Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

 

2013/0049(COD)

2.10.2013

OPINJONI

tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

għall-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE

( COM(2013)0078 – C7‑0042/2013 – 2013/0049(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Patrizia Toia

 

PA_Legam

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

 

 

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26 u 114 tiegħu,

 

 

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-prodotti li ġew disinjati għall-professjonisti iżda li sussegwentament saru disponibbli fis-suq tal-konsumataur u jinbiegħu lill-konsumaturi ordinarji għandhom ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament.

 

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tal-partijiet differenti tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dispożizzjonijiet relatati għandhom ikunu applikabbli għal kull prodott għall-konsumatur, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ma għandhomx japplikaw fejn il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni tkun tinkludi l-obbligi ekwivalenti, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni.

(8) Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Għaldaqstant dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni.

(ara l-emendi tal-Artikoli 2, 5 u 6)

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija għall-konsumatur armonizzata u mhux armonizzata tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur dwar l-obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri, għandhom jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza li hemm inklużi fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti.

(9) Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur dwar l-obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri, għandhom jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza li hemm inklużi fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Madanakollu, leġiżlazzjoni armonizzata ma għandhiex timponi piżijiet amministrattivi bla bżonn fuq l-intrapriżi.

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod.

(10) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod bħalma hu l-bejgħ onlajn.

 

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali, ħlief għal dawk il-prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, bħalma huma l-antikitajiet.

(11) Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali. Ma għandux japplika għal prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, jew li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet bejn individwi privati.

Ġustifikazzjoni

Tranżazzjonijiet bejn l-individwi għandhom jiġu eżentati b'mod ċar mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, bħal pereżempju l-bejgħ bl-irħis ta' oġġetti personali mill-persuni li ma jkollhomx aktar bżonnhom.

 

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà.

(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti taħt kundizzjonijiet prevedibbli b'mod raġonevoli, billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. Meta jkunu qegħdin jiġu vvalutati r-riskji għall-konsumaturi vulnerabbli, għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lill-applikazzjonijiet maħsuba u deskritti bħala tali mill-manifattur fl-istruzzjonijiet ta' sigurtà tal-prodott u lir-responsabbiltajiet u s-superviżjoni jew l-obbligi ta' taħriġ li jaqgħu fuq il-membri tal-familja, il-fornituri tas-servizzi jew l-impjegaturi.

(ara l-emendi tal-Artikoli 6(1)(1)(d))

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' konsumaturi vulnerabbli tkopri spettru wiesa' ta' sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kundizzjonijiet normali ta' responsabbiltà. Ir-riskji għal konsumaturi vulnerabbli għandhom għalhekk jiġu stmati skont il-probabbiltà li dawn jużaw prodott taħt kondizzjonijiet prevedibbli b'mod raġonevoli.

 

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà.

(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi tagħhom, il-materjali, il-komponenti u l-preżentazzjoni tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà.

(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b’mod partikolari l-karatteristiċi, il-kompożizzjoni, u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x’aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b’mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà.

Ġustifikazzjoni

Il-kompożizzjoni tal-prodott (komponent jew materja kostitwenti, materja prima) hija element ewlieni fil-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodott.

 

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun preżunt li hu sigur skont dan ir-Regolament.

(14) Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott li huwa soġġett għal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(ara l-emendi tal-Artikoli 5 u 6)

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija għall-konsumatur armonizzata u mhux armonizzata, tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Sabiex it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti siguri jsir iktar faċli, l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-regolament, billi jistabbilixxu konsorzji bl-għan doppju li jiggarantixxu l-konformità mar-rekwiżiti ta' sigurtà tal-prodotti b’effiċjenza u bi kwalità għolja u li jnaqqsu l-ispejjeż u l-burokrazija li jaqgħu fuq l-intrapriżi individwali.

 

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. L-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti għall-manifattur, jistgħu jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi protetta l-privatezza tal-konsumaturi għandu jiġi żgurat li t-traċċabilità tal-prodott tkun biss għall-manifattur u bil-għan li rtirar minn fuq l-ixkaffef ikun meħtieġ.

 

 

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur jew jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(ara l-emendi tal-Artikoli 8 u 10)

Ġustifikazzjoni

Jekk l-isem u l-indirizz ta' manifattur mhux tal-UE għandhom jidhru fuq prodott importat, il-kompetituri tal-importatur u l-klijenti kummerċjali tiegħu se jkunu jafu b'din l-informazzjoni bil-konsegwenza li dawn jistgħu jaqbżu dan l-importatur partikolari fil-futur u jixtru direttament mill-manifattur mhux tal-UE. Dan se jiskoraġixxi lill-SMEs milli jimportaw u jirriżulta f'distorsjoni sinifikanti fil-kompetizzjoni. Għalhekk ġie ssuġġerit li din l-informazzjoni tiddaħħal fid-dokumentazzjoni teknika.

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b) Is-sistemi ta’ traċċabilità attwali u l-proċeduri ta’ identifikazzjoni li huma diġà fis-seħħ għandhom jiġu infurzati u mtejba b’mod effikaċi. F’dan ir-rigward, il-valutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet dwar l-użu tat-teknoloġiji fis-seħħ huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata prestazzjoni aħjar u jitnaqqas il-piż għall-operaturi ekonomiċi. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li jtejjeb b’mod kostanti s-sistemi ta’ traċċabbiltà imposti fuq l-operaturi ekonomiċi u l-prodotti.

 

 

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-proċeduri biex jintalbu l-istandards Ewropej li jappoġġaw dan ir-Regolament, u dwar l-oġġezzjonijiet formali kontrihom, għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament u jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Sabiex tkun żgurata konsistenza ġenerali fi kwistjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea, it-talbiet għal standards Ewropej jew l-oġġezzjonijiet għal standard Ewropew għandhom jitressqu quddiem il-kumitat li stabbilixxa dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni xierqa mal-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur.

(24) Il-proċeduri biex jintalbu l-istandards Ewropej li jappoġġaw dan ir-Regolament, u dwar l-oġġezzjonijiet formali kontrihom, għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament u jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Sabiex tkun żgurata konsistenza ġenerali fi kwistjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea, it-talbiet għal standards Ewropej jew l-oġġezzjonijiet għal standard Ewropew għandhom jitressqu quddiem il-kumitat li stabbilixxa dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni xierqa mal-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur u mal-partijiet interessati rilevanti.

(Ara l-emenda tal-Artikolu 16(1))

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kif xieraq, meta tiġi biex tiddetermina l-kontenut tal-istandards ta' sigurtà Ewropej ġodda sabiex jiġi żgurat li dawk l-istandards ikunu rilevanti, proporzjonati u effettivi.

 

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni fejn jidħlu l-eżenzjoni mill-obbligu li jkunu infurmati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar prodotti li joħolqu riskju, it-tip ta' trasportatur tad-dejta u tqegħid tiegħu fuq il-prodott għall-finijiet tas-sistema tat-traċċabbiltà, it-talbiet tal-istandardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u d-deċiżjonijiet dwar l-oġġezzjonijiet formali għal standards Ewropej. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

(27) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni fejn jidħlu l-eżenzjoni mill-obbligu li jkunu infurmati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar prodotti li joħolqu riskju, it-tip ta' trasportatur tad-dejta u tqegħid tiegħu fuq il-prodott għall-finijiet tas-sistema tat-traċċabbiltà u fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-oġġezzjonijiet formali għal standards Ewropej. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

(ara l-emenda tal-Artikolu 16(1))

Ġustifikazzjoni

Standards tas-sigurtà ġodda Ewropej għall-prodotti tal-konsumatur ibbażati fuq l-Artikolu 4 għandhom jitqiesu bħala standards li jissupplimentaw l-att bażiku biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali skont l-Artikolu 290 TFUE. Minħabba n-natura ġenerali ħafna tal-Artikolu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollu l-possibbiltà li jirrevoka u joġġezzjona l-mandat għall-istandards ġodda mill-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-mandat jiġi adottat permezz ta' att iddelegat.

 

 

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li x'aktarx, f'kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, ikunu se jintużaw mill-konsumaturi anke jekk ma jkunux maħsuba għalihom;

(b) li x'aktarx, f'kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, ikunu se jintużaw mill-konsumaturi anke jekk, meta tqiegħdu fis-suq, ma kinux maħsuba għall-konsumaturi;

Ġustifikazzjoni

Dan japplika b'mod partikolari għat-traduzzjoni Ġermaniża, li jeħtieġ li ssir mill-ġdid biex tiċċara li l-Artikolu 2(1)(b) tal-proposta sempliċement jimmira li jiżgura li r-regolament japplika wkoll għall-prodotti li x'aktarx, taħt kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, se jintużaw mill-konsumaturi. L-ispirtu u l-fini hawnhekk hu li ma jsirx leġiżlar fuq l-użu ħażin tal-prodotti mill-konsumaturi.

 

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawn il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali.

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawn il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali. Dan ir-regolament ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet bejn individwi privati.

Ġustifikazzjoni

Tranżazzjonijiet bejn l-individwi għandhom jiġu eżentati b'mod ċar mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, bħal pereżempju l-bejgħ bl-irħis ta' oġġetti personali mill-persuni li ma jkollhomx aktar bżonnhom.

 

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kapitoli II sa IV ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal prodotti soġġetti għal rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha.

4. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti soġġetti għal rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha.

(ara l-emendi tal-Artikoli 5 u 6)

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija għall-konsumaturi armonizzata u mhux armonizzata tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "prodott sigur" tfisser kull prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni u l-manutenzjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni;

(1) "prodott sigur" tfisser kull prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-taħriġ u s-superviżjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskji minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni;

Ġustifikazzjoni

Meta tkun qed tiġi vvalutata s-sigurtà ta' prodott, għandhom jitqiesu, kif xieraq, ir-responsabbiltajiet u s-superviżjoni jew l-obbligi ta' taħriġ li jaqgħu fuq il-membri tal-familja, il-fornituri tas-servizzi u l-impjegaturi.

 

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "prodott sigur" tfisser kull prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni u l-manutenzjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni;

(1) ‘prodott sigur’ tfisser kull prodott li, f’kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni, il-manutenzjoni u r-rimi, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskji minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni;

Ġustifikazzjoni

Kull meta konsumatur iwettaq operazzjoni fl-aħħar tal-ħajja tal-prodott, din l-operazzjoni għandha tkun sigura.

 

 

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "distributur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li mhix il-manifattur jew l-importatur, u li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq;

(7) "distributur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, fil-katina tal-provvista, li mhix il-manifattur jew l-importatur, u li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq; ma tinkludix tranżazzjonijiet ta' individwi privati li jaġixxu f'kapaċità mhux tan-negozju;

 

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi ekonomiċi għandhom iqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq tal-Unjoni dawk il-prodotti biss li huma siguri.

L-operaturi ekonomiċi għandhom iqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq intern tal-Unjoni dawk il-prodotti biss li huma siguri.

 

 

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-preżunzjoni tas-sigurtà

Il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali

 

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn jidħlu r-riskji koperti minn rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha, jekk dan ikun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti;

imħassar

(ara l-emendi tal-Artikoli 2 u 6)

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija għall-konsumaturi armonizzata u mhux armonizzata tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li tissemma fil-punt (a), fejn jidħlu r-riskji koperti mill-istandards Ewropej, jekk dan ikun konformi ma' standards Ewropej rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikoli 16 u 17;

(b) fejn jidħlu r-riskji koperti mill-istandards Ewropej, jekk dan ikun konformi ma' standards Ewropej rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikoli 16 u 17;

(ara l-emendi tal-Artikoli 2 u 6)

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija għall-konsumaturi armonizzata u mhux armonizzata tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

 

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li tissemma fil-punt (a) u l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b), fejn jidħlu r-riskji li jkopri r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq, jekk dan ikun konformi ma' rekwiżiti nazzjonali bħal dawn.

(c) fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti jew skont l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b), fejn jidħlu r-riskji koperti bir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq, jekk dan ikun konformi ma' rekwiżiti nazzjonali bħal dawn.

(ara l-emendi tal-Artikoli 2 u 6)

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija armonizzati u mhux armonizzati konsumatur tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni;

(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi l-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni, il-manutenzjoni u r-rimi;

 

 

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni;

(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi l-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u ż-żarmar, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni;

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti għandhom ikunu mingħajr periklu wkoll matul il-fażi tar-rimi tagħhom

 

 

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli;

(d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jkunu qegħdin jużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli li x'aktarx li se jużaw il-prodott taħt kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli;

(ara l-emendi tal-Premessa 13 u l-Artikolu 16(2a) ġdid)

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' konsumaturi vulnerabbli tkopri spettru wiesa' ta' sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kundizzjonijiet normali ta' responsabbiltà. Ir-riskji għal konsumaturi vulnerabbli għandhom għalhekk jiġu stmati skont il-probabbiltà li dawn jużaw prodott taħt kondizzjonijiet prevedibbli b'mod raġonevoli. Din l-emenda hija inkluża wkoll fl-emenda li tipproponi Artikolu 16(2a) ġdid.

 

 

 

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-aqwa kwalità u teknoloġija;

imħassar

(Ara l-emendi tal-Artikoli 6(1) u 6(1a) ġdid u 6(2).)

Ġustifikazzjoni

Ittrasferita għal tmiem il-lista. Filwaqt li huwa importanti li wieħed iqis l-aqwa kwalità u t-teknoloġija, dawn ma għandhomx ikunu l-ewwel aspetti kkunsidrati Normalment, l-aqwa kwalità tilħaq livelli ogħla ta' sigurtà. Madankollu, id-disponibbiltà ta' prodotti li jippreżentaw riskju iċken ma għandhiex tikkostitwixxi raġunijiet suffiċjenti biex il-prodott jitqies li mhuwiex sikur. Din l-emenda hija inkluża wkoll fl-emenda li tipproponi Artikolu 6(1a) ġdid.

 

 

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur dwar is-sigurtà.

imħassar

(ara l-emenda li tipproponi Artikoli 6(1a)ġdid)

Ġustifikazzjoni

Dan il-kriterju jidher arbitrarju u joħloq inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, peress li jkollhom jiddeterminaw x'inhuma "l-aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur" għal kull prodott, mingħajr ebda ċertezza li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mhumiex se jinterpretaw il-kunċett kif interpretawh huma. Din l-emenda hija inkluża wkoll fl-emenda li tipproponi Artikolu 6(1a) ġdid.

 

 

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) l-aqwa kwalità u teknoloġija

(emenda li tipproponi Artikoli 6(1a)ġdid)

Ġustifikazzjoni

Ittrasferita għal tmiem il-lista. Filwaqt li huwa importanti li wieħed iqis l-aqwa kwalità u t-teknoloġija, dawn ma għandhomx ikunu l-ewwel aspetti kkunsidrati Normalment, l-aqwa kwalità tilħaq livelli ogħla ta' sigurtà. Madankollu, prodott jista' jibqa' jitqies li ma jippreżenta ebda periklu anke jekk prodotti oħra bi standards ta' sigurtà saħansitra ogħla jkunu disponibbli fis-suq. Din l-emenda hija inkluża wkoll fl-emenda li tipproponi Artikolu 6(1a) ġdid.

 

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifatturi, meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4.

1. Il-manifatturi, meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, anki fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4.

 

 

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) meta manifattur ma jqegħidx prodott fis-suq, l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tal-manifattur u l-indirizz fejn jista' jiġi kkuntattjat.

Ġustifikazzjoni

Jekk l-isem u l-indirizz ta' manifattur mhux tal-UE jeħtieġu jidhru fuq prodott importat, il-kompetituri tal-importatur u l-klijenti kummerċjali tiegħu se jkunu jafu b'din l-informazzjoni bil-konsegwenza li dawn jistgħu jaqbżu dan l-importatur partikolari fil-futur u jixtru direttament mill-manifattur mhux tal-UE. Dan se jiskoraġixxi lill-SMEs milli jimportaw u jirriżulta f'distorsjoni sinifikanti fil-kompetizzjoni. Għalhekk ġie ssuġġerit li din l-informazzjoni tiddaħħal fid-dokumentazzjoni teknika.

 

 

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-manifatturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm miegħu. L-indirizz għandu jagħti punt wieħed fejn il-manifattur ikun jista' jiġi kkuntattjat.

7. Meta l-manifatturi jqiegħdu prodott fis-suq, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jkun hemm miegħu jew fuq websajt indikata b'mod ċar fuq il-prodott, jew fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokumenti li jkun hemm miegħu. L-indirizz għandu jagħti punt wieħed fejn il-manifattur ikun jista' jiġi kkuntattjat.

(ara l-emenda tal-Artikolu 10(3))

Ġustifikazzjoni

Speċjalment għal prodotti żgħar (eż. kalzetti) u prodotti li jistgħu jinbiegħu separatament bħala oġġetti singoli (eż. blalen tal-golf), l-obbligi proposti se jwasslu għal spejjeż addizzjonali kbar, peress li se tinħtieġ informazzjoni li tiġi pprovduta fuq dokumenti separati. L-inklużjoni ta' websajt b'aktar informazzjoni, tkun aktar kosteffettiva u favur l-ambjent.

 

 

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikollu miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. L-informazzjoni dwar is-sigurtà għandha tippermetti lill-konsumaturi jivvalutaw ir-riskji inerenti ta' prodott matul il-perjodu ta' użu normali jew raġonevolment prevedibbli tiegħu, meta dawn ir-riskji ma jkunux ovvji immedjatament mingħajr twissija adegwata;

 

 

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikollu miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa jew format viżwali li l-konsumaturi jifhmu faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

Ġustifikazzjoni

It-traduzzjoni fil-lingwi kollha tal-UE, tista' tiġi sostitwita b'mod effiċjenti f'xi każijiet permezz ta' struzzjonijiet fil-forma ta' kartoons u piktogrammi. Dawk is-soluzzjonijiet innovattivi huma alternattivi tajbin u attraenti għall-vokabularju tekniku użat fl-istruzzjonijiet għal ċerti prodotti.

 

 

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

(ara l-emendi tal-Artikoli 10(7) u 11(5))

Ġustifikazzjoni

Il-kelma “jekk” toħloq inċertezza legali, billi tista’ tiġi interpretata li qiegħda timplika kundizzjonalità addizzjonali għall-użu ta’ azzjonijiet korrettivi.

 

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a. Twissijiet, li jiddeterminaw id-deċiżjoni biex jinxtara prodott, bħal dawk li jispeċifikaw l-etajiet jew il-piżijiet minimi u massimi għall-utenti u twissijiet importanti oħra, għandhom jidhru fuq l-imballaġġ tal-prodott jew inkella jkunu viżibbbli b’mod ċar għall-konsumatur qabel ix-xiri, inkluż f’każijiet meta x-xiri jsir onlajn.

Ġustifikazzjoni

Informazzjoni għall-konsumatur teħtieġ tissaħħaħ, speċjalment fir-rigward ta’ bejgħ onlajn fejn huwa diffiċli għall-konsumaturi li jiċċekkjaw informazzjoni speċifika dwar prodott u fuq l-imballaġġ tiegħu.

 

 

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. Dawn għandhom jiżguraw li kull tikketta addizzjonali ma tgħatti l-ebda informazzjoni li jkun hemm fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur.

3. L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott jew fuq websajt indikata b'mod ċar fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokumenti li jkun hemm miegħu. Dawn għandhom jiżguraw li kull tikketta addizzjonali ma tgħatti l-ebda informazzjoni li jkun hemm fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur.

(ara l-emenda tal-Artikolu 8(7))

Ġustifikazzjoni

Speċjalment għal prodotti żgħar (eż. kalzetti) u prodotti li jistgħu jinbiegħu separatament bħala oġġetti singoli (eż. blalen tal-golf), l-obbligi proposti se jwasslu għal spejjeż addizzjonali kbar, peress li se tinħtieġ informazzjoni li tiġi pprovduta fuq dokumenti separati. L-inklużjoni ta' websajt b'aktar informazzjoni, tkun aktar kosteffettiva u favur l-ambjent.

 

 

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikollu miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa jew format viżwali li l-konsumaturi jifhmu faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

Ġustifikazzjoni

It-traduzzjoni fil-lingwi kollha tal-UE, tista' tiġi sostitwita b'mod effiċjenti f'xi każijiet permezz ta' struzzjonijiet fil-forma ta' kartoons u piktogrammi. Dawk is-soluzzjonijiet innovattivi huma alternattivi tajbin u attraenti għall-vokabularju tekniku użat fl-istruzzjonijiet għal ċerti prodotti.

 

 

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

(ara l-emendi tal-Artikoli 8(9) u 11(5))

Ġustifikazzjoni

Il-kelma “kif” toħloq inċertezza legali, billi tista’ tiġi interpretata li qiegħda timplika kundizzjonalità addizzjonali għall-użu ta’ azzjonijiet korrettivi.

 

 

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur u l-importatur ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli.

2. Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu l-immarkar meħtieġ stabbilit fl-Artikolu 8(6), (7) u 10(3) u jkun akkumpanjat bl-informazzjoni stipulata fl-Artikoli 8(8) u 10(4), kif applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem rivedut ineħħi r-riskju li l-obbligi jiġu interpretati b'tali mod li distributur ikun obbligat jevalwa (eż. permezz ta' ttestjar tal-prodott) li l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur/importatur hija preċiża. Id-distributuri għandhom ikunu responsabbli biss biex jivverifikaw li l-informazzjoni rilevanti kollha u meħtieġa hija preżenti kif stabbilit fir-Regolament.

 

 

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sigur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, dawn għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

(ara l-emendi tal-Artikoli 8(9) u 10(7))

Ġustifikazzjoni

Il-kelma “jekk” toħloq inċertezza legali, billi tista’ tiġi interpretata li qiegħda timplika kundizzjonalità addizzjonali għall-użu ta’ azzjonijiet korrettivi.

 

 

 

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Id-distributuri għandhom jagħmlu disponibbli fis-suq prodotti biss li jiġu bi struzzjonijiet u informazzjoni ta' sigurtà fil-lingwi uffiċjali kollha tal-pajjiż li fih qed iqiegħdu l-prodott fis-suq, skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-Istat Membru kkonċernat.

 

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-obbligu li jkunu informati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 8(9), l-Artikolu 10(2) u (7) u l-Artikolu 11(3) u (5) ma għandux japplika meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. L-obbligu li jkunu informati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 8(9), l-Artikolu 10(2) u (7) u l-Artikolu 11(3) u (5) ma għandux japplika meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

 

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollata għalkollox u ma jistax ipoġġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni fil-periklu;

(b) il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollat b'mod effikaċi sabiex jiġi evitat kwalunkwe periklu għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni;

Ġustifikazzjoni

Fil-prattika, huwa impossibbli li wieħed ikollu kontroll totali tar-riskju. Il-kliem għandu għalhekk jiġi aġġustat sabiex tinħoloq ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi.

 

 

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-kawża tar-riskju tal-prodott hija tali li l-għarfien dwarha ma jirrappreżentax informazzjoni utli għall-awtoritajiet jew għall-pubbliku.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-ewwel nett, il-kaġun tar-riskju jista' ma jkunx magħruf. It-tieni nett, jekk il-kaġun tar-riskju jkun magħruf, jista' jkun diffiċli għall-operaturi ekonomiċi li jiġġudikaw jekk huwiex ta' interess pubbliku. Tali kundizzjoni obbligatorja se toħloq inċertezza legali.

 

 

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 għad-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 8, l-Artikolu 10, l-Artikolu 11 u l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament li minnhom jistgħu jiġu eżentati d-distributuri ta' oġġetti użati, abbażi tal-livell baxx ta' riskju involut jew il-piż eċċessiv li joħolqu fuq l-attività ekonomika ta' dawk l-operaturi ta' skala iżgħar.

Ġustifikazzjoni

Ħwienet żgħar li jbigħu prodotti użati għandhom jiġu eżentati minn uħud mir-rekwiżiti mqiegħda fuq id-distributuri, peress li l-piż fuq l-attività ekonomika tagħhom tkun għolja wisq jew uħud mill-ħtiġiet ikunu impossibbli li jiġu sodisfatti. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kriterji (il-fatturat, id-daqs, il-kamp ta' applikazzjoni, it-tip ta' prodotti) li taħthom dawk l-eżenzjonijiet għandhom isiru u tipproponi dawk l-eżenzjonijiet taħt att delegat.

 

 

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Fejn l-operaturi ekonomiċi jidentifikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jittrattaw din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali.

Ġustifikazzjoni

Għal ħafna distributuri u bejjiegħa bl-ingrossa, minn fejn jixtru u lil min ifornu jirrappreżenta sigriet tal-kumpanija. Għalhekk jinħtieġ li l-identità tal-fornituri tagħhom tkun protetta. L-informazzjoni mogħtija mill-operaturi ekonomiċi għandha tintuża biss mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u ma għandu jkun hemm ebda possibbiltà li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tiġi ppubblikata b'mod ġenerali jew tispiċċa f'idejn il-kompetituri.

 

 

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-traċċabbiltà tal-prodotti

It-traċċabbiltà tal-prodotti suxxettibbli li jġorru magħhom riskju serju.

Ġustifikazzjoni

Din is-sistema ta' traċċabbiltà ġiet maħsuba biex tkopri biss prodotti u kategoriji ta' prodotti speċifiċi, li huma suxxettibbli li jġorru magħhom riskju serju.

 

 

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà.

1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, kif xieraq, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmlu disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà.

Ġustifikazzjoni

Qabel ma tipproponi rekwiżiti ġodda ta' traċċabilità, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet interessati relevanti, bħall-organizzazzjonijiet tan-negozju u tal-konsumatur, sabiex tibbenefika mill-għarfien espert tagħhom u tqis l-implikazzjonijiet fil-prattika ta' dawn ir-rekwiżiti.

 

 

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà.

1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmlu disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà għall-manifattur.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi protetta l-privatezza tal-konsumaturi għandu jiġi żgurat li t-traċċabilità tal-prodott tkun biss għall-manifattur u bil-għan li rtirar minn fuq l-ixkaffef ikun meħtieġ.

 

 

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sistema tat-traċċabbiltà għandha tikkonsisti mill-ġbir u l-ħżin tad-dejta b'mezzi elettroniċi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott u tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tiegħu kif ukoll tat-tqegħid ta' trasportatur tad-dejta fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm miegħu li jippermettu l-aċċess għal dik id-dejta.

2. Is-sistema tat-traċċabbiltà għandha tikkonsisti mill-ġbir u l-ħżin tad-dejta b'mezzi elettroniċi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodotti u tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tagħhom kif ukoll ta' mezzi xierqa fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm miegħu li jippermettu l-aċċess għal dik id-dejta.

Ġustifikazzjoni

Teknoloġija RFID jew li turi dejta fuq il-prodott, mhuwiex l-uniku mezz biex jiġi żgurat li d-dejta meħtieġa rigward is-sigurtà tal-prodott issir aċċessibbli. Jeżistu alternattivi oħra aktar affordabbli bħall-kodiċi tal-prodott individwali li jista' jiġi marbut ma' informazzjoni fuq websajt ġestit, pereżempju, minn operatur ekonomiku. Id-direttiva m'għandhiex tinkludi soluzzjoni teknoloġika iżda tippermetti lill-operaturi li jagħżlu, sakemm ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' sigurtà.

 

 

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tispeċifika d-dejta li għandhom jiġbru u jaħżnu l-operaturi ekonomiċi permezz tas-sistema tat-traċċabbiltà li tissemma fil-paragrafu 2.

(b) biex tispeċifika d-dejta li għandhom jiġbru u jaħżnu l-operaturi ekonomiċi permezz tas-sistema tat-traċċabbiltà li tissemma fil-paragrafu 2 u li tkun meħtieġa għall-iżgurar tas-sigurtà tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titħares il-privatezza tal-konsumaturi għandu jiġi żgurat li d-dejta miġbura u maħżuna tkun meħtieġa strettament biss għall-fini tal-iżgurar tas-sigurtà tal-prodott.

 

 

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard Ewropew, bil-għan li tiżgura li l-prodotti li jkunu konformi ma' standard bħal dan jew partijiet minnu, ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti fejn jidħol il-kontenut, li jridu jintlaħqu mill-istandard Ewropew mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni tista' titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard Ewropew, bil-għan li tiżgura li l-prodotti li jkunu konformi ma' standard bħal dan jew partijiet minnu, ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4. B'kunsiderazzjoni tal-fehmiet tal-partijiet interessati rilevanti, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti fejn jidħol il-kontenut, li għandhom jintlaħqu mill-istandard Ewropew mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu.

(Ara l-emenda tal-Premessa 24)

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kif xieraq, meta tiġi biex tiddetermina l-kontenut tal-istandards ta' sigurtà Ewropej ġodda sabiex jiġi żgurat li dawk l-istandards ikunu rilevanti, proporzjonati u effettivi.

 

 

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu b'deċiżjoni ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).

Il-Kummissjoni għandha tadotta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' att delegat skont l-Artikolu 20.

(Ara l-emenda tal-Premessa 27)

Ġustifikazzjoni

Standards tas-sigurtà ġodda Ewropej għall-prodotti tal-konsumatur ibbażati fuq l-Artikolu 4 għandhom jitqiesu bħala standards li jissupplementaw l-att bażiku biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali skont l-Artikolu 290 TFUE. Minħabba n-natura ġenerali ħafna tal-Artikolu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom il-possibbiltà li jirrevokaw u joġġezzjonaw il-mandat għall-istandards ġodda mill-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-mandat jiġi adottat permezz ta' att iddelegat.

 

 

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

imħassar

Penali

 

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [insert date - 3 months prior to the date of application of this Regulation] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

 

2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu d-daqs tal-impriżi u b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji. Il-penali jistgħu jiżdiedu jekk qabel, l-operatur ekonomiku rilevanti ikun għamel ksur simili u jistgħu jkunu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju.

 

(Ara l-Artikolu 31 tar-Regolament  2013/0048 (COD) ))

Ġustifikazzjoni

Il-penali applikabbli għal ksur kontra r-regoli ta' siġurtà tal-prodotti għandhom ikunu l-istess għall-prodotti kollha (armonizzati u mhux armonizzati, tal-konsumatur u professjonali) u japplikaw ukoll f'każi ta' nuqqas ta' konformità, eż ma' standards ambjentali. Ir-regoli għal penali għandhom għalhekk ikunu stabbiliti esklussivament fir-regolament għas-sorveljanza tas-suq.

 

 

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [insert date - the date of entry into force of this Regulation].

2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [daħħal id-data - id-data tad-dħul fis-seħħ ta 'dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux anqas minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn [ħames] snin wara d-data tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fejn jidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi, filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b'mod partikulari fuq intrapriżi żgħar u medji.

Mhux aktar tard minn [ħames] snin wara d-data tal-applikazzjoni, u kull ħames snin mill-ewwel rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b’mod partikolari fejn tidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b’mod partikulari fuq intrapriżi żgħar u medji. Barra minn hekk, dan ir-rapport għandu jivvaluta l-implikazzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

 

 

 

PROĊEDURA

Taqsima

Is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur

Referenzi

COM(2013)0078 – C7-0042/2013 – 2013/0049(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

12.3.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.3.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Patrizia Toia

26.4.2013

Eżami fil-kumitat

2.9.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

14

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Romana Jordan, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Rachida Dati, Francesco De Angelis, Elisabetta Gardini, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Eija-Riitta Korhola, Paweł Robert Kowal, Bernd Lange, Werner Langen, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Hannu Takkula, Hermann Winkler

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pier Antonio Panzeri, Britta Reimers