Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
4.10.2017
OPINJONI
tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)
( COM(2017)0010 – C8-0009/2017 – 2017/0003(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Kaja Kallas
PA_Legam
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal regolament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE għandha l-għan li tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari r-rispett għall-ħajja privata, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni u l-protezzjoni ta' data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika iżda tiggarantixxi wkoll il-moviment liberu ta' data, tagħmir u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni.
Ir-Rapporteur ġeneralment tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ħtieġa li tiġi adattata għall-innovazzjoni teknoloġika u l-mezzi ġodda ta' komunikazzjoni, sabiex din il-leġiżlazzjoni tkun tista' tissodisfa l-objettivi tagħha u tkun adattata għall-iskop tagħha.
Fluss liberu ta' data u protezzjoni ta' data personali fl-Unjoni
Ir-Rapporteur tilqa' l-bidla tal-istrument legali minn direttiva għal regolament. L-implimentazzjoni tad-direttiva preċedenti wriet implimentazzjonijiet diverġenti u interpretazzjonijiet differenti tal-liġi. Għalhekk, ir-Rapporteur temmen li regolament jista' jkun għodda aħjar biex jiżgura l-protezzjoni ta' data personali fil-komunikazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi u jissalvagwardja l-fluss liberu ta' data fl-Unjoni. Madankollu, ir-Rapporteur temmen li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jeħtieġ li jkollu rwol aktar importanti sabiex jiżgura konsistenza fl-infurzar ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi joħroġ gwida u opinjonijiet, filwaqt li jibni fuq mekkaniżmu ta' konsistenza stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, ir-Rapporteur tilqa' l-kompitu mogħti lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data biex jinfurzaw dan ir-regolament filwaqt li tenfasizza li l-protezzjoni tad-data għandha ssir dejjem aktar kwistjoni orizzontali u l-awtoritajiet kollha għandhom jikkooperaw għal dan il-għan, billi jipprovdu assistenza teknika fejn meħtieġ sabiex jitneħħew l-ostakli.
Kamp ta' applikazzjoni
Ir-Rapporteur tappoġġja l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal servizzi over-the-top fid-dawl tar-rwol dejjem akbar ta' tali servizzi li jippermettu l-komunikazzjoni, u r-rabta tar-regolament propost mad-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva Proposta li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi. Madankollu, ir-Rapporteur tenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata konsistenza u koerenza bejn id-definizzjoni fil-Kodiċi u r-regolament dwar il-privatezza elettronika sabiex jiġu evitati lakuni iżda anke riskji ta' inapplikabbiltà ta' xi dispożizzjonijiet għal ċerti tipi ta' servizzi.
Newtralità teknoloġika
Ir-Rapporteur tilqa' l-intenzjoni u l-isforzi tal-Kummissjoni fit-tentattivi tagħha biex tindirizza l-kwistjoni kumplessa ta' "consent fatigue" u l-ħtieġa li ssib modi aktar faċli biex tinforma lill-utenti aħħarin u tagħtihom għażliet fir-rigward tal-privatezza tagħhom. Madankollu, ir-Rapporteur tqis li l-proposta tal-Kummissjoni hija ffukata wisq fuq is-siti web filwaqt li x-xejra miexja dejjem aktar lejn l-apps, il-pjattaformi tal-internet tal-oġġetti, eċċ. Is-soluzzjonijiet proposti jiffukaw wisq fuq il-brawżers b'riskju li r-regolament ma jibqax validu matul iż-żmien. Barra minn hekk, il-proposta tagħmel distinzjoni stretta bejn cookies tal-ewwel parti u cookies ta' parti terza. Ir-Rapporteur temmen li din id-distinzjoni tista' ma tibqax valida fil-futur fid-dawl tal-innovazzjoni mgħaġġla tas-settur diġitali, fejn cookie tal-ewwel parti tista' tkompli bil-ġbir tad-data bħala cookie ta' parti terza, jew fejn tekniki oħrajn tal-ittraċċar ma jkunux għadhom ibbażati fuq cookies tal-ewwel parti jew ta' parti terza. L-impatt fuq il-privatezza ta' cookie għandu pjuttost ikun ibbażat fuq l-għan tagħha, pereżempju jekk l-għan tal-ġbir tal-informazzjoni jkun għall-kummerċjalizzazzjoni bbażata fuq l-imġiba u tintużax fl-apparat kollu, fuq it-tipi ta' informazzjoni li tiġbor, u kif tiġi kondiviża l-informazzjoni li tinġabar. Għalhekk, ir-Rapporteur ma temminx li d-distinzjoni stretta bejn cookies tal-ewwel parti u ta' parti terza hija l-aktar effettiva. L-utent għandu jkun infurmat aħjar, ikollu aċċess għal aktar trasparenza dwar il-mod li bih jiffunzjonaw il-cookies, u jkun jista' jipparteċipa.
Avviż u ikoni standardizzati
Ir-Rapporteur ma tappoġġjax il-possibbiltà tal-ġbir ta' informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista' jaqbad ma' apparat ieħor jew ma' tagħmir ta' netwerk, jekk ikun hemm sinjal li jinforma lill-utenti li din hija żona ta' traċċar. Tali dispożizzjoni toħloq riskju ta' biża' u ansjetà fost l-utenti aħħarin mingħajr ma tipprovdilhom għażla konkreta u prattika biex ma jiġux ittraċċati.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) L-Istati Membri għandhom jitħallew, fi ħdan il-limiti ta' dan ir-Regolament, li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali biex jispeċifikaw u jiċċaraw ulterjorment l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament sabiex jiżguraw applikazzjoni u interpretazzjoni effettivi ta' dawk ir-regoli. Għaldaqstant, il-marġni ta' diskrezzjoni, li l-Istati Membri għandhom f'dan ir-rigward, għandu jżomm bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u d-data personali u l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika. | (7) Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, meta jkun meħtieġ, għandu joħroġ gwida u opinjonijiet fi ħdan il-limiti ta' dan ir-Regolament, biex jispeċifika u jiċċara ulterjorment l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament sabiex jiżgura applikazzjoni u interpretazzjoni effettivi ta' dawk ir-regoli. Tali gwida u opinjonijiet għandhom iqisu l-objettiv duwali ta' dan ir-Regolament u għalhekk għandhom iżommu bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u d-data personali u l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) Għall-fini ta' dan ir-Regolament, meta l-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, għandu jaħtar rappreżentant fl-Unjoni. Ir-rappreżentant għandu jinħatar bil-miktub. Ir-rappreżentant jista' jkun l-istess wieħed maħtur skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/6791a. |
| ___________ |
| 1a Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Is-servizzi użati għal finijiet ta' komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b'servizzi onlajn funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti aħħarin meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, dan ir-Regolament juża d-definizzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżla fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika24]. Dik id-definizzjoni tinkludi mhux biss servizzi ta' aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta' sinjali iżda anki servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni hija kruċjali anki fir-rigward ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali li hija anċillari għal servizz ieħor; għaldaqstant, dan it-tip ta’ servizzi li għandhom ukoll funzjonalità ta’ komunikazzjoni għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament. | (11) Is-servizzi użati għal finijiet ta' komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b'servizzi onlajn funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti aħħarin meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, dan ir-Regolament juża d-definizzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżla fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika24]. Dik id-definizzjoni tinkludi mhux biss servizzi ta' aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta' sinjali iżda anki servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. |
_________________ | _________________ |
24 Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (Riformulazzjoni) (COM/2016/0590 final - 2016/0288 (COD) ). | 24 Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (Riformulazzjoni) (COM/2016/0590 final - 2016/0288 (COD) ). |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Apparati u makkinarji konnessi qed jikkomunikaw dejjem aktar ma' xulxin bl-użu ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika (Internet tal-Oġġetti). It-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna tinvolvi t-twassil ta' sinjali fuq netwerk u, għalhekk, normalment tikkostitwixxi servizz ta' komunikazzjoni elettronika. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni sħiħa tad-drittijiet għall-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, u biex jiġi promoss Internet tal-Oġġetti fdat u sigur fis-suq uniku diġitali, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament għandu japplika għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Għaldaqstant, il-prinċipju ta' kunfidenzjalità minqux f'dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Salvagwardji speċifiċi jistgħu jiġu adottati wkoll taħt leġiżlazzjoni settorjali, bħal pereżempju d-Direttiva 2014/53/UE. | (12) Apparati u makkinarji konnessi qed jikkomunikaw dejjem aktar ma' xulxin bl-użu ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika (Internet tal-Oġġetti). It-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna tinvolvi t-twassil ta' sinjali fuq netwerk u, għalhekk, normalment tikkostitwixxi servizz ta' komunikazzjoni elettronika. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni sħiħa tad-drittijiet għall-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, u biex jiġi promoss Internet tal-Oġġetti fdat u sigur fis-suq uniku diġitali, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament għandu japplika għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Għaldaqstant, il-prinċipju ta' kunfidenzjalità minqux f'dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Madankollu, m'għandux japplika għal komunikazzjonijiet minn magna għal magna li m'għandhom ebda impatt fuq il-privatezza jew fuq il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, bħat-trażmissjoni bejn elementi tan-netwerk (servers, swiċċijiet). Salvagwardji speċifiċi jistgħu jiġu adottati wkoll taħt leġiżlazzjoni settorjali, bħal pereżempju d-Direttiva 2014/53/UE. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12a) Is-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti jeħtieġu protezzjoni addizzjonali f'dan ir-Regolament fir-rigward tad-data ta' komunikazzjoni billi l-karozzi konnessi jiġġeneraw, jittrażmettu, u jaħżnu d-data personali tal-utenti. Il-privatezza personali tal-konsumaturi fil-vetturi konnessi trid tiġi ggarantita, peress li partijiet terzi jaċċessaw u jużaw data dwar is-sewwieqa u s-sewqan. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) L-iżvilupp ta' teknoloġiji mingħajr wajers rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta' aċċess għall-Internet permezz ta' netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħal "hotspots" f'postijiet differenti ġewwa belt, stabbilimenti, ċentri kummerċjali u sptarijiet. Peress li dawk in-netwerks ta' komunikazzjoni huma pprovduti lil grupp mhux definit ta' utenti aħħarin, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta' netwerks tali għandha tkun protetta. Il-fatt li servizzi ta' komunikazzjoni elettronika mingħajr wajers jistgħu jkunu anċillari għal servizzi oħra ma għandux ifixkel milli tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data tal-komunikazzjonijiet u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta' komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi. B'kuntrast, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal gruppi magħluqa ta' utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri tal-korporazzjoni. | (13) L-iżvilupp ta' teknoloġiji mingħajr wajers rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta' aċċess għall-Internet permezz ta' netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħal "hotspots" f'postijiet differenti ġewwa belt, stabbilimenti, ċentri kummerċjali, ajruporti, lukandi, universitajiet, sptarijiet jew punti oħra bħal dawn ta' aċċess għall-internet. Peress li dawk in-netwerks ta' komunikazzjoni huma pprovduti lil grupp mhux definit ta' utenti aħħarin, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta' netwerks tali għandha tkun protetta. Il-fatt li servizzi ta' komunikazzjoni elettronika mingħajr wajers jistgħu jkunu anċillari għal servizzi oħra ma għandux ifixkel milli tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data tal-komunikazzjonijiet u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta' komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi. B'kuntrast, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal gruppi magħluqa ta' utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri tal-korporazzjoni. Is-sempliċi att li tkun meħtieġa password ma għandux jitqies bħala l-għoti ta' aċċess lil grupp magħluq ta' utenti aħħarin jekk l-aċċess ikun ipprovdut lil grupp mhux definit ta' utenti aħħarin. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ddefinita b'mod suffiċjentement wiesa' u teknoloġikament newtrali biex tiġi inkluża kwalunkwe informazzjoni dwar il-kontenut trażmess jew skambjat (kontenut ta' komunikazzjoni elettronika) u l-informazzjoni dwar utent aħħari ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika; inkluża data biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta' komunikazzjoni, post ġeografiku u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta' komunikazzjoni. Jekk dawn is-sinjali u d-data relatata jitwasslux b'wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi, inklużi netwerks satellitari, netwerks bil-kejbil, netwerks terrestri fissi (trażmessi b'ċirkwit u trażmessi b'pakkett, inkluż l-Internet) u mobbli, sistemi bil-kejbil tal-elettriku, id-data relatata ma' sinjali tali għandha titqies bħala metadata ta' komunikazzjoni elettronika u għaldaqstant tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika tista' tinkludi informazzjoni li hija parti mill-abbonament għas-servizz meta tali informazzjoni tiġi pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika. | (14) Data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ddefinita b'mod suffiċjentement wiesa' u teknoloġikament newtrali biex tiġi inkluża kwalunkwe informazzjoni dwar il-kontenut trażmess jew skambjat (kontenut ta' komunikazzjoni elettronika) u l-informazzjoni dwar utent aħħari ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika; inkluża data biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta' komunikazzjoni, post ġeografiku u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta' komunikazzjoni. Għandha tinkludi wkoll data dwar il-post, bħal pereżempju, il-post attwali jew inferit tat-tagħmir terminali, il-post tat-tagħmir terminali li minnu jew li lejh tkun saret telefonata jew konnessjoni bl-internet, jew il-hotspot tal-Wi-Fi li l-apparat ikun imqabbad miegħu, kif ukoll id-data meħtieġa biex jiġi identifikat it-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin. Jekk dawn is-sinjali u d-data relatata jitwasslux b'wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi, inklużi netwerks satellitari, netwerks bil-kejbil, netwerks terrestri fissi (trażmessi b'ċirkwit u trażmessi b'pakkett, inkluż l-Internet) u mobbli, sistemi bil-kejbil tal-elettriku, id-data relatata ma' sinjali tali għandha titqies bħala metadata ta' komunikazzjoni elettronika u għaldaqstant tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika tista' tinkludi informazzjoni li hija parti mill-abbonament għas-servizz meta tali informazzjoni tiġi pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15 a) L-anonimità tad-data għandha titqies bħala livell addizzjonali ta' protezzjoni u kunfidenzjalità. Għandhom jiddaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet relattivi biex id-data ssir anonima awtomatikament, meta jkun possibbli. Tali proċeduri għandhom ikunu akkumpanjati minn sensiela ta' testijiet li jservu bħala prova ta' anonimità. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Il-projbizzjoni ta' ħżin ta' komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta' din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika. Ma għandu jipprojbixxi la l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-kontinwità tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż l-ikkontrollar ta' theddid għas-sigurtà bħall-preżenza ta' malwar jew l-ipproċessar ta' metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa ta' rekwiżiti ta' servizz, bħall-latenza, jitter, eċċ. | (16) Il-projbizzjoni ta' ħżin ta' komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta' din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika. Ma għandu jipprojbixxi la l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà, l-awtentiċità u l-kontinwità tas-servizzi u n-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż l-ikkontrollar ta' theddid għas-sigurtà bħall-preżenza ta' malware jew l-ipproċessar ta' metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa ta' rekwiżiti ta' servizz, bħal-latenza, jitter, eċċ. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) L-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika jista' jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà in ġenerali. Vis-à-vis id-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament iwessa' l-possibbiltajiet għall-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, abbażi tal-kunsens ta' utenti aħħarin. Madankollu, l-utenti aħħarin jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet onlajn tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, li għandha tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat iġġenerata għall-għan li jingħataw u jinżammu l-aċċess u l-konnessjoni mas-servizz. Id-data dwar il-lok iġġenerata barra mill-kuntest tal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika m'għandhiex titqies bħala metadata. Eżempji ta' użi kummerċjali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta' heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta' data bl-użu ta' kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta' individwi. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f'ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta' ħin, huwa neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f'ċerti intervalli ta' ħin. Dan l-identifikatur ikun nieqes kieku kellha tintuża data anonima u moviment tali ma jkunx jista' jintwera. Użu tali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jista', pereżempju, ikun ta' benefiċċju għall-awtoritajiet pubbliċi u operaturi ta' trasport pubbliku biex jiddefinixxu fejn għandhom jiżviluppaw infrastruttura ġdida, abbażi tal-użu ta' u l-pressjoni fuq l-istruttura eżistenti. Fejn tip ta' pproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika, b'mod partikolari bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, u b'kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi, qabel l-ipproċessar għandhom isiru valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, u skont ma jkun il-każ, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679. | (17) L-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika jista' jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà inġenerali. Vis-à-vis d-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament iwessa' l-possibbiltajiet għall-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, abbażi tal-kunsens ta' utenti aħħarin. Madankollu, l-utenti aħħarin jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet onlajn tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, li għandha tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat iġġenerata għall-għan li jingħataw u jinżammu l-aċċess u l-konnessjoni mas-servizz. Id-data dwar il-lok iġġenerata barra mill-kuntest tal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika m'għandhiex titqies bħala metadata. Eżempji ta' użi kummerċjali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta' heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta' data bl-użu ta' kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta' individwi. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f'ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta' ħin, huwa neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f'ċerti intervalli ta' ħin. Dan l-identifikatur ikun nieqes kieku kellha tintuża data anonima u moviment tali ma jkunx jista' jintwera. Użu tali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jista', pereżempju, ikun ta' benefiċċju għall-awtoritajiet pubbliċi u operaturi ta' trasport pubbliku biex jiddefinixxu fejn għandhom jiżviluppaw infrastruttura ġdida, abbażi tal-użu ta' u l-pressjoni fuq l-istruttura eżistenti. Fejn tip ta' pproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika, b'mod partikolari bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, u b'kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi, qabel l-ipproċessar għandhom isiru valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, u skont ma jkun il-każ, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar ulterjuri tal-metadata għal skopijiet oħra għajr dawk li għalihom kienet inizjalment inġabret għandu jkun permess biss f'każijiet fejn l-ipproċessar ikun kompatibbli mal-iskop inizjali li għalih inkiseb il-kunsens u jkun soġġett għal salvagwardji speċifiċi, speċjalment il-psewdonimizzazzjoni kif stabbilit fil-punt (4) tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jappartjeni għall-essenza tad-dritt fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dar u l-komunikazzjonijiet protett taħt l-Artikolu 7 tal-Karta. Kwalunkwe interferenza fil-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika għandha titħalla biss taħt kundizzjonijiet iddefiniti ċari ħafna, għal finijiet speċifiċi u tkun soġġetta għal salvagwardji adegwati kontra abbuż. Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika fi tranżitu, bil-kunsens infurmat tal-utenti aħħarin ikkonċernati kollha. Pereżempju, il-fornituri jistgħu joffru servizzi li jinvolvu l-iskennjar ta' posta elettronika biex ineħħu ċertu materjal iddefinit minn qabel. Minħabba s-sensittività tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet, dan ir-Regolament jistabbilixxi preżunzjoni li l-ipproċessar ta' tali data ta' kontenut ser jirriżulta f'riskji għolja għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi. Fl-ipproċessar ta' tip ta' data tali, il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu dejjem jikkonsulta l-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar. Konsultazzjoni tali għandha tkun skont l-Artikolu 36 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-preżunzjoni ma tinkludix l-ipproċessar ta' data ta' kontenut biex jiġi pprovdut servizz mitlub mill-utent aħħari meta l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu għal ipproċessar tali u jitwettaq għall-finijiet u t-tul ta' żmien strettament neċessarju u proporzjonat għal servizz tali. Wara li kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jkun intbagħat mill-utent aħħari u ġie riċevut mill-utent aħħari jew l-utenti aħħarin maħsuba, dan jista' jiġi rrekordjat jew maħżun mill-utent aħħari, l-utenti aħħarin jew minn parti terza mogħtija l-kompiti minnhom li tirrekordja jew taħżen tali data. Kwalunkwe pproċessar ta' data tali għandu jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679. | (19) Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jappartjeni għall-essenza tad-dritt fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dar u l-komunikazzjonijiet protett taħt l-Artikolu 7 tal-Karta. Kwalunkwe interferenza fil-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika għandha titħalla biss taħt kundizzjonijiet iddefiniti ċari ħafna, għal finijiet speċifiċi u tkun soġġetta għal salvagwardji adegwati kontra abbuż. Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika fi tranżitu, bil-kunsens infurmat tal-utenti aħħarin ikkonċernati kollha. Pereżempju, il-fornituri jistgħu joffru servizzi li jinvolvu l-iskennjar ta' posta elettronika biex ineħħu ċertu materjal iddefinit minn qabel. Għas-servizzi li jiġu pprovduti lill-utenti involuti f'attivitajiet purament personali jew domestiċi, pereżempju s-servizz ta' test għal vuċi, is-servizz ta' organizzazzjoni tal-mailbox jew ta' filtru tal-iSPAM, il-kunsens tal-utent aħħari li jitlob is-servizz għandu jkun biżżejjed. Minħabba s-sensittività tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet, dan ir-Regolament jistabbilixxi preżunzjoni li l-ipproċessar ta' tali data ta' kontenut ser jirriżulta f'riskji għolja għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi. Fl-ipproċessar ta' tip ta' data tali, il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu dejjem jikkonsulta l-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar. Konsultazzjoni tali għandha tkun skont l-Artikolu 36 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-preżunzjoni ma tinkludix l-ipproċessar ta' data ta' kontenut biex jiġi pprovdut servizz mitlub mill-utent aħħari meta l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu għal ipproċessar tali u jitwettaq għall-finijiet u t-tul ta' żmien strettament neċessarju u proporzjonat għal servizz tali. Wara li kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jkun intbagħat mill-utent aħħari u ġie riċevut mill-utent aħħari jew l-utenti aħħarin maħsuba, dan jista' jiġi rrekordjat jew maħżun mill-utent aħħari, l-utenti aħħarin jew minn parti terza mogħtija l-kompiti minnhom li tirrekordja jew taħżen tali data. Kwalunkwe pproċessar ta' data tali għandu jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679. Meta d-data ta' komunikazzjoni tinħażen minn parti terza, din il-parti terza għandha tiżgura li kwalunkwe informazzjoni li l-ipproċessar tagħha ma jkunx meħtieġ biex jiġi pprovdut is-servizz mitlub mill-utent aħħari tiġi protetta b'miżuri ta' sigurtà l-aktar avvanzati applikati minn tarf sa tarf, inklużi metodi kriptografiċi bħall-kriptaġġ. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Il-metodi użati għall-forniment ta' informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari għandhom ikunu kemm jista' jkun faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta' cookies ta' traċċar u tekniki ta' traċċar oħra, l-utenti aħħarin huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu cookies ta' traċċar tali fit-tagħmir terminali tagħhom. B'riżultat, l-utenti aħħarin huma mgħobbija żżejjed b'talbiet biex jipprovdu kunsens. L-użu ta' mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta' settings trasparenti u faċli għall-utent, jista' jindirizza din il-problema. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens bl-użu ta' settings adatti ta' brawżer jew applikazzjoni oħra. L-għażliet magħmula mill-utenti aħħarin meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta' privatezza ġenerali tagħhom ta' brawżer jew applikazzjoni oħra għandhom ikunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti terza. Il-brawżers tal-web huma tip ta’ applikazzjoni ta’ softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet. Tipi oħra ta’ applikazzjonijiet, bħal dawk li jippermettu telefonati u messaġġi jew jipprovdu gwida tar-rotta, ukoll għandhom l-istess kapaċitajiet. Il-brawżers tal-web jimmedjaw ħafna minn dak li jiġri bejn l-utent aħħari u s-sit web. Minn din il-perspettiva, huma jinsabu f'pożizzjoni privileġġata biex ikollhom rwol attiv biex jgħinu lill-utent aħħari jikkontrolla l-fluss ta' informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali. B’mod aktar partikolari, il-brawżers tal-web jistgħu jintużaw bħala gwardjani, u hekk jgħinu lill-utenti aħħarin i jipprevjenu l-aċċess jew il-ħżin ta’ informazzjoni mit-tagħmir terminali tagħhom (pereżempju smart phone, tablet jew kompjuter). | (22) Il-metodi użati għall-forniment ta' informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari għandhom ikunu ċari u faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta' cookies ta' traċċar u tekniki ta' traċċar oħra, l-utenti aħħarin huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu cookies ta' traċċar tali fit-tagħmir terminali tagħhom. B'riżultat, l-utenti aħħarin huma mgħobbija żżejjed b'talbiet biex jipprovdu kunsens. L-użu ta' mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta' settings trasparenti u faċli għall-utent, jista' jindirizza din il-problema. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens bl-użu ta' settings tekniċi adatti ta' brawżer jew applikazzjoni oħra. L-għażliet magħmula mill-utenti aħħarin meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta' privatezza ġenerali tagħhom ta' brawżer jew applikazzjoni oħra, li jgħinuhom jikkontrollaw il-fluss ta' informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali, għandhom ikunu vinkolanti għal, u infurzabbli kontra, partijiet mhux awtorizzati. Barra minn hekk, fid-dawl tal-pass tal-innovazzjoni, l-użu u l-firxa dejjem akbar ta' apparati li jippermettu komunikazzjonijiet u ż-żieda fl-ittraċċar tal-utenti permezz ta' diversi apparati, jeħtieġ li dan ir-Regolament jibqa' teknoloġikament newtrali biex jilħaq l-objettivi tiegħu. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(23) Il-prinċipji ta' protezzjoni ta' data bid-disinn u b'mod awtomatiku ġew ikkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Attwalment, is-settings awtomatiċi għal cookies fil-biċċa l-kbira tal-brawżers attwali huma stabbiliti fuq "aċċetta l-cookies kollha". Għaldaqstant il-fornituri ta' softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet għandu jkollhom obbligu li jikkonfiguraw s-softwer b'tali mod li joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali; din ta' spiss tiġi ppreżentata bħala "irrifjuta cookies ta' parti terza". L-utenti aħħarin għandhom jiġu offruti sett ta' opzjonijiet ta' settings tal-privatezza, li jvarjaw minn aktar għolja (pereżempju, "taċċetta qatt cookies") sa aktar baxxi (pereżempju, "dejjem aċċetta cookies") u intermedji (pereżempju, "irrifjuta cookies ta' parti terza" jew "aċċetta biss cookies tal-ewwel parti"). Settings tal-privatezza tali għandhom jiġu ppreżentati b'mod faċilment viżibbli u intelliġibbli. | (23) Il-prinċipji ta' protezzjoni ta' data bid-disinn u b'mod awtomatiku ġew ikkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Attwalment, is-settings awtomatiċi għal cookies fil-biċċa l-kbira tal-brawżers attwali huma stabbiliti fuq "aċċetta l-cookies kollha", li jipprevjeni lill-utenti aħħarin milli jipprovdu kunsens infurmat u mogħti b'mod liberu, u jgħabbihom iżżejjed b'talbiet. Għaldaqstant il-fornituri ta' softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin bil-possibbiltà li jesprimu l-kunsens tagħhom bl-użu ta' settings tekniċi adatti. Għal dak il-għan, għandu jkollhom obbligu li jikkonfiguraw is-softwer b'tali mod li joffri l-opzjoni lill-utenti aħħarain li jagħżlu jekk jirrifjutawx jew jaċċettawx trackers jew cookies li ma jkunux meħtieġa għall-għoti tas-servizz meħtieġ mill-utent aħħari, wara li jiġu infurmati bil-funzjoni tat-trackers jew tal-cookies, kif jintużaw, u kif l-informazzjoni miġbura tiġi kondiviża. L-utenti aħħarin għandhom jiġu offruti sett ta' opzjonijiet ta' settings tal-privatezza, li jvarjaw minn aktar għolja (pereżempju, "taċċetta qatt trackers u cookies") sa aktar baxxi (pereżempju, "dejjem aċċetta trackers u cookies") u opzjonijiet intermedji skont it-tipi ta' informazzjoni li jixtiequ jikkondividu, il-partijiet li jagħżlu li jikkondividuha magħhom, u l-iskopijiet ta' cookie jew tracker. Għandhom jipprovdilhom ukoll opzjonijiet biex jippersonalizzaw is-settings tagħhom billi jaċċettaw trackers jew cookies għal servizzi minn soċjetajiet tal-informazzjoni meqjusa affidabbli. L-utenti aħħarin għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li ma jibqax jintuża l-ittraċċar permezz ta' diversi apparati. Meta l-utent aħħari jaċċetta cookies għall-fini ta' reklamar immirat, l-utent aħħari għandu jkun jista' wkoll jikkoreġi l-informazzjoni miġbura dwaru biex jipprevjeni l-ħsara possibbli kkawżata minn informazzjoni mhux eżatta. Settings tal-privatezza għandhom jiġu ppreżentati b'mod oġġettiv, faċilment viżibbli u intelliġibbli. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (23a) Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja bejn l-utenti aħħarin u l-partijiet ikkonċernati dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni maħżuna f'tagħmir terminali, u sabiex jiġi limitat l-ammont tal-ittraċċar li jaffettwa b'mod negattiv il-privatezza, il-kapaċità tal-utenti aħħarin li jiżviluppaw il-profil tagħhom stess, pereżempju permezz ta' għodod li jinħolqu minnhom stess, għandha tiġi promossa bħala alternattiva għall-ittraċċar. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Biex brawżers tal-web ikunu jistgħu jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin kif iddefinit taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju, għall-ħżin ta' cookies ta' traċċar ta' parti terza, dawn għandhom, fost oħrajn, jirrikjedu azzjoni affermattiva ċara mill-utent aħħari ta' tagħmir terminali biex juri l-qbil tiegħu jew tagħha mogħti liberalment, infurmat speċifiku, u mhux ambigwu għall-ħżin u l-aċċess ta' tali cookies fit-tagħmir terminali u minnu. Azzjoni tali tista' tiġi kkunsidrata li hi affermattiva, pereżempju, jekk l-utenti aħħarin huma rikjesti li jagħżlu b'mod attiv "aċċetta cookies ta' parti terza" biex jikkonfermaw il-qbil tagħhom u huma mogħtija l-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu l-għażla. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-fornituri ta' softwer li jippermetti aċċess għall-Internet ikunu rikjesti li, fil-mument tal-installazzjoni, jinfurmaw lill-utenti aħħarin dwar il-possibbiltà li jagħżlu s-settings ta' privatezza fost id-diversi opzjonijiet u jitolbuhom jagħmlu għażla. L-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tiddiswadi lill-utenti aħħarin milli jagħżlu settings ta' privatezza aktar għoljin u għandha tinkludi informazzjoni rilevatni dwar ir-riskji assoċjati ma' li cookies ta' parti terza jitħallew jinħażnu fil-kompjuter, inkluż il-ġabra ta' rekords fuq perjodu fit-tul tal-istejjer tal-ibbrawżjar tal-individwi u l-użu ta' tali rekords biex jintbagħat reklamar immirat. Il-brawżers tal-web huma mħeġġa biex jipprovdu modi faċli biex l-utenti aħħarin jibdlu s-settings tal-privatezza fi kwalunkwe ħin waqt l-użu u biex jippermettu lill-utent jagħmel eċċezzjonijiet għal, jew li jistabbilixxi "lista bajda" ta' ċerti siti web jew li jispeċifika għal liema siti web cookies ta' parti (terza) huma dejjem permessi jew ma huma qatt permessi. | (24) Biex brawżers tal-web jew applikazzjonijiet oħra jkunu jistgħu jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin kif iddefinit taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, dawn għandhom, fost oħrajn, jirrikjedu azzjoni affermattiva ċara mill-utent aħħari ta' tagħmir terminali biex juri l-qbil tiegħu jew tagħha mogħti liberalment, infurmat speċifiku, u mhux ambigwu għall-ħżin u l-aċċess ta' cookies ta' traċċar jew mekkaniżmi oħra ta' traċċar fit-tagħmir terminali u minnu. Azzjoni tali tista' tiġi kkunsidrata li hi affermattiva, pereżempju, jekk l-utenti aħħarin huma rikjesti li jagħżlu cookies jew trackers li jipproċessaw data lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex is-servizz jiffunzjona biex jikkonfermaw il-qbil tagħhom, wara li jkunu ngħataw id-diversi opzjonijiet u jkunu ngħataw l-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu l-għażla. Tali informazzjoni għandha tinkludi l-impatt possibbli fuq l-esperjenza tal-konsumatur jew fuq l-abbiltà tal-utent aħħari li jaċċessa l-funzjonalitajiet kollha tas-sit web. Il-kunsens m'għandux ikun validu għall-ittraċċar tal-utenti permezz ta' diversi apparati jekk l-utent aħħari ma jkunx ġie infurmat u ma jkunx jista' jagħżel li ma jipparteċipax. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-fornituri ta' softwer li jippermetti aċċess għall-Internet ikunu rikjesti li, fil-mument tal-installazzjoni, jinfurmaw lill-utenti aħħarin dwar il-possibbiltà li jagħżlu s-settings ta' privatezza fost id-diversi opzjonijiet u jitolbuhom jagħmlu għażla. L-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tiddiswadi lill-utenti aħħarin milli jagħżlu settings ta' privatezza aktar għoljin u għandha tinkludi informazzjoni rilevatni dwar ir-riskji assoċjati ma' li cookies ta' traċċar jew mekkaniżmi oħra ta' traċċar jitħallew jinħażnu fil-kompjuter, inkluż il-ġabra ta' rekords fuq perjodu fit-tul tal-istejjer tal-ibbrawżjar tal-individwi u l-użu ta' tali rekords biex jintbagħat reklamar immirat. Il-brawżers tal-web jew applikazzjonijiet oħra għandhom jipprovdu modi faċli biex l-utenti aħħarin jibdlu s-settings tal-privatezza fi kwalunkwe ħin waqt l-użu u biex jippermettu lill-utent jagħmel eċċezzjonijiet għal, jew li jistabbilixxi "lista bajda" ta' ċerti partijiet jew cookies li huma dejjem permessi jew ma huma qatt permessi. Meta mudell ta' negozju jkun ibbażat fuq reklamar immirat, il-kunsens m'għandux jitqies bħala mogħti liberament jekk l-aċċess għas-servizz isir kundizzjonali għall-ipproċessar tad-data. F'każijiet bħal dawn, l-utent aħħari għandu jingħata opzjonijiet ġusti u raġonevoli oħra li ma jipproċessawx id-data ta' komunikazzjoni tiegħu , bħal pereżempju s-sottoskrizzjoni, l-aċċess imħallas, jew l-aċċess limitat għal partijiet tas-servizz. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 25
