Kumitat għall-Affarijiet Legali
5.10.2017
OPINJONI
tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)
( COM(2017)0010 – C8-0009/2017 – 2017/0003(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Pavel Svoboda
PA_Legam
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-rapporteur ma jilqax il-proposta dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (minn hawn ’il quddiem ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika).
L-għanijiet kollha għall-kisba sħiħa ta’ suq uniku diġitali (tkabbir, il-promozzjoni tal-innovazzjoni, ekonomija Ewropea mmexxija mid-data, “free-flow-of-data", kif ukoll il-promozzjoni tal-SMEs) mhumiex se jinkisbu, anzi jinkisbu riżultati bil-kontra. Bosta mudelli ta’ negozju eżistenti mhux se jkunu jistgħu jiġu implimentati aktar.
Il-proposta twassal għal inkonsistenza legali kbira fil-konfront tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (minn hawn ’il quddiem GDPR) u l-proposta għal Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (minn hawn ’il quddiem EECC) u inċertezza ġuridika estrema fil-konfront ta’ data u konsegwenzi bla loġika fl-użu ta’ data personali.
In-nuqqas ta’ kuraġġ, in-nuqqas ta’ kreattività, il-persistenza favur strutturi u konvinzjonijiet qodma ma jawgurawx tajjeb għas-suċċess futur tal-ambjent diġitali.
Il-proposta:
1) għandha tittratta prinċipalment il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni.
2) għandha toħloq kundizzjonijiet ekwi (a) fis-settur tal-komunikazzjoni, u (b) tersaq viċin sitwazzjoni globali.
3) ma għandhiex tkun “lex specialis” għall-GDPR, iżda tkun komplementari għaliha.
4) għandha tevita strutturi doppji (pereżempju, it-twassil ta’ data personali lil pajjiżi terzi, sanzjonijiet, Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, eċċ.) fil-konfront tal-GDPR. Data personali għandha tkun soġġetta għal sistema legali waħda biss. Data ta’ komunikazzjoni bħala data personali bl-ebda mod ma għandha tiġi trattata b’mod separat. L-istess data għandha tkun soġġetta għall-istess dritt/prinċipji. L-Artikolu 6 tal-GDPR għandu japplika bl-istess mod preċiż.
5) għandha tkun orjentata lejn il-ġejjieni u tkun konsistenti mal-EECC.
6) għandha żżomm bogħod mill-konċentrazzjoni fuq il-kunsens; Il-kunsens illum m’għadux l-għodda t-tajba; l-appoċċ l-aktar sensibbli jkun l-użu tat-trasparenza, is-sjieda tad-data, l-eliminazzjoni tal-kontradizzjonijiet, p.e. dwar data psewdonomizzata) jew għallinqas divrenzjar aħjar skont data anonimizzata, psewdonimizzata u kkodifikata. Barra minn hekk, il-bilanċ bejn il-protezzjoni tal-isfera privata u t-teknoloġiji l-ġodda li jinsab fil-GDPR jirriskja li jinkiser, billi f’oqsma estensivi l-ipproċessar tad-data, li jkun ammissibbli taħt il-GDPR, jew ikun soġġett għal forma aktar stretta tal-kunsens jew jiġi pprojbit kompletament. Dan huwa kompletament kontroproduttiv.
Nilqgħu b’sodisfazzjoni li:
ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika jiġi adattat għar-realtà teknika u għall-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
il-Kummissjoni qed tintegra s-servizzi ta’ komunikazzjoni “over-the-top” fil-kamp ta’ applikazzjoni.
il-Kummissjoni għandha r-rieda li tissinkronizza l-punt tad-dħul fis-seħħ mal-GDPR. De facto dan mhux se jkun fattibbli għall-impriżi, b’mod partikolari jekk jippersistu l-istrutturi doppji bil-kumplessità tagħhom.
F’aktar dettall:
B’mod partikolari l-Artikolu 4 huwa bbażat fuq l-EECC. Għalhekk, ir-regolament dwar il-Privatezza Elettronika ma jistax jiġi applikat qabel ma jiġi adottat l-EECC. Dan huwa żball sistemiku, li jista’ jiġi kkoreġut.
Il-proposta ma tagħmilx distinzjoni ċara bejn il-kontenut, id-data u l-informazzjoni.
Il-limiti safejn jasal ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika fil-konfront tal-GDPR mhumiex ċari. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali għandu jiġi ċċarat meta strument legali wieħed japplika u meta japplika l-ieħor, sabiex tinħoloq sistema legali komprensibbli għal dawk responsabbli. Għalhekk, hija biss data personali tul il-proċess ta’ komunikazzjoni li għandha taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika, kif inhu regolat bid-Direttiva 2002/58/KE. Fil-każijiet l-oħra kollha mbagħad japplika il-GDPR. Għal dan il-għan għandu jiġi ċċarat b’mod legali meta komunikazzjoni tintemm.
Għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-kunfidenzjalità tal-kontenut ta’ komunikazzjoni u l-ipproċessar ta’ data (protezzjoni tad-data), peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika jinkorpora apparat u magni konnessi. Din il-proposta, madankollu, fiha nuqqas ta’ ċarezza fid-definizjonijiet u fil-kamp ta’ applikazzjoni. Dan iwassal għal impatt imprevist u mhux loġiku fuq il-komunikazzjoni bejn magna u oħra (p.e. fl-industrija tal-karozzi, il-qasam tal-loġistika, id-djar intelliġenti). Mhuwiex ċar fejn it-twassil ta’ komunikazzjoni skont ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika jibda u fejn it-twassil ta’ data jibda skont il-GDPR. Mhuwiex ċar ukoll xi jkun ifisser il-kunsens għall-komunikazzjoni bejn magna u oħra, jew bil-kontra.
Il-proposta tagħmel l-ipproċessar saħansitra ta’ data anonima soġġett għall-kunsens, li huwa totalment illoġiku u teknikament impossibbli. Hawnhekk, kien ikun aħjar kieku l-kunċett tal-psewdonomizzazzjoni seta’ jiġi elaborat ulterjorment fil-GDPR.
Huwa wkoll illoġiku fil-fatt għaliex metadata (ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika) għandha tiġi protetta aħjar minn data dwar is-saħħa (GDPR).
Huwa wkoll inkomprensibbli li jiġu introdotti żewġ sanzjonijiet għall-istess data.
Għad irid jiġi aċċertat jekk hemmx ħtieġa ta’ eċċezzjoni għall-ambjent domestiku.
Il-proposta tar-regola dwar il-cookies tiffavorixxi l-kumpaniji l-kbar u tkun ta’ żvantaġġ għall-SMEs (Ewropej). Eżattament il-kuntrarju jkun il-każ.
L-Artikolu 5 tal-proposta jista', fid-diċitura tiegħu, jipperikola l-eżistenza tal-posta elettronika.
F’ħafna postijiet hemm il-ħtieġa ta’ titjib. Għaldaqstant, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jitlob lill-kumitat responsabbli biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) L-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) jipproteġi d-dritt fundamentali ta’ kulħadd għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, għad-dar u għall-komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha. Ir-rispett għall-privatezza tal-komunikazzjonijiet tal-persuna huwa dimensjoni essenzjali ta’ dan id-dritt. Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika tiżgura li l-informazzjoni skambjata bejn il-partijiet u l-elementi esterni ta’ tali komunikazzjoni, inkluż meta l-informazzjoni ġiet mibgħuta, minn fejn, lil min, ma għandha tiġi żvelata lil ħadd aktar minbarra lill-partijiet involuti f’komunikazzjoni. Il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità għandu japplika għal mezzi ta’ komunikazzjoni attwali u tal-ġejjieni, inklużi telefonati, aċċess għall-Internet, applikazzjonijiet ta’ messaġġi instantanji, posta elettronika, telefonati bl-Internet u messaġġi personali pprovduti permezz il-midja soċjali. | (1) L-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) jipproteġi d-dritt fundamentali ta’ kulħadd għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, għad-dar u għall-komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha. Ir-rispett għall-privatezza tal-komunikazzjonijiet tal-persuna huwa dimensjoni essenzjali ta’ dan id-dritt. Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika tiżgura li l-informazzjoni skambjata bejn il-partijiet u l-elementi esterni ta’ tali komunikazzjonijiet, inkluża informazzjoni rigward meta l-informazzjoni ġiet mibgħuta, minn fejn, lil min, ma għandha tiġi żvelata lil ħadd aktar minbarra lill-partijiet tal-komunikazzjoni. Il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità għandu japplika għal mezzi ta’ komunikazzjoni attwali u tal-ġejjieni, inklużi telefonati, aċċess għall-Internet, applikazzjonijiet ta’ messaġġi instantanji, messaġġi fuq pjattaforma bejn utenti ta’ netwerk soċjali, posta elettronika, telefonati bl-Internet u messaġġi personali pprovduti permezz il-midja soċjali. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika jista’ jiżvela informazzjoni sensittiva ħafna dwar il-persuni fiżiċi involuti fil-komunikazzjoni, minn esperjenzi u emozzjonijiet personali sa kundizzjonijiet mediċi, preferenzi sesswali u opinjonijiet politiċi, li l-iżvelar tagħha jista’ jirriżulta f’dannu pesonali u soċjali, telf ekonomiku jew mistħija. B’mod simili, metadata meħuda minn komunikazzjoni elettronika tista’ wkoll tiżvela informazzjoni sensittiva u personali ħafna. Din il-metadata tinkludi n-numri li wieħed ċempel, is-siti web miżjura, il-post ġeografiku, il-ħin, id-data u d-dewmien meta dan għamel telefonata, eċċ., li tagħmilha possibbli li jsiru konklużjonijiet preċiżi dwar il-ħajjiet privati tal-persuni involuti fil-komunikazzjoni elettronika, bħar-relazzjonijiet soċjali tagħhom, l-abitudnijiet u l-attivitajiet tagħhom tal-ħajja ta’ kuljum, l-interessi u l-gosti tagħhom, eċċ. | (2) Il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika jista’ jiżvela informazzjoni sensittiva ħafna dwar il-persuni fiżiċi involuti fil-komunikazzjoni, minn esperjenzi u emozzjonijiet personali sa kundizzjonijiet mediċi, preferenzi sesswali u opinjonijiet politiċi, li l-iżvelar tagħha jista’ jirriżulta f’dannu pesonali u soċjali, telf ekonomiku jew mistħija. B’mod simili, metadata meħuda minn komunikazzjoni elettronika tista’ wkoll tiżvela informazzjoni sensittiva u personali ħafna. Din il-metadata tinkludi n-numri li wieħed ċempel, is-siti web miżjura, il-post ġeografiku, il-ħin, id-data u d-dewmien meta dan għamel telefonata, eċċ., li tagħmilha possibbli li jsiru konklużjonijiet preċiżi dwar il-ħajjiet privati tal-persuni involuti fil-komunikazzjoni elettronika, bħar-relazzjonijiet soċjali tagħhom, l-abitudnijiet u l-attivitajiet tagħhom tal-ħajja ta’ kuljum, l-interessi u l-gosti tagħhom, eċċ. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet hija kundizzjoni essenzjali għar-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali konnessi oħra, bħall-protezzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, il-libertà tal-għaqda, il-libertà ta’ espressjoni u informazzjoni. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jippartikolarizzaw u jikkomplementaw ir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni ta’ data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika li tikkwalifika bħala data personali. Dan ir-Regolament għalhekk ma jbaxxix il-livell ta’ protezzjoni li jgawdu minnu persuni fiżiċi taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jkun permess biss f’konformità ma’ dan ir-Regolament. | (5) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jippartikolarizzaw u jikkomplementaw ir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni ta’ data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika li tikkwalifika bħala data personali. Dan ir-Regolament għalhekk ma jistax ibaxxi l-livell ta’ protezzjoni li jgawdu minnu persuni fiżiċi taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jkun permess biss f’konformità ma’ u fuq il-bażi legali speċifikament prevista f’dan ir-Regolament. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Filwaqt li l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 għadhom ġeneralment tajba, dik id-Direttiva ma żammitx kompletament il-pass mal-evoluzzjoni tar-realtà teknoloġika u tas-suq, u dan irriżulta fi protezzjoni effettiva inkonsistenti jew insuffiċjenti tal-privatezza u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-komunikazzjoni elettronika. Dawk l-iżviluppi jinkludu d-dħul fis-suq ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jissostitwixxu servizzi tradizzjonali, iżda ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-istess sett ta’ regoli. Żvilupp ieħor jikkonċerna tekniki ġodda li jippermettu l-ittraċċar ta’ imġiba onlajn ta’ utenti aħħarin, li mhumiex koperti mid-Direttiva 2002/58/KE. Id-Direttiva 2002/58/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b’dan ir-Regolament. | (6) Filwaqt li l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 għadhom ġeneralment tajba, dik id-Direttiva ma żammitx kompletament il-pass mal-evoluzzjoni tar-realtà teknoloġika u tas-suq, u dan irriżulta fi protezzjoni effettiva inkonsistenti jew insuffiċjenti tal-privatezza u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-komunikazzjoni elettronika bl-użu ta’ midja ġdida. Dawk l-iżviluppi jinkludu d-dħul fis-suq ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika (inklużi servizzi ġodda ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq il-web, inklużi t-telefown onlajn, il-messaġġi instantanji u l-posta elettronika bl-Internet) li mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jissostitwixxu servizzi tradizzjonali, iżda ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-istess sett ta’ regoli. Żvilupp ieħor jikkonċerna tekniki ġodda li jippermettu l-ittraċċar ta’ imġiba onlajn ta’ utenti aħħarin, li mhumiex koperti mid-Direttiva 2002/58/KE. Id-Direttiva 2002/58/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b’dan ir-Regolament. |
__________________ | __________________ |
22 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37). | 22 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37). |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) L-Istati Membri għandhom jitħallew, fi ħdan il-limiti ta’ dan ir-Regolament, li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali biex jispeċifikaw u jiċċaraw ulterjorment l-applikazzjoni tar-regoli ta’ dan ir-Regolament sabiex jiżguraw applikazzjoni u interpretazzjoni effettivi ta’ dawk ir-regoli. Għaldaqstant, il-marġni ta’ diskrezzjoni, li l-Istati Membri għandhom f’dan ir-rigward, għandu jżomm bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u d-data personali u l-moviment liberu ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika. | imħassar |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata b’konnessjoni mal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le. Barra minn hekk, biex l-utenti aħħarin fl-Unjoni ma jiġux imċaħħda minn protezzjoni effettiva, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal data ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn barra l-Unjoni għal utenti aħħarin fl-Unjoni. | (9) Dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata b’konnessjoni mal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le. Barra minn hekk, biex l-utenti aħħarin fl-Unjoni ma jiġux imċaħħda minn protezzjoni effettiva, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal data ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn barra l-Unjoni għal utenti aħħarin fl-Unjoni. Dan jenħtieġ li jkun il-każ irrispettivament minn jekk il-komunikazzjonijiet elettroniċi humiex marbuta ma’ pagament jew le. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Is-servizzi użati għal finijiet ta’ komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b’mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b’servizzi onlajn funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta’ messaġġi u servizzi ta’ posta elettronika bbażati fuq il-web. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti aħħarin meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, dan ir-Regolament juża d-definizzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika kif imniżżla fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika24]. Dik id-definizzjoni tinkludi mhux biss servizzi ta’ aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta’ sinjali iżda anki servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta’ messaġġi u servizzi ta’ posta elettronika bbażati fuq il-web. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni hija kruċjali anki fir-rigward ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali li hija anċillari għal servizz ieħor; għaldaqstant, dan it-tip ta’ servizzi li għandhom ukoll funzjonalità ta’ komunikazzjoni għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament. | (11) Is-servizzi użati għal finijiet ta’ komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b’mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b’servizzi onlajn funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta’ messaġġi u servizzi ta’ posta elettronika bbażati fuq il-web. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti aħħarin meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, dan ir-Regolament juża d-definizzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika kif imniżżla fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika24]. Dik id-definizzjoni tinkludi mhux biss servizzi ta’ aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta’ sinjali iżda anki servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta’ messaġġi u servizzi ta’ posta elettronika bbażati fuq il-web. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni hija kruċjali anki fir-rigward ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali li huma anċillari għal servizz ieħor, bħall-messaġġi interni, newsfeeds, kronoloġiji u funzjonijiet simili f’servizzi onlajn fejn il-messaġġi jiġu skambjati ma’ utenti oħra f’dak is-servizz jew barra minnu (jiġifieri newsfeeds u kronoloġiji disponibbli pubblikament u privatament); għaldaqstant, dan it-tip ta’ servizzi li għandhom ukoll funzjonalità ta’ komunikazzjoni għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament. |
__________________ | __________________ |
24 Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (Riformulazzjoni) (COM/2016/0590 final - 2016/0288 (COD) ). | 24 Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (Riformulazzjoni) (COM/2016/0590 final - 2016/0288 (COD) ). |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) L-iżvilupp ta’ teknoloġiji mingħajr wajers rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta’ aċċess għall-Internet permezz ta’ netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħal “hotspots” f’postijiet differenti ġewwa belt, stabbilimenti, ċentri kummerċjali u sptarijiet. Peress li dawk in-netwerks ta’ komunikazzjoni huma pprovduti lil grupp mhux definit ta’ utenti aħħarin, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta’ netwerks tali għandha tkun protetta. Il-fatt li servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika mingħajr wajers jistgħu jkunu anċillari għal servizzi oħra ma għandux ifixkel milli tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data tal-komunikazzjonijiet u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta’ komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi. B’kuntrast, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal gruppi magħluqa ta’ utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri tal-korporazzjoni. | (13) L-iżvilupp ta’ teknoloġiji mingħajr wajers rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta’ aċċess għall-Internet permezz ta’ netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħal “hotspots” f’postijiet differenti ġewwa belt, department stores, ċentri kummerċjali, ajruporti, lukandi, hostels, sptarijiet u punti ta’ aċċess għall-Internet simili oħra. Peress li dawk in-netwerks ta’ komunikazzjoni huma pprovduti lil grupp mhux definit ta’ utenti aħħarin, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta’ netwerks tali għandha tkun protetta adegwatament. Il-fatt li servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika mingħajr wajers jistgħu jkunu anċillari għal servizzi oħra ma għandux ifixkel milli tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data tal-komunikazzjonijiet u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta’ komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi. B’kuntrast, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal gruppi magħluqa ta’ utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri tal-korporazzjoni. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ddefinita b’mod suffiċjentement wiesa’ u teknoloġikament newtrali biex tiġi inkluża kwalunkwe informazzjoni dwar il-kontenut trażmess jew skambjat (kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika) u l-informazzjoni dwar utent aħħari ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika; inkluża data biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta’ komunikazzjoni, post ġeografiku u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta’ komunikazzjoni. Jekk dawn is-sinjali u d-data relatata jitwasslux b’wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi, inklużi netwerks satellitari, netwerks bil-kejbil, netwerks terrestri fissi (trażmessi b’ċirkwit u trażmessi b’pakkett, inkluż l-Internet) u mobbli, sistemi bil-kejbil tal-elettriku, id-data relatata ma’ sinjali tali għandha titqies bħala metadata ta’ komunikazzjoni elettronika u għaldaqstant tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-metadata ta’ komunikazzjoni elettronika tista’ tinkludi informazzjoni li hija parti mill-abbonament għas-servizz meta tali informazzjoni tiġi pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika. | (14) Data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ddefinita b’mod suffiċjentement wiesa’ u teknoloġikament newtrali biex tiġi inkluża kwalunkwe informazzjoni dwar il-kontenut trażmess jew skambjat (kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika) u l-informazzjoni dwar utent aħħari ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika; inkluża data biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta’ komunikazzjoni, post ġeografiku u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta’ komunikazzjoni. Jenħtieġ li tinkludi wkoll data dwar il-post, bħal pereżempju, il-post attwali jew inferit tat-tagħmir terminali, il-post tat-tagħmir terminali li minnu jew li lejh tkun saret telefonata jew konnessjoni bl-internet, jew il-hotspot tal-Wi-Fi li l-apparat ikun imqabbad miegħu, kif ukoll id-data meħtieġa biex jiġi identifikat it-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin. Jekk dawn is-sinjali u d-data relatata jitwasslux b’wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi, inklużi netwerks satellitari, netwerks bil-kejbil, netwerks terrestri fissi (trażmessi b’ċirkwit u trażmessi b’pakkett, inkluż l-Internet) u mobbli, sistemi bil-kejbil tal-elettriku, id-data relatata ma’ sinjali tali għandha titqies bħala metadata ta’ komunikazzjoni elettronika u għaldaqstant tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-metadata ta’ komunikazzjoni elettronika tista’ tinkludi informazzjoni li hija parti mill-abbonament għas-servizz meta tali informazzjoni tiġi pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (14a) Id-data dwar il-post tat-tagħmir jenħtieġ li tinkludi d-data trażmessa jew maħżuna f’tagħmir terminali ġġenerata minn aċċelerometri, barometri, boxxli, sistemi tal-ippożizzjonar bis-satellita jew sensuri jew apparati simili. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Dan ifisser li kwalunkwe interferenza fit-trażmissjoni ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, kemm jekk direttament b’intervent uman kif ukoll jekk permezz tal-intermedjazzjoni ta’ pproċessar awtomatizzat b’magni, mingħajr il-kunsens tal-partijiet kollha għall-komunikazzjoni għandha tiġi pprojbita. Il-projbizzjoni tal-interċezzjoni ta’ data ta’ komunikazzjonijiet għandha tapplika waqt li tkun qed tintbagħat, jiġifieri sakemm l-indirizzat maħsub tal-komunikazzjoni elettronika ikun irċieva l-kontenut. L-interċezzjoni ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika tista’ sseħħ, pereżempju, meta xi ħadd ieħor minbarra l-partijiet għall-komunikazzjoni, jisma’ t-telefonati, jaqra, jiskennja jew jaħżen il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika, jew il-metadata assoċjata għal finijiet oħra minbarra għall-iskambju ta’ komunikazzjonijiet. L-interċezzjoni sseħħ ukoll meta partijiet terzi jissorveljaw siti web miżjura, il-ħin taż-żjarat, l-interazzjoni mal-oħrajn, eċċ., mingħajr il-kunsens tal-utent aħħari kkonċernat. Hekk kif it-teknoloġija tevolvi, il-modi tekniċi ta’ kif issir l-interċezzjoni żdiedu ukoll. Modi tali jistgħu jvarjaw mill-installazzjoni ta’ tagħmir li jiġbor data minn tagħmir terminali fuq żoni mmirati, bħall-hekk imsejħa IMSI (Identità Internazzjonali ta’ Abbonati tal-Mowbajl) catchers, sa programmi u tekniki li, pereżempju, jissorveljaw bil-moħbi d-drawwiet ta’ bbrawżjar bil-għan li joħolqu profili tal-utenti finali. Eżempji oħra ta’ interċezzjoni jinkludu l-ħtif ta’ data ta’ payload jew data ta’ kontenut minn netwerks u ruters mingħajr wajers mhux kriptati, inklużi l-attitudnijiet ta’ bbrawżjar mingħajr il-kunsens tal-utenti aħħarin. | (15) Data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Dan ifisser li kwalunkwe interferenza fit-trażmissjoni ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, kemm jekk direttament b’intervent uman kif ukoll jekk permezz tal-intermedjazzjoni ta’ pproċessar awtomatizzat b’magni, mingħajr il-kunsens tal-partijiet kollha għall-komunikazzjoni għandha tiġi pprojbita. Il-projbizzjoni tal-interċezzjoni ta’ data ta’ komunikazzjonijiet għandha tapplika wkoll waqt li tkun qed tintbagħat, jiġifieri sakemm l-indirizzat maħsub tal-komunikazzjoni elettronika ikun irċieva l-kontenut, u meta jiġi maħżun. L-interċezzjoni ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika tista’ sseħħ, pereżempju, meta xi ħadd ieħor minbarra l-partijiet għall-komunikazzjoni, jisma’ t-telefonati, jaqra, jiskennja jew jaħżen il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika, jew il-metadata assoċjata għal finijiet oħra minbarra għall-iskambju ta’ komunikazzjonijiet. L-interċezzjoni sseħħ ukoll meta partijiet terzi jissorveljaw siti web miżjura, il-ħin taż-żjarat, l-interazzjoni mal-oħrajn, eċċ., mingħajr il-kunsens tal-utent aħħari kkonċernat. Modi tali jistgħu jvarjaw mill-installazzjoni ta’ tagħmir li jiġbor data minn tagħmir terminali fuq żoni mmirati, bħall-hekk imsejħa IMSI (Identità Internazzjonali ta’ Abbonati tal-Mowbajl) catchers, sa programmi u tekniki li, pereżempju, jissorveljaw bil-moħbi d-drawwiet ta’ bbrawżjar bil-għan li joħolqu profili tal-utenti finali. Eżempji oħra ta’ interċezzjoni jinkludu l-ħtif ta’ data ta’ payload jew data ta’ kontenut minn netwerks u routers mingħajr wajers mhux kriptati, l-injezzjoni ta’ reklami jew kontenut ieħor u analiżi ta’ data tat-traffiku tal-klijenti, inklużi l-attitudnijiet ta’ bbrawżjar mingħajr il-kunsens tal-utenti aħħarin. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Il-projbizzjoni ta’ ħżin ta’ komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta’ din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika. Ma għandu jipprojbixxi la l-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-kontinwità tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż l-ikkontrollar ta’ theddid għas-sigurtà bħall-preżenza ta’ malwar jew l-ipproċessar ta’ metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa ta’ rekwiżiti ta’ servizz, bħall-latenza, jitter, eċċ. | (16) Il-projbizzjoni ta’ ħżin ta’ komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta’ din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika. Ma għandu jipprojbixxi la l-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-kontinwità tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż l-ikkontrollar ta’ theddid għas-sigurtà bħall-preżenza ta’ malware jew l-ipproċessar ta’ metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa ta’ rekwiżiti ta’ servizz, bħall-latenza, jitter, eċċ. Meta tip ta’ pproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika għal dawn il-finijiet aktarx li jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni fiżiċi, jenħtieġ li jitwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u, skont il-każ, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika jista’ jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà in ġenerali. Vis-à-vis id-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament iwessa’ l-possibbiltajiet għall-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika biex jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, abbażi tal-kunsens ta’ utenti aħħarin. Madankollu, l-utenti aħħarin jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet onlajn tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin biex jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, li għandha tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat iġġenerata għall-għan li jingħataw u jinżammu l-aċċess u l-konnessjoni mas-servizz. Id-data dwar il-lok iġġenerata barra mill-kuntest tal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika m’għandhiex titqies bħala metadata. Eżempji ta’ użi kummerċjali ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta’ heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta’ data bl-użu ta’ kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta’ individwi. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f’ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta’ ħin, huwa neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f’ċerti intervalli ta’ ħin. Dan l-identifikatur ikun nieqes kieku kellha tintuża data anonima u moviment tali ma jkunx jista’ jintwera. Użu tali ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jista’, pereżempju, ikun ta’ benefiċċju għall-awtoritajiet pubbliċi u operaturi ta’ trasport pubbliku biex jiddefinixxu fejn għandhom jiżviluppaw infrastruttura ġdida, abbażi tal-użu ta’ u l-pressjoni fuq l-istruttura eżistenti. Fejn tip ta’ pproċessar ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, b’mod partikolari bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, u b’kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x’aktarx jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni fiżiċi, qabel l-ipproċessar għandhom isiru valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, u skont ma jkun il-każ, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679. 2016/679. | (17) L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika jista’ jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà in ġenerali. Vis-à-vis id-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament iwessa’ l-possibbiltajiet għall-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika biex jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, abbażi tal-kunsens ta’ utenti aħħarin. Madankollu, l-utenti aħħarin jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet onlajn tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin biex jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, li għandha tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat iġġenerata għall-għan li jingħataw u jinżammu l-aċċess u l-konnessjoni mas-servizz. Id-data dwar il-lok iġġenerata barra mill-kuntest tal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika m’għandhiex titqies bħala metadata. Eżempji ta’ użi kummerċjali ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta’ heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta’ data bl-użu ta’ kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta’ individwi. Dan jenħtieġ li jsir f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f’ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta’ ħin, jista’ jkun neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f’ċerti intervalli ta’ ħin. Meta tiġi pproċessata metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, qabel l-ipproċessar jenħtieġ li ssir konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika u kwalunkwe informazzjoni relatata mal-użu ta’ tagħmir terminali tali, kemm jekk maħżuna f’tali tagħmir jew emessa minnu, mitluba minn jew ipproċessata sabiex ikun jista’ jagħmel konnessjoni ma’ apparat ieħor u jew tagħmir tan-netwerk, huma parti mill-isfera privata tal-utenti aħħarin li jirrikjedu protezzjoni taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Peress li tagħmir tali fih jew jipproċessa informazzjoni li tista’ tiżvela dettalji ta’ kumplessitajiet emottivi, politiċi u soċjali ta’ individwu, inkluż il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet, ritratti, il-post tal-individwi billi jkun hemm aċċess għall-kapaċitajiet ta’ GPS tal-apparat, listi ta’ kuntatt, u informazzjoni oħra diġà maħżuna fl-apparat, l-informazzjoni relatata ma’ tagħmir tali tirrikjedi protezzjoni tal-privatezza mtejba. Barra minn hekk, l-hekk imsejjaħ spyware, web bugs, identifikaturi moħbija, cookies ta’ traċċar u għodda ta’ traċċar mhux mixtieqa simili oħra jistgħu jidħlu fit-tagħmir terminali tal-utent aħħar mingħajr ma jkunu jafu sabiex jiksbu aċċess għal informazzjoni, biex jaħżnu informazzjoni moħbija u biex jitraċċaw l-attivitajiet. Informazzjoni relatata mal-apparat tal-utent aħħari tista’ tinġabar ukoll mill-bogħod għall-fini tal-identifikazzjoni u l-ittraċċar, bl-użu ta’ tekniki bħall-hekk imsejħa “magna għat-teħid tal-marki tas-swaba’”, ta’ spiss mingħajr ma jkun jaf l-utent aħħari, u tista’ tkun ta’ intrużjoni serja fil-privatezza ta’ dawn l-utenti aħħarin. Tekniki li jissorveljaw bil-moħbi l-azzjonijiet tal-utenti aħħarin, pereżempju bl-ittraċċar tal-attivitajiet tagħhom onlajn jew tal-post tat-tagħmir terminali tagħhom, jew jaqilbu l-ħidma tat-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin huma ta’ theddida serja għall-privatezza tal-utenti aħħarin. Għaldaqstant, kwalunkwe interferenza tali mat-tagħmir terminali tal-utent aħħari għandha titħalla biss bil-kunsens tal-utent aħħari u għal finijiet speċifiċi u trasparenti. | (20) Tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika u kwalunkwe informazzjoni relatata mal-użu ta’ tagħmir terminali tali, kemm jekk maħżuna f’tali tagħmir jew emessa minnu, mitluba minn jew ipproċessata sabiex ikun jista’ jagħmel konnessjoni ma’ apparat ieħor u jew tagħmir tan-netwerk, huma parti mill-isfera privata tal-utenti aħħarin li jirrikjedu protezzjoni taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Peress li tagħmir tali fih jew jipproċessa informazzjoni li tista’ tiżvela dettalji ta’ kumplessitajiet emottivi, politiċi u soċjali ta’ individwu, inkluż il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet, ritratti, il-post tal-individwi billi jkun hemm aċċess għall-kapaċitajiet ta’ GPS tal-apparat, listi ta’ kuntatt, u informazzjoni oħra diġà maħżuna fl-apparat, l-informazzjoni relatata ma’ tagħmir tali tirrikjedi protezzjoni tal-privatezza mtejba. Barra minn hekk, l-hekk imsejjaħ spyware, web bugs, identifikaturi moħbija, cookies ta’ traċċar u għodda ta’ traċċar mhux mixtieqa simili oħra jistgħu jidħlu fit-tagħmir terminali tal-utent aħħar mingħajr ma jkunu jafu sabiex jiksbu aċċess għal informazzjoni, biex jaħżnu informazzjoni moħbija u biex jitraċċaw l-attivitajiet jew biex jinstigaw ċerti operazzjonijiet jew kompiti tekniċi, spiss mingħajr l-għarfien tal-utent. Informazzjoni relatata mal-apparat tal-utent aħħari tista’ tinġabar ukoll mill-bogħod għall-fini tal-identifikazzjoni u l-ittraċċar, bl-użu ta’ tekniki bħall-hekk imsejħa “magna għat-teħid tal-marki tas-swaba’”, ta’ spiss mingħajr ma jkun jaf l-utent aħħari, u tista’ tkun ta’ intrużjoni serja fil-privatezza ta’ dawn l-utenti aħħarin. Tekniki li jissorveljaw bil-moħbi l-azzjonijiet tal-utenti aħħarin, pereżempju bl-ittraċċar tal-attivitajiet tagħhom onlajn jew tal-post tat-tagħmir terminali tagħhom, jew jaqilbu l-ħidma tat-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin huma ta’ theddida serja għall-privatezza tal-utenti aħħarin. Jenħtieġ li jiġi żgurat livell għoli u ugwali ta’ protezzjoni tal-isfera privata tal-utenti fir-rigward tal-privatezza u tal-kunfidenzjalità tal-kontenut, il-funzjonament u l-użu tat-tagħmir terminali tal-utenti. Għaldaqstant, kwalunkwe interferenza tali mat-tagħmir terminali tal-utent aħħari għandha titħalla biss bil-kunsens tal-utent aħħari u għal finijiet speċifiċi, limitati u trasparenti. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Eċċezzjonijiet għall-obbligu li jinkiseb kunsens biex isir użu mill-kapaċitajiet ta’ pproċessar u ħżin ta’ tagħmir terminali jew biex ikun hemm aċċess għal informazzjoni maħżuna f’tagħmir terminali għandhom ikunu limitati għal sitwazzjonijiet li ma jinvolvu l-ebda intrużjoni tal-privatezza jew intrużjoni limitata ħafna biss. Pereżempju, ma għandux jintalab il-kunsens għall-awtorizzazzjoni tal-ħżin tekniku jew l-aċċess strettament meħtieġa u proporzjonati għall-fini leġittimu li jsir possibbli l-użu ta’ servizz speċifiku espliċitament mitlub mill-utent aħħari. Dan jista’ jinkludi l-ħżin ta’ cookies għat-tul ta’ sessjoni stabbilita unika fuq sit web biex jinżamm rekord tal-input tal-utent aħħari meta jkunu qed jimtlew formoli onlajn fuq diversi paġni. Il-cookies jistgħu wkoll ikunu għodda leġittima u utli, pereżempju, biex jitkejjel it-traffiku fuq il-web għal sit web. Fornituri tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkunu involuti f’ikkontrollar tal-konfigurazzjoni biex jipprovdu s-servizz f’konformità mas-settings tal-utent aħħari u s-sempliċi lloggjar tal-fatt li l-apparat tal-utent aħħari ma jistax jirċievi kontenut mitlub mill-utent aħħari ma għandhomx jikkostitwixxu aċċess għal apparat tali jew l-użu tal-kapaċitajiet ta’ pproċessar tal-apparat. | (21) Eċċezzjonijiet għall-obbligu li jinkiseb kunsens biex isir użu mill-kapaċitajiet ta’ pproċessar u ħżin ta’ tagħmir terminali jew biex ikun hemm aċċess għal informazzjoni maħżuna f’tagħmir terminali għandhom ikunu limitati għal sitwazzjonijiet li ma jinvolvu l-ebda intrużjoni tal-privatezza jew intrużjoni limitata ħafna biss. Pereżempju, ma għandux jintalab il-kunsens għall-awtorizzazzjoni tal-ħżin tekniku jew l-aċċess strettament meħtieġa u proporzjonati għall-fini leġittimu li jsir possibbli l-użu ta’ servizz speċifiku espliċitament mitlub mill-utent aħħari. Dan jista’ jinkludi l-ħżin ta’ cookies għat-tul ta’ sessjoni stabbilita unika fuq sit web biex jinżamm rekord tal-input tal-utent aħħari meta jkunu qed jimtlew formoli onlajn fuq diversi paġni. Il-cookies jistgħu wkoll ikunu għodda leġittima u utli, pereżempju, biex jitkejjel it-traffiku fuq il-web għal sit web mill-persuna jew persuna ġuridika inkarigata mis-sit web ("l-analitika tal-ewwel parti"). |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21a) Id-data dwar il-lok tat-tagħmir tista’ tagħti intwizzjoni dettaljata u intrużiva ħafna tal-ħajja personali tal-individwu jew tan-negozju u tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni. L-ipproċessar tad-data dwar il-lok minn kwalunkwe sors, kemm jekk metadata tal-komunikazzjoni elettronika kif ukoll jekk data dwar il-lok tat-tagħmir jenħtieġ li jitwettaq fuq il-bażi ta’ regoli ċari. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Il-metodi użati għall-forniment ta’ informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari għandhom ikunu kemm jista’ jkun faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta’ cookies ta’ traċċar u tekniki ta’ traċċar oħra, l-utenti aħħarin huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu cookies ta’ traċċar tali fit-tagħmir terminali tagħhom. B’riżultat, l-utenti aħħarin huma mgħobbija żżejjed b’talbiet biex jipprovdu kunsens. L-użu ta’ mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta’ settings trasparenti u faċli għall-utent, jista’ jindirizza din il-problema. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens bl-użu ta’ settings adatti ta’ brawżer jew applikazzjoni oħra. L-għażliet magħmula mill-utenti aħħarin meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta’ privatezza ġenerali tagħhom ta’ brawżer jew applikazzjoni oħra għandhom ikunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti terza. Il-brawżers tal-web huma tip ta’ applikazzjoni ta’ softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet. Tipi oħra ta’ applikazzjonijiet, bħal dawk li jippermettu telefonati u messaġġi jew jipprovdu gwida tar-rotta, ukoll għandhom l-istess kapaċitajiet. Il-brawżers tal-web jimmedjaw ħafna minn dak li jiġri bejn l-utent aħħari u s-sit web. Minn din il-perspettiva, huma jinsabu f’pożizzjoni privileġġata biex ikollhom rwol attiv biex jgħinu lill-utent aħħari jikkontrolla l-fluss ta’ informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali. B’mod aktar partikolari, il-brawżers tal-web jistgħu jintużaw bħala gwardjani, u hekk jgħinu lill-utenti aħħarin biex jipprevjenu l-aċċess jew il-ħżin ta’ informazzjoni mit-tagħmir terminali tagħhom (pereżempju smart phone, tablet jew kompjuter). | (22) Il-metodi użati għall-forniment ta’ informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari għandhom ikunu kemm jista’ jkun faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta’ cookies ta’ traċċar u tekniki ta’ traċċar oħra, l-utenti aħħarin huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu cookies ta’ traċċar tali fit-tagħmir terminali tagħhom. B’riżultat, l-utenti aħħarin huma mgħobbija żżejjed b’talbiet biex jipprovdu kunsens. L-użu ta’ mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta’ settings trasparenti u faċli għall-utent, jista’ jindirizza din il-problema. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevjeni l-użu tal-hekk imsejħa “cookie walls” u “cookie banners” li ma jgħinux lill-utenti jżommu kontroll fuq l-informazzjoni personali u l-privatezza tagħhom jew li jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens bi speċifikazzjonijiet tekniċi, pereżempju bl-użu ta’ settings adatti ta’ brawżer jew applikazzjoni oħra. Dawn is-settings jenħtieġ li jinkludu għażliet li jikkonċernaw il-ħżin ta’ informazzjoni dwar it-tagħmir terminali tal-utent kif ukoll sinjal mibgħut mill-brawżer jew applikazzjoni oħra li tindika l-preferenzi tal-utent lil partijiet oħra. L-għażliet magħmula mill-utenti meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta’ privatezza ġenerali ta’ brawżer jew applikazzjoni oħra għandhom ikunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti terza. Il-brawżers tal-web huma tip ta’ applikazzjoni ta’ softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet. Tipi oħra ta’ applikazzjonijiet, bħal dawk li jippermettu telefonati u messaġġi jew jipprovdu gwida tar-rotta, ukoll għandhom l-istess kapaċitajiet. Il-brawżers tal-web jimmedjaw ħafna minn dak li jiġri bejn l-utent aħħari u s-sit web. Minn din il-perspettiva, huma jinsabu f’pożizzjoni privileġġata biex ikollhom rwol attiv biex jgħinu lill-utent jikkontrolla l-fluss ta’ informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali. B’mod aktar partikolari, il-brawżers tal-web, l-applikazzjonijiet jew is-sistemi operatorji mobbli jistgħu jintużaw bħala l-eżekutur tal-għażliet ta’ utent aħħari, u hekk jgħinu lill-utenti aħħarin biex jipprevjenu l-aċċess jew il-ħżin ta’ informazzjoni mit-tagħmir terminali tagħhom (pereżempju smart phone, tablet jew kompjuter). |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(23) Il-prinċipji ta’ protezzjoni ta’ data bid-disinn u b’mod awtomatiku ġew ikkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Attwalment, is-settings awtomatiċi għal cookies fil-biċċa l-kbira tal-brawżers attwali huma stabbiliti fuq “aċċetta l-cookies kollha”. Għaldaqstant il-fornituri ta’ softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet għandu jkollhom obbligu li jikkonfiguraw s-softwer b’tali mod li joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali; din ta’ spiss tiġi ppreżentata bħala “irrifjuta cookies ta’ parti terza”. L-utenti aħħarin għandhom jiġu offruti sett ta’ opzjonijiet ta’ settings tal-privatezza, li jvarjaw minn aktar għolja (pereżempju, “taċċetta qatt cookies”) sa aktar baxxi (pereżempju, “dejjem aċċetta cookies”) u intermedji (pereżempju, “irrifjuta cookies ta’ parti terza” jew “aċċetta biss cookies tal-ewwel parti”). Settings tal-privatezza tali għandhom jiġu ppreżentati b’mod faċilment viżibbli u intelliġibbli. | (23) Il-prinċipji ta’ protezzjoni ta’ data bid-disinn u b’mod awtomatiku ġew ikkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Attwalment, is-settings awtomatiċi għal cookies fil-biċċa l-kbira tal-brawżers attwali huma stabbiliti fuq “aċċetta l-cookies kollha”. Għaldaqstant il-fornituri ta’ softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet għandu jkollhom obbligu li jikkonfiguraw s-softwer b’tali mod li joffri l-opzjoni li jevita b’mod awtomatiku l-intraċċar fuq diversi oqsma u l-ħżin ta’ informazzjoni fuq it-tagħmir terminali minn partijiet oħra; din ta’ spiss tiġi ppreżentata bħala “irrifjuta traċċaturi u cookies ta’ parti terza”. L-utenti aħħarin għandhom jiġu offruti, b’mod awtomatiku, sett ta’ opzjonijiet ta’ settings tal-privatezza, li jvarjaw minn aktar għolja (pereżempju, “taċċetta qatt traċċaturi u cookies”) sa aktar baxxi (pereżempju, “dejjem aċċetta traċċaturi u cookies”) u intermedji (pereżempju, “irrifjuta t-traċċaturi u l-cookies kollha li mhumiex strettament meħtieġa biex jipprovdu servizz mitlub b’mod espliċitu mill-utent” jew “irrifjuta l-intraċċar kollu fuq diversi oqsma”). Dawn l-għażliet jistgħu jkunu wkoll aktar dettaljati. Is-settings tal-privatezza jenħtieġ li jinkludu wkoll għażliet li jippermettu lill-utent jiddeċiedi pereżempju, jekk jistax jiġi eżegwit Flash, JavaScript jew softwer simili, jekk sit web jistax jiġbor data ta’ lokalizzazzjoni mingħand l-utent, jew jekk jistax ikollu aċċess għal ħardwer speċifiku bħal webcam jew mikrofonu. Settings tal-privatezza tali għandhom jiġu ppreżentati b’mod faċilment viżibbli, oġġettiv u intelliġibbli. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Biex brawżers tal-web ikunu jistgħu jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin kif iddefinit taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju, għall-ħżin ta’ cookies ta’ traċċar ta’ parti terza, dawn għandhom, fost oħrajn, jirrikjedu azzjoni affermattiva ċara mill-utent aħħari ta’ tagħmir terminali biex juri l-qbil tiegħu jew tagħha mogħti liberalment, infurmat speċifiku, u mhux ambigwu għall-ħżin u l-aċċess ta’ tali cookies fit-tagħmir terminali u minnu. Azzjoni tali tista’ tiġi kkunsidrata li hi affermattiva, pereżempju, jekk l-utenti aħħarin huma rikjesti li jagħżlu b’mod attiv “aċċetta cookies ta’ parti terza” biex jikkonfermaw il-qbil tagħhom u huma mogħtija l-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu l-għażla. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-fornituri ta’ softwer li jippermetti aċċess għall-Internet ikunu rikjesti li, fil-mument tal-installazzjoni, jinfurmaw lill-utenti aħħarin dwar il-possibbiltà li jagħżlu s-settings ta’ privatezza fost id-diversi opzjonijiet u jitolbuhom jagħmlu għażla. L-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tiddiswadi lill-utenti aħħarin milli jagħżlu settings ta’ privatezza aktar għoljin u għandha tinkludi informazzjoni rilevatni dwar ir-riskji assoċjati ma’ li cookies ta’ parti terza jitħallew jinħażnu fil-kompjuter, inkluż il-ġabra ta’ rekords fuq perjodu fit-tul tal-istejjer tal-ibbrawżjar tal-individwi u l-użu ta’ tali rekords biex jintbagħat reklamar immirat. Il-brawżers tal-web huma mħeġġa biex jipprovdu modi faċli biex l-utenti aħħarin jibdlu s-settings tal-privatezza fi kwalunkwe ħin waqt l-użu u biex jippermettu lill-utent jagħmel eċċezzjonijiet għal, jew li jistabbilixxi “lista bajda” ta’ ċerti siti web jew li jispeċifika għal liema siti web cookies ta’ parti (terza) huma dejjem permessi jew ma huma qatt permessi. | imħassar |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 25
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(25) L-aċċess għal netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta’ ċerti pakketti ta’ data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparti oħra fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparti għandu jkollhom indirizz uniku assenjat sabiex ikunu identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta’ sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta’ Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta’ bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta’ aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista’ tinqabad informazzjoni tali. Tfaċċaw fornituri ta’ servizzi li joffru servizzi ta’ traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta’ informazzjoni relatata ma’ tagħmir b’funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta’ persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta’ persuni f’żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista’ tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti aħħarin, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b’offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta’ individwi fuq perjodu ta’ żmien, inklużi żjarat ripetuti f’postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti f’prattiki tali għandhom juru avviżi prominenti li jkunu jinsabu fix-xifer taż-żona ta’ kopertura li jinfurmaw lill-utenti aħħarin qabel ma jidħlu fiż-żona ddefinita li qed titħaddem it-teknoloġija f’perimetru partikolari, l-għan tal-ittraċċar, il-persuna responsabbli minnu u l-eżistenza ta’ kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista’ jieħu biex jimminizza jew iwaqqaf il-ġbir. Informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta fejn data personali hija miġbura skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679. | (25) L-aċċess għal netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta’ ċerti pakketti ta’ data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparti oħra fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparti għandu jkollhom indirizz uniku assenjat sabiex ikunu identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta’ sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta’ Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta’ bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta’ aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista’ tinqabad informazzjoni tali. Tfaċċaw fornituri ta’ servizzi li joffru servizzi ta’ traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta’ informazzjoni relatata ma’ tagħmir b’funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta’ persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta’ persuni f’żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista’ tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti aħħarin, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b’offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta’ individwi fuq perjodu ta’ żmien, inklużi żjarat ripetuti f’postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti f’prattiki tali għandhom juru avviżi prominenti li jkunu jinsabu fix-xifer taż-żona ta’ kopertura li jinfurmaw lill-utenti aħħarin qabel ma jidħlu fiż-żona ddefinita li qed titħaddem it-teknoloġija f’perimetru partikolari, l-għan tal-ittraċċar, il-persuna responsabbli minnu u l-eżistenza ta’ kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista’ jieħu biex jimminizza jew iwaqqaf il-ġbir. Informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta fejn data personali hija miġbura skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, dawn il-fornituri jenħtieġ li jiksbu l-kunsens tal-utent aħħari jew janonimizzaw id-data immedjatament filwaqt li jillimitaw l-għan għal sempliċement għadd ta’ statistika fi żmien u spazju limitat u joffru possibbiltajiet ta’ nonparteċipazzjoni effettiva. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Meta l-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jaqa’ fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta restrizzjoni tali tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika u objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, jew funzjoni ta’ monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għal interessi tali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta’ komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jipprevedu proċeduri adatti biex jiffaċilitaw talbiet leġittimi ta’ awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti għandu jiġi meqjus ukoll ir-rwol tar-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 3(3). | (26) Meta l-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jaqa’ fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta restrizzjoni tali tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali (jiġifieri s-sigurtà tal-Istat), id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika u objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, jew funzjoni ta’ monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għal interessi tali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta’ komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-kriptaġġ u miżuri oħra ta’ sigurtà huma kritiċi biex jiżguraw il-kunfidenzjalità u l-integrità tal-komunikazzjoni elettronika u s-sigurtà u l-integrità tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni elettronika inġenerali. Il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri jenħtieġ li ma jinvolvu l-ebda obbligu fuq il-fornitur tan-netwerk jew tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika li jirriżulta fid-dgħajfien tas-sigurtà u tal-kriptaġġ tan-netwerks u tas-servizzi tagħhom. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jipprevedu proċeduri adatti biex jiffaċilitaw talbiet leġittimi ta’ awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti għandu jiġi meqjus ukoll ir-rwol tar-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 3(3). |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 32a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (32a) Il-komunikazzjoni lil rappreżentanti eletti jew awtoritajiet pubbliċi dwar kwistjonijiet ta’ ordni pubbliku, leġiżlazzjoni jew attivitajiet oħra ta’ istituzzjonijiet demokratiċi jenħtieġ li ma titqiesx bħala kummerċjalizzazzjoni diretta għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) Għandhom jiġu pprovduti salvagwardji biex l-utenti aħħarin jiġu protetti minn komunikazzjonijiet mhux solleċitati għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, li jistgħu jkunu ta’ intrużjoni fil-ħajja privata tal-utenti aħħarin. Il-livell ta’ intrużjoni fil-privatezza u malizzja huwa meqjus relattivament simili indipendentement mill-firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji u modi użati biex issir din il-komunikazzjoni elettronika, kemm jekk jintużaw sistemi ta’ telefonati u komunikazzjoni awtomatizzati, applikazzjonijiet ta’ messaġġi instantanji, posta elettronika, SMS, MMS, Bluetooth, eċċ. Huwa għaldaqstant iġġustifikat li jkun rikjest li jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari qabel ma tintbagħat komunikazzjoni elettronika kummerċjali għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta lill-utenti aħħarin sabiex jiġu effettivament protetti l-individwi mill-intrużjoni fil-ħajja privata tagħhom kif ukoll l-interess leġittimu ta’ persuni ġuridiċi. Iċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-regoli li jipproteġu kontra komunikazzjoni elettronika mhux solleċitata jibqgħu tajbin fil-ġejjieni jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġi ddefinit sett uniku ta’ regoli li ma jvarjax skont it-teknoloġija użata biex titwassal din il-komunikazzjoni mhux solleċitata, filwaqt li fl-istess ħin jiġi ggarantit livell ekwivalenti ta’ protezzjoni liċ-ċittadini kollha fl-Unjoni kollha. Madankollu, huwa raġonevoli li jitħalla l-użu tad-dettalji ta’ kuntatt tal-posta elettronika fil-kuntest ta’ relazzjoni eżistenti ma’ klijent biex jiġu offruti prodotti jew servizzi simili. It-tali possibbiltà għandha tapplika biss għall-istess kumpanija li tkun kisbet id-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi skont ir-Regolament (UE) 2016/679. | (33) Għandhom jiġu pprovduti salvagwardji biex l-utenti aħħarin jiġu protetti minn komunikazzjonijiet mhux solleċitati għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, li jistgħu jkunu ta’ intrużjoni fil-ħajja privata tal-utenti aħħarin. Il-livell ta’ intrużjoni fil-privatezza u malizzja huwa meqjus relattivament simili indipendentement mill-firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji u modi użati biex issir din il-komunikazzjoni elettronika, kemm jekk jintużaw sistemi ta’ telefonati u komunikazzjoni awtomatizzati, applikazzjonijiet ta’ messaġġi instantanji, posta elettronika, SMS, MMS, Bluetooth, eċċ. Huwa għaldaqstant iġġustifikat li jkun rikjest li jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari qabel ma tintbagħat komunikazzjoni elettronika kummerċjali għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta lill-utenti aħħarin sabiex jiġu effettivament protetti l-individwi mill-intrużjoni fil-ħajja privata tagħhom kif ukoll l-interess leġittimu ta’ persuni ġuridiċi. Iċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-regoli li jipproteġu kontra komunikazzjoni elettronika mhux solleċitata jibqgħu tajbin fil-ġejjieni jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġi ddefinit sett uniku ta’ regoli li ma jvarjax skont it-teknoloġija użata biex titwassal din il-komunikazzjoni mhux solleċitata, filwaqt li fl-istess ħin jiġi ggarantit livell ekwivalenti ta’ protezzjoni liċ-ċittadini kollha fl-Unjoni kollha. Madankollu, huwa raġonevoli li jitħalla l-użu tad-dettalji ta’ kuntatt tal-posta elettronika fil-kuntest ta’ relazzjoni eżistenti ma’ klijent biex jiġu offruti prodotti jew servizzi simili. It-tali possibbiltà għandha tapplika biss għall-istess kumpanija li tkun kisbet id-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u għal perjodu ta’ żmien limitat biss. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) Sabiex ikun faċli li l-kunsens jiġi rtirat, il-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jkunu qed iwettqu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta b’posta elettronika għandhom jippreżentaw link, jew indirizz ta’ posta elettronika validu, li jistgħu jintużaw faċilment mill-utenti aħħarin biex jirtiraw il-kunsens tagħhom. Persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jkunu qed iwettqu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta permezz ta’ telefonati vuċi għal vuċi u permezz tal-awtomatizzazzjoni ta’ sistemi ta’ telefonati u komunikazzjoni għandhom juru l-linja ta’ identità tagħhom li fuqha wieħed jista’ jċempel lill-kumpanija jew jippreżentaw kodiċi speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta’ kummerċjalizzazzjoni. | (35) Sabiex ikun faċli li l-kunsens jiġi rtirat, il-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jkunu qed iwettqu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta b’posta elettronika għandhom jippreżentaw link, jew indirizz ta’ posta elettronika validu, li jistgħu jintużaw faċilment mill-utenti aħħarin biex jirtiraw il-kunsens tagħhom. Persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jkunu qed iwettqu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta permezz ta’ telefonati vuċi għal vuċi u permezz tal-awtomatizzazzjoni ta’ sistemi ta’ telefonati u komunikazzjoni għandhom juru l-linja ta’ identità tagħhom li fuqha wieħed jista’ jċempel lill-kumpanija u jippreżentaw kodiċi speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta’ kummerċjalizzazzjoni. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(37) Il-fornituri ta’ servizzi li joffru servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin b’miżuri li jistgħu jieħdu biex jipproteġu s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom pereżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta’ softwer jew teknoloġiji ta’ kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti aħħarin jiġu infurmati b’riskji ta’ sigurtà partikolari ma jeħlisx lil fonitur ta’ servizz mill-obbligu li jieħu, bi spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe riskju ta’ sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta’ sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta’ informazzjoni dwar ir-riskji ta’ sigurtà għall-abbonat għandu jkun mingħajr ħlas. Is-sigurtà hija evalwata fid-dawl tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679. | (37) Il-fornituri ta’ servizzi li joffru servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jipproċessaw id-data ta’ komunikazzjoni elettronika b’tali mod li jevitaw l-aċċess, id-divulgazzjoni jew l-alterazzjoni mhux awtorizzati, jiżguraw li tali aċċess, divulgazzjoni jew alterazzjoni mhux awtorizzati jkunu jistgħu jiġu aċċertati, u jiżguraw ukoll li tali data ta’ komunikazzjoni elettronika tiġi protetta billi jużaw tipi speċifiċi ta’ softwer u teknoloġiji ta’ kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti aħħarin jiġu infurmati b’riskji ta’ sigurtà partikolari ma jeħlisx lil fonitur ta’ servizz mill-obbligu li jieħu, bi spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe riskju ta’ sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta’ sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta’ informazzjoni dwar ir-riskji ta’ sigurtà għall-abbonat għandu jkun mingħajr ħlas. Is-sigurtà hija evalwata fid-dawl tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-obbligi tal-Artikolu 40 tal-[Kodiċi Ewropew dwar Komunikazzjoni Elettronika] jenħtieġ li japplikaw għas-servizzi kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi u l-obbligi tas-sigurtà relatati magħhom. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 40
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(40) Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tar-regoli ta’ dan ir-Regolament, kull awtorità superviżorja għandu jkollha s-setgħa timponi penali inklużi multi amministrattivi għal kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament, flimkien, jew minflok kwalunkwe miżura adatta oħra skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jindika l-ksur u l-limitu massimu u l-kriterji biex jiġu stabbiliti l-multi amministrattivi relatati, li għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità superviżorja kompetenti f’kull każ individwali, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, filwaqt li jittieħed kont dovut b’mod partikolari għan-natura, il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u l-miżuri meħudin biex tiġi żgurata konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament u għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tal-ksur. Bil-għan li tiġi stabbilita multa taħt dan ir-Regolament, intrapriża għandha tkun mifhuma bħala intrapriża skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat. | (40) Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tar-regoli ta’ dan ir-Regolament, kull awtorità superviżorja għandu jkollha s-setgħa timponi penali inklużi multi amministrattivi għal kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament, flimkien, jew minflok kwalunkwe miżura adatta oħra skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jindika l-ksur u l-limitu massimu u l-kriterji biex jiġu stabbiliti l-multi amministrattivi relatati, li għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità superviżorja kompetenti f’kull każ individwali, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, filwaqt li jittieħed kont dovut b’mod partikolari għan-natura, il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u l-miżuri meħudin biex tiġi żgurata konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament u għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tal-ksur. Bil-għan li tiġi stabbilita multa taħt dan ir-Regolament, intrapriża għandha tkun mifhuma bħala intrapriża skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat. L-impożizzjoni ta’ penali doppji li jirriżultaw mill-ksur kemm tar-Regolament (UE) 2016/279 kif ukoll ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ipprojbita. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 1 | Artikolu 1 |
Suġġett | Suġġett |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi fil-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, u b’mod partikolari, id-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet u l-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. | 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi fil-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, u b’mod partikolari, id-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet u l-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. |
2. Dan ir-Regolament jiżgura l-moviment liberu ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika u ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, li la għandu jkun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet relatati mar-rispett għall-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. | 2. Dan ir-Regolament jiżgura, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, il-moviment liberu ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika u ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, li la għandu jkun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet relatati mar-rispett għall-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet ta’ persuni fiżiċi u l-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. |
3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jippartikularizzaw u jikkomplementaw ir-Regolament (UE) 2016/679 billi jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. | 3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jikkomplementaw ir-Regolament (UE) 2016/679 billi jistabbilixxu regoli speċifiċi meħtieġa għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li japplikaw sakemm dan ir-Regolament ma jistipulax dispożizzjonijiet speċjali. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 2 | Artikolu 2 |
Kamp ta’ applikazzjoni materjali | Kamp ta’ applikazzjoni materjali |
1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika mwettqa b’konnessjoni mal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u għal informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin. | 1. Dan ir-Regolament japplika: |
| (a) għall-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika mwettqa b’konnessjoni mal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u għal informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin, jew ipproċessata minnu, irrispettivament minn jekk hux meħtieġ pagament mill-utent; |
| (b) għal informazzjoni trażmessa, maħżuna, miġbura minn, ipproċessata minn, jew inkella relatata ma’ tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, jekk ma tkunx protetta skont ir-Regolament (UE) 2016/679; |
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal: | 2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal: |
(a) attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu tal-liġi tal-Unjoni; | (a) attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu tal-liġi tal-Unjoni; |
(b) attivitajiet tal-Istati Membri li jaqgħu taħt l-ambitu tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; | (b) attivitajiet tal-Istati Membri li jaqgħu taħt l-ambitu tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; |
(c) servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li mhumiex pubblikament disponibbli; | (c) servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li mhumiex pubblikament disponibbli skont l-Artikolu 2(2)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(d) attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika; | (d) attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika; |
3. L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni huwa rregolat mir-Regolament (UE) 00/0000 [Regolament ġdid li jissostitwixxi r-Regolament 45/2001] | 3. L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni huwa rregolat mir-Regolament (UE) 00/0000 [Regolament ġdid li jissostitwixxi r-Regolament 45/2001] |
4. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli ta’ responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizz intermedjarju fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva. | 4. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli ta’ responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizz intermedjarju fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva. |
5. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/53/UE. | 5. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/53/UE. |
________________ | ________________ |
1 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”)( ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1-16). | 1 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”)( ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1-16). |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 3 | Artikolu 3 |
Kamp ta’ applikazzjoni u rappreżentant territorjali | Kamp ta’ applikazzjoni u rappreżentant territorjali |
1. Dan ir-Regolament japplika għal: | 1. Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, fejn l-utent aħħari huwa fl-Unjoni: |
(a) il-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika lil utenti aħħarin fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk hux meħtieġ pagament tal-utent aħħari; |
|
(b) l-użu ta’ servizzi tali; |
|
(c) il-protezzjoni ta’ informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin li jkunu jinsabu fl-Unjoni. |
|
2. Fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika mhux stabbilit fl-Unjoni huwa għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni. | 2. Fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika, il-fornitur ta’ direttorju pubblikament disponibbli, il-fornitur ta’ softwer li jippermetti komunikazzjoni elettronika jew il-persuna li tiġbor informazzjoni trażmessa lejn, maħżuna fi, miġbura minn, ipproċessata minn jew altrimenti relatata ma’ tagħmir terminali tal-utenti aħħarin ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni huma għandhom jaħtru bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
3. Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-utenti aħħarin ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika tali. | 3. Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-utenti aħħarin ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika tali. |
4. Ir-rappreżentant għandu jkollu s-setgħa li jwieġeb mistoqsijiet u jipprovdi informazzjoni minbarra jew minflok il-fornitur li jirrappreżenta, b’mod partikolari, lill-awtoritajiet superviżorji, u lill-utenti aħħarin, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament. | 4. Ir-rappreżentant għandu jkun awtorizzat u pprovdut bl-informazzjoni rilevanti mill-fornitur li jirrappreżenta biex iwieġeb mistoqsijiet u jipprovdi informazzjoni minbarra jew minflok il-fornitur li jirrappreżenta, b’mod partikolari, lill-awtoritajiet superviżorji, lill-qrati u lill-utenti aħħarin, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament. |
5. Il-ħatra ta’ rappreżentant skont il-paragrafu 2 għandha tkun mingħajr ħsara għal azzjonijiet legali, li jistgħu jinbdew kontra persuna fiżika jew ġuridika li tipproċessa data ta’ komunikazzjoni elettronika b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn barra l-Unjoni lil utenti aħħarin fl-Unjoni. | 5. Il-ħatra ta’ rappreżentant skont il-paragrafu 2 għandha tkun mingħajr ħsara għal azzjonijiet legali, li jistgħu jinbdew kontra persuna fiżika jew ġuridika li twettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 minn barra l-Unjoni. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
c) “metadata ta’ komunikazzjoni elettronika” tfisser data pproċessata f’netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika; inkluża data użata biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta’ komunikazzjoni, data dwar il-post tal-apparat iġġenerata fil-kuntest tal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta’ komunikazzjoni; | c) “metadata ta’ komunikazzjoni elettronika” tfisser data pproċessata f’netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika; inkluża data użata biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta’ komunikazzjoni, data dwar il-post tal-apparat iġġenerata fil-kuntest tal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta’ komunikazzjoni; Din tinkludi data mxandra jew trażmessa mit-tagħmir terminali biex jiġu identifikati l-komunikazzjonijiet tal-utenti aħħarin u/jew it-tagħmir terminali fin-netwerk u jippermettulu jaqbad ma’ tali netwerk jew apparat ieħor. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
f) “komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta” tfisser kwalunkwe forma ta’ reklamar, kemm jekk bil-miktub jew orali, mibgħut lil utent wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ telefonati u komunikazzjoni b’interazzjoni umana jew mingħajrha, posta elettronika, SMS, eċċ.; | f) “komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta” tfisser kwalunkwe forma ta’ komunikazzjoni kummerċjali, kemm jekk bil-miktub jew orali, mibgħut lil utent wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ telefonati u komunikazzjoni b’interazzjoni umana jew mingħajrha, posta elettronika, SMS, eċċ.; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Kapitolu 2 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
PROTEZZJONI TA’ KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI U TA’ INFORMAZZJONI MAĦŻUNA FIT-TAGĦMIR TERMINALI TAGĦHOM | PROTEZZJONI TA’ KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI U TA’ INFORMAZZJONI PPROĊESSATA MINN U RELATATA MAT-TAGĦMIR TERMINALI TAGĦHOM |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 5 | Artikolu 5 |
Kunfidenzjalità ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika | Kunfidenzjalità ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika |
Kunfidenzjalità ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika | Kunfidenzjalità ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika |
Id-data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta’ interċettazzjoni, sorveljanza jew ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament. | 1. Id-data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta’ interċettazzjoni, sorveljanza jew kwalunkwe pproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika irrispettivament minn jekk din id-data hijiex fi tranżitu jew maħżuna, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament. |
| 1a. Għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, il-fornituri ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali kif definiti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, biex tiġi protetta l-integrità tat-tagħmir terminali u s-sikurezza, is-sigurtà u l-privatezza tal-utenti, il-fornituri jew in-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jieħdu miżuri xierqa bbażati fuq ir-riskju u fuq l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex b’mod raġonevoli jevitaw id-distribuzzjoni permezz tan-netwerks jew tas-servizzi tagħhom ta’ softwer malizzjuż kif imsemmi fl-Artikolu 7(a) tad-Direttiva 2013/40/UE. |
| 1b. Il-kunfidenzjalità tad-data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tinkludi wkoll it-tagħmir terminali u l-komunikazzjonijiet minn magna għal magna meta tkun relatata ma’ utent. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 6 | Artikolu 6 |
Proċessar permess ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika | Proċessar permess ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika |
Proċessar permess ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika | Proċessar legali ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika |
1. Il-fornituri ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi jistgħu jipproċessaw data ta’ komunikazzjoni elettronika jekk: | 1. Il-fornituri ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi jistgħu jipproċessaw data ta’ komunikazzjoni elettronika biss jekk: |
(a) dan ikun neċessarju biex jiksbu t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni, għat-tul ta’ żmien neċessarju għal dak il-għan; jew | (a) dan ikun teknikament strettament neċessarju biex jiksbu t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni, għat-tul ta’ żmien neċessarju għal dak il-għan u d-data tinżamm f’format binarju; jew |
(b) dan ikun neċessarju biex tinżamm jew terġa’ tiġi stabbilita s-sigurtà ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, jew biex jinkixfu ħsarat tekniċi u/jew żbalji fit-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni elettronika, għat-tul ta’ żmien neċessarju għal dak il-għan. | (b) dan ikun teknikament strettament neċessarju biex tinżamm jew terġa’ tiġi stabbilita d-disponibbiltà, l-integrità, il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tan-netwerks jew tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika rispettivi, jew biex jinkixfu ħsarat tekniċi u/jew żbalji fit-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni elettronika, għat-tul ta’ żmien teknikament neċessarju għal dak il-għan. jew |
| (ba) fejn tali pproċessar jipproduċi effetti biss b’relazzjoni mal-utent li jkun talab is-servizz u ma jaffettwax b’mod negattiv id-drittijiet fundamentali ta’ utenti oħra, meta l-utent ikun ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha, u sal-punt li l-iskop ikkonċernat ma setax jintlaħaq mingħajr l-ipproċessar ta’ tali metadata. |
2. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jekk: | 2. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika biss: |
(a) dan ikun neċessarju biex tintlaħaq il-kwalità obbligatorja ta’ rekwiżiti ta’ servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/2120 għat-tul ta’ żmien neċessarju għal dak il-għan; jew | (a) dan ikun strettament neċessarju biex tintlaħaq il-kwalità obbligatorja ta’ rekwiżiti ta’ servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/2120 għat-tul ta’ żmien teknikament neċessarju għal dak il-għan; jew |
(b) dan huwa neċessarju għal ħruġ ta’ kontijiet, kalkolu ta’ pagamenti ta’ interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta’ abbonament frodulenti għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jew tal-użu abbużiv tagħhom; jew | (b) dan huwa strettament neċessarju għal ħruġ ta’ kontijiet, kalkolu ta’ pagamenti ta’ interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta’ abbonament frodulenti għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jew tal-użu abbużiv u illegali tagħhom; |
(c) l-utent ikkonċernat ta(t) (i)l-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar tal-metadata ta’ komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta’ servizzi speċifiċi lil utenti aħħarin tali, diment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li hija magħmula anonima. | (c) l-utent aħħari kkonċernat, wara li jkun irċieva l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ipproċessar intenzjonat b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem faċilment, ipprovduta b’mod separat mit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornitur, ikun ta minn qabel il-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tal-metadata ta’ komunikazzjonijiet tiegħu għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta’ servizzi speċifiċi lil tali utenti aħħarin, dment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u sodisfatt(i) mingħajr l-ipproċessar ta’ tali metadata. |
3. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika biss: | 3. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika biss: |
(a) għall-uniku fini tal-forniment ta’ servizz speċifiku lil utent aħħari, jekk l-utent aħħari jew l-utenti aħħarin ikkonċernat(i) ikun(u) ta(w) (i)l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha u l-forniment ta’ dak is-servizz ma jistax jiġi ssodisfat mingħajr l-ipproċessar ta’ kontenut tali; jew | (a) għall-uniku fini tal-forniment ta’ servizz speċifiku mitlub mill-utent aħħari, jekk l-utent aħħari kkonċernat ikun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha minn qabel għall-ipproċessar tal-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha u l-forniment ta’ dak is-servizz ma jkunx jista’ jiġi sodisfatt mingħajr l-ipproċessar ta’ kontenut tali mill-fornitur, u l-kunsens ma jkunx kundizzjoni biex wieħed ikollu aċċess għal servizz jew jużah; jew |
(b) jekk l-utenti aħħarin ikkonċernati kollha taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika tagħhom għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar li ma jistax/jistgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li hija magħmula anonima, u l-fornitur ikkonsulta l-awtorità superviżorja. Il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw għall-konsultazzjoni tal-awtorità superviżorja. | (b) jekk l-utenti aħħarin ikkonċernati kollha taw il-kunsens tagħhom minn qabel għall-ipproċessar tal-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika tagħhom għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar li ma jistax/jistgħux jiġi/u sodisfatt(i) bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li hija magħmula anonima, u l-fornitur ikkonsulta l-awtorità superviżorja. Il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw għall-konsultazzjoni tal-awtorità superviżorja. |
| 3a. Għall-għoti ta’ servizz mitlub b’mod espliċitu minn utent ta’ servizz tal-komunikazzjoni elettronika għall-użu purament individwali tiegħu jew għall-użu individwali relatat max-xogħol, il-fornitur tas-servizz tal-komunikazzjoni elettronika jista’ jipproċessa d-data tal-komunikazzjoni elettronika biss għall-għoti tas-servizz mitlub b’mod espliċitu u mingħajr il-kunsens tal-utenti kollha biss fejn dan l-ipproċessar mitlub jipproduċi effetti biss fir-rigward tal-utent li jkun talab is-servizz u ma jaffettwax b’mod negattiv id-drittijiet fundamentali ta’ utent jew utenti oħra. Dan il-kunsens speċifiku mill-utent aħħari għandu jipprekludi lill-fornitur milli jipproċessa dik id-data għal kwalunkwe fini ieħor. |
________________ | ________________ |
1 ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18). | 1 ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18). |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 7 | Artikolu 7 |
Ħażna u tħassir ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika | Ħażna u tħassir ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika |
1. Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima wara li r-riċevitur jew ir-riċevituri maħsuba jkunu rċevew il-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. Data tali tista’ tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti aħħarin jew minn parti terza fdata minnhom biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b’xi mod ieħor data tali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679. | 1. Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1), il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima wara li r-riċevitur jew ir-riċevituri maħsuba jkunu rċevew il-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. Data tali tista’ tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti aħħarin jew minn parti terza oħra speċifika fdata minnhom biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b’xi mod ieħor data tali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679. |
2. Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni. | 2. Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni. |
3. Fejn l-ipproċessar ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jseħħ għall-fini tal-ħruġ tal-kontijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(2), il-metadata rilevanti tista’ tinżamm sa tmiem il-perjodu li matulu kont jista’ jiġi legalment ikkontestat jew li matulu jista’ jibqa’ jintalab pagament skont il-liġi nazzjonali. | 3. Fejn l-ipproċessar ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jseħħ għall-fini tal-ħruġ tal-kontijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(2), il-data li hija strettament neċessarja tista’ tinżamm sa tmiem il-perjodu li matulu kont jista’ jiġi legalment ikkontestat jew li matulu jista’ jibqa’ jintalab pagament skont il-liġi nazzjonali. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 8 | Artikolu 8 |
Protezzjoni ta’ informazzjoni maħżuna fi u relatata ma’ tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin | Protezzjoni ta’ informazzjoni maħżuna fi, relatata ma’ u pproċessata minn tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin |
1. L-użu ta’ kapaċitajiet ta’ pproċessar u ħżin ta’ tagħmir terminali u l-ġbir ta’ informazzjoni mit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, inkluż dwar is-softwer u l-ħardwer tiegħu, minbarra l-utent aħħari kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin: | 1. L-użu ta’ kapaċitajiet ta’ pproċessar u ħżin ta’ tagħmir terminali u l-ġbir ta’ informazzjoni mit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni permezz tat-tagħmir terminali, inkluża informazzjoni dwar jew iġġenerata mis-softwer u l-ħardwer tiegħu, u kwalunkwe data tal-kommunikazzjonijiet elttroniċi li tidentifika utenti aħħarin, minbarra l-utent aħħari kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin: |
dan ikun neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika; jew | (a) dan ikun strettament neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika li fih għandha tinħażen id-data f’format binarju; jew |
(b) l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew | (b) l-utent aħħari jkun ta l-kunsens speċifiku tiegħu jew tagħha, li m’għandux ikun obbligatorju biex wieħed ikollu aċċess għas-servizz; |
(c) dan ikun neċessarju għall-forniment ta’ servizz ta’ soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari; jew | (c) dan ikun strettament neċessarju għall-forniment ta’ servizz ta’ soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari, għat-tul ta’ żmien meħtieġ għal dak l-għoti tas-servizz, sakemm l-għoti ta’ dak is-servizz speċifiku ma jistax jiġi sodisfatt mingħajr l-ipproċessar ta’ tali kontenut mill-fornitur; jew |
(d) jekk dan ikun neċessarju għall-kejl tal-udjenza tal-web, diment li tali kejl isir mill-fornitur tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari. | (d) jekk dan ikun strettament neċessarju għall-kejl tal-udjenza tal-web tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari, dment li tali kejl isir mill-fornitur, jew f’isem il-fornitur, jew minn aġenzija tal-analitika tal-web indipendenti li taġixxi fl-interess pubbliku jew għal skop xjentifiku; u barra minn hekk, dment li l-ebda data personali ma tkun ġiet magħmula aċċessibbli għal kwalunkwe parti oħra u li tali kejl tal-udjenza tal-web ma jirriżultax b’mod li jiġu ntraċċati l-utenti aħħarin madwar is-servizzi differenti tas-soċjetà tal-informazzjoni u li jirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-utent aħħari. |
| (da) id-data titħassar mingħajr dewmien żejjed ladarba jintilef l-iskop tal-ġbir. |
| (daa) aġġornament tas-sigurtà huwa strettament teknikament neċessarju, dment li: |
| (i) tali aġġornamenti bl-ebda mod ma jibdlu l-funzjonalità tal-ħardwer jew softwer jew tas-settings tal-privatezza magħżula mill-utent; |
| (ii) l-utent jiġi infurmat minn qabel kull darba li jkun qed jiġi installat tali aġġornament; u |
| (iii) l-utent ikollu l-possibbiltà li jipposponi jew jitfi l-installazzjoni awtomatika ta’ tali aġġornament; |
| (db) jekk dan huwa strettament neċessarju għall-personalizzazzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pprovduta lill-utenti aħħarin u rikjesta minnhom. |
| Punti a, c u d għandhom ikunu limitati għal sitwazzjonijiet li ma jinvolvu l-ebda vjolazzjoni tal-privatezza jew drittijiet fundamentali oħra, jew fejn dawn ikunu biss verament limitati. |
| L-ebda utent ma għandu jkun imċaħħad minn kwalunkwe servizz jew funzjonalità tas-soċjetà tal-informazzjoni, irrispettivament minn jekk dan is-servizz huwiex bi ħlas jew le, abbażi tal-fatt li l-utent aħħari ma jagħtix il-kunsens kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1) jew il-punt (b) tal-Artikolu 8(2) għall-ipproċessar ta’ kwalunkwe data li ma tkunx strettament meħtieġa għall-funzjonalità mitluba mill-utent aħħari. |
2. Il-ġbir ta’ informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista’ jagħmel konnessjoni ma’ apparat ieħor u, jew ma’ tagħmir tan-netwerk għandu jkun ipprojbit, ħlief jekk: | 2. Il-ġbir ta’ informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista’ jagħmel konnessjoni ma’ apparat ieħor u, jew ma’ tagħmir tan-netwerk għandu jkun ipprojbit, ħlief jekk: |
(a) dan isir esklużivament biex, għall-ħin neċessarju għal, u għall-fini tal-istabbiliment ta’ konnessjoni; jew | (a) dan isir esklużivament biex, għall-ħin neċessarju għal, u għall-unika fini ta’ twaqqif ta’ konnessjoni mitluba mill-utent aħħari; jew |
| (aa) l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew |
| (ab) id-data hija anonimizzata u r-riskji huma mitigati kif xieraq. |
(b) jiġi muri avviż ċar u prominenti li jipprovdi informazzjoni dwar, mill-inqas, il-modalitajiet tal-ġbir, l-għanijiet tiegħu, il-persuna responsabbli minnu u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 fejn tinġabar data personali, kif ukoll kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista’ jieħu biex iwaqqaf jew jimminimizza l-ġbir. | (b) l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ipproċessar intenzjonat tkun ipprovduta b’avviż ċar u faċli għall-qarrej, ipprovdut separatament mit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornitur, li jistabbilixxi, mill-inqas, id-dettalji ta’ kif l-informazzjoni tkun se tinġabar, l-għanijiet tal-ġbir, il-persuna responsabbli minnu u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 fejn tinġabar data personali. Il-ġbir ta’ informazzjoni tali għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiġi żgurat livell ta’ sigurtà adatt għar-riskji, kif stabbilit fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
Il-ġbir ta’ informazzjoni tali għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat livell ta’ sigurtà adatt għar-riskji, kif imniżżel fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, ġew applikati. | Il-ġbir ta’ informazzjoni tali għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat livell ta’ sigurtà adatt għar-riskji, kif imniżżel fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, ġew applikati. |
| 2a. Għall-finijiet tal-punt (ab) tal-paragrafu 2, il-kontrolli li ġejjin għandhom jiġu implimentati biex jiġu mitigati r-riskji: |
| (a) l-għan tal-ġbir tad-data mit-tagħmir terminali għandu jkun ristrett għal għadd statistiku biss; |
| (b) l-intraċċar għandu jkun limitat bħala żmien u bħala spazju sal-punt strettament meħtieġ għal dan il-għan; |
| (c) id-data għandha titħassar jew tiġi anonimizzata immedjatament wara li jiġi sodisfatt l-għan; u |
| (d) l-utenti għandhom jingħataw possibilitajiet effettivi ta’ nonparteċipazzjoni. |
3. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 tista’ tiġi pprovduta flimkien ma’ ikoni standardizzati sabiex tingħata spjegazzjoni ġenerali sinifikattiva tal-ġbir b’mod faċilment viżibbli, intelliġġibbli u leġġibbli b’mod ċar. | 3. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 tista’ tiġi pprovduta flimkien ma’ ikoni standardizzati sabiex tingħata spjegazzjoni ġenerali sinifikattiva tal-ġbir b’mod faċilment viżibbli, intelliġġibbli u leġġibbli b’mod ċar. |
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 li jiddeterminaw l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-ikona standardizzata u l-proċeduri għall-forniment ta’ ikoni standardizzati. | 4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 li jiddeterminaw l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-ikona standardizzata u l-proċeduri għall-forniment ta’ ikoni standardizzati. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 9 | Artikolu 9 |
Kunsens | Kunsens |
1. Id-definizzjoni ta’ u l-kundizzjonijiet għal kunsens previsti taħt l-Artikoli 4(11) u 7 tar-Regolament (UE) 2016/679/UE għandhom japplikaw. | 1. Id-definizzjoni ta’ u l-kundizzjonijiet għal kunsens previsti taħt l-Artikoli 4(11) u 7(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679/UE għandhom japplikaw. |
2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, fejn ikun teknikament possibbli u fattibbli, għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1), il-kunsens jista’ jiġi espress bl-użu tas-settings tekniċi adatti ta’ applikazzjoni ta’ softwer li tippermetti l-aċċess għall-Internet. | 2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, fejn ikun teknikament possibbli u fattibbli, b’mod partikolari għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1), il-kunsens jista’ jiġi espress bl-użu tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika. Meta dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jintużaw mill-utent aħħari, huma għandhom ikunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti oħra. |
3. L-utenti aħħarin li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika kif imniżżel fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3) għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin kif stabbilit taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 u jkunu mfakkra dwar din il-possibbiltà f’intervalli perjodiċi ta’ 6 xhur, sakemm l-ipproċessar jitkompla. | 3. L-utenti aħħarin li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika kif imniżżel fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-punt (b) tal-Artikolu 8(1) u l-punt (aa) tal-Artikolu 8(2) għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin kif stabbilit taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Għandu jkun faċli li jiġi rtirat daqskemm ikun faċli biex jingħata l-kunsens u, barra minn hekk, l-utent aħħari għandu jitfakkar dwar din il-possibbiltà f’intervalli perjodiċi ta’ 6 xhur, sakemm l-ipproċessar jitkompla. |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 10 | Artikolu 10 |
Informazzjoni u opzjonijiet biex jiġu pprovduti s-settings tal-privatezza | Informazzjoni u opzjonijiet biex jiġu pprovduti s-settings tal-privatezza - il-privatezza bid-disinn u b’mod awtomatiku. |
1. Softwer imqiegħed fis-suq li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inkluż l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet, għandu joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali ta’ utent aħħari jew jipproċessaw informazzjoni diġà maħżuna fuq dak it-tagħmir. | 1. Softwer imqiegħed fis-suq li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inkluż l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet, għandu: 1a. joffri l-opzjoni li jipprevjeni lil partijiet terzi milli jaħżnu informazzjoni ta’ utent aħħari jew jipproċessaw informazzjoni diġà maħżuna f’dak it-tagħmir. |
| 1a. B’mod awtomatiku, joffri settings protettivi tal-privatezza biex jipprevjenu partijiet oħra milli jaħżnu informazzjoni fit-tagħmir terminali ta’ utent u milli jipproċessaw l-informazzjoni diġà maħżuna f’dak it-tagħmir; |
| 1b. Hekk kif jiġi installat, jinforma u joffri lill-utent il-possibbiltà li jibdel jew jikkonferma l-għażliet tas-settings tal-privatezza definiti fil-punt (a) billi jitlob il-kunsens tal-utent għal setting; |
| 1c. Jagħmel is-setting definit fil-punti (a) u (b) faċilment aċċessibbli matul l-użu tas-softwer; u |
| 1d. Joffri lill-utent il-possibbiltà li jesprimi kunsens speċifiku permezz tas-settings wara l-installazzjoni tas-softwer. |
2. Mal-installazzjoni, is-softwer għandu jinforma lill-utent aħħari dwar l-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza u, biex ikompli bl-installazzjoni, għandu jirrikjedi l-kunsens tal-utent aħħari għal setting. | 2. Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, is-settings għandhom jinkludu sinjal li jintbagħat lill-partijiet l-oħra biex jinformahom dwar is-settings tal-privatezza tal-utent. Dawn is-settings għandhom ikunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti oħra. |
| Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu joħroġ linji gwida biex jiġi ddeterminat liema speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi ta’ senjalazzjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kunsens u għal oġġezzjoni skont il-punti (a) u (b). |
3. Fil-każ ta’ softwer li jkun diġà ġie installat fil-25 ta’ Mejju 2018, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rrispettati fil-mument tal-ewwel aġġornament tas-softwer, iżda mhux aktar tard mill-25 ta’ Awwissu 2018. | 3. Fil-każ ta’ softwer li jkun diġà ġie installat fil-25 ta’ Mejju 2018, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rrispettati fil-mument tal-ewwel aġġornament tas-softwer, iżda mhux aktar tard mill-25 ta’ Awwissu 2018. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10a |
| Dan is-softwer irid jiżgura li l-kunsens mogħti minn utent aħħari skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(1) jieħu preċedenza fuq il-parametri magħżula meta s-softwer jiġi installat. |
| Is-softwer ma jridx jibblokkja l-ipproċessar tad-data li huwa legalment awtorizzat skont l-Artikolu 8(1)(a) (b), (c) jew (d) jew (2)(a), ikunu x’ikunu s-settings tal-brawżer. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 11 | Artikolu 11 |
Restrizzjonijiet | Restrizzjonijiet |
1. Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista’ tirrestrinġi bis-saħħa ta’ miżura leġiżlattiva l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 sa 8 fejn restrizzjoni tali tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f’soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta’ wieħed jew aktar mill-interessi pubbliċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 23(1)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew funzjoni ta’ monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għal interessi tali. | 1. Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li l-fornitur huwa suġġett għaliha tista’ tirrestrinġi bis-saħħa ta’ miżura leġiżlattiva l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 sa 8 fejn restrizzjoni tali tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f’soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta’ wieħed jew aktar mill-interessi pubbliċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 23(1)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew funzjoni ta’ monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għal interessi tali. |
| 1a B’mod partikolari, kwalunkwe miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, fen rilevanti. |
2. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jistabbilixxu proċeduri interni biex iwieġbu għal talbiet għal aċċess għal data ta’ komunikazzjoni elettronika tal-utenti aħħarin abbażi ta’ miżura leġiżlattiva adottata skont il-paragrafu 1. Huma għandhom jipprovdu lill-awtorità superviżorja kompetenti, fuq talba, b’informazzjoni dwar dawk il-proċeduri, in-numru ta’ talbiet li jkunu waslu, il-ġustifikazzjoni legali invokata u t-tweġibiet tagħhom. | 2. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jistabbilixxu proċeduri interni biex iwieġbu għal talbiet għal aċċess għal data ta’ komunikazzjoni elettronika tal-utenti aħħarin abbażi ta’ miżura leġiżlattiva adottata skont il-paragrafu 1. Il-fornituri għandhom jirrispondu għat-talbiet għal aċċess skont ir-rekwiżiti legali fejn il-fornitur tas-servizz għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2016/679. Għal talbiet minn Stat Membru fejn il-fornitur ta’ servizz mhuwiex stabbilit, għandhom jiġu segwiti l-mekkaniżmi transfruntieri għal talbiet skont konvenzjonijiet ta’ assistenza legali reċiproka jew id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 rigward l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea fi kwistjonijiet kriminali. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi ta’ Stat Membru biex tiġi pprovduta informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi, dawn għandhom jipprovdu lill-awtorità superviżorja kompetenti, fuq talba, b’informazzjoni dwar dawk il-proċeduri, in-numru ta’ talbiet li jkunu waslu, il-ġustifikazzjoni legali invokata u t-tweġibiet tagħhom. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 15 | Artikolu 15 |
Direttorji pubblikament disponibbli | Direttorji pubblikament disponibbli |
1. Il-fornituri ta’ direttorji pubblikament disponibbli għandhom jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi biex jinkludu d-data personali tagħhom fid-direttorju u, b’konsegwenza, għandhom jiksbu l-kunsens minn dawn l-utenti aħħarin għall-inklużjoni ta’ data skont il-kategorija ta’ data personali, sa fejn data tali tkun rilevanti għall-fini tad-direttorju kif iddeterminat mill-fornitur tad-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali. | 1. Il-fornituri ta’ direttorji pubblikament disponibbli jew il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jiksbu l-kunsens minn qabel tal-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi biex jinkludu d-data personali tagħhom fid-direttorju ħalli jorganizzaw id-data personali f’kategoriji, sa fejn data tali tkun rilevanti għall-fini tad-direttorju kif iddeterminat mill-fornitur tad-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali jew li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin. |
2. Il-fornituri ta’ direttorju pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li d-data personali tagħhom tinsab fid-direttorju bil-funzjonijiet ta’ tfittxija disponibbli tad-direttorju u jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin qabel ma jippermettu funzjonijiet ta’ tfttxija tali relatati mad-data proprja tagħhom. | 2. Il-fornituri ta’ direttorju pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li d-data personali tagħhom tinsab fid-direttorju bil-funzjonijiet ta’ tfittxija disponibbli tad-direttorju u jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin qabel ma jippermettu funzjonijiet ta’ tfttxija tali relatati mad-data proprja tagħhom. |
3. Il-fornituri ta’ direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi bil-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-fatt li data relatata magħhom tiġi inkluża fid-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lil utenti aħħarin tali li huma persuni ġuridiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali. | 3. Il-fornituri ta’ direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi bil-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-fatt li data relatata magħhom tiġi inkluża fid-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lil utenti aħħarin tali li huma persuni ġuridiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali. |
4. Il-possibbiltà għall-utenti aħħarin li ma jiġux inklużi f’direttorju pubblikament disponibbli, jew li jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru kwalunkwe data relatata magħhom għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas. | 4. Il-possibbiltà għall-utenti aħħarin li ma jiġux inklużi f’direttorju pubblikament disponibbli, jew li jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru kwalunkwe data relatata magħhom għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jistgħu jużaw servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika bil-għan li jibagħtu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li taw il-kunsens tagħhom. | (1) L-użu minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inklużi telefonati minn vuċi għal vuċi, sistemi ta’ telefonati u komunikazzjonijiet awtomatizzati, inklużi sistemi semiawtomatizzati li jqabbdu l-persuna tat-telefonata ma’ individwu, faxes, posta elettronika jew ma’ użu ieħor ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika bil-għan li jiġu ppreżentati komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mhux solleċitati jew diretti lil utenti aħħarin, għandu jkun permess biss fir-rigward tal-utenti aħħarin li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Fejn persuna fiżika jew ġuridika tikseb id-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi għal posta elettronika mill-klijent tagħha, fil-kuntest tal-bejgħ ta’ prodott jew servizz, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, dik il-persuna fiżika jew ġuridika tista’ tuża dawn id-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta ta’ prodotti jew servizzi simili proprji tagħha biss jekk il-klijenti jingħataw b’mod ċar u distintivament l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b’mod faċli, għal użu tali. Id-dritt ta’ oġġezzjoni għandu jingħata fil-mument tal-ġbir u kull darba li jintbagħat messaġġ. | (2) Fejn persuna fiżika jew ġuridika tikseb id-dettalji ta’ kuntatt għal posta elettronika mill-klijent tagħha, fil-kuntest tal-bejgħ ta’ prodott jew servizz, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, dik il-persuna fiżika jew ġuridika tista’ tuża dawn id-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta ta’ prodotti jew servizzi simili proprji tagħha għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar biss jekk il-klijenti b’mod ċar u distintivament jingħataw l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b’mod faċli, għal użu tali. Il-klijent għandu jkun infurmat dwar id-dritt ta’ oġġezzjoni u għandu jingħata mod faċli biex jeżerċitah fil-mument tal-ġbir u kull darba li jintbagħat messaġġ. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
a) jippreżentaw l-identità ta’ linja li fuqha jistgħu jiġu kkuntattjati; jew | a) jippreżentaw l-identità ta’ linja li fuqha jistgħu jiġu kkuntattjati; u |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mhux solleċitati għandhom ikunu rikonoxxibbli b’mod ċar bħala tali u għandhom jindikaw l-identità tal-persuna ġuridika jew fiżika li tkun qed tittrażmetti l-komunikazzjoni jew li f’isimha tkun qed tiġi trażmessa l-komunikazzjoni. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ir-riċevituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirrifjutaw aktar messaġġi ta’ kummerċjalizzazzjoni bil-miktub jew orali. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu bil-liġi li telefonati vuċi għal vuċi ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jistgħu jsiru biss fir-rigward ta’ utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li ma esprimewx l-oġġezzjoni tagħhom li jirċievu dawk il-komunikazzjonijiet. | imħassar |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tuża servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika biex tittrażmetti komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta għandha tinforma lill-utenti aħħarin bin-natura ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-komunikazzjoni u bl-identità tal-persuna ġuridika jew fiżika f’isem min qed tiġi trażmessa l-komunikazzjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex ir-riċevituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw il-kunsens tagħhom, b’mod faċli, biex jirċievu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni oħra. | (6) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tuża servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika biex tittrażmetti komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta għandha tinforma lill-utenti aħħarin bin-natura ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-komunikazzjoni u bl-identità tal-persuna ġuridika jew fiżika f’isem min qed tiġi trażmessa l-komunikazzjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex ir-riċevituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw il-kunsens tagħhom, jew joġġezzjonaw, b’mod li jkun faċli daqslikieku qed jingħata kunsens u mingħajr ħlas, biex jirċievu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni oħra. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 17 | Artikolu 17 |
Informazzjoni dwar riskji ta’ sigurtà skoperti | Informazzjoni dwar riskji ta’ sigurtà skoperti |
Fil-każ ta’ riskju partikolari li jista’ jikkomprometti s-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jinforma lill-utenti aħħarin dwar riskju tali u, fejn ir-riskju jaqa’ barra l-ambitu tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornitur tas-servizz, jinforma lill-utenti aħħarin bi kwalunkwe rimedju possibbli, inkluża indikazzjoni tal-ispejjeż probabbli involuti. | Fil-każ ta’ riskju partikolari jew theddida sinifikanti li jistgħu jikkompromettu s-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jkun konformi mal-obbligi tas-sigurtà previsiti fl-Artikoli 32 sa 34 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 40 tad-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjoni Elettronika. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 21 | Artikolu 21 |
Rimedji | Rimedji |
1. Mingħajr ħsara għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull utent aħħari ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jkollu l-istess rimedji previsti fl-Artikoli 77, 78, u 79 tar-Regolament (UE) 2016/679. | 1. Mingħajr ħsara għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull utent aħħari ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jkollu l-istess rimedji previsti fl-Artikoli 77, 78, u 79 u 80 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
2. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minbarra utenti aħħarin affettwata b’mod negattiv minn ksur ta’ dan ir-Regolament u li għandha interess leġittimu fil-waqfien jew il-projbizzjoni tal-ksur allegat, inkluż fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li jkun qed jipproteġi l-interessi kummerċjali leġittimi tiegħu, għandu jkollha dritt li tressaq proċedimenti legali fir-rigward tat-tali ksur. | 2. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minbarra utenti aħħarin affettwata b’mod negattiv minn ksur ta’ dan ir-Regolament u li għandha interess leġittimu fil-waqfien jew il-projbizzjoni tal-ksur allegat, inkluż fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li jkun qed jipproteġi l-interessi kummerċjali leġittimi tiegħu, għandu jkollha dritt li tressaq proċedimenti legali fir-rigward tat-tali ksur. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Kwalunkwe utent aħħari ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li sofra dannu materjali jew nonmaterjali bħala riżultat ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament għandu jkollu d-dritt li jirċievi kumpens mingħand il-kontraventur għad-dannu soffert, diment li l-kontraventur ma jurix li ma huwa bl-ebda mod responsabbli għall-avveniment li wassal għad-dannu skont l-Artikolu 82 tar-Regolament (UE)2016/679. | Għandu japplika l-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2016/679 diġà jirregola l-kwistjoni tar-reponsabbiltà u d-dritt għal kumpens għad-danni. L-Artikolu introdott fl-Artikolu 22 tal-proposta għal regolament huwa estensjoni u speċifikazzjoni tal-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2016/679 u jirrendi dan l-abbozz lex specialis.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 23 | imħassar |
Kundizzjonijiet ġenerali biex jiġu imposti multi amministrattivi |
|
(1) Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għal ksur ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) Il-ksur tad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dan ir-Regolament għandu, skont il-paragrafu 1, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 10 000 000, jew fil-każ ta’ impriża, sa 2 % tal-fatturat annwali dinji totali tas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla: |
|
(a) l-obbligi ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproċessa data ta’ komunikazzjonijiet skont l-Artikolu 8; |
|
(b) l-obbligi tal-fornitur ta’ softwer li jippermetti komunikazzjoni elettronika, skont l-Artikolu 10; |
|
(c) l-obbligi tal-fornituri ta’ direttorji pubblikament disponibbli skont l-Artikolu 15; |
|
(c) l-obbligi ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 16. |
|
(3) Il-ksur tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, ipproċessar permess ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, limiti ta’ żmien għat-tħassir skont l-Artikoli 5, 6, u 7 għandu, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 20 000 000, jew fil-każ ta’ impriża, sa 4 % tal-fatturat annwali dinji totali tas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla. |
|
(4) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali għal ksur tal-Artikoli 12, 13, 14, u 17. |
|
(5) In-nonkonformità ma’ ordni minn awtorità superviżorja kif imsemmi fl-Artikolu 18, għandha tkun soġġetta għal multi amministrattivi sa EUR 20 000 000, jew fil-każ ta’ impriża, sa 4 % tal-fatturat annwali dinji totali tas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla. |
|
(6) Mingħajr ħsara għas-setgħat korrettivi tal-awtoritajiet superviżorji skont l-Artikolu 18, kull Stat Membru jista’ jistabbilixxi r-regoli dwar jekk u sa liema punt multi amministrattivi jistgħu jiġu imposti fuq l-awtoritajiet u l-korpi pubbliċi stabbiliti f’dak l-Istat Membru. |
|
(7) L-eżerċizzju mill-awtorità superviżorja tas-setgħat tagħha taħt dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għal salvagwardji proċedurali adatti skont il-liġi tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inklużi rimedju ġudizzjarju u proċess dovut effettivi. |
|
(8) Fejn is-sistema legali tal-Istat Membru ma tipprevedix multi amministrattivi, dan l-Artikolu jista’ jiġi applikat b’tali mod li l-multa tinbeda mill-awtorità superviżorja kompetenti u tiġi imposta minn qrati nazzjonali kompetenti, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għal multi amministrattivi imposti minn awtoritajiet superviżorji. Fi kwalunkwe każ, il-multi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tagħhom li jadottaw skont dan il-paragrafu sa [xxx] u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe liġi ta’ emenda jew emenda sussegwenti li taffettwahom. |
|
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2016/679 jirregola r-rekwiżiti ġenerali għall-impożizzjoni ta’ multi. L-ispeċifikazzjoni mogħtija hawnhekk timmodifika l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2016/679 u toħloq sistema doppja. Din l-istruttura doppja ttaqqal l-applikazzjoni ġuridika tal-awtoritajiet superviżorji u tal-qrati u twassal għal trattamenti inġusti.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 23a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 23a |
| Għandu japplika l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2016/679; |
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2016/679 jirregola r-rekwiżiti ġenerali għall-impożizzjoni ta’ multi. L-ispeċifikazzjoni mogħtija hawnhekk timmodifika l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2016/679 u toħloq sistema doppja. Din l-istruttura doppja ttaqqal l-applikazzjoni ġuridika tal-awtoritajiet superviżorji u tal-qrati u twassal għal trattamenti inġusti.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 24 | imħassar |
Penali |
|
(1) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali oħra applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament b’mod partikolari għal ksur li mhux soġġett għal multi amministrattivi skont l-Artikolu 23, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Tali penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
(2) Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-data stabbilita taħt l-Artikolu 29(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. |
|
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2016/679 jirregola s-sanzjonijiet. L-ispeċifikazzjoni mogħtija hawnhekk timmodifika l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2016/679 u toħloq sistema doppja. Din l-istruttura doppja ttaqqal l-applikazzjoni ġuridika tal-awtoritajiet superviżorji u tal-qrati u twassal għal trattamenti inġusti.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 24a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 24a |
| Għandu japplika l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2016/679 jirregola s-sanzjonijiet. L-ispeċifikazzjoni mogħtija hawnhekk timmodifika l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2016/679 u toħloq sistema doppja. Din l-istruttura doppja ttaqqal l-applikazzjoni ġuridika tal-awtoritajiet superviżorji u tal-qrati u twassal għal trattamenti inġusti.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Is-setgħa li jiġu adottati atti delgati msemmija fl-Artikolu 8(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. | (2) Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm iddettaljat għall-monitoraġġ tal-effettività ta’ dan ir-Regolament. | Mhux aktar tard minn sitt xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm iddettaljat għall-monitoraġġ tal-effettività ta’ dan ir-Regolament. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu | Ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika u t-tħassir tad-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika) | |||
Referenzi | COM(2017)0010 – C8-0009/2017 – 2017/0003(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 16.2.2017 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 16.2.2017 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Pavel Svoboda 28.2.2017 | |||
Rapporteur għal opinjoni sostitut(a) | Axel Voss | |||
Eżami fil-kumitat | 29.5.2017 | 19.6.2017 | 7.9.2017 |
|
Data tal-adozzjoni | 2.10.2017 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 11 10 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Isabella Adinolfi, Angel Dzhambazki, Jens Rohde, Virginie Rozière, Tiemo Wölken | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Arne Lietz | |||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
11 | + |
ALDE GUE/NGL S&D VERTS/ALE | Jean-Marie Cavada, Jens Rohde Jiří Maštálka Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Arne Lietz, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Tiemo Wölken Max Andersson, Julia Reda |
10 | - |
ECR EFDD ENF PPE | Angel Dzhambazki Joëlle Bergeron Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton Emil Radev, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka |
1 | 0 |
EFDD | Isabella Adinolfi |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni