u nnotifikati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni sussegwentement tiżgura li dik l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost l-oħrajn fuq sit elettroniku apposta. |
| 3c. It-tgawdija ta’ drittijiet nazzjonali oħrajn rigward l-obbligi kutrattwali u mhux kuntrattwali tal-kummerċjanti għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-konsumatur kif armonizzati minn din id-Direttiva. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) ‘bona fidi u negozjar ġust’ tfisser standard ta’ mġiba kkaratterizzat minn onestà, trasparenza u kunsiderazzjoni għall-interessi tal-parti l-oħra fit-tranżazzjoni jew għar-relazzjoni inkwistjoni; | imħassar |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) ‘telf’ tfisser telf ekonomiku u telf mhux ekonomiku fil-forma ta’ uġigħ u tbatija, esklużi forom oħra ta’ telf mhux ekonomiku bħall-indeboliment tal-kwalità tal-ħajja u telf ta’ tgawdija; | imħassar |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) ‘kundizzjonijiet kuntrattwali standard’ tfisser kundizzjonijiet kuntrattwali li ġew abbozzati minn qabel għal diversi tranżazzjonijiet li jinvolvu lil partijiet differenti, u li ma ġewx innegozjati individwalment mill-partijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ; | imħassar |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) ‘kummerċjant’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa, jew il-professjoni ta’ dik il-persuna; | (e) ‘kummerċjant’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, irrispettivament mill-fatt jekk din tal-aħħar hijiex ta' natura privata jew pubblika, li tinnegozja hi stess jew permezz ta' persuna fiżika jew ġuridika oħra li taġixxi f'isimha jew fuq mandat tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa, jew il-professjoni ta’ dik il-persuna; |
Ġustifikazzjoni
Din id-definizzjoni tikkorrispondi mad-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur, b'mod partikolari dak li jikkonċerna l-attività ta' partijiet terzi f'isem jew fuq mandat tal-kummerċjant.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) ‘konsumatur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa, jew il-professjoni ta’ dik il-persuna; | (f) ‘konsumatur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha; |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni għandu jkollha l-istess formolazzjoni bħad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) “merkanzija” tfisser kwalunkwe beni mobbli korporali; dan jeskludi: | (h) ‘merkanzija’ tfisser kwalunkwe beni mobbli korporali bl-eċċezzjoni tal-oġġetti mibjugħa permezz ta' eżekuzzjoni jew b'mod ieħor bl-awtorità tal-liġi; l-ilma, il-gass u l-elettriku jiġu kkunsidrati bħala merkanzija jekk jitpoġġew għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità stabbilita; |
i) elettriku u gass naturali; kif ukoll u |
|
ii) ilma u tipi oħrajn ta' gass sakemm ma jitpoġġewx għall-bejgħ f'volum limitat jew kwantità stabbilita; |
|
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni għandu jkollha l-istess formolazzjoni bħad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, speċjalment fir-rigward tas-sekwenza tal-oġġetti msemmija.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt j – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(j) ‘kontenut diġitali’ tfisser dejta li tiġi prodotta u fornuta f’forma diġitali, kemm jekk skont l-ispeċifikazzjonijiet tax-xerrej kif ukoll jekk le; huma inklużi, vidjow, awdjo, stampi jew kontenut diġitali bil-miktub, logħob diġitali, softwer u kontenut diġitali li permezz tiegħu tkun possibbli l-personalizzazzjoni ta’ ħardwer jew softwer eżistenti; dan jeskludi: | (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt j – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(j) ‘kontenut diġitali’ tfisser dejta li tiġi prodotta u fornuta f’forma diġitali, kemm jekk skont l-ispeċifikazzjonijiet tax-xerrej kif ukoll jekk le; huma inklużi, vidjow, awdjo, stampi jew kontenut diġitali bil-miktub, logħob diġitali, softwer u kontenut diġitali li permezz tiegħu tkun possibbli l-personalizzazzjoni ta’ ħardwer jew softwer eżistenti; dan jeskludi: | (j) ‘kontenut diġitali’ tfisser dejta li tiġi prodotta u fornuta f’forma diġitali, kemm jekk skont l-ispeċifikazzjonijiet tax-xerrej kif ukoll jekk le, irrispettivament minn jekk id-dejta jkun hemm aċċess għaliha bit-tniżżil u bl-istreaming, minn mezz tanġibbli jew minn mezz ieħor, bi ħlas jew għal korrispettiv mhux pekunjarju, bħalma hu li d-dejta personali tal-konsumatur issir disponibbli; huma inklużi, vidjow, awdjo, stampi jew kontenut diġitali bil-miktub, logħob diġitali, softwer u kontenut diġitali li permezz tiegħu tkun possibbli l-personalizzazzjoni ta’ ħardwer jew softwer eżistenti; dan jeskludi: |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni tal-kontenut diġitali għandha titwessa’ ħalli tinkludi l-kontenut diġitali bla ħlas.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 2 - punt j - punt iv
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(iv) servizzi u netwerks ta’ komunikazzjoni elettroniċi, u faċilitajiet u servizzi assoċjati: | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din l-esklużjoni mid-definizzjoni ta’ ‘kontenut diġitali’ ma hijiex neċessarja u lanqas ma hi prevista fid-Direttiva 2011/83/UE. Għandha għalhekk tkun eskluża ħalli l-kamp ta’ applikazzjoni taż-żewġ direttivi jibqa’ konsistenti.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt k
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(k) ‘kuntratt ta’ bejgħ’ tfisser kwalunkwe kuntratt li fih il-kummerċjant (‘il-bejjiegħ’) jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà tal-merkanzija lil persuna oħra (‘ix-xerrej’), u x-xerrej iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz; dan jinkludi kuntratt għall-fornitura ta’ merkanzija li għandha tiġi manifatturata jew prodotta u jeskludi kuntratti ta’ bejgħ furzat jew li jinvolvu b’mod ieħor l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika; | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Diġà rregolat bid-Direttiva 2011/83/UE.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt m – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(m) ‘servizz relatat’ tfisser kwalunkwe servizz relatat ma’ merkanzija jew kontenut diġitali, bħall-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-tiswija jew kwalunkwe pproċessar ieħor, ipprovdut mill-bejjiegħ tal-merkanzija jew mill-fornitur tal-kontenut diġitali taħt il-kuntratt ta’ bejgħ, il-kuntratt ta’ fornitura ta’ kontenut diġitali jew kuntratt ta’ servizzi relatati separat li ġie konkluż fl-istess ħin mal-kuntratt ta’ bejgħ jew il-kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali; dan jeskludi: | (m) ‘servizz relatat’ tfisser kwalunkwe servizz relatat ma’ merkanzija jew kontenut diġitali, bħall-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-tiswija jew kwalunkwe pproċessar ieħor, ipprovdut mill-bejjiegħ tal-merkanzija jew mill-fornitur tal-kontenut diġitali taħt il-kuntratt ta’ bejgħ, il-kuntratt ta’ fornitura ta’ kontenut diġitali jew kuntratt ta’ servizzi relatati separat li ġie konkluż fl-istess ħin jew b’rabta mal-kuntratt ta’ bejgħ jew il-kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali; dan jeskludi: |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt m – punt ii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(ii) servizzi ta’ taħriġ, | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Is-servizzi ta’ taħriġ għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva billi huma fatturi importanti fix-xiri ta’ beni jew kontenut diġitali, bħalma hu programm tal-kompjuter.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt n
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(n) ‘fornitur ta’ servizzi’ tfisser kwalunkwe bejjiegħ ta' merkanzija jew fornitur ta’ kontenut diġitali li jimpenja ruħu li jipprovdi lil konsumatur b’servizz relatat ma’ dik il-merkanzija jew dak il-kontenut diġitali; | (n) ‘fornitur ta’ servizzi’ tfisser kummerċjant li jimpenja ruħu li jipprovdi servizz relatat; |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt o
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(o) ‘klijent’ tfisser kwalunkwe persuna li tixtri servizz relatat; | imħassar |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt p
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(p) ‘'kuntratt mill-bogħod’ tfisser kwalunkwe kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur taħt skema organizzata ta’ bejgħ mill-bogħod li jiġi konkluż mingħajr il-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant jew, f’każ li l-kummerċjant ikun persuna ġuridika, persuna fiżika li tirrappreżenta lill-kummerċjant u l-konsumatur, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni mill-bogħod saż-żmien meta jiġi konkluż il-kuntratt u inkluż iż-żmien li fih jiġi konkluż; | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Diġà rregolat bid-Direttiva 2011/83/UE.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt q
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(q) ‘kuntratt barra mill-post tan-negozju' tfisser kwalunkwe kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur: | imħassar |
(i) li ġie konkluż fil-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant jew, fejn il-kummerċjant ikun persuna ġuridika, persuna fiżika li tirrappreżenta lill-kummerċjant u l-konsumatur f’post li mhuwiex il-post tan-negozju tal-kummerċjant, jew li ġie konkluż fuq il-bażi ta’ offerta li saret mill-konsumatur fl-istess ċirkustanzi; or |
|
(ii) li ġie konkluż fil-post tan-negozju tal-kummerċjant jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod wara li l-konsumatur kien intbagħat personalment u individwalment f’post li mhuwiex il-post tan-negozju tal-kummerċjant fil-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant jew, fejn il-kummerċjant ikun persuna ġuridika, persuna fiżika li tirrappreżenta lill-kummerċjant u lill-konsumatur; or |
|
(iii) li ġie konkluż waqt eskursjoni organizzata minn kummerċjant jew, fejn il-kummerċjant ikun persuna ġuridika, persuna fiżika li tirrappreżenta lill-kummerċjant bil-għan jew bl-effett li tiġi promossa u tinbiegħ merkanzija jew jiġu fornuti kontenut diġitali jew servizzi relatati lill-konsumatur; |
|
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt r
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(r) ‘post tan-negozju’ tfisser: | imħassar |
(i) kwalunkwe post immobbli għal bejgħ bl-imnut fejn kummerċjant iwettaq attività fuq bażi permanenti, jew |
|
(ii) kwalunkwe post mobbli għal bejgħ bl-imnut fejn kummerċjant iwettaq attività fuq bażi regolari; |
|
Ġustifikazzjoni
Diġà rregolat bid-Direttiva 2011/83/UE.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt s
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(s) ‘garanzija kummerċjali’ tfisser kwalunkwe impenn minn kummerċjant jew produttur lill-konsumatur, minbarra l-obbligi legali tiegħu taħt Artikolu 106 fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità li jirrimborsa l-prezz imħallas jew jibdel, isewwi jew jagħmel manutenzjoni fuq il-merkanzija jew kontenut diġitali fi kwalunkwe mod jekk dawn ma jkunux jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet jew kwalunkwe rekwiżit ieħor li ma jkunux relatati mal-konformità stabbilita fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar rilevanti disponibbli fi żmien il-kuntratt jew, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt; | (s) ‘garanzija kummerċjali’ tfisser kwalunkwe impenn minn kummerċjant jew produttur (il-"garanti") lill-konsumatur, minbarra l-obbligu tal-liġi tiegħu dwar il-garanzija ta' konformità, li jirrimborsa l-prezz imħallas jew jibdel, isewwi jew jagħmel manutenzjoni fuq il-merkanzija jew kontenut diġitali fi kwalunkwe mod jekk dawn ma jkunux jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet jew kwalunkwe rekwiżit ieħor li ma jkunux relatati mal-konformità stabbilita fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar rilevanti disponibbli fi żmien il-kuntratt jew, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt; |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni għandu jkollha l-istess formolazzjoni bħal tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt sa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (sa) ‘tiswija’ tfisser ir-rimedju tan-nuqqas ta’ konformità tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali; |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt sb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (sb) ‘manifattur’ tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li timmanifattura jew tordna l-manifattura ta’ merkanzija jew kontenut diġitali fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe persuna oħra li tippreżenta ruħha bħala manifattur billi tpoġġi isimha, it-trejdmark jew simbolu distintiv ieħor fuq il-merkanzija jew il-kontenut diġitali; |
Ġustifikazzjoni
Definizzjoni mid-Direttiva dwar Oġġetti tal-Konsum 1999/44/KE.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt t
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(t) ‘mezz li jservi fit-tul’ tfisser kwalunkwe mezz li jippermetti lil parti taħżen informazzjoni indirizzata lil dik il-parti personalment b’mod li tkun aċċessibbli għar-referenza fil-futur għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mingħajr tibdil tal-informazzjoni maħżuna; | (t) ‘mezz li jservi fit-tul’ tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew il-kummerċjant li jaħżen informazzjoni indirizzata lilu b'mod li tkun aċċessibbli għar-referenza fil-futur għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mingħajr tibdil tal-informazzjoni maħżuna; |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni għandu jkollha l-istess formolazzjoni bħad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi. Il-kelma ‘personalment’, madankollu, għandha titħassar, peress li dan jista’ jimplika li l-informazzjoni inkwistjoni għandha dejjem tkun indirizzata lil wieħed mill-partijiet.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt v
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(v) 'regola mandatorja' tfisser kwalunkwe dispożizzjoni li l-partijiet ma jkunux jistgħu jeskludu l-applikazzjoni tagħha, ma jkunux jistgħu jidderogaw minnha u ma jkunux jistgħu jvarjaw l-effett tagħha; | imħassar |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt w
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(w) 'kreditur' tfisser persuna li għandha d-dritt li fil-konfront tagħha jitwettaq obbligu, kemm jekk monetarju u kemm jekk mhux monetarju, minn persuna oħra, id-debitur; | imħassar |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt x
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(x) 'debitur' tfisser persuna li jkollha obbligu, kemm jekk monetarju u kemm jekk mhux monetarju, lejn persuna oħra, il-kreditur. | imħassar |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt ya (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ya) ‘mingħajr ħlas’ tfisser li jkun ħieles mill-ispejjeż neċessarji li jirriżultaw mir-rimedju tan-nuqqas ta’ konformità tal-merkanzija, partikolarment l-ispiża tal-posta, ix-xogħol u l-materjal. |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 3 | imħassar |
Natura fakultattiva tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ |
|
Il-partijiet jistgħu jaqblu li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tirregola l-kuntratti transkonfinali tagħhom għall-bejgħ ta’ merkanzija, għall-fornitura ta' kontenut diġitali u għall-provvista ta' servizzi relatati fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali, materjali u personali kif stipulat fl-Artikoli 4 sa 7. |
|
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 4 | imħassar |
Kuntratti transkonfinali |
|
1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża għal kuntratti transkonfinali. |
|
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, kuntratt bejn il-kummerċjanti huwa kuntratt transkonfinali jekk il-partijiet ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati differenti li mill-inqas wieħed minnhom ikun Stat Membru. |
|
3. Għall-finijiet ta’ din ir-Regolament, kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur huwa kuntratt transkonfinali jekk: |
|
(a) jew l-indirizz indikat mill-konsumatur, l-indirizz għall-kunsinna tal-merkanzija jew l-indirizz fejn jintbagħat il-kont jinsabu fi Stat li ma jkunx l-Istat tar-residenza abitwali tal-kummerċjant; kif ukoll u |
|
(b) mill-inqas wieħed minn dawn l-Istati jkun Stat Membru. |
|
4. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-residenza abitwali ta' kumpanniji u entitajiet oħra, inkorporati jew mhux inkorporati, għandha tkun il-post tal-amministrazzjoni ċentrali. Ir-residenza abitwali ta’ kummerċjant, li huwa persuna fiżika, għandha tkun il-post prinċipali tan-negozju ta’ dik il-persuna. |
|
5. Meta l-kuntratt jiġi konkluż waqt l-operazzjonijiet ta’ fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor ta’ kummerċjant, il-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor ikunu jinsabu għandhom jitqiesu bħala l-post tar-residenza abitwali tal-kummerċjant. |
|
6. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk kuntratt hux kuntratt transkonfinali, iż-żmien rilevanti jkun dak ta' meta jintlaħaq ftehim dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. |
|
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 5 | imħassar |
Kuntratti li għalihom tista' tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ |
|
Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża għal: |
|
(a) kuntratti ta’ bejgħ; |
|
(b) kuntratti għall-fornitura ta' kontenut diġitali kemm jekk mogħti fuq mezz tanġibbli li jista' jiġi maħżun, jiġi pproċessat jew jinkiseb aċċess għalih, u jiġi użat mill-ġdid mill-utent u kemm jekk le, irrispettivament minn jekk il-kontenut diġitali jkunx ingħata inkambju għall-ħlas ta' prezz; |
|
(c) kuntratti ta' servizzi relatati, irrispettivament minn jekk ikunx sar ftehim dwar prezz separat għas-servizz relatat. |
|
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 6 | imħassar |
Esklużjoni ta’ kuntratti bi skop imħallat u kuntratti marbuta ma’ kreditu tal-konsumatur |
|
1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tintuża għal kuntratti bi skop imħallat li jinkludi kwalunkwe element ieħor għajr il-bejgħ ta' merkanzija, il-fornitura ta' kontenut diġitali u l-għoti ta' servizzi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 5. |
|
2. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tintuża għal kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-kummerċjant jagħti jew iwiegħed kreditu lill-konsumatur fil-forma ta' pagament differit, self jew kwalunkwe vantaġġ finanzjarju simili ieħor. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża għal kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-merkanzija, il-kontenut diġitali jew is-servizzi relatati tal-istess tip jiġu forniti fuq bażi kontinwa u l-konsumatur iħallas bin-nifs għal tali merkanzija, kontenut diġitali jew servizzi relatati għall-perjodu ta' żmien kollu li fih ikun għaddejja l-fornitura. |
|
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 7 | imħassar |
Partijiet fil-kuntratt |
|
1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża biss jekk il-bejjiegħ tal-merkanzija jew il-fornitur tal-kontenut diġitali jkun kummerċjant. Fejn il-partijiet kollha f’kuntratt ikunu kummerċjanti, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista’ tintuża jekk mill-inqas waħda minn dawn il-partijiet tkun impriża żgħira jew ta’ daqs medju (‘SME’). |
|
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-SME huwa kummerċjant li |
|
(a) jimpjega inqas minn 250 persuna; kif ukoll u |
|
(b) ikollu fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun jew karta tal-bilanċ totali annwali li ma taqbiżx EUR 43 miljun, jew, fil-każ ta' SME li r-residenza abitwali tagħha tinsab fi Stat Membru li l-munita tiegħu ma tkunx l-ewro jew f’pajjiż terz, l-ammonti ekwivalenti fil-munita ta' dak l-Istat Membru jew pajjiż terz. |
|
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 8 | imħassar |
Ftehim dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ |
|
1. L-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jirrikjedi ftehim bejn il-partijiet f'dan ir-rigward. L-eżistenza tal-ftehim u l-validità tiegħu għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 9, kif ukoll il-Kapitoli u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. |
|
2. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-ftehim dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ikun validu biss jekk il-kunsens tal-konsumatur jingħata permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita li tkun separata mid-dikjarazzjoni li tindika l-ftehim li jiġi konkluż kuntratt. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur konferma ta’ dak il-ftehim fuq mezz li jservi fit-tul. |
|
3. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tintgħażel fuq bażi parzjali, iżda biss fit-totalità tagħha. |
|
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 9 | imħassar |
Avviż ta’ Informazzjoni Standard f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur |
|
1. Minbarra l-obbligi ta' informazzjoni prekuntrattwali stabbiliti fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-kummerċjant għandu jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur dwar il-ħsieb li tiġi applikata l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ qabel il-ftehim billi lill-konsumatur jipprovdilu l-avviż ta' informazzjoni tal-Anness II b'mod prominenti. Fejn il-ftehim li tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jiġi konkluż permezz tat-telefon jew bi kwalunkwe mezz ieħor li ma jippermettix li l-konsumatur jiġi pprovdut bl-avviż ta’ informazzjoni, jew fejn il-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi l-avviz ta' informazzjoni, il-konsumatur ma għandux ikun marbut bil-ftehim sakemm huwa jirċievi l-konferma msemmija fl-Artikolu 8(2) flimkien mal-avviż ta’ informazzjoni u sussegwentement jagħti l-kunsens tiegħu espressament għall-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. |
|
2. L-avviż ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, jekk jingħata f'forma elettronika, għandu jinkludi hyperlink jew, fiċ-ċirkostanzi l-oħrajn kollha, jinkludi indikazzjoni ta' websajt li permezz tagħha t-test tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ikun jista' jinkiseb mingħajr ħlas. |
|
Ġustifikazzjoni
Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni ġa jinsabu fid-Direttiva 2011/83/UE.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 10 | imħassar |
Penali għall-ksur tar-rekwiżiti speċifiċi |
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għall-ksur mill-kummerċjanti, fir-relazzjonijiet mal-konsumaturi, tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Għaldaqstant il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjoanti u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn [sena (1) wara li dan ir-Regolament jiġi applikat] u għandhoom jinnotifikaw kwalunkwe tibdil sussegwenti malajr kemm jista' jkun. |
|
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 11 | imħassar |
Konsegwenzi tal-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ |
|
Fejn il-partijiet ikunu ftiehmu b'mod validu li jużaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għal kuntratt, tkun biss il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li tirregola l-kwistjonijiet indirizzati fir-regoli tagħha. Bil-kundizzjoni li l-kuntratt ikun ġie effettivament konkluż, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tirregola wkoll il-konformità mad-dmirijiet ta’ informazzjoni prekuntrattwali u r-rimedji għal nuqqas ta’ konformità mal-istess dmirijiet. |
|
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 12 | imħassar |
Rekwiżiti ta' informazzjoni li jirriżultaw mid-Direttiva dwar is-servizzi |
|
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-informazzjoni stipulati fil-liġijiet nazzjonali li jdaħħlu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern u li jikkomplimentaw ir-rekwiżiti tal-informazzjoni stipulati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. |
|
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 13 | imħassar |
Alternattivi tal-Istati Membri |
|
Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tkun disponibbli għal: |
|
(a) kuntratti fejn ir-residenza abitwali tal-kummerċjant jew, fil-każ ta' kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, ir-residenza abitwali tal-kummerċjant, l-indirizz indikat mill-konsumatur, l-indirizz tal-kunsinna tal-merkanzija u l-indirizz fejn jintbagħat il-kont, ikunu jinsabu f'dak l-Istat Membru; u/jew |
|
(b) kuntratti fejn il-partijiet kollha jkunu kummerċjanti iżda l-ebda waħda minnhom ma tkun SME skont it-tifisra tal-Artikolu 7(2). |
|
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Komunikazzjoni ta' sentenzi li jinterpretaw dan ir-Regolament | Komunikazzjoni ta' sentenzi li jinterpretaw din id-Direttiva |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sentenzi finali tal-qrati tagħhom li jinterpretaw ir-regoli ta’ dan ir-Regolament jiġu kkomunikati mingħajr dewmien bla bżonn lill-Kummissjoni. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sentenzi finali tal-qrati tagħhom li jinterpretaw ir-regoli ta’ din id-Direttiva jiġu kkomunikati mingħajr dewmien bla bżonn lill-Kummissjoni. |
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 15 | imħassar |
Revizjoni |
|
1. Sa … [erba' (4) snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dwar il-livell ta’ aċċettazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-punt sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħha jkunu taw lok għal litigazzjoni u dwar il-qagħda attwali li tikkonċerna differenzi fil-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur bejn il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u l-liġi nazzjonali. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ġenerali komprensiva tal-ġurisprudenza tal-qrati nazzjonali li tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. |
|
2. Sa … [ħames (5) snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dettaljat li jirrevedi l-operat ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tqis fost affarijiet oħrajn, il-ħtieġa biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni fir-rigward tal-kuntratti bejn in-negozji, l-iżviluppi tas-suq u l-iżviluppi teknoloġiċi fir-rigward tal-kontenut diġitali u l-iżviluppi tal-acquis tal-Unjoni fil-futur. |
|
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin (20) jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | 1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandu japplika minn [sitt (6) xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu]. | imħassar |
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri. | imħassar |
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 16a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 16a |
| Destinatarji |
| Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Emenda 95
Proposta għal regolament
Anness I – Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
LIĠI KOMUNI EWROPEA DWAR IL-BEJGĦ | imħassar |
Emenda 96
Proposta għal regolament
Anness I – Werrej
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 97
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Anness I – Parti II
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 99
Proposta għal regolament
Anness I – Parti III
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 101
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 102
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 103
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Konformità tal-merkanzija u tal-kontenut diġitali | Konformità mal-kuntratt u r-rimedji tal-konsumatur |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 99 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt, il-merkanzija jew il-kontenut diġitali għandhom: | 1. Il-bejjiegħ għandu l-obbligu li jwassal il-merkanzija jew il-kontenut diġitali b'konformità mal-kuntratt. Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt, il-merkanzija jew il-kontenut diġitali għandhom: |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 99 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt, il-merkanzija jew il-kontenut diġitali għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tal-Artikoli 100, 101 u 102, ħlief sa fejn il-partijiet ikunu ftiehmu mod ieħor. | 2. Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt, il-merkanzija jew il-kontenut diġitali għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tal-Artikoli [...] (Kriterji għall-konformità tal-merkanzija u tal-kontenut diġitali; Installazzjoni inkorretta skont kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur). |
Emenda 106
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 99 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur, kwalunkwe ftehim li jidderoga mir-rekwiżiti tal-Artikoli 100, 102 u 103 għad-detriment tal-konsumatur huwa validu biss jekk, fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur kien jaf bil-kundizzjoni speċifika tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali u aċċetta l-merkanzija jew il-kontenut diġitali bħala li kienu konformi mal-kuntratt meta kkonkludih. | 3. Kwalunkwe ftehim li jidderoga mir-rekwiżiti tal-Artikoli [...] (Kriterji għall-konformità tal-merkanzija u tal-kontenut diġitali; installazzjoni ħażina skont kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur) għad-detriment tal-konsumatur huwa validu biss jekk, fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur kien jaf bil-kundizzjoni speċifika tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali u b’mod espliċitu aċċetta l-merkanzija jew il-kontenut diġitali bħala li kienu konformi mal-kuntratt meta kkonkludih. |
Emenda 107
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 99 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. | imħassar |
Emenda 108
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 100 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) ikunu adattati għal kwalunkwe fini partikolari li ġie informat bih il-bejjiegħ fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, ħlief fejn iċ-ċirkustanzi juru li x-xerrej ma ddependix jew li ma kienx raġonevoli li x-xerrej jiddependi fuq il-ħila u l-ġudizzju tal-bejjiegħ; | (a) ikunu adattati għal kwalunkwe fini partikolari li ġie informat bih il-bejjiegħ fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, ħlief fejn il-bejjiegħ juri li jkun ikkoreġa l-adegwatezza għal fini partikolari; |
Ġustifikazzjoni
Huwa aktar xieraq u aktar favorevoli min-naħa tal-konsumatur li l-bejjiegħ ikun obbligat li jikkoreġi b’mod espliċitu opinjoni żbaljata espressa mill-konsumatur dwar l-adegwatezza tal-merkanzija għal fini partikolari.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 100 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
f) ikollhom il-kwalitajiet u l-kapaċitajiet ta’ prestazzjoni indikati fi kwalunkwe dikjarazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti mil-kundizzjonijiet kuntrattwali skont l-Artikolu 69; u | f) ikollhom il-kwalitajiet u l-kapaċitajiet ta’ prestazzjoni indikati fi kwalunkwe dikjarazzjoni prekuntrattwali; u |
Emenda 110
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 100 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
g) jkollhom tali kwalitajiet u kapaċitajiet ta’ prestazzjoni kif ix-xerrej jista’ raġonevolment jistenna. Meta jiġi determinat dak li jista’ jistenna konsumatur mill-kontenut diġitali għandu jiġi kkunsidrat jekk il-kontenut diġitali ġiex ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz jew le. | g) jkollhom tali kwalitajiet u kapaċitajiet ta’ prestazzjoni kif il-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna, inkluż it-tul ta' żmien, l-apparenza u n-nuqqas ta' difetti minuri. Meta jiġi determinat dak li jista’ jistenna konsumatur mill-kontenut diġitali għandu jiġi kkunsidrat jekk il-kontenut diġitali ġiex ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz jew le. |
Emenda 111
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 101 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. | imħassar |
Emenda 112
Proposta għal regolament
Anness I – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 102
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 102 | imħassar |
Drittijiet jew pretensjonijiet ta’ parti terza |
|
1. Il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jridu jkunu ħielsa minn kwalunkwe dritt jew pretensjoni mhux manifestament infondata ta’ parti terza. |
|
2. Fir-rigward tad-drittijiet jew pretensjonijiet ibbażati fuq il-proprjetà intellettwali, mingħajr ħsara għall-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jridu jkunu ħielsa minn kwalunkwe dritt jew pretensjoni mhux manifestament infondata ta’ parti terza: |
|
(a) skont il-liġi tal-Istat fejn il-merkanzija jew il-kontenut diġitali se jintużaw skont il-kuntratt jew, fin-nuqqas ta’ tali ftehim, skont il-liġi tal-Istat tal-post tan-negozju tax-xerrej jew f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur tal-post ta’ residenza tal-konsumatur indikat mill-konsumatur meta ġie konkluż il-kuntratt; kif ukoll u |
|
(b) li l-bejjiegħ kien jaf dwarhom jew jista’ jkun mistenni li kien jaf fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt. |
|
3. F'kuntratti bejn negozji, il-paragrafu 2 ma japplikax fejn ix-xerrej kien jaf jew kien mistenni li jkun jaf dwar id-drittijiet jew pretensjonijiet ibbażati fuq il-proprjetà intellettwali fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt. |
|
4. F'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, il-paragrafu 2 ma japplikax fejn il-konsumatur kien jaf dwar id-drittijiet jew pretensjonijiet ibbażati fuq il-proprjetà intellettwali fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt. |
|
5. F'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. |
|
Emenda 113
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 103
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 103 | imħassar |
Limitazzjoni fuq il-konformità tal-kontenut diġitali |
|
Il-kontenut diġitali ma jitqiesx li ma jikkonformax mal-kuntratt għall-unika raġuni li kontenut diġitali aġġornat sar disponibbli wara l-konklużjoni tal-kuntratt. |
|
Emenda 114
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 104
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 104 | imħassar |
Għarfien tax-xerrej tan-nuqqas ta’ konformità f’kuntratt bejn kummerċjanti |
|
F’kuntratt bejn kummerċjanti, il-bejjiegħ ma huwa responsabbli għall-ebda nuqqas ta’ konformità tal-merkanzija jekk, fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, ix-xerrej kien jaf jew ma setax ma kienx konxju min-nuqqas ta’ konformità. |
|
Emenda 115
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 105 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-bejjiegħ huwa responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li teżisti fiż-żmien meta r-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej taħt il-Kapitolu 14. | 1. Il-bejjiegħ huwa responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li teżisti fiż-żmien meta r-riskju jiġi ttrasferit lill-konsumatur. |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' ċarezza ta' format, l-Artikolu 105 hekk kif emendat għal din id-Direttiva għandu jitqiegħed direttament bejn l-Artikoli 114 u [...] (limiti ta' żmien).
Emenda 116
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 105 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur, kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jsir apparenti fi żmien sitt xhur miż-żmien meta r-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej huwa preżunt li kien jeżisti f’dak iż-żmien sakemm dan ma jkunx inkompatibbli man-natura tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali jew man-natura tan-nuqqas ta’ konformità. | 2. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur jew f'kuntratt għall-fornitura ta' kontenut diġitali, kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jsir apparenti fi żmien sena miż-żmien meta r-riskju jiġi ttrasferit lill-konsumatur huwa preżunt li kien jeżisti f’dak iż-żmien sakemm dan ma jkunx inkompatibbli man-natura tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali jew man-natura tan-nuqqas ta’ konformità. |
Ġustifikazzjoni
It-treġġigħ lura tal-oneru tal-prova attwalment hu ffissat għal sitt xhur fid-Direttiva 1999/44/UE. Fil-prattika, madankollu, difetti li jinqalgħu wara sitt xhur spiss ma jiġux rikonoxxuti, anke jekk il-garanzija tkun għada valida. Il-konsumaturi rarament ikunu kapaċi jippruvaw li d-difetti kienu diġà jeżistu fil-mument ta' akkwist mingħajr ma jkollhom jintużaw rapporti esperti li jiswew ħafna flus. Għalhekk id-data ta' għeluq għandha tiġi mtawla.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 105 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Fejn il-kontenut diġitali għandu jkun sussegwentement aġġornat mill-kummerċjant, il-kummerċjant għandu jiżgura li l-kontenut diġitali jibqa’ konformi mal-kuntratt tul il-kuntratt. | 4. Fejn il-kontenut diġitali għandu jkun sussegwentement aġġornat mill-kummerċjant jew fejn jipprovdi l-komponenti tiegħu b’mod separat, il-kummerċjant għandu jiżgura li l-kontenut diġitali jibqa’ konformi mal-kuntratt tul il-kuntratt. |
Emenda 118
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 10 – Taqsima 3 – Artikolu 105 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. F'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' ċarezza ta' format, l-Artikolu 105 hekk kif emendat għal din id-Direttiva għandu jitqiegħed direttament bejn l-Artikoli 114 u [...] (limiti ta' żmien).
Emenda 119
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11– titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Rimedji tax-xerrej | Rimedji |
Emenda 120
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 3 – Artikolu 106 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mill-bejjiegħ, ix-xerrej jista’ jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji li ġejjin: | 1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li mhuwiex konformi mal-kuntratt mill-bejjiegħ, il-konsumatur jista’ jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni
Ir-regoli dwar ir-rimedji inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni huma stipulati f'livell għoli ta' protezzjoni ta' konsumatur u għaldaqstant għandhom ikunu inkorporati b'mod parzjali f'din id-Direttiva.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 1 – Artikolu 106 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jeżiġi t-twettiq, li jinkludi l-eżekuzzjoni speċifika, it-tiswija jew it-tibdil tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali, skont it-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu; | (a) jeżiġi t-twettiq, li jinkludi l-eżekuzzjoni speċifika, it-tiswija jew it-tibdil tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali; |
Emenda 122
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 1 – Artikolu 106 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) jissospendi t-twettiq tiegħu stess skont it-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu; | (b) jissospendi t-twettiq tiegħu stess; |
Emenda 123
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 1 – Artikolu 106 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) jittermina l-kuntratt skont it-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu u jitlob li jiħallas lura kwalunkwe prezz diġà mħallas, skont il-Kapitolu 17; | (c) jittermina l-kuntratt skont l-Artikolu [...] (terminazzjoni minħabba nuqqas ta’ twettiq) u jitlob li jitħallas lura kwalunkwe prezz diġà mħallas; |
Emenda 124
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 1 – Artikolu 106 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) inaqqas il-prezz skont it-Taqsima 6 ta’ dan il-Kapitolu; u | (d) inaqqas il-prezz; u |
Emenda 125
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 1 – Artikolu 106 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) jitlob id-danni skont il-Kapitolu 16. | (e) jitlob id-danni. |
Emenda 126
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 1 – Artikolu 106 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Jekk ix-xerrej ikun kummerċjant: | 2. F'każ ta' kontenut diġitali li jkun disponibbli mingħajr ħlas, il-konsumatur jista' jagħmel użu ta' rimedji msemmija fil-punti a, b, c u e tal-paragrafu 1. |
(a) (a) id-drittijiet tax-xerrej sabiex jeżerċita kwalunkwe rimedju ħlief is-sospensjoni tat-twettiq huma soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-bejjiegħ kif stabbilit fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu kif ukoll u |
|
(b) id-drittijiet tax-xerrej li jinvoka n-nuqqas ta' konformità huma soġġetti għar-rekwiżiti tal-eżami u tan-notifika stabbiliti fit-Taqsima 7 ta' dan il-Kapitolu. |
|
Ġustifikazzjoni
Id-dejta personali tal-konsumaturi għandha valur ekonomiku. Konsegwentement, id-disponibilità tad-dejta tirrapreżenta sitwazzjoni ta' quid pro quo. Għaldaqstant il-konsumatur għandu jkun intitolat għal rimedji.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 3 – Artikolu 106 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Jekk ix-xerrej ikun konsumatur: (a) id-drittijiet tax-xerrej mhumiex soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-bejjiegħ; kif ukoll u (b) ir-rekwiżiti tal-eżami u tan-notifika stabbiliti fit-Taqsima 7 ta' dan il-Kapitolu ma japplikawx.