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(25) L-aċċess għal netwerks ta' komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta' ċerti pakketti ta' data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparti oħra fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparti għandu jkollhom indirizz uniku assenjat sabiex ikunu identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta' sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta' Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta' bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta' aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista' tinqabad informazzjoni tali. Tfaċċaw fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta' informazzjoni relatata ma' tagħmir b'funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta' persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta' persuni f'żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista' tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti aħħarin, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b'offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta' individwi fuq perjodu ta' żmien, inklużi żjarat ripetuti f'postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti f'prattiki tali għandhom juru avviżi prominenti li jkunu jinsabu fix-xifer taż-żona ta' kopertura li jinfurmaw lill-utenti aħħarin qabel ma jidħlu fiż-żona ddefinita li qed titħaddem it-teknoloġija f'perimetru partikolari, l-għan tal-ittraċċar, il-persuna responsabbli minnu u l-eżistenza ta' kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex jimminizza jew iwaqqaf il-ġbir. Informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta fejn data personali hija miġbura skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679. | (25) L-aċċess għal netwerks ta' komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta' ċerti pakketti ta' data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparti oħra fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparti għandu jkollhom indirizz uniku assenjat sabiex ikunu identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta' sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta' Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta' bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta' aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista' tinqabad informazzjoni tali. Tfaċċaw fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta' informazzjoni relatata ma' tagħmir b'funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta' persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta' persuni f'żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista' tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti aħħarin, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b'offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta' individwi fuq perjodu ta' żmien, inklużi żjarat ripetuti f'postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti fi prattiki tali. Il-fornituri involuti fi prattiki tali għandhom jitolbu l-kunsens tal-utenti aħħarin ikkonċernati, wara li jagħtuhom l-informazzjoni, permezz ta' notifika li tasal fit-tagħmir terminali tagħhom, qabel ma jidħlu fiż-żona ddefinita li qed titħaddem it-teknoloġija f'perimetru partikolari, l-għan tal-ittraċċar, il-persuna responsabbli minnu u l-eżistenza ta' kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex jimminizza jew iwaqqaf il-ġbir. Informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta fejn data personali hija miġbura skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679. Meta ma jkunx possibbli li jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari, tali prattiki għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju għall-fini tal-għadd statistiku u għandhom ikunu limitati fiż-żmien u fl-ispazju. Id-data għandha ssir anonima jew titħassar malli ma tibqax meħtieġa għal dan il-għan. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Meta l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jaqa' fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta restrizzjoni tali tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika u objettivi importanti oħra ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b'mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, jew funzjoni ta' monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali għal interessi tali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta' komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jipprevedu proċeduri adatti biex jiffaċilitaw talbiet leġittimi ta' awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti għandu jiġi meqjus ukoll ir-rwol tar-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 3(3). | (26) Meta l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jaqa' fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jipprevedu f'dan ir-regolament li jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet, meta restrizzjoni tali tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta' komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, wara inġunzjoni u skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jipprevedu proċeduri adatti biex jiffaċilitaw talbiet leġittimi ta' awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti għandu jiġi meqjus ukoll ir-rwol tar-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 3(3). |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (26a) Sabiex ikunu salvagwardjati s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u s-servizzi, għandu jiġi promoss l-użu tal-kriptaġġ minn tarf għal tarf u, meta jkun meħtieġ, dan għandu jkun obbligatorju skont il-prinċipji tas-sigurtà u l-privatezza fid-disinn. L-Istati Membri m'għandhom jimponu ebda obbligu fuq il-fornituri ta' kriptaġġ, fuq il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew fuq kwalunkwe organizzazzjoni oħra (fi kwalunkwe livell tal-katina tal-provvista) li jwassal biex idgħajjef is-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi tagħhom, bħal pereżempju l-ħolqien jew il-faċilitazzjoni ta' "backdoors". |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Direttorji pubblikament disponibbli ta' utenti aħħarin ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika huma mqassma b'mod wiesa'. Direttorji pubblikament disponibbli jfisser kwalunkwe direttorju jew servizz li jkun fih informazzjoni dwar utenti aħħarin bħal numri tat-telefown (inklużi numri tal-mowbajl), id-dettalji ta' kuntatt tal-indirizz tal-posta elettronika u jinkludi servizzi ta' indaġni. Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali ta' persuna fiżika jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jintalbu l-kunsens qabel ma d-data personali tagħhom tiġi inkluża f'direttorju. L-interess leġittimu ta' entitajiet ġuridiċi jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma entitajiet ġuridiċi jkollhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-fatt li d-data relatata magħhom tiġi inkluża f'direttorju. | (30) Direttorji pubblikament disponibbli ta' utenti aħħarin ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika huma mqassma b'mod wiesa'. Direttorji pubblikament disponibbli jfisser kwalunkwe direttorju jew servizz li jkun fih informazzjoni dwar utenti aħħarin bħal numri tat-telefown (inklużi numri tal-mowbajl), id-dettalji ta' kuntatt tal-indirizz tal-posta elettronika u jinkludi servizzi ta' indaġni. Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali ta' persuna fiżika li ma taġixxix fil-kapaċità kummerċjali tagħha jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jintalbu l-kunsens qabel ma d-data personali tagħhom tiġi inkluża f'direttorju. L-interess leġittimu ta' entitajiet ġuridiċi u persuni fiżiċi li jaġixxu fil-kapaċità kummerċjali tagħhom jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma entitajiet ġuridiċi u l-persuni fiżiċi li jaġixxu fil-kapaċità kummerċjali tagħhom ikollhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-fatt li d-data relatata magħhom tiġi inkluża f'direttorju. Fil-każijiet fejn l-informazzjoni ma tkunx inġabret oriġinarjament għall-finijiet ta' direttorju disponibbli pubblikament, l-ewwel parti li tiġbor id-data għandha tkun dik li titlob il-kunsens tal-utent aħħari kkonċernat. Il-kunsens għandu jinġabar mill-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt għal tali servizz. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) Jekk l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-data tagħhom tiġi inkluża f'direttorji tali, dawn għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw fuq bażi ta' kunsens liema kategoriji ta' data personali huma inklużi fid-direttorju (pereżempju isem, indirizz tal-posta elettronika, indirizz tad-dar, isem tal-utent, numru tat-telefown). Barra minn hekk, il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin bl-għanijiet tad-direttorju u bil-funzjonijiet ta' tfittxija tad-direttorju qabel ma jinkluduhom f'dak id-direttorju. L-utenti aħħarin għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw b'kunsens fuq il-bażi ta' liema kategoriji ta' data personali jistgħu jiġu mfittxija d-dettalji ta' kuntatt tagħhom. Il-kategoriji ta' data personali inklużi fid-direttorju u l-kategoriji ta' data personali abbażi ta' liema dettalji ta' kuntatt tal-utent aħħari jistgħu jiġu mfittxija ma għandhomx neċessarjament ikunu l-istess. | (31) Jekk l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-data tagħhom tiġi inkluża f'direttorji tali, dawn għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw fuq bażi ta' kunsens liema kategoriji ta' data personali huma inklużi fid-direttorju (pereżempju isem, indirizz tal-posta elettronika, indirizz tad-dar, isem tal-utent, numru tat-telefown). Barra minn hekk, meta jagħtu l-kunsens tagħhom l-utenti aħħarin għandhom jiġu infurmati bl-għanijiet tad-direttorju u bil-funzjonijiet ta' tfittxija tad-direttorju qabel ma jinkluduhom f'dak id-direttorju. L-utenti aħħarin għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw b'kunsens fuq il-bażi ta' liema kategoriji ta' data personali jistgħu jiġu mfittxija d-dettalji ta' kuntatt tagħhom. Il-kategoriji ta' data personali inklużi fid-direttorju u l-kategoriji ta' data personali abbażi ta' liema dettalji ta' kuntatt tal-utent aħħari jistgħu jiġu mfittxija ma għandhomx neċessarjament ikunu l-istess. Il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-opzjonijiet tat-tfittxija, kif ukoll jekk opzjonijiet u funzjonijiet ġodda tad-direttorji jkunu disponibbli f'direttorji pubblikament disponibbli. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(37) Il-fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin b'miżuri li jistgħu jieħdu biex jipproteġu s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom pereżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta' softwer jew teknoloġiji ta' kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti aħħarin jiġu infurmati b'riskji ta’ sigurtà partikolari ma jeħlisx lil fonitur ta’ servizz mill-obbligu li jieħu, bi spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe riskju ta' sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta' sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta’ informazzjoni dwar ir-riskji ta’ sigurtà għall-abbonat għandu jkun mingħajr ħlas. Is-sigurtà hija evalwata fid-dawl tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679. | (37) Il-fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 40 tad-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi]. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jiżguraw b'mod partikolari li jkun hemm biżżejjed protezzjoni fis-seħħ kontra aċċess jew alterazzjonijiet mhux awtorizzati tad-data tal-komunikazzjoni elettronika, u li l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-komunikazzjoni jkunu ggarantiti minn miżuri tekniċi skont l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, bħal metodi kriptografiċi, inkluż il-kriptaġġ minn tarf sa tarf tad-data ta' komunikazzjoni elettronika. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 41
