Kumitat għall-Baġits

 

2010/2246(BUD)

30.11.2010

ABBOZZ TA' RAPPORT

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(0000/2010 – C7‑0000/2010 – 2010/2246(BUD) )

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: László Surján

PR_BUD_DAB

WERREJ

Paġna

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW  Error! Bookmark not defined.

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(0000/2010 – C7‑0000/2010 – 2010/2246(BUD) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2009[2],

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[3],

–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, imressaq mill-Kummissjoni fl-20 ta’ Ottubru 2010 ( COM(2010)0598 ),

–   wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1 għall-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10 għall-Baġit Ġenerali tal-2010, imressqa mill-Kummissjoni fis-26 ta' Novembru 2010,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10/2010 stabbilita mill-Kunsill fl-2010 (0000/2010 – C7-0000/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits ( A7–0000/2010 ),

A. billi l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10/2010 għall-baġit ġenerali tal-2010 jkopri l-punti li ġejjin:

–    żieda netta fil-previżjonijiet tad-dħul (EUR 466 miljun) wara r-reviżjoni tal-previżjonijiet ta' riżorsi proprji u dħul ieħor,

–    tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-linji tal-baġit għall-intestaturi 1a, 1b, 2 u 4 (EUR 755,6 miljun), wara li jitqies it-tqassim mill-ġdid propost fl-hekk imsejħa pagamenti bbilanċjati mill-ġdid “Trasferiment Globali (Global Transfer)” fil-linji tal-baġit biex jitqies il-progress fl-implimentazzjoni tal-baġit imwettaq s’issa;

–    il-ħolqien tal-punt tal-baġit 06 04 14 04 għall-iffinanzjar ta’ proġetti fl-oqsma tal-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġija minn sorsi rinnovabbli skont il-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku u tal-punt tal-baġit 26 01 51 31 – il-kontribuzzjoni tal-UE għall-hekk imsejħa Skejjel Ewropej “Tip 2”, bl-ammont ta’ EUR 4,83 miljun f’approprjazzjonijieit ta’ impenn u ta’ pagament meħtieġa għall-2010 u magħmula disponibbli mit-tqassim mill-ġdid fil-qasam ta’ politika 26 – amministrazzjoni tal-Kummissjoni;

–    tnaqqis ta’ EUR 15-il miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ċerti miżuri skont l-intestatura 1a;

–    tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament ta’ EUR 330 miljun skont l-intestatura 2 tal-Artikolu baġitarju 05 02 03, Rifużjonijiet fuq prodotti li mhumiex fl-Anness 1 u dwar l-Artikolu baġitarju 05 02 12 – Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, u tnaqqis ulterjuri ta’ EUR 28 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ EUR 5 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament mir-riżerva;

B.  billi l-Ittra Emendatorja għall-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10/2010 tissopprima t-tnaqqis ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn previsti fl-Intestatura 2 marbuta mal-Artikolu 05 02 12 "Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib" (- EUR 280 miljun) u l-Artikolu 05 02 03 "Rifużjonijiet fuq prodotti li mhumiex fl-Anness 1” (- EUR 50 miljun), minħabba ħtiġijiet għall-FAEG li huma aktar għoljin minn dawk previsti fil-bidu u l-possibilità li jinġarr għall-2011 id-dħul assenjat maħluq iżda mhux ikkunsmat fl-2010,

C. billi l-konsegwenza ġenerali fuq l-infiq għall-2010 tfisser tnaqqis ta’ EUR 43 miljun f’impenji u EUR 761 miljun f’pagamenti,

D. billi l-għan tal-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10/2010, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1, hu li jddaħħal l-aġġustament baġitarju fil-baġit tal-2010 b’mod formali,

E.  billi dan l-aġġustament għandu jwassal għal tnaqqis korrispondenti kemm fil-kontribuzzjonijiet finali tal-Istati Membri għall-Baġit Ewropew u fit-tnax-il parti provviżorja f’każ li ma jintlaħaqx ftehim sa’ tmiem l-2010,

F.  billi ma ntlaħaq l-ebda ftehim tul il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni tal-15 ta’ Novembru 2010, partikolarment dwar l-użu possibbli tal-marġini addizzjonali għall-2010 maħluq mill-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10/2010 biex ikopri l-ħtiġijiet finanzjarji għall-proġetti tal-ITER fl-2012 u l-2013,

1.  Ħa nota tal-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10/2010, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1;

2.  Jinnota li l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 314, paragrafu 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma qabilx dwar l-ebda test konġunt;

2.  [Japprova /jirrifjuta/jemenda] l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10/2010 tal-Ittra Emendatorja Nru 1 [mingħajr emenda] u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru x/2010 ġie [rifjutat / adottat b’mod definittiv] u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea];

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

[1] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.
[2] ĠU L 64, 12.3.2010,
[3] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.