| 3. Ir-rimedji li ma jkunux inkompatibbli jistgħu jiġu akkumulati. |
Emenda 128
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 1 – Artikolu 106 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-bejjiegħ ikun skużat, ix-xerrej jista’ jirrikorri għal kwalunkwe wieħed mir-rimedji msemmija fil-paragrafu 1 ħlief li jeżiġi t-twettiq u d-danni. | 4. Id-dritt ta' rikors għal dawn ir-rimedji jiġi ttrasferit lix-xerrej sussegwenti ta' beni jew ta' kontenut diġitali meta dak ix-xerrej ikun konsumatur. |
Ġustifikazzjoni
Għandu jiġi ċċarat li talbiet għal rimedju ma jintilfux wara li jinbidel is-sid iżda jiġu ttrasferiti lix-xerrej ta' wara, sakemm dak ix-xerrej ikun qed jaġixxi bħala konsumatur.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 1 – Artikolu 106 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Ix-xerrej ma jista’ jirrikorri għall-ebda wieħed mir-rimedji msemmija fil-paragrafu 1 sa fejn ix-xerrej ikun ikkawża n-nuqqas ta’ twettiq tal-bejjiegħ. | imħassar |
Emenda 130
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 1 – Artikolu 106 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Ir-rimedji li ma jkunux inkompatibbli jistgħu jiġu akkumulati. | imħassar |
Emenda 131
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 1 – Artikolu 107
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 107 | imħassar |
Limitazzjoni ta’ rimedji għall-kontenut diġitali li ma jkunx ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz |
|
Fejn il-kontenut diġitali ma jkunx ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz, ix-xerrej ma jistax jirrikorri għar-rimedji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 106(1). Ix-xerrej jista’ biss jitlob id-danni taħt il-punt (e) tal-Artikolu 106(1) għal telf jew ħsara kkawżata lill-proprjetà tax-xerrej, inkluż ħardwer, softwer u dejta, permezz tan-nuqqas ta’ konformità tal-kontenut diġitali fornut, ħlief għal kwalunkwe qligħ li x-xerrej ikun ġie mċaħħad minnu minħabba dan id-dannu. |
|
Emenda 132
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 1 – Artikolu 108
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 108 | imħassar |
Natura mandatorja |
|
F'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Kapitolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom qabel ma l-konsumatur jiġbed l-attenzjoni tal-kummerċjant dwar in-nuqqas ta' konformità. |
|
Emenda 133
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 2 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Issanar mill-bejjiegħ | Issanar mill-fornitur tas-servizz |
Emenda 134
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 2 – Artikolu 109 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Bejjiegħ li wettaq l-obbligi tiegħu qabel iż-żmien u li ġie nnotifikat li t-twettiq mhuwiex f’konformità mal-kuntratt jista’ jwettaq l-obbligi tiegħu mill-ġdid u b'mod konformi jekk dan jista’ jsir fiż-żmien permess għat-twettiq. | 1. Fornitur ta' servizz li wettaq l-obbligi tiegħu qabel iż-żmien u li ġie nnotifikat li t-twettiq mhuwiex f’konformità mal-kuntratt jista’ jwettaq l-obbligi tiegħu mill-ġdid u b'mod konformi jekk dan jista’ jsir fiż-żmien permess għat-twettiq. |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' aktar ċarezza, l-Artikolu 109, li kien rivedut għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandu jiddaħħal bejn l-Artikoli 155 (Rimedji tal-klijent) u l-Artikolu 158 (Dritt tal-klijent li jirrifjuta t-twettiq).
Emenda 135
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 2 – Artikolu 109 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. F’każijiet li mhumiex koperti mill-paragrafu 1, bejjiegħ li wettaq l-obbligi tiegħu b'mod mhux konformi mal-kuntratt jista’, mingħajr dewmien żejjed, meta jiġi nnotifikat bin-nuqqas ta’ konformità, joffri li jissana t-twettiq bi spejjeż tiegħu stess. | 2. F’każijiet li mhumiex koperti mill-paragrafu 1, fornitur ta' servizz li wettaq l-obbligi tiegħu b'mod mhux konformi mal-kuntratt jista’, mingħajr dewmien żejjed, meta jiġi nnotifikat bin-nuqqas ta’ konformità, joffri li jissana t-twettiq bi spejjeż tiegħu stess. |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' aktar ċarezza, l-Artikolu 109, li kien rivedut għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandu jiddaħħal bejn l-Artikoli 155 (Rimedji tal-klijent) u l-Artikolu 158 (Dritt tal-klijent li jirrifjuta t-twettiq).
Emenda 136
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 3 – Artikolu 109 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-offerta ta’ ssanar mhix prekluża b’notifika ta’ terminazzjoni. | imħassar |
Emenda 137
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 2 – Artikolu 109 – paragrafu 4 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Ix-xerrej jista’ jirrifjuta l-offerta ta’ ssanar biss jekk: | 4. Il-konsumatur jista’ jirrifjuta l-offerta ta’ ssanar jekk: |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' aktar ċarezza, l-Artikolu 109, li kien rivedut għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandu jiddaħħal bejn l-Artikoli 155 (Rimedji tal-klijent) u l-Artikolu 158 (Dritt tal-klijent li jirrifjuta t-twettiq).
Emenda 138
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 2 – Artikolu 109 – paragrafu 4 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-issanar ma jistax jitwettaq fil-pront u mingħajr inkonvenjent sinifikanti għax-xerrej; | a) l-issanar ma jistax jitwettaq fil-pront u mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur; |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' aktar ċarezza, l-Artikolu 109, li kien rivedut għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandu jiddaħħal bejn l-Artikoli 155 (Rimedji tal-klijent) u l-Artikolu 158 (Dritt tal-klijent li jirrifjuta t-twettiq).
Emenda 139
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 2 – Artikolu 109 – paragrafu 4 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) ix-xerrej għandu raġunijiet biex jemmen li t-twettiq futur tal-obbligi min-naħa tal-bejjiegħ mhuwiex ta’ min jiddependi fuqu; jew | b) il-konsumatur għandu raġunijiet biex jemmen li t-twettiq futur tal-obbligi min-naħa tal-fornitur tas-servizz mhuwiex ta’ min jiddependi fuqu; jew |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' aktar ċarezza, l-Artikolu 109, li kien rivedut għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandu jiddaħħal bejn l-Artikoli 155 (Rimedji tal-klijent) u l-Artikolu 158 (Dritt tal-klijent li jirrifjuta t-twettiq).
Emenda 140
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 2 – Artikolu 109 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-bejjiegħ għandu perjodu raġonevoli biex jissalva l-kuntratt meta l-pagamenti ma jkunux ġew irrispettati. | 5. Il-fornitur tas-servizz għandu 30 jum biex jissalva l-kuntratt meta l-pagamenti ma jkunux ġew irrispettati. |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' aktar ċarezza, l-Artikolu 109, li kien rivedut għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandu jiddaħħal bejn l-Artikoli 155 (Rimedji tal-klijent) u l-Artikolu 158 (Dritt tal-klijent li jirrifjuta t-twettiq).
Emenda 141
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 2 – Artikolu 109 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Ix-xerrej jista’ jissospendi t-twettiq tal-obbligi sakemm iseħħ l-issanar, imma d-drittijiet tax-xerrej li ma jkunux konsistenti mal-għoti lill-bejjiegħ ta’ perjodu ta’ żmien sabiex iwettaq l-issanar ikunuu sospiżi sakemm jiskadi dak il-perjodu. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' aktar ċarezza, l-Artikolu 109, li kien rivedut għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandu jiddaħħal bejn l-Artikoli 155 (Rimedji tal-klijent) u l-Artikolu 158 (Dritt tal-klijent li jirrifjuta t-twettiq).
Emenda 142
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 2 – Artikolu 109 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Minkejja l-issanar, ix-xerrej iżomm id-dritt li jitlob id-danni għal dewmien kif ukoll għal kwalunkwe ħsara kkawżata jew mhux impedita mill-issanar. | 7. Minkejja l-issanar, il-konsumatur iżomm id-dritt li jitlob id-danni għal dewmien kif ukoll għal kwalunkwe ħsara kkawżata jew mhux impedita mill-issanar. |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' aktar ċarezza, l-Artikolu 109, li kien rivedut għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandu jiddaħħal bejn l-Artikoli 155 (Rimedji tal-klijent) u l-Artikolu 158 (Dritt tal-klijent li jirrifjuta t-twettiq).
Emenda 143
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 3 – Artikolu 110 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Jekk, fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ konformità, u minkejja li jkun mitlub jagħmel dan mill-konsumatur, il-kummerċjant ma jwettaqx rimedju, iżda minflok iħeġġeġ lill-konsumatur li jfittex rimedju fuq il-bażi ta’ garanzija kummerċjali, il-kummerċjant għandu jippermetti l-azzjonijiet meħuda u d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-konsumatur u l-garanti fir-rigward tal-garanzija kummerċjali jiġu applikati kontrih fir-rispett tal-impenji tiegħu. |
Ġustifikazzjoni
Jista’ jkun ta’ żvantaġġ għall-konsumatur li jfittex rimedju għan-nuqqas ta’ konformità fuq il-bażi tal-garanzija ta’ manifattur, pjuttost milli fuq il-bażi tad-drittijiet tiegħu tal-Liġi dwar il-Bejgħ skont l-Artikolu 106. Pereżempju, id-drittijiet ta’ garanzija jistgħu jiskadu filwaqt li l-konsumatur jargumenta għalxejn mal-manifattur dwar l-ambitu tal-garanzija. Aktar minn hekk, l-irtirar mill-kuntratt ta’ bejgħ jista’ jikkomplika ruħu, jekk ix-xerrej, wara sforzi mingħajr riżultat għat-tiswija min-naħa tal-manifattur, ikollu jitob mill-ġdid it-tiswija mill-bejjiegħ, qabel ma jirtira mill-kuntratt. Dan huwa inġust jekk il-konsumatur, fuq insistenza tal-bejjiegħ, li b’hekk jevita l-involviment tiegħu stess, ifittex rimedju skont il-garanzija. Għaldaqstant, il-bejjiegħ għandu jippermetti li l-azzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-konsumatur u tal-garanti jiġu applikati kontrih.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 3 – Artikolu 111 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fejn f’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur, il-kummerċjant ikun meħtieġ li jirrimedja għal nuqqas ta’ konformità skont l-Artikolu 110(2), il-konsumatur jista’ jagħżel bejn tiswija u sostituzzjoni sakemm l-għażla tiegħu ma tkunx illegali jew impossibbli jew meta pparagunata mal-għażla l-oħra disponibbli, timponi spejjeż fuq il-bejjiegħ li jkunu sproporzjonati meta wieħed jikkunsidra: | 1. Jekk il-merkanzija jew il-kontenut diġitali ma jikkonformawx mal-kuntratt, il-konsumatur jista' jirrikjedi rimedju mingħajr ħlas, billi jagħżel bejn tiswija u sostituzzjoni sakemm l-għażla tiegħu ma tkunx illegali jew impossibbli jew meta pparagunata mal-għażla l-oħra disponibbli, timponi spejjeż fuq il-bejjiegħ li jkunu sproporzjonati meta wieħed jikkunsidra: |
Emenda 145
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 3 – Artikolu 111 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Jekk il-konsumatur ikun talab li n-nuqqas ta’ konformità jiġi rrimedjat b’tiswija jew b’sostituzzjoni skont il-paragrafu 1, il-konsumatur jista’ jirrikorri għal rimedji oħrajn, biss jekk il-kummerċjant ma jkunx ikkompleta t-tiswija jew is-sostituzzjoni fi żmien raġonevoli, li ma jeċċedix 30 jum. Madankollu, il-konsumatur jista' jissospendi t-twettiq ta’ obbligi matul dan il-perjodu. | 2. Jekk il-konsumatur ikun talab li n-nuqqas ta’ konformità jiġi rrimedjat b’tiswija jew b’sostituzzjoni skont il-paragrafu 1, il-konsumatur jista’ jirrikorri għal rimedji oħrajn, biss jekk |
Ġustifikazzjoni
L-emenda tiżgura li fil-kuntest tat-tiswija ta' merkanzija, il-konsumaturi ma jinqabdux f'ċiklu infinit ta' kuntatti mal-kummerċjanti u tirrappreżenta titjib reali fil-protezzjoni tal-konsumatur. Il-ġurisprudenza ta' bosta Stati Membri hi msejsa fuq l-assunzjoni li l-konsumatur għandu d-dritt li jfittex rimedju alternattiv biss wara t-tieni tiswija. Fil-kuntest ta' kuntesti distanzi ġeografiċi konsiderevoli u minħabba perjodi ta' distribuzzjoni twal fis-suq intern, il-konsumatur diġà għandu jkun jista' jfittex rimedju alternattiv meta l-istess difett iseħħ għat-tieni darba.
Emenda 146
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 3 – Artikolu 111 – paragrafu 2 – punti a sa c (ġodda)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (a) il-kummerċjant ma jkunx ikkompleta t-tiswija jew is-sostituzzjoni fi żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx 30 jum; |
| (b) il-kummerċjant irrifjuta b’mod impliċitu jew espliċitu li jirrimedja n-nuqqas ta’ konformità; |
| (c) jerġa' jseħħ id-difett wara t-tiswija jew sostituzzjoni. |
Emenda 147
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 3 – Artikolu 112
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 112 | imħassar |
Ir-ritorn ta’ oġġett sostitwit |
|
1. Fejn il-bejjiegħ ikun irrimedja għan-nuqqas ta’ konformità b’sostituzzjoni, il-bejjiegħ għandu dritt u obbligu li jieħu lura l-prodott sostitwit bi spejjeż tal-bejjiegħ. |
|
2. Ix-xerrej mhuwa obbligat iħallas għall-ebda użu li sar mill-prodott sostitwit fil-perjodu ta’ qabel is-sostituzzjoni. |
|
Emenda 148
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 4 – Artikolu 113
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 113 | imħassar |
Dritt ta’ sospensjoni tat-twettiq ta’ obbligi |
|
1. Xerrej li għandu jwettaq l-obbligi tiegħu fl-istess żmien bħal jew wara li l-bejjiegħ iwettaq l-obbligi tiegħu għandu dritt li jissospendi t-twettiq tal-obbligi tiegħu sakemm il-bejjiegħ ikun offra li jwettaq l-obbligi tiegħu jew ikun wettaqhom. |
|
2. Xerrej li għandu jwettaq l-obbligi tiegħu qabel ma l-bejjiegħ iwettaq l-obbligi tiegħu u li raġonevolment jemmen li l-bejjiegħ mhuwiex se jwettaq l-obbligi tiegħu meta l-bejjiegħ ikun wasallu ż-żmien biex jagħmel dan jista’ jissospendi t-twettiq tal-obbligi tiegħu sakemm jibqa’ raġonevolment jemmen dan. |
|
3. It-twettiq tal-obbligi li jista’ jiġi sospiż taħt dan l-Artikolu huwa t-twettiq sħiħ jew parzjali sal-punt ġustifikat min-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi. Fejn l-obbligi tal-bejjiegħ għandhom jitwettqu f’partijiet separati jew huma diviżibbli mod ieħor, ix-xerrej jista’ jissospendi t-twettiq tal-obbligi biss fir-rigward ta’ dik il-parti li ma tkunx ġiet imwettqa, sakemm in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi tal-bejjiegħ ma jkunx tali li jiġġustifika s-sospensjoni tat-twettiq tal-obbligi tax-xerrej fl-intier tiegħu. |
|
Emenda 149
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 5 – Artikolu 114 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Xerrej jista' jittermina l-kuntratt skont it-tifsira tal-Artikolu 8 jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tax-xerrej skont il-kuntratt ikun fundamentali skont it-tifsira tal-Artikolu 87(2). | 1. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur u kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali bejn kummerċjant u konsumatur, fejn ikun hemm nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi minħabba li l-merkanzija jew il-kontenut diġitali ma jkunux konformi mal-kuntratt, il-konsumatur jista’ jittermina l-kuntratt sakemm in-nuqqas ta’ konformità ma jkunx insinifikanti. |
Emenda 150
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 5 – Artikolu 114 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur u kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali bejn kummerċjant u konsumatur, fejn ikun hemm nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi minħabba li l-merkanzija ma tkunx konformi mal-kuntratt, il-konsumatur jista’ jittermina l-kuntratt sakemm in-nuqqas ta’ konformità ma jkunx insinifikanti. | 2. Jekk il-klijent jittermina kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali li ma kienx konkluż bi skambju ta' kunsiderazzjoni monetarja abbażi ta' nonkonformità, id-dejta personali tal-klijent għandha titħassar b'mod awtomatiku u l-konsumatur għandu jiġi informat b’dan it-tħassir. |
Ġustifikazzjoni
Bil-għan li jiġu protetti l-konsumaturi, għandu jiġi ċċarat li anke meta jiġi tterminat kuntratt għall-fornitura ta' kontenut diġitali jkun mingħajr ħlas, il-konsumatur għandu d-dritt li jiżgura t-tħassir tad-dejta personali li hu jkun diġà pprovda. Il-konsumatur għandu jkun informat li d-dejta personali tiegħu tkun tħassret.
Emenda 151
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 5 – Artikolu 114 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Meta t-terminazzjoni tal-kuntratt issir fi żmien sitt xhur wara li r-riskju jkun għadda għall-konsumatur, il-konsumatur mhuwiex responsabbli għal kwalunkwe użu tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali. |
Emenda 152
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 5 – Artikolu 115
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 115 | imħassar |
Terminazzjoni minħabba dewmien fil-kunsinna wara notifika li tiffissa żmien addizzjonali għat-twettiq ta’ obbligi |
|
1. Xerrej jista’ jittermina l-kuntratt f’każ ta’ dewmien fil-kunsinna li ma jkunx minnu nnifsu fundamentali jekk ix-xerrej, permezz ta’ notifika, jiffissa perjodu ta’ żmien addizzjonali ta’ tul raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi u l-bejjiegħ ma jwettaqx l-obbligi tiegħu f’dak il-perjodu. |
|
2. Il-perjodu addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 jitqies li huwa ta’ tul raġonevoli jekk il-bejjiegħ ma joġġezzjonax għalih mingħajr dewmien żejjed. |
|
3. Fejn in-notifika tipprovdi għal terminazzjoni awtomatika jekk il-bejjiegħ ma jwettaqx l-obbligi tiegħu fil-perjodu ffissat min-notifika, it-terminazzjoni tidħol fis-seħħ wara li jiskadi dak il-perjodu mingħajr notifika ulterjuri. |
|
Emenda 153
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 5 – Artikolu 116
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 116 | imħassar |
Terminazzjoni fil-każ ta' nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi antiċipat |
|
Xerrej jista’ jittermina l-kuntratt qabel ma jkun dovut it-twettiq tal-obbligi jekk il-bejjiegħ ikun iddikjara, jew ikun ċar b’xi mod ieħor, li mhux se jkun hemm twettiq ta’ obbligi, u jekk in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi jkun tali li jiġġustifika terminazzjoni. |
|
Emenda 154
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 5 – Artikolu 117
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 117 | imħassar |
Fejn l-obbligi tax-xerrej skont il-kuntratt għandhom jitwettqu f’partijiet separati jew |
|
1. Fejn l-obbligi tal-bejjiegħ skont il-kuntratt għandhom jitwettqu f’partijiet separati jew huma diviżibbli b’mod ieħor, jekk ikun hemm raġuni għat-terminazzjoni skont din it-Taqsima ta’ parti li fir-rigward tagħha tista' tiġi allokata parti mill-prezz, ix-xerrej jista’ jittermina biss fir-rigward ta’ dik il-parti. |
|
2. Il-paragrafu 1 ma japplikax jekk ix-xerrej ma jistax ikun mistenni li jaċċetta t-twettiq tal-obbligi tal-partijiet l-oħra jew in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi jkun tali li jiġġustifika t-terminazzjoni tal-kuntratt fl-intier tiegħu. |
|
3. Fejn l-obbligi tal-bejjiegħ skont il-kuntratt mhumiex diviżibbli jew parti mill-prezz ma tistax tiġi allokata, ix-xerrej jista’ jittermina biss jekk in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi jkun tali li jiġġustifika t-terminazzjoni tal-kuntratt fl-intier tiegħu. |
|
Emenda 155
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 5 – Artikolu 118
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 118 | imħassar |
Artikolu 138 Notifika ta’ terminazzjoni |
|
Dritt għat-terminazzjoni taħt din it-Taqsima jiġi eżerċitat permezz ta’ notifika lill-bejjiegħ. |
|
Emenda 156
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 5 – Artikolu 119
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 119 | imħassar |
Telf tad-dritt għat-terminazzjoni |
|
1. Ix-xerrej jitlef id-dritt għat-terminazzjoni taħt din it-Taqsima jekk in-notifika ta’ terminazzjoni ma tingħatax fi żmien raġonevoli minn meta rriżulta d-dritt jew minn meta x-xerrej sar, jew seta’ jkun mistenni li sar, konxju min-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard. |
|
2. Il-paragrafu 1 ma japplikax: |
|
(a) fejn ix-xerrej ikun konsumatur; jew |
|
(b) ma ġie offrut l-ebda twettiq ta’ obbligi. |
|
Emenda 157
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 6 – Artikolu 120
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 120 | imħassar |
Dritt għal tnaqqis fil-prezz |
|
1. Xerrej li jaċċetta twettiq ta’ obbligi li ma jkunx konformi mal-kuntratt jista’ jnaqqas il-prezz. It-tnaqqis għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur ta’ dak li ġie riċevut f’termini ta’ twettiq ta’ obbligi fiż-żmien li sar it-twettiq meta pparagunat mal-valur ta’ dak li kien jiġi riċevut bi twettiq ta’ obbligi konformi. |
|
2. Xerrej li huwa intitolat inaqqas il-prezz taħt il-paragrafu 1 u li diġà ħallas somma li teċċedi l-prezz imnaqqas jista’ jirkupra l-ħlas żejjed mingħand il-bejjiegħ. |
|
3. Xerrej li jnaqqas il-prezz ma jistax jirkupra wkoll id-danni għat-telf li ġie kkumpensat b’dan il-mod imma jibqa’ intitolat għad-danni għal kwalunkwe telf ulterjuri li ġarrab. |
|
Emenda 158
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 7 – Artikolu 121
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 121 | imħassar |
Eżami tal-merkanzija f’kuntratti bejn kummerċjanti |
|
1. F’kuntratt bejn kummerċjanti, ix-xerrej huwa mistenni li jeżamina l-merkanzija, jew iqabbad lil xi ħadd jeżaminaha, fl-iqsar perjodu li jkun raġonevoli fiċ-ċirkustanzi, li ma jeċċedix 14-il jum mid-data tal-kunsinna tal-merkanzija, tal-fornitura tal-kontenut diġitali jew tal-fornitura tas-servizzi relatati. |
|
2. Jekk il-kuntratt jinvolvi t-trasport tal-merkanzija, l-eżami jista’ jiġi ddifferit sakemm il-merkanzija tkun waslet fid-destinazzjoni tagħha. |
|
3. Jekk il-merkanzija tiġi ridiretta waqt li tkun fi tranżitu, jew terġa’ tintbagħat mix-xerrej qabel ma x-xerrej kellu opportunità raġonevoli li jeżaminaha, u fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt il-bejjiegħ kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf bil-possibbiltà ta’ tali ridirezzjoni jew bgħit mill-ġdid, l-eżami jista’ jiġi differit għal wara li l-merkanzija tkun waslet fid-destinazzjoni l-ġdida. |
|
Emenda 159
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 11 – Taqsima 7 – Artikolu 122
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 122 | imħassar |
Rekwiżit ta' notifika ta’ nuqqas ta’ konformità f’kuntratti ta’ bejgħ bejn kummerċjanti |
|
1. F’kuntratt bejn kummerċjanti, ix-xerrej ma jistax jinvoka n-nuqqas ta’ konformità jekk ix-xerrej ma jinnotifikax lill-bejjiegħ fi żmien raġonevoli fejn jispeċifika n-natura tan-nuqqas ta’ konformità. |
|
Iż-żmien jibda jiddekorri minn meta l-merkanzija tiġi pprovduta jew minn meta x-xerrej jiskopri jew jista’ jkun mistenni li skopra n-nuqqas ta’ konformità, liema minnhom tiġi l-aktar tard. |
|
2. minnhom tiġi l-aktar tard. Ix-xerrej jitlef id-dritt li jinvoka n-nuqqas ta’ konformità jekk ix-xerrej ma jinnotifikax lill-bejjiegħ bin-nuqqas ta’ konformità fi żmien sentejn miż-żmien meta l-merkanzija ġiet effettivament mgħoddija lix-xerrej skont il-kuntratt. |
|
3. Fejn il-partijiet ikunu ftiehmu li l-merkanzija trid tibqa’ adattata għal fini partikolari jew għall-fini ordinarju tagħha matul perjodu fiss ta’ żmien, il-perjodu sabiex tingħata notifika taħt il-paragrafu 2 ma jiskadix qabel it-tmiem tal-perjodu miftiehem. |
|
4. Il-paragrafu 2 ma japplikax fir-rigward tal-pretensjonijiet jew tad-drittijiet ta’ parti terza msemmija fl-Artikolu 102. |
|
5. Ix-xerrej ma għandux għalfejn jinnotifika lill-bejjiegħ li mhux il-merkanzija kollha ġiet ikkonsenjata jekk ix-xerrej għandu għal xiex jemmen li l-merkanzija li fadal se tiġi kkonsenjata. |
|
6. Il-bejjiegħ mhuwiex intitolat jinvoka dan l-Artikolu jekk in-nuqqas ta' konformità jkun relatat ma’ fatti li l-bejjiegħ kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf u li l-bejjiegħ naqas milli jiżvela lix-xerrej. |
|
Emenda 160
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 161
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| imħassar |
Emenda 162
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 1 – Artikolu 140
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 140 | imħassar |
Effett tat-trasferiment tar-riskju |
|
It-telf ta’ jew il-ħsara lill-merkanzija jew lill-kontenut diġitali wara li r-riskju ġie ttrasferit lix-xerrej ma jeħlisx lix-xerrej mill-obbligu li jħallas il-prezz, sakemm it-telf jew il-ħsara ma jkunux dovuti għal att jew għal omissjoni tal-bejjiegħ. |
|
Emenda 163
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 1 – Artikolu 141
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 141 | imħassar |
Identifikazzjoni tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali mal-kuntratt |
|
Ir-riskju ma jiġix ittrasferit lix-xerrej sakemm il-merkanzija jew il-kontenut diġitali ma jiġux identifikati b’mod ċar bħala l-merkanzija jew il-kontenut diġitali li għandhom jiġu pprovduti skont il-kuntratt, irrispettivament minn jekk hux bil-ftehim inizjali, b’notifika mogħtija lix-xerrej jew b’xi mod ieħor. |
|
Emenda 164
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 1 – Artikolu 141a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 141a |
| Limiti ta’ żmien |
| 1. Skont l-Artikolu [...] (konformità) il-kummerċjant huwa responsabbli jekk in-nonkonformità tidher fi żmien sitt snin wara l-kunsinna tal-merkanzija. |
| 2. Jekk il-kummerċjant jirrimedja d-difett permezz ta’ tiswija jew ta’ sostituzzjoni, l-iskadenza imsemmija fil-paragrafu għandha tiġi sospiża miż-żmien meta l-konsumatur jinforma l-kummerċjant dwar in-nonkonformità saż-żmien meta l-konsumatur jerġa’ jkun fil-pussess tal-oġġett sostitwit jew imsewwi jew tal-kontenut diġitali. |
| 3. Jekk il-kummerċjant jirrimedja d-difett permezz ta’ tiswija jew sostituzzjoni, l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha terġa’ tibda tgħodd hekk kif il-konsumatur jirċievi l-merkanzija sostituta jew imsewwija jew il-kontenut diġitali. Fil-każ ta’ tiswija, l-iskadenza għandha tibda tgħodd mill-ġdid. |
Ġustifikazzjoni
Skont id-Direttiva 1999/44/KE, fil-preżent hemm limitu ta' sentejn, iżda xi Stati Membri ffissaw limiti ta' żmien itwal. B'żieda ma' dan, f'xi Stati Membri, il-limiti ta' żmien jirriflettu kriterji oħrajn, bħall-ħajja utli ta' prodott jew difetti moħbija.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 1 – Artikolu 141b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 141b |
| Perjodu ta’ garanzija legali għal prodotti ddisinnjati ekoloġikament |
| Il-perjodu ta’ konformità għal merkanzija koperta b’din id-direttiva u ddisinnjata ekoloġikament skont id-Direttiva 2009/125/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, għandu jkun il-perjodu ta’ durabilità kif stipulat fil-miżura ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva 2009/125 jekk ikun itwal minn sitt snin. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex issir promozzjoni sostenibbli, il-kumsum fost il-konsumaturi bil-ħolqien ta’ fiduċja fil-prodotti żviluppati skont l-istandards stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-ekodisinn, huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-konsumatur joqgħod fuq drittijiet ta’ garanzija matul iċ-ċiklu ta' ħajja tal-prodott. Dan il-perjodu ta’ żmien għandu jiġi stabbilit b’referenza għall-miżuri implimentati tad-Direttiva 2009/158/KE li diġà teżiġi valutazzjoni tat-tul ta’ ħajja mistenni tal-prodott, li jfisser l-istat tal-prodott li jkun wasal fi tmiem l-użu tiegħu għall-ewwel darba sakemm jiġi mormi.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 1 – Artikolu 141c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 141c |
| Responsabilità diretta tal-produttur |
| 1. Il-produttur huwa responsabbli lejn il-konsumatur biex isewwi jew jissostitwixxi l-merkanzija għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jkun eżista fil-mument tat-trasferiment tar-riskju lill-konsumatur għall-oġġett jew il-kontenut diġitali fi żmien il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 10. Il-konsumatur għandu d-dritt li jagħżel bejn tiswija u sostituzzjoni, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7, paragrafu 1. |
| 2. Il-produttur għandu jsewwi jew jissostitwixxi l-merkanzija, l-iktar tard sa 30 jum wara li jkun ġie notifikat dwar in-nuqqas ta’ konformità. |
| 3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li testendi r-responsabilità għal partijiet oħra bħall-importatur jew it-trasportatur jew rigward id-dritt ta’ kontribuzzjoni jew rikors. |
Ġustifikazzjoni
Responsabilità diretta tal-produtturi tista’ tagħti spinta biex iżżid sewwa il-fiduċja tal-konsumaturi: konsumatur jista’ eventwalment idur direttament fuq produttur stabbilit fil-pajjiż, minflok ma jibgħat merkanzija difettuża u jirċeviha lura madwar l-UE. F’suq intern effettiv, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu għand min għandhom jirrikorru fil-każ ta’ diffikultajiet.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 2 – Artikolu 142– titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Trasferiment tar-riskju f’kuntratti ta’ bejgħ lil konsumatur | Trasferiment tar-riskju f’kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali fuq mezz tanġibbli |
Ġustifikazzjoni
It-trasferiment ta’ riskju diġà ġie kopert bid-Direttiva 2011/83/UE u għandu jiġi amplifikat biss b’dispożizzjoni dwar il-kontenut diġitali.
Emenda 168
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 2 – Artikolu 142 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur, ir-riskju jiġi trasferit meta l-konsumatur jew parti terza magħżula mill-konsumatur, li ma tkunx it-trasportatur, ikun kiseb il-pussess fiżiku tal-merkanzija jew il-mezz tanġibbli li fuqu jkun ipprovdut il-kontenut diġitali. | imħassar |
Emenda 169
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 2 – Artikolu 142 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Ħlief fejn il-kuntratt ikun kuntratt mill-bogħod jew barra mill-post tan-negozju, il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx fejn il-konsumatur jonqos milli jwettaq l-obbligu li jieħu f’idejh il-merkanzija jew il-kontenut diġitali u n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ma jkunx skużat taħt l-Artikolu 88. F’dan il-każ, ir-riskju jiġi ttrasferit fiż-żmien meta l-konsumatur jew il-parti terza magħżula mill-konsumatur, ikun kiseb il-pussess fiżiku tal-merkanzija jew kiseb il-kontroll tal-kontenut diġitali li kieku twettaq l-obbligu li jeħodhom f’idejh. | imħassar |
Emenda 170
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 2 – Artikolu 142 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Fejn il-konsumatur jagħmel arranġamenti għat-trasport tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali pprovduti fuq mezz tanġibbli u dik l-għażla ma kinitx offruta mill-kummerċjant, ir-riskju jiġi ttrasferit meta l-merkanzija jew il-kontenut diġitali pprovdut fuq mezz tanġibbli jgħaddu għand it-trasportatur, bla ħsara għad-drittijiet tal-konsumatur kontra t-trasportatur. | imħassar |
Emenda 171
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 2 – Artikolu 142 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. | imħassar |
Emenda 172
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 2 – Artikolu 142a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 142a |
| Il-garanziji kummerċjali |
| 1. Garanzija kummerċjali għandha torbot lill-garantur fil-kondizzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija. Fl-assenza ta’ dikjarazzjoni tal- garanzija, jew jekk id-dikjarazzjoni tal-garanzija tkun anqas vantaġġjuża minn kif reklamata, il-garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-reklamar dwar il-garanzija kummerċjali. |
| 2. Id-dikjarazzjoni tal-garanzija għandha titfassal f'kitba sempliċi, li tiftiehem u li tista' tinqara faċilment. Għandha titfassal fil-lingwa tal-kuntratt li ġie konkluż mal-konsumatur. |
| Il-garanzija għandha: |
| a) tindika d-drittijiet legali tal-konsumatur kemm skont l-Artikolu [...] (rimedji tal-konsumatur) u dikjarazzjoni ċara li dawk id-drittijiet mhumiex affetwati mill-garanzija kummerċjali; |
| (b) il-kontenut tal-garanzija kummerċjali u l-kondizzjonijiet biex isiru t-talbiet, notevolment it-tul ta' żmien, il-firxa territorjali u l-isem u l-indirizz tal-garantur, |
| (c) il-benefiċċji għall-konsumatur li dan jagħmel il-klejm, kemm jekk il-garanzija tkun bla ħlas jew le, u jekk ma tkunx x’inhuma l-ispejjeż għall-konsumatur, |
| d) l-informazzjoni li l-garanzija kummerċjali tista’ tiġi trasferita lil xerrej sussegwenti. Emenda: |
| e) dikjarazzjoni li servizzi ta’ manutenzjoni u spare parts se jibqgħu ikunu disponibbli għal sistt snin wara l-konklużjoni tal-kuntratt. |
| 3. Il-kummerċjant għandu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-garanzija disponibbli f'mezz li jservi għal żmien twil |
| 4. In-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafi 2 jew 3 ma għandhiex taffetwa l-validità tal-garanzija. |
Ġustifikazzjoni
It-test tad-dispożizzjonijiet dwar il-garanziji kummerċjali hu msejjes fuq il-proposta tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur. Għandu jiddaħħal il-prinċipju ta' trasferibilità sabiex tingħata kunsiderazzjoni liż-żieda qawwija ta' kummerċ onlajn ta' merkanzija użata. B'żieda ma' dan għandha tiddaħħal regola li tirrikjedi lill-produtturi li jiggarantixxu d-disponibilità ta' servizzi ta' manutenzjoni u spare parts għal mill-anqas sitt snin wara l-bejgħ.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 3 – Artikolu 143
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 143 | imħassar |
Żmien meta r-riskju jiġi ttrasferit |
|
1. F’kuntratt bejn kummerċjanti, ir-riskju jiġi ttrasferit meta x-xerrej jieħu l-kunsinna tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali jew tad-dokumenti li jirrappreżentaw il-merkanzija. |
|
2. Il-paragrafu 1 huwa soġġett għall-Artikoli 144, 145 u 146. |
|
Emenda 174
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 3 – Artikolu 144
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 144 | imħassar |
Merkanzija mqiegħda għad-dispożizzjoni tax-xerrej |
|
1. Jekk il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej u x-xerrej ikun konxju minn dan, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej fiż-żmien meta l-merkanzija jew il-kontenut diġitali suppost li ttieħdu, sakemm ix-xerrej ma kienx intitolat li jissospendi t-teħid tal-kunsinna skont l-Artikolu 113. |
|
2. Jekk il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej f’post ieħor għajr il-post tan-negozju tal-bejjiegħ, ir-riskju jiġi ttrasferit meta tkun dovuta l-kunsinna u x-xerrej ikun konxju mill-fatt li l-merkanzija jew il-kontenut diġitali tqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej f’dak il-post. |
|
Emenda 175
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 3 – Artikolu 145
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 145 | imħassar |
Trasport tal-merkanzija |
|
1. Dan l-Artikolu japplika għal kuntratt ta’ bejgħ li jinvolvi t-trasport ta' merkanzija. |
|
2. Jekk il-bejjiegħ ma jkunx marbut li jgħaddi l-merkanzija f’post partikolari, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej meta l-merkanzija tgħaddi għand l-ewwel trasportatur biex tiġi trażmessa lix-xerrej skont il-kuntratt. |
|
3. Jekk il-bejjiegħ ikun marbut li jgħaddi l-merkanzija lil trasportatur f’post partikolari, ir-riskju ma jiġix ittrasferit lix-xerrej sakemm il-merkanzija ma tgħaddix għand it-trasportatur f’dak il-post. |
|
4. Il-fatt li l-bejjiegħ ikun awtorizzat iżomm id-dokumenti li jikkontrollaw id-disponiment tal-merkanzija ma jaffettwax it-trasferiment tar-riskju. |
|
Emenda 176
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 14 – Taqsima 3 – Artikolu 146
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 146 | imħassar |
Merkanzija mibjugħa fi tranżitu |
|
1. Dan l-Artikolu japplika għal kuntratt ta’ bejgħ li jinvolvi merkanzija mibjugħa fi tranżitu. |
|
2. Ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej miż-żmien meta l-merkanzija tgħaddi għand l-ewwel trasportatur. Madankollu, jekk iċ-ċirkustanzi jindikaw dan, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej meta l-kuntratt jiġi konkluż. |
|
3. Jekk fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, il-bejjiegħ kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf li l-merkanzija ntilfet jew saritilha l-ħsara u ma żvelax dan lix-xerrej, it-telf jew il-ħsara jkunu b’riskju għall-bejjiegħ. |
|
Emenda 177
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 1 – Artikolu 147
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 147 | imħassar |
Applikazzjoni ta’ ċerti regoli ġenerali dwar il-kuntratti ta’ bejgħ |
|
1. Għall-finijiet ta’ din il-Parti japplikaw ir-regoli fil-Kapitolu 9. |
|
2. Meta kuntratt ta’ bejgħ jew kuntratt għall-fornitura tal-kontenut diġitali jiġi tterminat kwalunkwe kuntratt ta’ servizzi relatati jiġi tterminat ukoll. |
|
Emenda 178
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 2 – Artikolu 148 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Fejn f'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur is-servizz relatat jinkludi installazzjoni tal-merkanzija, l-installazzjoni trid issir b'tali mod li l-merkanzija installata tkun konformi mal-kuntratt kif meħtieġ mill-Artikolu 101. | 4. Fejn f'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur is-servizz relatat jinkludi installazzjoni tal-merkanzija, l-installazzjoni trid issir b'tali mod li l-merkanzija installata tkun konformi mal-kuntratt kif meħtieġ mill-Artikolu [...] (installazzjoni difettuża fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ bejgħ tal-konsumatur). |
Emenda 179
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 2 – Artikolu 148 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. | imħassar |
Emenda 180
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – Kapitolu 15 – Taqsima 2 – Artikolu 149 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal obbligi ġenerali jew speċifiċi għall-prevenzjoni tad-dannu applikabbli skont il-liġi nazzjonali eżistenti. |
Emenda 181
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 2 – Artikolu 150 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fornitur ta' servizzi jista’ jafda t-twettiq tal-obbligi f’idejn persuna oħra, sakemm ma jkunx mitlub li t-twettiq tal-obbligi jsir personalment mill-fornitur ta’ servizzi. | (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 182
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 2 – Artikolu 150 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
. | 1a. Il-fornitur ta’ servizzi għandu jikseb il-kunsens espress tal-klijent qabel jafda t-twettiq ta’ obbligi lil persuna oħra skont il-paragrafu 1. |
Ġustifikazzjoni
Fl-interess taċ-ċarezza tal-layout, l-Artikolu 150 kif emendat għal din id-Direttiva għandu jitqiegħed direttament bejn l-Artikolu 152 (Obbligu ta’ twissija dwar spiża mhux mistennija jew mhux ekonomika) u l-Artikolu 155 (Rimedji tal-klijent).
Emenda 183
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 2 – Artikolu 150 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Fl-interess taċ-ċarezza tal-layout, l-Artikolu 150 kif emendat għal din id-Direttiva għandu jitqiegħed direttament bejn l-Artikolu 152 (Obbligu ta’ twissija dwar spiża mhux mistennija jew mhux ekonomika) u l-Artikolu 155 (Rimedji tal-klijent).
Emenda 184
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 2 – Artikolu 151
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta għas-servizz relatat ikun pagabbli prezz separat, u l-prezz ma jkunx somma waħda miftiehma fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, il-fornitur ta’ servizzi jrid jipprovdi lill-klijent b’fattura li tispjega, b’mod ċar u li jinftiehem, kif il-prezz ġie kkalkolat. | Meta għas-servizz relatat ikun pagabbli prezz separat, u l-prezz ma jkunx somma waħda miftiehma fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, il-fornitur ta’ servizzi jrid jipprovdi lill-konsumatur b’fattura li tispjega, b’mod ċar u li jinftiehem, kif il-prezz ġie kkalkolat. |
Emenda 185
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 2 – Artikolu 152 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-fornitur ta’ servizzi jrid iwissi lill-klijent u jfittex il-kunsens tal-klijent biex jipproċedi jekk: | 1. Il-fornitur ta’ servizzi jrid iwissi lill-konsumatur u jfittex il-kunsens tal-konsumatur biex jipproċedi jekk dan tal-aħħar ma jagħmilx użu mid-dritt tiegħu li jittermina l-kuntratt skont l-Artikolu [...] (lista ta' rimedji tal-klijent) jekk: |
Emenda 186
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 2 – Artikolu 152 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-ispiża tas-servizz relatat tkun ikbar minn kif il-fornitur ta’ servizzi diġà indika lill-klijent; jew | (a) l-ispiża tas-servizz relatat tkun ikbar minn kif il-fornitur ta’ servizzi diġà indika lill-konsumatur; jew |
Emenda 187
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 2 – Artikolu 152 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fornitur ta’ servizzi li ma jiksibx il-kunsens tal-klijent skont il-paragrafu 1 mhuwiex intitolat għal prezz li jeċċedi l-ispiża diġà indikata, jew, skont il-każ, il-valur tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali wara li jkun ġie pprovdut is-servizz relatat. | 2. Fornitur ta’ servizzi li ma jiksibx il-kunsens tal-konsumatur skont il-paragrafu 1 mhuwiex intitolat għal prezz li jeċċedi l-ispiża diġà indikata, jew, skont il-każ, il-valur tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali wara li jkun ġie pprovdut is-servizz relatat. |
Emenda 188
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 2 – Artikolu 152 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-livell ta’ spejjeż indikati għas-servizz relatat għandu jkun vinkolanti, sakemma ma jkunx indikat mod ieħor b’mod espliċitu. Mhuwiex permess li l-ispejjeż garantiti b'mod vinkolanti jinqabżu. |
Ġustifikazzjoni
Fl-istima tal-ispejjeż il-konsumaturi jeħtieġu livell għoli ta’ protezzjoni. Apparti l-istima li mhijiex vinkolanti u li tista’ tinqabeż skont l-Artikolu 152(1) u (2), għandu jkun hemm provvediment għal stima tal-ispejjeż vinkolanti. Il-kummerċjant għandu jintalab jgħid espressament jekk stima mhijiex vinkolanti.
Emenda 189
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 3 – Artikolu 153
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 153 | imħassar |
Ħlas tal-prezz |
|
1. Il-klijent irid iħallas kwalunkwe prezz li jkun pagabbli għas-servizz relatat skont il-kuntratt. |
|
2. Il-prezz ikun pagabbli meta s-servizz relatat ikun ikkompletat u l-għan tas-servizz relatat ikun disponibbli għall-klijent. |
|
Emenda 190
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 3 – Artikolu 154
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 154 | imħassar |
Provvista ta’ aċċess |
|
Fejn ikun meħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi jikseb aċċess għall-bini tal-klijent sabiex iwettaq is-servizz relatat, il-klijent irid jipprovdi tali aċċess f’sigħat raġonevoli. |
|
Emenda 191
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 155 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Rimedji tal-klijent | Rimedji tal-konsumatur |
Emenda 192
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 155 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mill-fornitur ta’ servizzi, il-klijent għandu, bl-adattamenti stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-istess rimedji previsti għax-xerrej fil-Kapitolu 11, jiġifieri li: | 1. Fil-każ ta’ nuqqas mill-fornitur ta’ servizzi li jwettaq obbligu skont il-kuntratt, il-konsumatur għandu r-rimedji li ġejjin: |
Emenda 193
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 155 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, ir-rimedji tal-klijent huma soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-fornitur ta’ servizzi, irrispettivament minn jekk il-klijent ikunx konsumatur jew le. | 2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, ir-rimedji tal-konsumatur huma soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-fornitur ta’ servizzi, skont l-Artikolu [...] (issanar mill-bejjiegħ). |
Emenda 194
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 155 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fil-każ ta’ installazzjoni inkorretta taħt kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur kif msemmi fl-Artikolu 101, ir-rimedji tal-konsumatur mhumiex soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-fornitur ta’ servizzi. | 3. Fil-każ ta’ installazzjoni inkorretta kif imsemmi fl-Artikolu [...] (installazzjoni difettuża fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur), ir-rimedji tal-konsumatur mhumiex soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-fornitur ta’ servizzi. |
Emenda 195
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 155 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-klijent, jekk ikun konsumatur, għandu d-dritt li jittermina l-kuntratt għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità fis-servizz relatat ipprovdut sakemm in-nuqqas ta’ konformità ma jkunx insinifikanti. | 4. Il-konsumatur għandu d-dritt li jittermina l-kuntratt għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità fis-servizz relatat ipprovdut sakemm in-nuqqas ta’ konformità ma jkunx insinifikanti. |
Emenda 196
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 155 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-Kapitolu 11 japplika bl-adattamenti neċessarji, b’mod partikolari: | imħassar |
(a) b’relazzjoni għad-dritt ta’ ssanar tal-fornitur ta’ servizzi, f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur, il-perjodu raġonevoli taħt l-Artikolu 109(5) m’għandux jeċċedi 30 jum; |
|
(b) b’relazzjoni għar-rimedjar ta’ twettiq ta’ obbligi li ma jkunx konformi, l-Artikoli 111 u 112 ma japplikawx; kif ukoll u |
|
(c) l-Artikolu 156 japplika minflok l-Artikolu 122. |
|
Emenda 197
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 155 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. Meta kuntratt ta’ bejgħ jew kuntratt għall-fornitura tal-kontenut diġitali jiġi tterminat kwalunkwe kuntratt ta’ servizzi relatati jiġi tterminat ukoll. |
Emenda 198
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 156
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 156 | imħassar |
Rekwiżit ta' notifika ta’ nuqqas ta’ konformità f’kuntratti ta' servizzi relatati bejn kummerċjanti |
|
1. F’kuntratt ta' servizzi relatati bejn kummerċjanti, il-klijent jista’ jinvoka n-nuqqas ta’ konformità biss jekk il-klijent jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi fi żmien raġonevoli fejn jispeċifika n-natura tan-nuqqas ta’ konformità. |
|
Iż-żmien jibda jiddekorri minn meta s-servizz relatat ikun ikkompletat jew meta l-klijent jiskopri jew jista’ jkun mistenni li skopra n-nuqqas ta’ konformità, liema minnhom tiġi l-aktar tard. |
|
2. Il-fornitur ta’ servizzi mhuwiex intitolat li jinvoka dan l-Artikolu jekk in-nuqqas ta’ konformità jkun relatat ma’ fatti li l-fornitur ta’ servizzi kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf u li l-fornitur ta’ servizzi ma żvelax lill-klijent. |
|
Emenda 199
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 157
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 157 | imħassar |
Rimedji tal-fornitur ta’ servizzi |
|
1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi mill-klijent, il-fornitur ta’ servizzi għandu, bl-adattament stabbiliti fil-paragrafu 2, l-istess rimedji previsti għall-bejjiegħ fil-Kapitolu 13, jiġifieri li: |
|
(a) jeżiġi t-twettiq tal-obbligi; |
|
(b) jissospendi t-twettiq tiegħu stess; |
|
(c) jittermina l-kuntratt; kif ukoll u |
|
(d) jitlob l-imgħax fuq il-prezz jew id-danni. |
|
2. Il-Kapitolu 13 japplika bl-adattamenti neċessarji. B'mod partikolari l-Artikolu 158 japplika minflok l-Artikolu 132(2). |
|
Emenda 200
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dritt tal-klijent li jirrifjuta t-twettiq | Dritt tal-konsumatur li jirrifjuta t-twettiq |
Emenda 201
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fi kwalunkwe ħin, il-klijent jista’ jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi li t-twettiq jew it-twettiq ulterjuri tas-servizz relatat ma għadux meħtieġ aktar. | 1. Fi kwalunkwe ħin, il-konsumatur jista’ jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi li t-twettiq jew it-twettiq ulterjuri tas-servizz relatat ma għadux meħtieġ aktar. |
Emenda 202
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158 – paragrafu 2 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 1: | imħassar |
Emenda 203
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) il-klijent, jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni ta' terminazzjoni taħt kwalunkwe dispożizzjoni oħra, jibqa’ obbligat li jħallas il-prezz bit-tnaqqis tal-ispejjeż li l-fornitur ta’ servizzi jkun iffranka jew li seta’ jkun mistenni li ffranka billi ma kellux jikkompleta t-twettiq. | (b) il-konsumatur, jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni ta' terminazzjoni taħt kwalunkwe dispożizzjoni oħra, jibqa’ obbligat li jħallas il-prezz bit-tnaqqis tal-ispejjeż li l-fornitur ta’ servizzi jkun iffranka jew li seta’ jkun mistenni li ffranka billi ma kellux jikkompleta t-twettiq. |
Emenda 204
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 158a |
| Natura imperattiva tad-Direttiva |
| Jekk il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija l-liġi ta' Stat Membru, il-konsumaturi ma jistgħux jirrinunzjaw id-drittijiet konferiti fuqhom mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. |
| Kwalunkwe klawżola kuntrattwali li teskludi jew tillimita, direttament jew indirettament, id-drittijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, ma għandhiex torbot lill-konsumatur. |
Ġustifikazzjoni
Fl-interess tal-konsistenza mad-Direttiva 2011/83/UE, id-dispożizzjonijiet finali relevanti ta’ din id-Direttiva, fil-forma emendata, għandhom jiġu inkorportati f’din id-Direttiva. Ara l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/83/UE.
Emenda 205
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 158b |
| Formularju tal-Kuntratti |
| Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi fi żmien [sena] mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, it-termini kuntrattwali standard. |
Emenda 206
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 158c |
| Kampanja ta’ informazzjoni |
| Il-Kummissjoni twettaq kampanja ta’ informazzjoni li biha tinforma lin-negozji f’livell nazzjonali dwar dawn it-termini standard għat-tranżazzjonijiet tal-konsumaturi onlajn, imsejsin fuq ir-regoli Ewropej. |
Emenda 207
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 158d |
| Rappurtar mill-Kummissjoni dwar id-durabilità ppjanata |
| Sa [...], il-Kummissjoni għandha |
| (a) tagħmel riċerka biex tidentifika, tanalizza u tivvaluta l-impatt ta’ durabilità ppjanata fuq iċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodotti, u |
| (b) tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva bil-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata l-problematika tad-durabilità tal-prodotti. |
Ġustifikazzjoni
Id-durabilità ppjanata hija prattika kurrenti li għandha l-għan li tnaqqas iċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott. Din il-problema mhijiex indirizzata fl-acquis attwali. Konsegwentement, huwa meħtieġ li jiġi eżaminat kif din il-prattika taffettwa ċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott fir-rigward tad-drittijiet ta’ garanzija eżistenti (eż. il-prodotti ddisinnjati li jsiru difettużi wara l-garanzija legali ta’ sentejn f’dawk l-Istati Membri li ttrasponew il-perjodu minimu stabbilit fid-Direttiva tal-1999 dwar il-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum) u x’inhuma l-miżuri neċessarji biex tiġi skuraġġita jew penalizzata d-durabilità ppjanata.
Emenda 208
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158e (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 158e |
| Dritt għal rimedju |
| 1. Fejn il-bejjiegħ finali huwa responsabbli lejn il-konsumatur minħabba nuqqas ta’ konformità li tirriżulta minn att jew nuqqas mill-produttur, minn bejjiegħ preċedenti jew minn kwalunkwe intermedjarju ieħor, il-bejjiegħ finali għandu jkun intitolat li jfittex rimedju kontra l-persuna jew il-persuni responsabbli fil-katina kuntrattwali. |
| 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rimedji msemmija fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet biex jiġi eżerċitat id-dritt. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tinkorpora l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-1999 dwar il-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum.
Emenda 209
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158f (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 158f |
| Infurzar |
| 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva. |
| 2. Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali, jista’/jistgħu jieħu/jieħdu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jiġu applikati: |
| (a) il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom; |
| (b) l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi; |
| (c) l-organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jaġixxu. |
Ġustifikazzjoni
Ara l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/83/UE.
Emenda 210
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158g (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 158g |
| Sanzjonijiet |
| 1. L-Istati Membri għandhom jimponu sanzjonijiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
| 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet, sa [...] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. |
Ġustifikazzjoni
Ara l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2011/83/UE.
Emenda 211
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158h (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 158 h |
| Rappurtar u rieżami ta’ leġiżlazzjoni dwar termini ta’ kuntratti |
| Sa [...], il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/13/KEE dwar termini inġusti f’kuntratti tal-konsumaturi f’setturi differenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, u kif ikun xieraq, tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-ħsieb li jsiru emendi. |
Ġustifikazzjoni
Id-Direttiva dwar termini inġusti tal-kuntratti hija l-leġiżlazzjoni orizzontali tal-UE li tirregola t-termini tal-kuntratti tal-konsumatur u l-kundizzjonijiet madwar setturi differenti. Bħala parti mir-rieżami tal-Acquis tal-Konsumatur, il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel analiżi tal-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni biex tidentifika problemi fil-kuntratti tal-kunsumaturi fi swieq differenti (eż. il-fornitura ta’ kontenut diġitali, is-servizz ta’ telekomunikazzjoni, l-enerġija, eċċ.) li għandhom jiġu indirizzati f’reviżjoni potenzjali tad-Direttiva 93/13/KEE.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158i (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 158i |
| Ir-rappurtar tal-Kummisjoni u r-rieżami |
| Sa [...], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jekk ikun il-każ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi biex id-Direttiva tiġi adegwata għall-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur. |
Ġustifikazzjoni
Għandu jkun hemm rekwiżit speċifiku għall-Kummissjoni li tirraporta, biex tinforma l-korpi leġiżlattivi tal-UE, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, b’mod adegwat dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-iżviluppi relevanti tagħha u jekk ikun meħtieġ tipproponi aktar emendi.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – Kapitolu 15 – Taqsima 4 – Artikolu 158j (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 158j |
| Aspetti ta’ implimentazzjoni |
| (1) Sa [...] l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva . Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn il-miżuri fil-forma ta' dokumenti. Għall-finijiet tar-rapport imsemmi fl-Artikolu [...] (Rapportar mill-Kummissjoni u rieżami), il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dawn id-dokumenti. |
| Għandha tapplika dawn il-miżuri mill-[…]. |
| Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza. |
| (2) Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-kuntratti konklużi wara […]. |
Ġustifikazzjoni
Ara l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2011/83/UE.
Emenda 214
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – Kapitolu 16 – Taqsima 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 215
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – Kapitolu 16 – Taqsima 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 216
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – Kapitolu 16 – Taqsima 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 217
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – Kapitolu 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 218
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – Kapitolu 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Emenda 219
Proposta għal regolament
Anness I – Appendiċi 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Id-dritt ta’ irtirar diġà rregolat bid-Direttiva 2011/83/UE.
Emenda 220
Proposta għal regolament
Anness I – Appendiċi 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Formola tal-irtirar mudell | imħassar |
(imla u rritorna din il-formola biss jekk inti tixtieq tirtira mill-kuntratt) |
|
Lil [hawnhekk għandhom jiddaħħlu mill-kummerċjant l-isem tal-kummerċjant, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu]: |
|
Jiena/Aħna* b’dan qed ninnotifikak/ninnotifikawk li Jiena/Aħna* qed nirtira/w mill-kuntratt ta’ bejgħ tal-merkanzija li ġejja*/għall-fornitura tal-kontenut diġitali/għall-fornitura tas-servizz relatat li ġej* tiegħi/tagħna* |
|
Li kien(u) ordnat(i) fi*/li wasal(waslu) fi* |
|
Isem il-konsumatur(i) |
|
L-indirizz tal-konsumatur(i) |
|
Il-firma tal-konsumatur(i) (fil-każ biss li din il-formola hija notifikata fuq karta) |
|
Data |
|
*Aqta' fejn xieraq. |
|
Ġustifikazzjoni
Id-dritt ta’ irtirar diġà huwa rregolat bid-Direttiva 2011/83/UE.
Emenda 221
Proposta għal regolament
Anness II
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
PROĊEDURA
Titolu | Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ | |||
Referenzi | COM(2011)0635 – C7-0329/2011 – 2011/0284(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 25.10.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 25.10.2011 | |||
Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | 24.5.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 31.5.2012 | 24.9.2012 | 21.2.2013 | 21.3.2013 |
| 30.5.2013 | 18.6.2013 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 9.7.2013 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 22 17 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Claudette Abela Baldacchino, Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Preslav Borissov, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Thomas Händel, Małgorzata Handzlik, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Franz Obermayr, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Robert Rochefort, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Jürgen Creutzmann, Ashley Fox, María Irigoyen Pérez, Othmar Karas, Roberta Metsola, Olle Schmidt, Olga Sehnalová, Marc Tarabella, Sabine Verheyen | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Diane Dodds, Francesco Enrico Speroni, Cornelis de Jong | |||