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(41) Sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali u biex jiġi żgurat il-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun delegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat biex jissupplimentaw dan ir-Regolament. B’mod partikolari, atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluż permezz ta’ ikoni standardizzati sabiex tingħata ħarsa ġenerali faċilment viżibbli u intelliġibbli tal-ġabra ta’ informazzjoni maħruġa b’tagħmir terminali, il-finijiet tagħha, il-persuna responsabbli minnha u ta’ kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista’ jieħu biex jimminimizza l-ġabra. Atti delegati huma wkoll neċessarji biex jiġi speċifikat kodiċi biex jiġu identifikati telefonati ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta inklużi dawk magħmula permezz ta’ sistemi awtomatizzati ta’ telefonati u komunikazzjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’April 20168. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament għandhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija ta' atti delegati. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi meta previst minn dan ir-Regolament. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. | (41) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi meta previst minn dan ir-Regolament. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
___________ |
|
8 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14). |
|
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Dan ir-Regolament jiżgura l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika u ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, li la għandu jkun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet relatati mar-rispett għall-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. | 2. Dan ir-Regolament jiżgura l-funzjonament preċiż u sostenibbli tas-suq uniku diġitali u l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika u ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, li la għandu jkun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet relatati mar-rispett għall-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. |
Ġustifikazzjoni
Ir-regolamentazzjoni tas-Suq Uniku Diġitali hija meħtieġa sabiex jitqiegħdu salvagwardji fis-seħħ.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jippartikularizzaw u jikkomplementaw ir-Regolament (UE) 2016/679 billi jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. | 3. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jbaxxux il-livell tal-protezzjoni li jgawdu l-persuni fiżiċi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 iżda jippartikularizzaw u jikkomplementaw ir-Regolament (UE) 2016/679 billi jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika mwettqa b'konnessjoni mal-forniment u l-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u għal informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta' utenti aħħarin. | 1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika mwettaq meta jitqiegħdu għad-dispożizzjoni u jiġu utilizzati servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u servizzi tan-netwerk, u għal informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta' utenti aħħarin. |
Ġustifikazzjoni
Is-"servizzi ta' komunikazzjoni elettronika" u s-"servizzi tan-netwerk" għandhom jissemmew b'mod distint sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fejn il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika mhux stabbilit fl-Unjoni huwa għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni. | 2. Fejn il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika mhux stabbilit fl-Unjoni huwa għandu jaħtar bil-miktub, u qabel ma jibda l-attività tiegħu fl-Unjoni, rappreżentant fl-Unjoni. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, id-definizzjoni ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali” għandha tinkludi servizzi li jippermettu komunikazzjoni interpersonali u interattiva sempliċiment bħala karatteristika anċillari minuri li hija intrinsikament marbuta ma’ servizz ieħor. | imħassar |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) "komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser kwalunkwe forma ta' reklamar, kemm jekk bil-miktub jew orali, mibgħut lil utent wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni b'interazzjoni umana jew mingħajrha, posta elettronika, SMS, eċċ.; | (f) "komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser kwalunkwe forma ta' reklamar, kemm jekk bil-miktub, bl-audio, bil-video, orali jew fi kwalunkwe format ieħor, mibgħut, imxandar, servut jew ippreżentat lil utent wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inklużi l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni b'interazzjoni umana jew mingħajrha, posta elettronika, SMS, eċċ.; |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) "telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser telefonati live, li ma jinkludux l-użu ta' sistemi ta' telefonati awtomatizzati u sistemi ta' komunikazzjoni; | (g) "telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser telefonati live, li ma jinkludux l-użu ta' sistemi ta' telefonati awtomatizzati u sistemi ta' komunikazzjoni; dan m'għandux jinkludi telefonati u messaġġi testwali marbuta mas-sistema AMBER Alert; |
Ġustifikazzjoni
Amber Alert – In-Network Ewropew ta' Allerta għas-Salvataġġ tat-Tfal u tan-Netwerk tal-Pulizija għat-Tfal Neqsin, kif appoġġjat mid-Dikjarazzjoni bil-Miktub 7/2016 tal-Parlament Ewropew.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Kapitolu 2 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
PROTEZZJONI TA' KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI U TA' INFORMAZZJONI MAĦŻUNA FIT-TAGĦMIR TERMINALI TAGĦHOM | PROTEZZJONI TA' KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI U TA' INFORMAZZJONI MAĦŻUNA FI, IPPROĊESSATA MINN U RELATATA MA', IT-TAGĦMIR TERMINALI TAGĦHOM |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma' data ta' komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta' interċettazzjoni, sorveljanza jew ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament. | Id-data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma' data ta' komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta' interċettazzjoni jew sorveljanza ta' data ta' komunikazzjoni elettronika, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 6 | Artikolu 6 |
Proċessar permess ta' data ta' komunikazzjoni elettronika | Proċessar permess ta' data ta' komunikazzjoni elettronika |
1. Il-fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi jistgħu jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika jekk: | 1. Il-fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi jistgħu jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika jekk: |
(a) dan ikun neċessarju biex jiksbu t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; jew | (a) dan ikun neċessarju biex jiksbu t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; jew |
(b) dan ikun neċessarju biex tinżamm jew terġa' tiġi stabbilita s-sigurtà ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, jew biex jinkixfu ħsarat tekniċi u/jew żbalji fit-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan. | (b) dan ikun strettament neċessarju għall-fini tal-iżgurar tas-sigurtà tan-netwerk jew tas-servizzi jew biex jinżammu, jiġu restawrati jew jiġu żgurati d-disponibbiltà, is-sigurtà, l-integrità, il-kunfidenzjalità jew l-awtentiċità ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, jew biex jinkixfu ħsarat tekniċi u/jew żbalji fit-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; |
2. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika jekk: | 2. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u l-fornituri ta' netwerks jistgħu jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika jekk: |
(a) dan ikun neċessarju biex tintlaħaq il-kwalità obbligatorja ta' rekwiżiti ta' servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/212028 għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; jew | (a) dan ikun neċessarju biex tintlaħaq il-kwalità obbligatorja ta' rekwiżiti ta' servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/212028 għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan, jew |
| (aa) dan ikun neċessarju sabiex jiġi lokalizzat individwu wara telefonata lis-servizzi tal-emerġenza, fosthom għal Amber Alert, anke jekk l-utent aħħari jkun ċaħad jew ma jkunx ta l-kunsens biex il-metadata tiegħu tiġi pproċessata, sakemm id-data ta' lokazzjoni tintuża strettament għal dak l-iskop u titħassar malli ma tkunx aktar meħtieġa għall-iskop tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni; jew |
(b) dan huwa neċessarju għal ħruġ ta' kontijiet, kalkolu ta' pagamenti ta' interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta' abbonament frodulenti għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew tal-użu abbużiv tagħhom; jew | (b) dan huwa neċessarju għal ħruġ ta' kontijiet, pagamenti ta' interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta' abbonament frodulenti għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew tal-użu abbużiv tagħhom; jew |
(c) l-utent ikkonċernat ta(t) (i)l-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar tal-metadata ta' komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta' servizzi speċifiċi lil utenti aħħarin tali, diment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima. | (c) l-utent ikkonċernat ta(t) (i)l-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar tal-metadata ta' komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta' servizzi speċifiċi lil utenti aħħarin tali, diment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' data li hija magħmula anonima; jew |
| (ca) l-ipproċessar tad-data għal skop speċifiku ieħor ikun kompatibbli mal-iskop li għalih id-data kienet ġiet inizjalment miġbura u jkun soġġett għal salvagwardji speċifiċi, speċjalment il-psewdonimizzazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679. |
3. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw kontenut ta' komunikazzjoni elettronika biss: | 3. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u l-fornituri ta' netwerks jistgħu jipproċessaw kontenut ta' komunikazzjoni elettronika biss: |
(a) għall-uniku fini tal-forniment ta' servizz speċifiku lil utent aħħari, jekk l-utent aħħari jew l-utenti aħħarin ikkonċernat(i) ikun(u) ta(w) (i)l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha u l-forniment ta' dak is-servizz ma jistax jiġi ssodisfat mingħajr l-ipproċessar ta' kontenut tali; jew | (a) għall-uniku fini tal-forniment ta' servizz speċifiku lil utent aħħari, jekk l-utent aħħari jew l-utenti aħħarin ikkonċernat(i) ikun(u) ta(w) (i)l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha, għad-durata meħtieġa għal dak l-iskop, sakemm il-forniment ta' dak is-servizz speċifiku ma jistax jiġi ssodisfat mingħajr l-ipproċessar ta' kontenut tali mill-fornitur; |
| (aa) għall-uniku fini tal-forniment ta' servizz speċifiku espliċitament mitlub minn utent aħħari matul użu jew attività domestika purament personali, jekk l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu, u dak is-servizz ma jkunx jista' jiġi pprovdut mingħajr l-ipproċessar ta' tali kontenut, meta tali pproċessar jipproduċi effetti unikament b'rabta mal-utent aħħari li jkun talab is-servizz u ma jaffettwax b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali ta' utenti oħra; jew |
(b) jekk l-utenti aħħarin ikkonċernati kollha taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar li ma jistax/jistgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima, u l-fornitur ikkonsulta l-awtorità superviżorja. Il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw għall-konsultazzjoni tal-awtorità superviżorja. | (b) jekk l-utenti aħħarin ikkonċernati kollha taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar li ma jistax/jistgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima, u l-fornitur ikkonsulta l-awtorità superviżorja. Il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw għall-konsultazzjoni tal-awtorità superviżorja. |
__________________ | __________________ |
28 Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18). | 28 Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18). |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 7 | Artikolu 7 |
Ħażna u tħassir ta' data ta' komunikazzjoni elettronika | Ħażna u tħassir ta' data ta' komunikazzjoni elettronika |
1. Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima wara li r-riċevitur jew ir-riċevituri maħsuba jkunu rċevew il-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. Data tali tista' tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti aħħarin jew minn parti terza fdata minnhom biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b'xi mod ieħor data tali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679. | 1. Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a), (aa) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima wara li r-riċevitur jew ir-riċevituri maħsuba jkunu rċevew il-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. Data tali tista' tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti aħħarin jew minn parti terza fdata minnhom biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b'xi mod ieħor data tali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679. |
2. Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni. | 2. Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a), (c) u (ca) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni. |
3. Fejn l-ipproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jseħħ għall-fini tal-ħruġ tal-kontijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(2), il-metadata rilevanti tista' tinżamm sa tmiem il-perjodu li matulu kont jista' jiġi legalment ikkontestat jew li matulu jista' jibqa' jintalab pagament skont il-liġi nazzjonali. | 3. Fejn l-ipproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jseħħ għall-fini tal-ħruġ tal-kontijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(2), il-metadata li tkun strettament neċessarja għal dan l-iskop biss tista' tinżamm sa tmiem il-perjodu li matulu kont jista' jiġi legalment ikkontestat jew li matulu jista' jibqa' jintalab pagament skont il-liġi nazzjonali. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 8 | Artikolu 8 |
Protezzjoni ta' informazzjoni maħżuna fi u relatata ma' tagħmir terminali ta' utenti aħħarin | Protezzjoni ta' informazzjoni maħżuna fi, ipproċessata minn u relatata ma' tagħmir terminali ta' utenti aħħarin |
1. L-użu ta' kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali u l-ġbir ta' informazzjoni mit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, inkluż dwar is-softwer u l-ħardwer tiegħu, minbarra l-utent aħħari kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin: | 1. L-użu ta' kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali u l-ġbir ta' informazzjoni mit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, inkluż dwar is-softwer u l-ħardwer tiegħu, minbarra l-utent aħħari kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin: |
(a) dan ikun neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta' komunikazzjoni elettronika; jew | (a) dan ikun neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta' komunikazzjoni elettronika; jew |
(b) l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew | (b) l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew |
(b) l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew | (b) l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew |
(c) dan ikun neċessarju għall-forniment ta' servizz ta' soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari; jew | (c) dan ikun neċessarju għall-forniment ta' servizz ta' soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari għad-durata neċessarja għal dak il-forniment tas-servizz; jew |
(d) jekk dan ikun neċessarju għall-kejl tal-udjenza tal-web, diment li tali kejl isir mill-fornitur tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari. | (d) ikun neċessarju sabiex tinkiseb informazzjoni dwar il-kwalità jew l-effikaċja ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkun ingħata jew dwar il-funzjonalità ta' tagħmir terminali, u ma jkollu eba impatt jew ikollu impatt żgħir fuq il-privatezza tal-utent aħħari kkonċernat. |
| (da) ikun neċessarju biex jiżgura s-sigurtà, il-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tat-tagħmir terminali tal-utent aħħari, b'mod partikolari permezz ta' aġġornamenti, jew biex jiġu identifikati ħsarat jew żbalji, għad-durata neċessarja għal dak l-iskop, sakemm: |
| (i) dan ma jibdel bl-ebda mod il-funzjonalità tal-ħardwer jew tas-softwer jew tas-settings tal-privatezza magħżula mill-utent; |
| (ii) l-utent jiġi infurmat minn qabel kull darba li jkun qed jiġi installat aġġornament; u |
| (iii) l-utent ikollu l-possibbiltà li jipposponi jew jitfi l-installazzjoni awtomatika ta' kwalunkwe aġġornament. |
Il-ġbir ta' informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista' jagħmel konnessjoni ma' apparat ieħor u, jew ma' tagħmir tan-netwerk għandu jkun ipprojbit, ħlief jekk: | Il-ġbir ta' informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista' jagħmel konnessjoni ma' apparat ieħor jew ma' tagħmir tan-netwerk għandu jkun ipprojbit, ħlief jekk: |
(a) dan isir esklużivament biex, għall-ħin neċessarju għal, u għall-fini tal-istabbiliment ta' konnessjoni; jew | (a) dan isir esklużivament biex, għall-ħin neċessarju għal, u għall-fini tal-istabbiliment ta' konnessjoni; jew |
(b) jiġi muri avviż ċar u prominenti li jipprovdi informazzjoni dwar, mill-inqas, il-modalitajiet tal-ġbir, l-għanijiet tiegħu, il-persuna responsabbli minnu u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 fejn tinġabar data personali, kif ukoll kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex iwaqqaf jew jimminimizza l-ġbir. | (b) l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu wara li jkun ġie infurmat, permezz ta' notifika fit-tagħmir terminali tiegħu, dwar l-iskop tal-ġbir tal-informazzjoni inklużi l-modalitajiet tal-ġbir, il-persuna responsabbli minnu u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 fejn tinġabar data personali, kif ukoll kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex iwaqqaf jew jimminimizza l-ġbir; jew |
| (ba) dan ikun strettament neċessarju għall-iskop ta' għadd statistiku, ikun limitat fiż-żmien u fl-ispazju sal-punt strettament neċessarju għal dan l-iskop u d-data ssir anonima jew titħassar malli ma tibqax meħtieġa għal dan l-iskop b'tali mod li ma tistax tibqa' tkun konnessa mat-tagħmir terminali jew tintuża biex jiġu identifikati utenti aħħarin abbażi tat-tagħmir terminali tagħhom, u tiġi pproċessata aktar għal skopijiet statistiċi li jiġġeneraw informazzjoni aggregata. |
Il-ġbir ta' informazzjoni tali għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat livell ta' sigurtà adatt għar-riskji, kif imniżżel fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, ġew applikati. | Il-ġbir ta' informazzjoni tali għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat livell ta' sigurtà adatt għar-riskji, kif imniżżel fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
3. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 tista’ tiġi pprovduta flimkien ma’ ikoni standardizzati sabiex tingħata spjegazzjoni ġenerali sinifikattiva tal-ġbir b’mod faċilment viżibbli, intelliġġibbli u leġġibbli b’mod ċar. |
|
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 li jiddeterminaw l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-ikona standardizzata u l-proċeduri għall-forniment ta' ikoni standardizzati. |
|
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 9 | Artikolu 9 |
Kunsens | Kunsens |
1. Id-definizzjoni ta' u l-kundizzjonijiet għal kunsens previsti taħt l-Artikoli 4(11) u 7 tar-Regolament (UE) 2016/679/UE għandhom japplikaw. | 1. Id-definizzjoni ta' u l-kundizzjonijiet għal kunsens infurmat previsti taħt l-Artikoli 4(11) u 7 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw. |
2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, fejn ikun teknikament possibbli u fattibbli, għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1), il-kunsens jista' jiġi espress bl-użu tas-settings tekniċi adatti ta' applikazzjoni ta' softwer li tippermetti l-aċċess għall-Internet. | 2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, fejn ikun teknikament possibbli u fattibbli, għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1), il-kunsens jista' jiġi espress bl-użu tas-settings tekniċi adatti ta' applikazzjoni ta' softwer li tippermetti l-aċċess għall-Internet. |
| Meta l-utent jesprimi kunsens permezz ta' tali settings tekniċi, dawk is-settings għandhom ikunu vinkolanti għal, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti oħra. Meta l-aċċess għal servizz ikun jeħtieġ l-ipproċessar ta' informazzjoni li ma jkunx strettament neċessarju għall-forniment tas-servizz u utent aħħari jkun irrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu għal dan it-tip ta' pproċessar, l-utent aħħari għandu jingħata opzjonijiet ġusti u raġonevoli oħra biex jikseb aċċess għas-servizz. |
3. L-utenti aħħarin li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżel fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3) għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin kif stabbilit taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 u jkunu mfakkra dwar din il-possibbiltà f'intervalli perjodiċi ta' 6 xhur, sakemm l-ipproċessar jitkompla. | 3. L-utenti aħħarin li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżel fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a), (aa) u (b) tal-Artikolu 6(3) għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin kif stabbilit taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Għandu jkun faċli li kunsens jiġi rtirat daqs kemm ikun faċli li dan jingħata. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 10 | Artikolu 10 |
Informazzjoni u opzjonijiet biex jiġu pprovduti s-settings tal-privatezza | Informazzjoni u opzjonijiet biex jiġu pprovduti s-settings tal-privatezza |
1. Softwer imqiegħed fis-suq li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inkluż l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet, għandu joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali ta' utent aħħari jew jipproċessaw informazzjoni diġà maħżuna fuq dak it-tagħmir. | 1. Softwer imqiegħed fis-suq li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inkluż l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet, għandu joffri s-settings tekniċi adatti msemmija fl-Artikolu 9(2). Tali settings għandhom jiprrovdu awtomatikament l-opzjoni li partijiet terzi oħra ma jitħallewx jużaw il-kapaċitajiet ta' pproċessar u ta' ħżin tat-tagħmir terminali ta' utent aħħari jew jiġbru informazzjoni minn, dak it-tagħmir li ma tkunx meħtieġa għall-forniment tas-servizz speċifiku mitlub mill-utent aħħari. |
| Is-softwer imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu joffri l-opzjoni li wieħed ma jibqax jipparteċipa fl-ittraċċar permezz ta' diversi apparati. |
2. Mal-installazzjoni, is-softwer għandu jinforma lill-utent aħħari dwar l-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza u, biex ikompli bl-installazzjoni, għandu jirrikjedi l-kunsens tal-utent aħħari għal setting. | 2. Is-softwer għandu jinforma lill-utent aħħari dwar l-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza mal-installazzjoni u, wara kull aġġornament fis-softwer li jaffettwa l-ħżin tal-informazzjoni fuq it-tagħmir terminali tal-utent aħħari jew l-ipproċessar tal-informazzjoni diġà maħżuna fuq dak it-tagħmir. |
| L-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza għandhom jiġu ppreżentati b'tali mod li l-utent aħħari jkun jista' jieħu deċiżjoni għalkollox infurmata. |
| L-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza għandhom ikunu aċċessibbli u modifikabbli faċilment matul l-użu tat-tagħmir terminali jew tas-softwer. |
| Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu joħroġ linji gwida dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta' kunsens permezz ta' settings tekniċi adatti, sa mhux aktar tard mill-25 ta' Novembru 2018. |
3. Fil-każ ta' softwer li jkun diġà ġie installat fil-25 ta' Mejju 2018, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rrispettati fil-mument tal-ewwel aġġornament tas-softwer, iżda mhux aktar tard mill-25 ta' Awwissu 2018. | 3. Fil-każ ta' softwer li jkun diġà ġie installat fil-25 ta' Mejju 2018, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rrispettati fil-mument tal-ewwel aġġornament tas-softwer, iżda mhux aktar tard mill-25 ta' Novembru 2019. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 11 | Artikolu 11 |
Restrizzjonijiet | Restrizzjonijiet |
1. Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista' tirrestrinġi bis-saħħa ta' miżura leġiżlattiva l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 sa 8 fejn restrizzjoni tali tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta' wieħed jew aktar mill-interessi pubbliċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 23(1)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew funzjoni ta' monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali għal interessi tali. | 1. Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista' tirrestrinġi bis-saħħa ta' miżura leġiżlattiva l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 sa 8 fejn restrizzjoni tali tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta' wieħed jew aktar mill-interessi pubbliċi ġenerali li ġejjin: |
| (a) is-sigurtà nazzjonali; |
| (b) id-difiża; |
| (c) il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali serji jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inklużi s-salvagwardjar kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom. |
| B'mod partikolari, kwalunkwe miżura leġiżlattiva li tirrestrinġi l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikolu 5 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi, meta jkun rilevanti, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 u għandha tiġi implimentata abbażi ta' inġunzjoni. |
| B'konformità mal-Artikolu 17, l-ebda miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 ma tista' tippermetti li jiddgħajfu l-metodi kriptografiċi użati jew is-sigurtà u l-integrità tat-tagħmir terminali, jew in-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni. |
2. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jistabbilixxu proċeduri interni biex iwieġbu għal talbiet għal aċċess għal data ta' komunikazzjoni elettronika tal-utenti aħħarin abbażi ta' miżura leġiżlattiva adottata skont il-paragrafu 1. Huma għandhom jipprovdu lill-awtorità superviżorja kompetenti, fuq talba, b'informazzjoni dwar dawk il-proċeduri, in-numru ta' talbiet li jkunu waslu, il-ġustifikazzjoni legali invokata u t-tweġibiet tagħhom. | 2. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jipprovdu, fuq talba, lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-pubbliku, informazzjoni dwar talbiet għal aċċess għal data ta' komunikazzjoni elettronika tal-utenti aħħarin abbażi ta' miżura leġiżlattiva adottata skont il-paragrafu 1, b'mod partikolari n-numru ta' talbiet li jkunu waslu, in-numru ta' talbiet aċċettati, u il-ġustifikazzjoni legali invokata. |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Irrispettivament minn jekk l-utent aħħari li jkun jagħmel it-telefonata jkunx ipprevjena l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata, fejn issir telefonata lil servizzi tal-emerġenza, il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jinjoraw l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata u ċ-ċaħda jew in-nuqqas ta' kunsens ta' utent aħħari għall-ipproċessar ta' metadata, fuq bażi ta' kull linja għal organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' komunikazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi punti ta' rispons ta' sigurtà pubblika, bil-għan li jkun hemm rispons għal komunikazzjonijiet tali. | 1. Irrispettivament minn jekk l-utent aħħari li jkun jagħmel it-telefonata jkunx ipprevjena l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata, fejn issir telefonata lil servizzi tal-emerġenza, il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jinjoraw l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata, fuq bażi ta' kull linja għal organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' komunikazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi punti ta' rispons ta' sigurtà pubblika, bil-għan li jkun hemm rispons għal komunikazzjonijiet tali. |
Ġustifikazzjoni
Imħassra u miżjuda fl-Artikolu 6(2a)(ġdid).
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għar-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tas-sistema fil-vettura e-Call ibbażata fuq is-servizz 112 (Regolament 2015/758) u għandu jippermetti lill-eCall timmaniġġja sitwazzjonijiet ta' emerġenza u twettaq il-kompiti bl-iktar mod effikaċi possibbli; |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) li jibblokka telefonati li jkunu deħlin minn numri speċifiċi jew minn sorsi anonimi; | (a) li jibblokka telefonati li jkunu deħlin minn numri speċifiċi jew numri li jkollhom kodiċi jew prefiss speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3)(b), jew minn sorsi anonimi; |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 15 | Artikolu 15 |
Direttorji pubblikament disponibbli | Direttorji pubblikament disponibbli |
1. Il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi biex jinkludu d-data personali tagħhom fid-direttorju u, b'konsegwenza, għandhom jiksbu l-kunsens minn dawn l-utenti aħħarin għall-inklużjoni ta' data skont il-kategorija ta' data personali, sa fejn data tali tkun rilevanti għall-fini tad-direttorju kif iddeterminat mill-fornitur tad-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali. | 1. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi biex jikkondividu d-data personali tagħhom mal-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli u, b'konsegwenza, għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin b'informazzjoni dwar l-inklużjoni ta' data skont il-kategorija ta' data personali, sa fejn data tali tkun neċessarja għall-fini tad-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali. |
2. Il-fornituri ta' direttorju pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li d-data personali tagħhom tinsab fid-direttorju bil-funzjonijiet ta' tfittxija disponibbli tad-direttorju u jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin qabel ma jippermettu funzjonijiet ta' tfttxija tali relatati mad-data proprja tagħhom. | 2. Il-fornituri ta' direttorju pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li d-data personali tagħhom tinsab fid-direttorju bil-funzjonijiet ta' tfittxija disponibbli tad-direttorju u jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin qabel ma jippermettu funzjonijiet ta' tfttxija tali relatati mad-data proprja tagħhom. |
3. Il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi bil-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-fatt li data relatata magħhom tiġi inkluża fid-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lil utenti aħħarin tali li huma persuni ġuridiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali. | 3. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi jew lill-persuni fiżiċi li jaġixxu f'kapaċità kummerċjali bil-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-fatt li data relatata magħhom tiġi inkluża fid-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lil utenti aħħarin tali li huma persuni ġuridiċi jew lil persuni fiżiċi li jaġixxu f'kapaċità kummerċjali l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali. |
4. Il-possibbiltà għall-utenti aħħarin li ma jiġux inklużi f'direttorju pubblikament disponibbli, jew li jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru kwalunkwe data relatata magħhom għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas. | 4. Il-possibbiltà għall-utenti aħħarin li ma jiġux inklużi f'direttorju pubblikament disponibbli, jew li jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru kwalunkwe data relatata magħhom għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas u b'manjiera faċilment aċċessibbli mill-fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew direttament mill-fornitur ta' direttorju pubblikament disponibbli. |
| 4a. Meta d-data personali tal-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi tiġi inkluża f'direttorju pubblikament disponibbli qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, u meta l-ksib ta' kunsens jikkostitwixxi piż mhux raġonevoli fuq id-direttorju jew il-fornitur tas-servizz ta' oriġini, id-data personali ta' tali utenti aħħarin tista' tibqa' inkluża f'direttorju pubblikament disponibbli, inklużi verżjonijiet b'funzjonijiet ta' tfittxija, sakemm l-utenti aħħarin ma jkunux esprimew l-oġġezzjoni ċara tagħhom kontra l-inklużjoni tad-data tagħhom fid-direttorju jew kontra l-funzjonijiet ta' tfittxija disponibbli b'rabta mad-data tagħhom. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 16 | Artikolu 16 |
Komunikazzjonijiet mhux solleċitati | Komunikazzjonijiet mhux solleċitati |
1. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jistgħu jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bil-għan li jibagħtu komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li taw il-kunsens tagħhom. | 1. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jistgħu jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bil-għan li jibagħtu komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi u taw il-kunsens tagħhom. |
2. Fejn persuna fiżika jew ġuridika tikseb id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għal posta elettronika mill-klijent tagħha, fil-kuntest tal-bejgħ ta' prodott jew servizz, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, dik il-persuna fiżika jew ġuridika tista' tuża dawn id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta ta' prodotti jew servizzi simili proprji tagħha biss jekk il-klijenti b'mod ċar u distintivament jingħataw l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b'mod faċli, għal użu tali. Id-dritt ta' oġġezzjoni għandu jingħata fil-mument tal-ġbir u kull darba li jintbagħat messaġġ. | 2. Fejn persuna fiżika jew ġuridika tikseb id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għal posta elettronika mill-klijent tagħha, fil-kuntest tal-bejgħ ta' prodott jew servizz, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, dik il-persuna fiżika jew ġuridika tista' tuża dawn id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta ta' prodotti jew servizzi proprji tagħha biss jekk il-klijenti b'mod ċar u distintivament jingħataw l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b'mod faċli, għal użu tali. Il-klijent għandu jiġi infurmat dwar id-dritt ta' oġġezzjoni u għandu jingħata mod faċli kif jeżerċitah fil-mument tal-ġbir u kull darba li jintbagħat messaġġ. |
3. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet li jsiru telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandhom: | 3. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet li jsiru telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandhom: |
(a) jippreżentaw l-identità ta' linja li fuqha jistgħu jiġu kkuntattjati; jew | (a) jippreżentaw l-identità ta' linja li fuqha jistgħu jiġu kkuntattjati; jew |
(b) jippreżentaw kodiċi/jew prefiss speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta' kummerċjalizzazzjoni. | (b) jippreżentaw kodiċi/jew prefiss speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta' kummerċjalizzazzjoni. |
4. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu bil-liġi li telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jistgħu jsiru biss fir-rigward ta' utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li ma esprimewx l-oġġezzjoni tagħhom li jirċievu dawk il-komunikazzjonijiet. | 4. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu bil-liġi li telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jistgħu jsiru biss fir-rigward ta' utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li ma esprimewx l-oġġezzjoni tagħhom li jirċievu dawk il-komunikazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-utenti jistgħu joġġezzjonaw għall-fatt li jirċievu l-komunikazzjonijiet mhux solleċitati permezz ta' Reġistru Ċċempilx nazzjonali, biex b'hekk jiġi żgurat ukoll li l-utent ikun meħtieġ li jagħżel in-nonparteċipazzjoni darba biss. |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fil-qafas tal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli, li l-interess leġittimu ta' utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi fir-rigward ta' komunikazzjonijiet mhux solleċitati mibgħuta b'mezzi stabbiliti taħt il-paragrafu 1 ikun suffiċjentement protett. | 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fil-qafas tal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli, li l-interess leġittimu ta' utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi fir-rigward ta' komunikazzjonijiet mhux solleċitati mibgħuta b'mezzi stabbiliti taħt il-paragrafu 1 ikun suffiċjentement protett. |
6. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex tittrażmetti komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandha tinforma lill-utenti aħħarin bin-natura ta' kummerċjalizzazzjoni tal-komunikazzjoni u bl-identità tal-persuna ġuridika jew fiżika f'isem min qed tiġi trażmessa l-komunikazzjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex ir-riċevituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw il-kunsens tagħhom, b'mod faċli, biex jirċievu komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni oħra. | 6. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex tittrażmetti komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandha tinforma lill-utenti aħħarin bin-natura ta' kummerċjalizzazzjoni tal-komunikazzjoni u bl-identità tal-persuna ġuridika jew fiżika f'isem min qed tiġi trażmessa l-komunikazzjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex ir-riċevituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw il-kunsens tagħhom jew li joġġezzjonaw mingħajr ħlas, kif previst fl-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) Nru 2016/679, biex jirċievu komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni oħra. Għandu jiġi pprojbit kwalunkwe użu ta' identità tal-mittent mistura, informazzjoni ta' kuntatt falza jew indirizz jew numru ta' ritorn falz għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta. |
7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri implimentattivi skont l-Artikolu 26(2) li jispeċifikaw il-kodiċi/jew il-prefiss biex ikunu identifikati telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni, skont il-punt (b) tal-paragrafu 3. | 7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri implimentattivi skont l-Artikolu 26(2) li jispeċifikaw il-kodiċi/jew il-prefiss biex ikunu identifikati telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni, skont il-punt (b) tal-paragrafu 3. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 17 | Artikolu 17 |
Informazzjoni dwar riskji ta' sigurtà skoperti | Obbligi ta' sigurtà |
Fil-każ ta' riskju partikolari li jista' jikkomprometti s-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jinforma lill-utenti aħħarin dwar riskju tali u, fejn ir-riskju jaqa' barra l-ambitu tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornitur tas-servizz, jinforma lill-utenti aħħarin bi kwalunkwe rimedju possibbli, inkluża indikazzjoni tal-ispejjeż probabbli involuti. | Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jikkonformaw mal-obbligi ta' sigurtà kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 u fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi]. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jiżguraw li jkun hemm biżżejjed protezzjoni fis-seħħ kontra aċċess jew alterazzjonijiet mhux awtorizzati tad-data tal-komunikazzjoni elettronika u li l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-komunikazzjoni jkunu ggarantiti minn miżuri tekniċi skont l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, inklużi metodi kriptografiċi, bħall-kriptaġġ minn tarf sa tarf. |
| Sabiex tingħata informazzjoni lill-utenti aħħarin dwar l-istandards tas-sigurtà, għandhom jiġu promossi skemi ta' awtoċertifikazzjoni jew ta' tikkettar li jispeċifikaw il-karatteristiċi tas-sigurtà u tal-kwalità tas-softwer u tat-tagħmir terminali. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) ifassal linji gwida għall-awtoritajiet superviżorji li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) u l-partikolaritajiet tal-espressjoni ta' kunsens mill-entitajiet ġuridiċi; |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Utent aħħari jew grupp ta' utenti aħħarin għandu jkollhom id-dritt li jagħtu mandat lil korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, li jkunu mingħajr skop ta' qligħ, li jkunu kkostitwiti kif meħtieġ skont il-liġi ta' Stat Membru, li l-objettivi statutorji tagħhom ikunu fl-interess pubbliku, u li jkunu attivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali tagħhom u l-protezzjoni tal-privatezza biex iressqu l-ilment f'ismu jew f'isimha, biex jeżerċitaw id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu f'ismu jew f'isimha, u biex jeżerċitaw id-dritt li jirċievu l-kumpens imsemmi fl-Artikolu 22 f'ismu jew f'isimha fejn previst mil-liġi tal-Istat Membru. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2b. Korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, indipendentement mill-mandat tal-utent aħħari, għandu jkollhom id-dritt li jressqu, fl-Istat Membru li jkunu rreġistrati fih, ilment mal-awtorità superviżorja li tkun kompetenti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jeżerċitaw id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 2 ta' dan l-Artikolu jekk iqisu li nkisru d-drittijiet tal-utent aħħari skont dan ir-Regolament. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Kapitolu VI – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
ATTI DELEGATI U ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI | ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 25
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 25 | imħassar |
Eżerċitar tad-delega |
|
1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delgati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. |
|
2. Is-setgħa li jiġu adottati atti delgati msemmija fl-Artikolu 8(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
|
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ. |
|
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. |
|
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 27 | Artikolu 27 |
Revoka | Revoka |
1. Id-Direttiva 2002/58/KE hija mħassra b'effett mill-25 ta' Mejju 2018. | 1. Id-Direttiva 2002/58/KE hija mħassra b'effett mill-25 ta' Novembru 2018. |
2. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. | 2. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 28 | Artikolu 28 |
Klawżola ta' monitoraġġ u evalwazzjoni | Klawżola ta' monitoraġġ u evalwazzjoni |
Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm iddettaljat għall-monitoraġġ tal-effettività ta' dan ir-Regolament. | Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm iddettaljat għall-monitoraġġ tal-effettività ta' dan ir-Regolament. |
Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-evalwazzjoni għandha, fejn ikun il-każ, tinforma proposta biex jiġi emendat jew revokat dan ir-Regolament fid-dawl ta' żviluppi legali, tekniċi jew ekonomiċi. | Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-evalwazzjoni għandha, fejn ikun il-każ, tinforma proposta biex jiġi emendat jew revokat dan ir-Regolament fid-dawl ta' żviluppi legali, tekniċi jew ekonomiċi. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 29 | Artikolu 29 |
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni | Dħul fis-seħħ u applikazzjoni |
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | 1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
2. Huwa għandu japplika mill-25 ta' Mejju 2018. | 2. Huwa għandu japplika mill-25 ta' Novembru 2018. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu | Ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika u t-tħassir tad-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika) | |||
Referenzi | COM(2017)0010 – C8-0009/2017 – 2017/0003(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 16.2.2017 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 16.2.2017 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Kaja Kallas 16.3.2017 | |||
Eżami fil-kumitat | 21.6.2017 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 2.10.2017 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 50 5 7 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Nikolay Barekov, Nicolas Bay, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Fredrick Federley, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Aldo Patriciello, Miroslav Poche, Michel Reimon, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Carlos Zorrinho | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Pilar Ayuso, Pervenche Berès, Michał Boni, Rosa D’Amato, Jens Geier, Françoise Grossetête, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Răzvan Popa, Dennis Radtke, Dominique Riquet | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Claudia Schmidt | |||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
50 | + |
ALDE | Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Dominique Riquet, Lieve Wierinck |
ECR | Nikolay Barekov, Edward Czesak, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský |
ENF | Nicolas Bay, Barbara Kappel, Christelle Lechevalier |
PPE | Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Michał Boni, Cristian-Silviu Buşoi, Françoise Grossetête, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Aldo Patriciello, Dennis Radtke, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Claudia Schmidt, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera |
S&D | Pervenche Berès, José Blanco López, Jens Geier, Adam Gierek, Theresa Griffin, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Csaba Molnár, Dan Nica, Miroslav Poche, Răzvan Popa, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Carlos Zorrinho |
5 | - |
EFDD | Jonathan Bullock |
GUE | Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis |
7 | 0 |
EFDD | David Borrelli, Rosa D'Amato, Dario Tamburrano |
Verts/ALE | Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Michel Reimon, Claude Turmes |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni