Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

 

2013/0048(COD)

18.9.2013

OPINJONI

tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza tal-prodotti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE, u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 1999/5/KE, 2000/9/KE, 2000/14/KE, 2001/95/KE, 2004/108/KE, 2006/42/KE, 2006/95/KE, 2007/23/KE, 2008/57/KE, 2009/48/KE, 2009/105/KE, 2009/142/KE, 2011/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( COM(2013)0075 – C7‑0043/2013 – 2013/0048(COD) )

Rapporteur: George Sabin Cutaş

 

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011[1], il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas Ewropew komuni għas-sorveljanza tas-suq biex dan jieħu post ir-reġim tas-sorveljanza tas-suq speċifiku għas-settur fis-seħħ bħalissa li qed isir dejjem aktar kumpless u oneruż.

 

Il-Kummissjoni laqgħet din l-istedina u fit-13 ta’ Frar 2013 ippreżentat l-hekk imsejjaħ “Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq”, li jinkludi wkoll proposta għal regolament dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u pjan ta’ azzjoni pluriennali għas-sorveljanza tas-suq li jkopri l-perjodu mill-2013 sal-2015. Dan ir-regolament dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti għandu l-għan li jikkjarifika l-qafas regolatorju għas-sorveljanza tas-suq fil-qafas tal-prodotti li mhumiex għall-ikel permezz tal-fużjoni tar-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq ta’ atti leġiżlattivi varji, kultant speċifiċi għas-settur, fi strument ġuridiku wieħed li jiġi applikat b’mod orizzontali fis-setturi kollha. Għaldaqstant, il-proposta tissemplifika u ssaħħaħ il-leġiżlazzjoni attwali dwar is-sorveljanza tas-suq.

 

Is-sorveljanza tas-suq saret kwistjoni dejjem aktar preokkupanti. Filwaqt li l-għadd ta’ prodotti mhux konformi fis-suq tal-Unjoni ma jistax jiġi injorat, u possibbilment qed jikber, qam tħassib li xi Stati Membri setgħu ma allokawx riżorsi xierqa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex dawn ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom. It-tħassib għandu dimensjoni kummerċjali ċara: Peress li l-UE qed tkompli tiftaħ is-swieq tagħha għal prodotti minn pajjiżi terzi fil-qafas tal-konklużjoni ta’ Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles, il-prodotti għall-konsumatur li jitqiegħdu fis-suq intern Ewropew qed joriġinaw dejjem iżjed minn pajjiżi terzi. F’għadd importanti ta’ każijiet, ma kienx possibbli li jiġi identifikat il-manifattur tal-prodott mhux konformi importat minn pajjiżi terzi. Fl-istess waqt, il-manifatturi Ewropej jinvestu b’mod sostanzjali biex ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni Ewropea u għalhekk il-kompetituri minn pajjiżi terzi li ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE mhux biss idgħajfu l-ksib ta’ diversi objettivi ta’ politika pubblika tal-UE iżda saħansitra jipperikolaw il-kompetittività tal-industrija Ewropea.

 

F'dan il-kuntest, ir-rapporteur jixtieq jagħmel ftit suġġerimenti:

· il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari dawk li jgawdu aċċess preferenzjali għas-suq intern tal-Unjoni, għandha bżonn tissaħħaħ;

· il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandha tkun indirizzata mill-Kummissjoni Ewropea fin-negozjati kummerċjali;

· l-Istati Membri jeħtiġilhom jallokaw biżżejjed riżorsi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lil dawk tad-dwana biex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom, b’mod partikolari rigward il-kwistjoni li l-awtoritajiet fil-punti tad-dħul ewlenin (il-portijiet) fis-suq intern Ewropew ikollhom iġorru l-piż prinċipali ta’ dawn id-dmirijiet, filwaqt li r-riskji jolqtu lill-Unjoni kollha kemm hi;

· il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar attiv fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni f’dan il-qasam sabiex jiġu żgurati kundizzjonjiet ekwi f’dik li hi l-implimentazzjoni tar-reġim tas-sorveljanza tas-suq tal-UE u sabiex jiġi evitat li operaturi kummerċjali diżonesti jfittxu l-punt dgħajjef fis-sistema tas-sorveljanza tas-suq;

· il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod kritiku l-funzjonament tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi.

Bażi tad-Dejta pan-Ewropea dwar il-Korrimenti (IDB) għandha titwaqqaf u tiġi kkoordinata mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tappoġġa l-infurzar tal-miżuri tas-sorveljanza tas-suq mill-awtoritajiet rilevanti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

 

 

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33, 114 u 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33, 114, 169 u 207 tiegħu,

 

 

Emenda  2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- Wara li kkunsidraw ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq ( 2010/2085(INI) ),

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Sabiex jiggarantixxu l-moviment liberu tal-prodotti fl-Unjoni, huwa meħtieġ li jiżguraw li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sigurtà inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent u s-sigurtà pubblika. L-infurzar robust ta’ dawn ir-rekwiżiti huwa essenzjali għall-ħarsien xieraq ta’ dawn l-interessi u biex jinħolqu l-kundizzjonijiet li fihom il-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-oġġetti tal-Unjoni tista' tiżviluppa. Għalhekk regoli dwar is-sorveljanza tas-suq u dwar il-kontrolli tal-prodotti li jidħlu fl-Unjoni huma meħtieġa minn terzi pajjiżi.

(1) Sabiex jiġu ggarantiti l-moviment liberu tal-prodotti fl-Unjoni, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-konsumaturi fl-UE u fil-pajjiżi terzi li jagħmlu kummerċ mal-UE, kif ukoll sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-prodotti li jidħlu fis-suq tal-UE jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sigurtà inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-prattiki ta' kummerċ ġust,; il-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ħaddiema, il-protezzjoni tal-ambjent, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u s-sigurtà pubblika. L-infurzar robust ta’ dawn ir-rekwiżiti huwa essenzjali għall-ħarsien xieraq ta’ dawn l-interessi u biex jinħolqu l-kundizzjonijiet li fihom il-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-oġġetti tal-Unjoni, kemm online kif ukoll offline, tista' tiżviluppa. Għalhekk regoli dwar is-sorveljanza tas-suq, online u offline, u dwar il-kontrolli tal-prodotti li jidħlu fl-Unjoni huma meħtieġa minn pajjiżi terzi.

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Filwaqt li tikkunsidra l-aħħar dejta pprovduta mill-Ewrobarometru li tindika tnaqqis fil-fiduċja tal-konsumaturi fil-konfront tas-sigurtà tal-prodotti mibjugħa fl-UE, l-Unjoni għandha ssaħħaħ il-qafas regolatorju tagħha għas-sorveljanza tas-suq sabiex tirbaħ lura l-fiduċja tal-konsumaturi Ewropej.

 

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Minħabba l-importanza tal-UE bħala blokk kummerċjali globali, jeħtieġ li din il-pożizzjoni tintuża biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi pubbliċi bħas-saħħa u s-sikurezza, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-ambjent fil-pajjiżi li magħhom l-UE tagħmel kummerċ.

 

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Dan ir-Regolament għalhekk għandu jintegra d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, id-Direttiva 2001/95/KE u diversi atti speċifiċi għas-settur tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni rigward is-sorveljanza tas-suq f’regolament uniku li jkopri l-prodotti fl-oqsma armonizzati u dawk li mhumiex armonizzati tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, irrispettivament jekk humiex maħsuba għall-użu, jew jekk aktarx hux se jintużaw mill-konsumaturi jew mill-professjonisti.

(8) Dan ir-Regolament għalhekk għandu jintegra d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, id-Direttiva 2001/95/KE u diversi atti speċifiċi għas-settur tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni rigward is-sorveljanza tas-suq f’regolament uniku li jkopri l-prodotti fl-oqsma armonizzati u dawk li mhumiex armonizzati tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, irrispettivament jekk jiġux ikkummerċjalizzati online jew offline, jekk humiex maħsuba għall-użu, jew jekk aktarx hux se jintużaw mill-konsumaturi jew mill-professjonisti.

 

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Is-sorveljanza tas-suq għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju maħluqa minn prodott, waqt li tqis id-dejta kollha rilevanti. Prodott li huwa soġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li jistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali rigward il-protezzjoni ta’ ċerti interessi pubbliċi għandu jitqies li ma joħloqx riskju għal dawk l-interessi pubbliċi jekk ikun konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali.

(15) Is-sorveljanza tas-suq għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju maħluqa minn prodott, waqt li tqis id-dejta kollha rilevanti, kif ukoll fuq id-dmir tad-diliġenza tal-operaturi ekonomiċi rilevanti kollha, speċjalment l-intermedjarji, irrispettivament jekk il-prodotti jkunux ikkummerċjlizzati online jew offline. Prodott li huwa soġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li jistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali rigward il-protezzjoni ta’ ċerti interessi pubbliċi għandu jitqies li ma joħloqx riskju għal dawk l-interessi pubbliċi jekk ikun konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali.

 

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Fil-każ tal-prodotti mhux armonizzati, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iqisu d-dokumentazzjoni pprovduta mill-operaturi ekonomiċi skont (UE) Nru [.../...] [dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur].

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun hemm aktar rabtiet bejn ir-regolamentazzjoni tas-sorveljanza tas-suq u d-Direttiva dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur.

 

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq biex tidentifika prodotti li għandhom il-potenzjal li jaffettwaw b’mod ħażin l-interessi tal-pubbliku mħarsa mir-[], leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur u leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra dwar prodotti li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. Fejn disponibbli, għandha tinkludi, dejta dwar ir-riskji li mmaterjalizzaw qabel fir-rigward tal-prodott inkwistjoni. Għandhom ukoll jitqiesu l-miżuri kollha li jistgħu jittieħdu mill-operatur ekonomiku kkonċernat sabiex jittaffa r-riskju. Il-vulnerabbiltà potenzjali partikulari tal-konsumaturi, b'kuntrast mal-utenti professjonali, għandha tittieħed inkonsiderazzjoni, kif ukoll iż-żieda fil-vulnerabbiltà ta' ċerti kategoriji ta’ konsumaturi bħat-tfal, l-anzjani jew in-nies b’diżabbiltà.

(18) Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq biex tidentifika prodotti li għandhom il-potenzjal li jaffettwaw b’mod ħażin l-interessi tal-pubbliku mħarsa mir-[], leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur u leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra dwar prodotti li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. Fejn disponibbli, għandha tinkludi, dejta dwar ir-riskji li mmaterjalizzaw qabel fir-rigward tal-prodott inkwistjoni. Għandhom ukoll jitqiesu l-miżuri kollha li jistgħu jittieħdu mill-operatur ekonomiku kkonċernat, bl-applikazzjoni tad-dmir tad-diliġenza, sabiex jittaffa r-riskju. Il-vulnerabbiltà potenzjali partikulari tal-konsumaturi, b'kuntrast mal-utenti professjonali, għandha tittieħed inkonsiderazzjoni, kif ukoll iż-żieda fil-vulnerabbiltà ta' ċerti kategoriji ta’ konsumaturi bħat-tfal, l-anzjani jew in-nies b’diżabbiltà. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jibqgħu japplikaw il-prinċipju prekawzjonali f'każijiet fejn l-evidenza xjentifika ma tagħtix ċertezza dwar is-sikurezza ta' prodott.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju prekawzjonali huwa msemmi b'mod espliċitu fid-direttivi u r-regolamenti attwali dwar is-sikurezza tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Kemm prodotti ġodda u dawk second hand li joriġinaw minn barra l-Unjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss wara li jkunu ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera. Fil-fruntieri esterni tal-Unjoni hemm bżonn ta' kontrolli effettivi biex jitwaqqaf ir-rilaxx ta' prodotti li jistgħu joħolqu riskju jekk jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni sakemm issir valutazzjoni u tittieħed deċiżjoni finali mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

(19) Kemm prodotti ġodda u dawk second hand li joriġinaw minn barra l-Unjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss wara li jkunu ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera. Filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju tal-uniformità tal-Politika Kummerċjali Komuni, fil-fruntieri esterni tal-Unjoni hemm bżonn ta' kontrolli effettivi biex jitwaqqaf ir-rilaxx ta' prodotti li jistgħu joħolqu riskju jekk jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni sakemm issir valutazzjoni u tittieħed deċiżjoni finali mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività ta’ dawn il-kontrolli, sabiex jiġi żgurat li l-istess standards jiġu applikati fil-punti kollha tad-dħul fis-suq tal-Unjoni b’tali mod li operaturi kummerċjali diżonesti ma jiżvijawx il-kummerċ lejn punti tad-dħul fis-suq tal-Unjoni b’implimentazzjoni anqas strinġenti tar-reġim regolatorju għas-sorveljanza tas-suq tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Instab li prodotti importati jippreżentaw riskju ogħla ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE. Jeżisti riskju li operaturi kummerċjali diżonesti jiżvijaw il-prodotti tagħhom lejn punti tad-dħul b’implimentazzjoni dgħajfa tar-reġim tas-sorveljanza tas-suq tal-UE. Il-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li r-reġim jiġi applikat b'mod konsistenti fl-Unjoni kollha.

