Kumitat għall-Affarijiet Legali
18.9.2013
OPINJONI
tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE
( COM(2013)0078 – C7‑0042/2013 – 2013/0049(COD) )
Rapporteur: Jiří Maštálka
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. | (13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi, il-kompożizzjoni u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-prinċipju ta' prekawzjoni u l-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
Ġustifikazzjoni
Il-prinċipju ta' prekawzjoni (l-Artikolu 191 TFUE), bħala pilastru kruċjali tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar is-sigurtà, għandu jinżamm. Fil-maġġorparti tal-każijiet, il-konsumaturi Ewropej u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom juru l-periklu assoċjat ma' prodott għall-konsumatur li ma jkunx tal-ikel. Fil-każ ta' azzjoni meħuda skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jintalbu jagħtu prova tan-nuqqas ta' periklu. Fil-każ tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, mingħajr il-prinċipju ta' prekawzjoni, it-teħid ta' miżuri adegwati għall-ġestjoni tar-riskju fil-prattika jista' jkun ta' problema għal miżuri ta' sorveljanza effettivi.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun preżunt li hu sigur skont dan ir-Regolament. | (14) Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun preżunt li hu sigur skont dan ir-Regolament. Tali evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Il-prinċipju ta' prekawzjoni (l-Artikolu 191 TFUE), bħala pilastru kruċjali tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar is-sigurtà, għandu jinżamm. Fil-maġġorparti tal-każijiet, il-konsumaturi Ewropej u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom juru l-periklu assoċjat ma' prodott għall-konsumatur li ma jkunx tal-ikel. Fil-każ ta' azzjoni meħuda skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jintalbu jagħtu prova tan-nuqqas ta' periklu. Fil-każ tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, mingħajr il-prinċipju ta' prekawzjoni, it-teħid ta' miżuri adegwati għall-ġestjoni tar-riskju fil-prattika jista' jkun ta' problema għal miżuri ta' sorveljanza effettivi.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. | (20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata u l-qerda tal-prodotti. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Bil-għan li l-konsumaturi jiġu mħarsa, huwa importanti li l-prodotti jitneħħew b’mod definittiv miċ-ċirkolazzjoni u li għalhekk tista' tiġi awtorizzata l-qerda tagħhom.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Dan jistabbilixxi qafas b'bażi wiesgħa u leġiżlattiv ta' natura orizzontali biex ikopri lakuni, b'mod partikolari fl-istennija tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni speċifika eżistenti, u biex jikkomplementa dispożizzjonijiet f'leġiżlazzjoni speċifika eżistenti jew futura, b'mod partikolari bil-ħsieb li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa għall-konsumaturi. |
Ġustifikazzjoni
Fl-interess ta' protezzjoni komprensiva u kompleta tas-sigurtà u s-saħħa għall-konsumaturi, ir-Regolament il-ġdid għandu jservi bħala xibka tas-sigurtà ġenerali li jkopri omissjonijiet potenzjali fil-leġiżlazzjoni speċifika eżistenti jew futura.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz mogħti lill-konsumaturi; | (h) tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz mogħti lill-konsumaturi, ħlief għal tagħmir ta' fieri tad-divertiment; |
Ġustifikazzjoni
It-tagħmir ta' fieri tad-divertiment jikkawża bosta inċidenti serji u għalhekk għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli; | (d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli, bħat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà; |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta prodott, għalkemm ma jkunx tal-ikel, ikun jixbah l-ikel u jista' jiġi mfixkel mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra. | (e) id-dehra u l-karatteristiċi tal-prodott, l-imballaġġ u l-preżentazzjoni tiegħu lix-xerrejja, inkluża kull impressjoni mogħtija li potenzjalment tiżgwida, billi din tista' twassal lill-persuni għal azzjonijiet ta' riskju għas-saħħa u s-sigurtà, b'mod partikolari: |
| (i) meta prodott, għalkemm ma jkunx tal-ikel, ikun jixbah l-ikel u jista' jiġi mfixkel mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra; |
| (ii) meta prodott, għalkemm mhux imfassal biex jintuża minnhom, jista' jattira tfal biex jesplorawh, jiġu f'kuntatt miegħu jew jutilizzawh minħabba l-mod kif inhu mfassal u l-karatteristiċi tiegħu. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) aspettattivi raġonevoli min-naħa tal-konsumatur b'rabta mas-sigurtà fir-rigward tan-natura, il-kompożizzjoni u l-użu maħsub tal-prodott; |
(Ara l-emenda dwar l-Artikolu 6, paragrafu 2, punt h. It-test ġie modifikat)
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur dwar is-sigurtà. | imħassar |
(Ara l-emenda dwar l-Artikolu 6, paragrafu 2, punt aa (ġdid))
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti jkollhom indikazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini tal-prodott jew, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata indikazzjoni fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. | 1. Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti jkollhom indikazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini tal-prodott kif ukoll tal-materjal li jkun intuża fih jew, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata indikazzjoni fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jarawh u jaqrawh faċilment jew li, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata l-informazzjoni meħtieġa fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. | 6. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jarawh, jaqrawh faċilment u jifmuh jew li, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata l-informazzjoni meħtieġa fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. | 9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex sigur jew inkella mhuwiex konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, iwissu lill-konsumaturi li huma f'riskju b'konsegwenza tan-nuqqas ta' konformità dwar it-tip ta' prekawzjonijiet immedjati li għandhom jieħdu, u jirtiraw jew jieħdu lura l-prodott kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) wara talba mingħand awtorità tas-sorveljanza tas-suq, lil din l-awtorità jagħtiha kull informazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott; | (a) wara talba mingħand awtorità tas-sorveljanza tas-suq, lil din l-awtorità jagħtiha kull informazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4; |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 13 | imħassar |
Eżenzjoni minn ċerti obbligi tal-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri |
|
1. L-obbligu li jkunu informati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 8(9), l-Artikolu 10(2) u (7) u l-Artikolu 11(3) u (5) ma għandux japplika meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|
(a) għadd limitat biss ta' prodotti definiti sew ma jkunux siguri; |
|
(b) il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollata għalkollox u ma jistax ipoġġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni fil-periklu; |
|
(c) il-kawża tar-riskju tal-prodott hija tali li l-għarfien dwarha ma jirrappreżentax informazzjoni utli għall-awtoritajiet jew għall-pubbliku. |
|
2. Il-Kummissjoni, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, tista' tiddetermina s-sitwazzjonijiet li jilħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3). |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jiddeterminaw il-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti li għalihom, minħabba l-livell baxx tar-riskju tagħhom, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(7) u fl-Artikolu 10(3) ma għandhiex għalfejn tidher fuq il-prodott innifsu. |
|
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 20: | imħassar |
(a) tiddetermina l-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni kif jissemma fil-paragrafu 1; |
|
(b) tispeċifika d-dejta li għandhom jiġbru u jaħżnu l-operaturi ekonomiċi permezz tas-sistema tat-traċċabbiltà li tissemma fil-paragrafu 2. |
|
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 20 | imħassar |
L-eżerċizzju tad-delega |
|
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. |
|
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [insert date - the date of entry into force of this Regulation]. |
|
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) tista' titneħħa f'kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew aktar tard skont data speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ. |
|
4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt. |
|
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 13(3) u 15(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dan il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
PROĊEDURA
Titolu | Is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur | |||
Referenzi | COM(2013)0078 – C7-0042/2013 – 2013/0049(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 12.3.2013 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 12.3.2013 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Jiří Maštálka 20.2.2013 | |||
Eżami fil-kumitat | 8.7.2013 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 17.9.2013 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 22 2 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, József Szájer, Axel Voss | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Olle Schmidt | |||