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Li tobbliga l-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll ta' prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni biex iwettqu verifiki fuq skala adegwata għalhekk tikkontribwixxi għal suq għall-prodotti aktar sigur fl-Unjoni. Sabiex tiżdied l-effettività ta' tali verifiki, għandhom jissaħħu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jikkonċernaw il-prodotti li joħolqu riskju.

(20) Li tobbliga l-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll ta' prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni biex iwettqu verifiki fuq skala adegwata għalhekk tikkontribwixxi għal suq għall-prodotti aktar sigur fl-Unjoni. Sabiex tiżdied l-effettività ta' tali verifiki, għandhom jissaħħu b'mod sinifikanti l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jikkonċernaw il-prodotti li joħolqu riskju. Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ tal-kooperazzjoni bejn dawn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tressaq rakkomandazzjonijiet biex tkompli tittejjeb il-kooperazzjoni tagħhom. Minħabba l-importanza li qed tikber tal-importazzjoni lejn l-UE u t-tħassib muri mill-partijiet interessati dwar kontrolli insuffiċjenti fil-fruntieri, il-Kummissjoni se timmonitorja u tivvaluta l-funzjonament ġenerali tal-kontrolli tal-fruntieri esterni u se tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri f'każ ta' xi nuqqas rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex biżżejjed li timpenja ruħha biex issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti; il-Kummissjoni jeħtiġilha tassumi rwol attiv biex tiffaċilita u timmentorja din il-kooperazzjoni.

 

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jingħataw is-setgħa li jeqirdu l-prodotti, iwaqqfuhom milli jaħdmu jew jordnaw il-qirda tagħhom permezz ta' operatur ekonomiku rilevanti, jekk iħossu li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jiżguraw li tali oġġetti ma jistgħux joħolqu aktar theddid.

(21) L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jingħataw is-setgħa li jeqirdu l-prodotti, iwaqqfuhom milli jaħdmu jew jordnaw lill-operatur ekonomiku rilevanti, li jopera online jew offline, jeqridhom jew jirtirahom, jekk iħossu li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jiżguraw li tali oġġetti ma jistgħux joħolqu aktar theddid, jew biex jevitaw li prodotti illeċiti jidħlu fis-suq.

 

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Għandu jkun hemm skambju effettiv, rapidu u preċiż ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu pprovduti għodod effettivi għal tali skambju. Is-sistema tal-Unjoni ta’ informazzjoni rapida (RAPEX) instabet li kienet effettiva u effiċjenti. Ir-RAPEX tippermetti li l-miżuri jiġu implimentati mal-Unjoni kollha fir-rigward ta’ prodotti li joħolqu riskju lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru uniku. Biex tevita dupplikazzjoni mhux meħtieġa, din is-sistema għandha tintuża għan-notifiki kollha ta' twissija meħtieġa minn dan ir-Regolament rigward prodotti li joħolqu riskju.

(23) Għandu jkun hemm skambju effettiv, rapidu u preċiż ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu pprovduti għodod effettivi għal tali skambju. Is-sistema tal-Unjoni ta’ informazzjoni rapida (RAPEX) instabet li kienet effettiva u effiċjenti. Ir-RAPEX tippermetti li l-miżuri jiġu implimentati mal-Unjoni kollha fir-rigward ta’ prodotti li joħolqu riskju lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru uniku. Biex tevita duplikazzjoni mhux meħtieġa, din is-sistema għandha tintuża għan-notifiki kollha ta' twissija meħtieġa minn dan ir-Regolament rigward prodotti li joħolqu riskju u għandha tiġi aġġornata l-ħin kollu.

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Minħabba d-daqs tas-suq tal-Unjoni għall-oġġetti u minħabba li ma hemmx fruntieri interni, huwa importanti fejn li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jkunu jsiru u jkunu kapaċi jikkooperaw ma' xulxin b'mod effettiv u li jikkoordinaw sostenn u azzjoni konġunti. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi għal għajnuna reċiproka.

(25) Minħabba d-daqs tas-suq tal-Unjoni għall-oġġetti u minħabba li ma hemmx fruntieri interni, huwa importanti li fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq (inklużi l-awtoritajiet tad-dwana fil-punti konfinali tal-Unjoni Ewropea) tal-Istati Membri jkunu jridu u jkunu kapaċi jikkooperaw ma' xulxin b'mod effettiv u li jikkoordinaw sostenn u azzjoni konġunti. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti u infurzati mekkaniżmi għal għajnuna reċiproka. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-mekkaniżmi jkollhom finanzjament adegwat.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex biżżejjed li jiġu applikati l-istess regoli fis-suq intern tal-UE, iżda huwa essenzjali li jiġu infurzati b’mod konsistenti fi ħdan l-Unjoni, peress li prodott mhux konformi mqiegħed fis-suq fi Stat Membru wieħed jista’ jiċċirkola liberament madwar l-Unjoni kollha. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

 

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pjan ta' azzjoni pluriennali għas-sorveljanza tas-suq li jkopri l-perjodu 2013-2015, l-"20 azzjoni għal prodotti aktar siguri u konformi għall-Ewropa: pjan ta’ azzjoni pluriennali għas-sorveljanza tal-prodotti fl-UE" jkun implimentat b'mod effettiv. Sal-aħħar tal-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar ir-riżultati miksuba permezz tal-20 azzjoni maħsuba u teżamina l-ħtieġa ta' azzjonijiet leġiżlattivi u oħrajn mhux leġiżlattivi, biex tnaqqas l-għadd ta' prodotti mhux sikuri jew mhux konformi u tiżgura l-effettività tas-sorveljanza tal-prodotti kemm fl-Unjoni, kif ukoll dwar mad-dħul fl-Unjoni.

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kapaċità u r-rieda tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq minn pajjiżi terzi li jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fit-twettiq tal-Politika Kummerċjali Komuni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tindirizza u tħeġġeġ il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fin-negozjati kummerċjali bilaterali, plurilaterali u multilaterali tagħha.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti għall-aħħar li l-kwistjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tkun diġà indirizzata mill-Kummissjoni fin-negozjati kummerċjali tagħha, b’mod partikolari peress li l-Kummissjoni nediet aġenda ambizzjuża ta’ negozjati kummerċjali bilaterali. Peress li l-aċċess preferenzjali aktarx iżid il-fluss ta’ prodotti minn dawn il-pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni, irid jiġi żgurat li dan ma jippreżentax sfida addizzjonali għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri.

 

Emenda  17

Proposta għal regolament

Recital 31 a (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-rispett għad-dispożizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità, inkluż għas-sigrieti tal-manifattura u l-kummerċ, ma jingħatax preċedenza fuq il-ħruġ ta’ twissijiet lill-pubbliku rigward prodotti perikolużi li jista’ jkollhom impatt fuq is-saħħa, is-sigurtà personali u l-kwalità tal-ambjent.

 

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penalitajiet iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(33) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penalitajiet iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, sabiex l-operaturi kummerċjali diżonesti jiġu skuraġġuti milli jdaħħlu intenzjonalment prodotti perikolużi jew mhux konformi fis-suq intern.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' riżorsi għat-twettiq tas-sorveljanza tas-suq wassal għal diverġenzi fil-kummerċ, fejn operaturi kummerċjali diżonesti deliberatament jagħżlu punti tad-dħul fis-suq intern fejn is-sorveljanza hija anqas effettiva u fejn il-pieni huma aktar baxxi. Jeħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed riżorsi għas-sorveljanza tas-suq mingħajr ma jitpoġġa piż sproporzjonat fuq il-baġit nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha.

 

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Recital 33 a (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) Sabiex il-penali li l-Istati Membri jimponu fuq l-operaturi ekonomiċi jkunu effettivi, għandhom ikunu introdotti b'manjiera kkoordinata.

 

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Is-sorveljanza tas-suq għandha tkun iffinanzjata, għall-anqas parti minnha, minn ħlasijiet imposti fuq operaturi ekonomiċi fejn il-ħlasijiet huma mitluba mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex tieħu azzjoni korrettiva jew meta dawk l-awtoritajiet ikunu obbligati jieħdu azzjoni huma nfushom.

(34) Is-sorveljanza tas-suq għandha tkun iffinanzjata, għall-anqas parti minnha, minn ħlasijiet imposti fuq operaturi ekonomiċi fejn il-ħlasijiet huma mitluba mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex tieħu azzjoni korrettiva jew meta dawk l-awtoritajiet ikunu obbligati jieħdu azzjoni huma nfushom. Dawk il-ħlasijiet m'għandhomx jitbatew mill-konsumatur u għaldaqstant m'għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-prezz finali ta' prodott.

 

 

Emenda  21

Proposta għal regolament

Recital 34 a (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Id-dħul miġbur mill-penali fuq il-ksur tar-regolament għandu jkun iddedikat għall-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' riżorsi għat-twettiq tas-sorveljanza tas-suq wassal għal diverġenzi fil-kummerċ, fejn operaturi kummerċjali diżonesti deliberatament jagħżlu punti tad-dħul fis-suq intern fejn is-sorveljanza hija anqas effettiva u fejn il-pieni huma aktar baxxi. Jeħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed riżorsi għas-sorveljanza tas-suq mingħajr ma jitpoġġa piż sproporzjonat fuq il-baġit nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha.

 

 

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 41

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat li prodotti fis-suq koperti mil-liġi tal-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurtà u interessi pubbliċi oħra, waqt li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern billi jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq koerenti fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba li l-kisba ta’ dan l-għan teħtieġ livell għoli ta’ kooperazzjoni, interazzjoni u uniformità ta’ tħaddim fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri kollha, u jista', għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imsemmi f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.

(41) Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat li prodotti fis-suq, online u offline, koperti mil-liġi tal-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurtà u interessi pubbliċi oħra, waqt li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern, kemm online kif ukoll offline, billi jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq koerenti fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba li l-kisba ta’ dan l-għan teħtieġ livell għoli ta’ kooperazzjoni, interazzjoni u uniformità ta’ tħaddim fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri kollha, u jista', għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imsemmi f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.

 

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Dan ir-Regolament jirrispetti d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dan ir-Regolament ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ għall-obbli biex jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa umana u protezzjoni għall-konsumatur kif ukoll bir-rispett sħiħ tal-libertà biex isir negozju u d-dritt għall-propjetà.

(42) Dan ir-Regolament jirrispetti d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dan ir-Regolament ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ għall-obbligu biex jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa umana u protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, kif ukoll ir-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-konsumaturi u tal-ħaddiema.

 

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixi qafas għall-verifika li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti li jissalvagwardjaw, f'livell għoli, is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent, is-sigurtà tal-pubbliku u interessi pubbliċi oħra.

Dan ir-Regolament jistabbilixi qafas għall-verifika li l-prodotti mqiegħda fis-suq, online jew offline, u li jidħlu fis-suq tal-UE għar-rilaxx, jissodisfaw ir-rekwiżiti li jissalvagwardjaw, f'livell għoli, is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiem u tal-konsumatur, il-prattiki tal-kummerċ ġust, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tas-sigurtà pubblika u interessi pubbliċi oħra.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li r-rwol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u ta’ dawk tad-dwana huwa li jiżguraw li l-prodotti konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE biss jidħlu u jiċċirkolaw fis-suq tal-Unjoni.

 

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kapitoli I, II, III, V u VI ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti kollha li huma soġġetti għar-Regolament (UE) Nru [] jew il-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni, inkluż għall-prodotti mmuntati jew immanifatturati għall-użu personali tal-manifattur, u sat-tali punt li l-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni ma tkunx tinkluxi dispożizzjoni bl-istess għan.

1. Il-Kapitoli I, II, III, V u VI ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti kollha li huma soġġetti għar-Regolament (UE) Nru [] jew il-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni, inkluż għall-prodotti mmuntati jew immanifatturati għall-użu personali esklużiv tal-manifattur, u sat-tali punt li l-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni ma tkunx tinkluxi dispożizzjoni bl-istess għan.

Ġustifikazzjoni

"Użu esklużiv" tfisser użu fi ħdan il-faċilitajiet tal-manifattur tal-prodotti li mbagħad jitqiegħdu fis-suq għall-bejgħ.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(2) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista jew preżentazzjoni ta' prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni, online jew offline, tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

 

 

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) "tqiegħed fis-suq" tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

(3) "tqiegħed fis-suq" tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni, online jew offline;

 

 

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) “sorveljanza tas-suq” tfisser attivitajiet imwettqa u miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw li l-prodotti ma jipperikolawx is-saħħa, is-sigurtà jew kwalunkwe aspett ieħor tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi u, fil-każ tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan dan il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni, li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dik il-leġiżlazzjoni.

(11) “sorveljanza tas-suq” tfisser attivitajiet imwettqa u miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw li l-prodotti disponibbli online jew offline ma jipperikolawx is-saħħa, is-sigurtà jew kwalunkwe aspett ieħor tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi u, fil-każ tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan dan il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni, li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dik il-leġiżlazzjoni.

 

 

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) "awtorità tas-sorveljanza tas-suq" tfisser awtorità ta' Stat Membru responsabbli għat-twettiq tas-sorveljanza tas-suq fit-territorju tiegħu;

(12) "awtorità tas-sorveljanza tas-suq" tfisser awtorità ta' Stat Membru responsabbli għat-twettiq tas-sorveljanza tas-suq, online jew offline, fit-territorju tiegħu;

 

 

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) “prodott li jippreżenta riskju" tfisser prodott li għandu l-potenzjal li jaffettwa b'mod negattiv is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent u s-sikurezza pubblika kif ukoll interessi pubbliċi oħra sa ċertu punt li tmur lil hinn minn dak li huwa meqjus bħala raġjonevoli u aċċettabbli skont il-kundizzjonijiet normali jew prevedibbli b'mod raġjonevoli tal-użu tal-prodott ikkonċernat, inkluż iż-żmien tal-użu u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti tat-tqegħid tiegħu fis-servizz, l-installazzjoni u l-manteniment.

(13) “prodott li jippreżenta riskju" tfisser prodott li għandu l-potenzjal li jaffettwa b'mod negattiv is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni inġenerali, inklużi dawk involuti fil-proċess tal-manifattura, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, id-drittijiet tal-ħaddiema minħabba n-nuqqas ta' konformità mal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u s-sigurtà pubblika, inkluż fil-pajjiż fejn il-prodott kien manifatturat u/jew ipproċessat, kif ukoll interessi pubbliċi oħra sa ċertu punt li jmur lil hinn minn dak li huwa meqjus bħala raġjonevoli u aċċettabbli skont il-kundizzjonijiet normali jew prevedibbli b'mod raġjonevoli tal-użu tal-prodott ikkonċernat, inkluż iż-żmien tal-użu u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti tat-tqegħid tiegħu fis-servizz, l-installazzjoni u l-manutenzjoni.

 

 

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) "prodott li jippreżenta riskju regolatorju" tfisser prodott li jonqos milli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni;

 

 

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) "leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ armonizzazzjoni" tfisser leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti;

(18) "leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni" tfisser leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet sabiex il-prodotti jkunu disponibbli fis-suq kemm online kif ukoll offline;

 

 

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sorveljanza tas-suq għandha tiġi organizzata u mwettqa f'konformità ma' dan ir-Regolament bil-ħsieb li tiżgura li l-prodotti li jippreżentaw riskju ma jsirux disponibbli fis-suq tal-Unjoni u li, fejn tali prodotti jkunu saru disponibbli, għandhom jittieħdu miżuri effettivi biex jitneħħa r-riskju ppreżentat mill-prodott.

2. Is-sorveljanza tas-suq għandha tiġi organizzata u mwettqa f'konformità ma' dan ir-Regolament bil-ħsieb li tiżgura li l-prodotti li jippreżentaw riskju u l-prodotti li ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni ma jitqegħdux jew ma jsirux disponibbli fis-suq tal-Unjoni u li, fejn tali prodotti jkunu saru disponibbli, għandhom jittieħdu miżuri effettivi biex jitneħħa r-riskju ppreżentat mill-prodott.

 

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-implimentazzjoni tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli fil-fruntieri esterni għandhom jiġu mmonitorjati mill-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dawn l-attivitajiet u l-kontrolli lill-Kummissjoni kull sena. L-informazzjoni rrappurtata għandha tinkludi statistika rigward l-għadd ta’ kontrolli mwettqa u għandha tiġi kkomunikata lill-Istati Membri kollha. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku.

3. L-implimentazzjoni tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli fil-fruntieri esterni għandhom jiġu mmonitorjati mill-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dawn l-attivitajiet u l-kontrolli lill-Kummissjoni kull sena. L-informazzjoni rrappurtata għandha tinkludi statistika rigward l-għadd ta’ kontrolli mwettqa, spjegazzjonijiet dwar kif twettqu l-kontrolli u l-evalwazzjonijiet tar-riskju, u r-riżorsi disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata mill-Istati Membri kollha. L-Istati Membri għandhom jagħmlu sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni konsistenti kif ukoll l-effettività ta’ dawn l-attivitajiet u kontrolli u, jekk ikun meħtieġ, tressaq rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti u effettiva madwar l-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex biżżejjed li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar l-attivitajiet tagħhom; il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-attivitajiet tagħhom abbażi tal-informazzjoni li tirċievi, u jekk ikun hemm bżonn tressaq rakkomandazzjonjiet biex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti u effettiva tar-reġim tas-sorveljanza tas-suq tal-UE.

 

 

 

 

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jingħataw is-setgħat u jkunu afdati bir-riżorsi u l-mezzi meħtieġa għat-twettiq korrett tal-kompiti tagħhom.

2. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jingħataw is-setgħat u jkunu afdati bir-riżorsi u l-mezzi meħtieġa għat-twettiq korrett tal-kompiti tagħhom. L-Istati Membri għandhom ta' kull sena jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar ir-riżorsi allokati lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-adegwatezza tar-riżorsi mogħtija u tressaq rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri f'każ ta' riżorsi insuffiċjenti.

 

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull Stat Membri għandu jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex jiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li huwa waqqaf jew ħatar jiskambjaw l-informazzjoni, jikkooperaw u jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom bejniethom u mal-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli tal-prodott fil-fruntieri esterni tal-Unjoni.

3. Kull Stat Membri għandu jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex jiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li huwa waqqaf jew ħatar jiskambjaw l-informazzjoni, jikkooperaw u jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom bejniethom u mal-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli tal-prodott fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jkun ħatar jew stabbilixxa jkollhom riżorsi xierqa biex iwettqu din il-kooperazzjoni. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dawn il-mekkaniżmi ta’ skambju ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex biżżejjed li l-Istati Membri jkunu suġġetti għar-rekwiżit li jitolbu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni; irid jiġi żgurat ukoll li dawn jiġu implimentati u li jiffunzjonaw kif suppost. Bħala prerekwiżit għal mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni li jiffunzjonaw tajjeb, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom bżonn jingħataw riżorsi xierqa biex joħolquhom.

 

 

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jimpenjaw ruħhom li jintraċċaw malajr u jikkontribwixxu bis-sħiħ għat-tisħiħ tal-armonizazzjoni tas-sistemi ta' kontrolli doganali bl-appoġġ tal-awtoritajiet nazzjonali u f'kooperazzjoni magħhom.

Ġustifikazzjoni

L-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali jiffaċilitaw il-kontroll fuq l-importazzjonijiet, speċjalment għal dawk il-prodotti li jippreżentaw riskju akbar b'rabta mal-oriġini jew il-komponenti tagħhom.

 

 

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun xieraq, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwissu lill-utenti fit-territorji tagħhom fi żmien adegwat bi prodotti li dawk l-awtoritajiet identifikaw bħala li joħolqu riskju.

F'każ ta' riskju magħruf jew emerġenti skont l-Artikolu 6(1), l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwissu lill-utenti fit-territorji tagħhom fi żmien adegwat bi prodotti li dawk l-awtoritajiet identifikaw bħala li joħolqu riskju.

 

 

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma għandhom jikkoperaw ma' operaturi ekonomiċi fir-rigward ta' azzjonijiet li jistgħu jipprevjenu jew inaqqsu riskji kkawżati minn prodotti li jkunu disponibbli minn dawk l-operaturi. Għal dan il-għan, għandhom iħeġġu u jippromwovu azzjoni volontarja minn operaturi ekonomiċi inkluż, fejn applikabbli, permezz tal-iżvilupp u l-aderenza għall-kodiċi ta’ prattika tajba.

Huma għandhom jikkooperaw mal-operaturi ekonomiċi u mat-trejdjunjins biex jipprevjenu jew inaqqsu riskji kkawżati minn prodotti li jkunu saru disponibbli minn dawk l-operaturi ekonomiċi. Għal dan il-għan, għandhom iħeġġu u jippromwovu azzjoni volontarja minn operaturi ekonomiċi inkluż, fejn applikabbli, permezz tal-iżvilupp u l-aderenza għall-kodiċi ta’ prattika tajba.

 

 

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jipprovdu lill-konsumaturi u lil partijiet oħra interessati bl-opportunità li jressqu ilmenti dwar kwistjonijiet rigward is-sigurtà tal-prodotti, l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u riskji li jfeġġu b'konnessjoni mal-prodotti u jsegwu dawk l-ilmenti kif xieraq.

(a) jipprovdu lill-konsumaturi u lil partijiet oħra interessati, inklużi t-trejdjunjins, l-opportunità li jressqu ilmenti dwar kwistjonijiet rigward is-sigurtà tal-prodotti, l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u riskji li jfeġġu b'konnessjoni mal-prodotti u jsegwu dawk l-ilmenti kif xieraq.

 

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jfassal programm ġenerali tas-sorveljanza tas-suq u għandu jirrevedi dak il-programm, u jaġġornah jekk ikun hemm bżonn, għall-anqas kull erba’ snin. Il-programm għandu jkopri l-organizzazzjoni tas-sorveljanza tas-suq u attivitajiet relatati, u jqis il-ħtiġijiet speċifiċi tan-negozju b’mod ġenerali, u b’mod partikolari l-SMEs, meta jimplimenta l-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u r-Regolament Nru […/…] [on consumer product safety], u jipprovdi gwida u għajnuna. Għandu jinkludi l-punti li ġejjin:

11. Kull Stat Membru għandu jfassal programm ġenerali tas-sorveljanza tas-suq u għandu jirrevedi dak il-programm u jaġġornah għall-anqas kull erba’ snin. Il-programm għandu jkopri l-organizzazzjoni tas-sorveljanza tas-suq u attivitajiet relatati, u jqis il-ħtiġijiet speċifiċi tan-negozju b’mod ġenerali, u b’mod partikolari l-SMEs, meta jimplimenta l-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u r-Regolament Nru […/…] [on consumer product safety], u jipprovdi gwida u għajnuna. Għandu jinkludi l-punti li ġejjin:

 

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jfassal programmi speċifiċi għas-settur u għandu jirrevedi dawn il-programmi, u jaġġornawhom kull sena, jekk ikun hemm bżonn. Dawn il-programmi għandhom ikopru s-setturi kollha li fihom l-awtoritajiet iwettqu attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq.

2. Kull Stat Membru għandu jfassal programmi speċifiċi għas-settur u għandu jirrevedi dawn il-programmi, u jaġġornahom kull sena, b’mod partikolari billi tiġi kkunsidrata żieda fid-dħul fis-suq tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti minħabba l-applikazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE ma’ pajjiżi terzi. Dawn il-programmi għandhom ikopru s-setturi kollha li fihom l-awtoritajiet iwettqu attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Peress li d-dħul fis-seħħ ta’ ftehimiet kummerċjali ġodda aktarx iwassal għal żieda fi prodotti minn pajjiżi terzi, li l-produtturi tagħhom jaf ma jkunux daqstant midħla tal-konformità mal-liġi tal-UE, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw dawn il-prodotti b’mod partikolari huma u jistabbilixxu programmi speċifiċi għas-settur fil-qasam tas-sorveljanza tas-suq.

 

 

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom jitqiegħdu fis-suq u jiġu approvati skont ir-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jkunu siguri biex jintużaw.

 

 

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 8b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem tal-kummerċ irreġistrat jew il-marka tad-ditta rreġistrata u l-indirizz fl-Unjoni li jistgħu jkunu kkuntattjati fih dwar il-prodott jew flimkien mal-prodott imqiegħed fis-suq.

 

 

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-importaturi għandu jkollhom l-awtorizzazzjoni tal-manifattur stabbilit barra l-UE sabiex jaġixxu bħala rappreżentanti tal-manifattur għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

 

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ tal-prodotti li mhumiex suġġetti għal leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq se jqisu l-protokolli, listi ta' kontrolli u dokumenti oħra rilevanti li l-operaturi ekonomiċi jkunu pprovdew fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti skont id-Direttiva [...] dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

It is necessary to define on which basis market surveillance authorities may have sufficient reason to believe that products made available on the market could present a risk. Article 9 provides such a definition for products subject to Union harmonisation legislation, but it does not for other products. In the case of non-harmonised products, it is necessary to make the link with the CPSD where criteria for risk assessment are laid down. Due to the increasing import of products that may not be covered by harmonisation legislation into the EU, it is necessary to strengthen the criteria market surveillance authorities should base their judgments on.

 

 

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) il-prodott jew kwalunkwe preżentazzjoni tal-prodott ikollu, mingħajr awtorizzazzjoni, marka tad-ditta li tkun identika jew simili għal marka tad-ditta reġistrata għal dan il-prodott, b'mod li ma jiggarantixxix l-awtentiċità jew l-oriġini tiegħu.

 

 

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kollha konċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

L-operatur ekonomiku, filwaqt li japplika dmir ta' diliġenza, għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kollha konċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

 

 

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-identità tal-operatur ekonomiku relevnati ma tkunx tista’ tiġi aċċertata mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew meta l-operatur ekonomiku ma jkunx ħa azzjoni korrettiva meħtieġa skont l-Artikolu 9(3) fi żmien perjodu speċifikat, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jindirizzaw ir-riskju maħluq mill-prodott.

1. Meta l-identità tal-operatur ekonomiku relevnati ma tkunx tista’ tiġi aċċertata mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew meta l-operatur ekonomiku jkun naqas mid-dmir ta' diliġenza tiegħu jew ma jkunx ħa azzjoni korrettiva meħtieġa skont l-Artikolu 9(3) fi żmien perjodu speċifikat, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jindirizzaw ir-riskju maħluq mill-prodott.

 

 

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika jew teknika.

Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika jew teknika u, meta jkun suspettat riskju li ssir ħsara lis-saħħa pubblika minkejja n-nuqqas ta' kunsens xjentifiku, il-prinċipju prekawzjonarju għandu jiġi invokat.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju prekawzjonarju huwa inkluż b'mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni attwali dwar is-sorveljanza tas-suq u dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur; għaldaqstant, għandha tibqa' referenza espliċita fil-leġiżlazzjoni futura, speċjalment fid-dawl tax-xejra preżenti u futura li l-importazzjonijiet lejn l-UE jikbru kif ukoll tal-kwantità wiesgħa ta' prodotti mhux armonizzati.

 

 

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) kwalunkwe konvenzjoni tal-ILO ffirmata u rratifikata mill-pajjiżi involuti fil-manifattura u/jew l-ipproċessar tal-prodott;

 

 

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ tal-prodotti li mhumiex suġġetti għal leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, l-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli tal-fruntieri esterni se jqisu l-protokolli, listi ta' kontrolli u dokumenti oħra relevanti li l-operaturi ekonomiċi jkunu pprovdew fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-prodotti skont id-Direttiva (UE) Nru [.../...] [dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur] u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu poġġewlhom għad-dispożizzjoni sabiex jivvalutaw ir-riskji tal-prodotti.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jittejbu l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-aktar fil-każ ta' prodotti li mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni, minn standards tal-UE jew minn leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li għalihom huwa aktar diffiċli li jsiru kontrolli tas-sikurezza. Dan huwa meħtieġ fil-kuntest attwali u futur ta' importazzjonijiet li qegħdin jiżdiedu.

 

 

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-prodott jew kwalunkwe preżentazzjoni tal-prodott ikollu, mingħajr awtorizzazzjoni, marka tad-ditta li tkun identika jew simili għal marka tad-ditta reġistrata għal dan il-prodott, b'mod li ma jiggarantixxix l-awtentiċità jew l-oriġini tiegħu.

 

 

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet inkarigati mill-kontroll tal-prodotti fil-fruntieri esterni jwettqu l-kontrolli b'mod uniformi madwar l-UE. Il-Kummissjoni għandha wkoll tevalwa jekk l-awtoritajiet għandhomx il-mezzi meħtieġa biex iwettqu l-funzjoni tagħhom b'mod effettiv. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu kull sena lill-Kummissjoni rapport li jispjega kif l-awtoritajiet nazzjonali wettqu spezzjonijiet u valutazzjonijiet ta' riskju, u jirrappurtaw dwar ir-riżorsi disponibbli u jinkludu statistika dwar l-għadd ta' kontrolli mwettqa. Abbażi ta' dan il-mekkaniżmu ta' rappurtar, il-Kummissjoni tista' tibgħat rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri f'każ ta' diskrepanzi u nuqqasijiet importanti.

 

 

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Prodott li r-rilaxx tiegħu ġie sospiż mill-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli fil-fruntieri esterni skont l-Artikolu 14 għandu jiġi rilaxxat jekk, fi żmien tliett ijiem ta’ ħidma mis-sospenzjoni tar-rilaxx, dawk l-awtoritajiet ma jkunux intalbu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jkomplu s-sospensjoni jew ikunu ġew infurmati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li l-prodott ma joħloqx riskju, u sakemm ir-rekwiżiti u l-formalitajiet kollha l-oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dak ir-rilaxx ġew issodisfati.

1. Prodott li r-rilaxx tiegħu ġie sospiż mill-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli fil-fruntieri esterni skont l-Artikolu 14 għandu jiġi rilaxxat jekk, fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma mis-sospensjoni tar-rilaxx, dawk l-awtoritajiet ma jkunux intalbu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jkomplu s-sospensjoni jew ikunu ġew infurmati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li l-prodott ma joħloqx riskju, u sakemm ir-rekwiżiti u l-formalitajiet kollha l-oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dak ir-rilaxx ġew issodisfati.

 

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-parteċipazzjoni fir-RAPEX għandha tkun miftuħa għall-pajjiżi applikanti, terzi pajjiżi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qafas ta’ u skont il-ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi jew organizzazzjonijiet. Kull ftehim ta’ din ix-xorta għandu jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità li jikkorrispondu ma’ dawk applikabbli fil-Komunità.

4. Il-parteċipazzjoni fir-RAPEX għandha tkun miftuħa u mħeġġa għall-pajjiżi applikanti, terzi pajjiżi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qafas ta’ u skont il-ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi jew organizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lil dawk il-pajjiżi terzi li impenjat ruħha f’negozjati kummerċjali magħhom bil-għan li toffrilhom aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni biex jieħdu sehem fir-RAPEX u għandha tikkunsidra l-kapaċità ta’ parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi hija u tinnegozja dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-suq. Kull ftehim ta’ din ix-xorta għandu jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità li jikkorrispondu ma’ dawk applikabbli fil-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi hija importanti għall-aħħar, jekk l-Unjoni toffri aċċess preferenzjali għas-suq lill-pajjiżi terzi fil-qafas ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles. Għalhekk, ir-RAPEX mhux biss għandha tkun miftuħa għall-pajjiżi terzi, iżda l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lil dawn il-pajjiżi jieħdu sehem.

 

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 22a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

Bażi tad-Dejta pan-Ewropea dwar il-Korrimenti (IDB) għandha titwaqqaf u tiġi kkoordinata mill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġa l-infurzar tal-miżuri tas-sorveljanza tas-suq mill-awtoritajiet rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Bħala riżultat tal-kummerċ internazzjonali, il-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-konsumaturi qed isiru aktar kumplessi u qed issir aktar diffiċli biex jiġu indirizzati. It-twaqqif ta’ Bażi tad-Dejta pan-Ewropea dwar il-Korrimenti (IDB) se jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-korrimenti, se jsaħħaħ l-effiċjenza tat-tfassil tal-politika u se jgħin l-infurzar tal-miżuri tas-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 22b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22b

 

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-twaqqif tal-bażi tad-dejta u, fuq bażi regolari, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni dejta dwar il-korrimenti li tkun komprensiva u f’konformità ma’ metodoloġija u klassifikazzjoni armonizzati.

 

 

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandu jkun hemm kooperazzjoni effiċjenti u skambju ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri, fost l-awtoritajiet differenti fi ħdan kull Stat Membru u bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni rigward il-programmi tas-sorveljanza tas-suq u l-kwistjonijiet kollha rigward prodotti li joħolqu riskju.

1. Għandu jkun hemm kooperazzjoni effiċjenti u skambju ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri, fost l-awtoritajiet differenti fi ħdan kull Stat Membru u bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni rigward il-programmi tas-sorveljanza tas-suq u l-kwistjonijiet kollha rigward prodotti li joħolqu riskju, kemm jekk dan ikun marbut mal-oriġini jew mal-komponenti tal-prodott. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-proċeduri jkunu konsistenti għalkollox mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u d-dwana hija kruċjali sabiex jiġi żgurat li jkun hemm proċeduri xierqa ta' kontroll fuq l-importazzjonijiet fl-Istati Membri kollha tal-UE.

 

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 23a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jirrappurtaw dwar l-attivitajiet tagħhom fil-qasam tal-kooperazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tidentifika nuqqasijiet kbar fl-assistenza reċiproka li jipprovdu l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, hija tista’ tressaq rakkomandazzjonijiet biex tkompli tittejjeb il-kooperazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex biżżejjed li tistabbilixxi rekwiżiti għall-assistenza reċiproka; il-Kummissjoni jeħtiġilha tiżvolġi rwol fl-iffaċilitar u l-monitoraġġ tal-effettività ta’ din l-assistenza reċiproka sabiex tiġi evitata diverġenza kummerċjali vis-à-vis Stati Membri b’implimentazzjoni anqas strinġenti tar-reġim tas-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiskambjaw informazzjoni u appoġġ tekniku, jippromwovu u jiffaċilitaw l-aċċess għas-sistemi tal-iskambju tal-informazzjoni tal-Unjoni inkluż is-sistema RAPEX skont l-Artikolu 19(4) u jippromwovu attivitajiet rigward il-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza tas-suq.

1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jitħeġġu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiskambjaw informazzjoni u appoġġ tekniku, jippromwovu u jiffaċilitaw l-aċċess għas-sistemi tal-iskambju tal-informazzjoni tal-Unjoni inkluż is-sistema RAPEX skont l-Artikolu 19(4) u jippromwovu attivitajiet rigward il-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ pajjiżi terzi hija ta’ importanza ewlenija sabiex jitnaqqas l-għadd ta’ prodotti mhux konformi li jiġu importati lejn is-suq tal-Unjoni Ewropea u li jiġu rilaxxati biex jiċċirkolaw fih; għaldaqstant, il-kooperazzjoni għandha titħeġgeġ.

 

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-EMSF tista’ twaqqaf subgruppi permanenti jew temporanji li għandhom jinkludu l-gruppi ta’ kooperazzjoni amministrattivi għas-sorveljanza tas-suq imwaqqfa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni. L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-industrija, intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, il-konsumaturi, il-laboratorji u l-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità fil-livell tal-unjoni jistgħu jiġu mistiedna biex jipparteċipaw bħala osservaturi f'tali sottogruppi.

6. L-EMSF tista’ twaqqaf subgruppi permanenti jew temporanji li għandhom jinkludu l-gruppi ta’ kooperazzjoni amministrattivi għas-sorveljanza tas-suq imwaqqfa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni. L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-industrija, intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, il-konsumaturi, il-laboratorji u l-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu mistiedna biex jipparteċipaw bħala osservaturi f'tali sottogruppi u l-opinjonijiet tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati kemm jista’ jkun.

 

 

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jimponu obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi u għall-ksur ta' dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni dwar prodotti koperti minn dan ir-Regolament li jimponu obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi meta dik il-leġiżlazzjoni ma tipprovdix għall-penali, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali li jkunu previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jimponu obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi u għall-ksur ta' dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni dwar prodotti koperti minn dan ir-Regolament li jimponu obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi meta dik il-leġiżlazzjoni ma tipprovdix għall-penali, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali li jkunu previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

 

 

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammonti minimi tal-penali kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-ġbir ta' dawn il-penali, inklużi dispożizzjonijiet speċjali għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju. Id-dħul mill-penali għandu jkun iddedikat għall-attivitajiet ta' sorveljanza fl-Istati membri kkonċernati.

 

 

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-tipi ta’ ksur li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu minn tal-anqas dan li ġej:

 

(a) il-prodotti li jippreżentaw riskju skont l-Artikolu 9(2) sal-inċiż (d) jew li ma jikkonformawx mal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 13(2);

 

(b)dikjarar falz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni li jwasslu għal revoka;

 

(c) falsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tip;

 

(d) ir-rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni

 

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn [five] snin wara d-data tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi r-rapport ta' valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament laħaqx l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-assigurazzjoni ta' infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli tas-sigurtà tal-prodott u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, it-titjib tal-kooperazzjoin bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, it-tisħiħ tal-kontrolli tal-prodotti li deħlin fl-Unjoni u t-titjib fil-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà tal-persuni inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent, is-sigurtà pubblika u interessi pubbliċi oħra, waqt li jqis l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b'mod partikolari fuq intrapriżi daqas żgħir u medju.

Mhux aktar tard minn [five] snin wara d-data tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi r-rapport ta' valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament laħaqx l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-assigurazzjoni ta' infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli tas-sigurtà tal-prodott u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, l-iżgurar tal-applikazzjoni tal-istess standards fil-punti tad-dħul kollha fis-suq tal-Unjoni, it-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll ma’ pajjiżi terzi, speċjalment dawk li jibbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni, it-tisħiħ tal-kontrolli tal-prodotti li deħlin fl-Unjoni u t-titjib fil-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà tal-persuni inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent, is-sigurtà pubblika u interessi pubbliċi oħra, waqt li jqis l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b'mod partikolari fuq impriżi żgħar u ta' daqs medju.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed enfasi partikolari fuq it-titjib tal-kooperazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ma’ pajjiżi terzi li jgawdu aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri. Peress li dan l-aspett għandu jingħata attenzjoni partikolari wkoll fin-negozjati kummerċjali, il-Kummissjoni għandha tivvaluta fir-rapport tagħha jekk kinitx effettiva fl-objettiv li qed issegwi.

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti

Referenzi

COM(2013)0075 – C7-0043/2013 – 2013/0048(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

12.3.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

12.3.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

George Sabin Cutaş

21.3.2013

Eżami fil-kumitat

24.4.2013

17.6.2013

5.9.2013

 

Data tal-adozzjoni

17.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, María Auxiliadora Correa Zamora, Andrea Cozzolino, George Sabin Cutaş, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Jan Zahradil

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Salvatore Iacolino, Elisabeth Köstinger, Emma McClarkin, Mario Pirillo, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Krzysztof Lisek

 

 

[1] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq.