Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
10.11.2017
***I
ABBOZZ TA' RAPPORT
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004
( COM(2016)0815 – C8‑0521/2016 – 2016/0397(COD) )
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Guillaume Balas
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 44
ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM 46
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004
( COM(2016)0815 – C8‑0521/2016 – 2016/0397(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2016)0815 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0521/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Lulju 2017[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Lulju 2017[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet ( A8‑0000/2017 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni1a, |
| __________________ |
| 1a ĠU C 342, 12.10.17, p. 65. |
Or. en
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Fl-1 ta' Mejju 2010 bdiet taħdem sistema mondernizzata tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009. | (1) Fl-1 ta' Mejju 2010 bdiet taħdem sistema modernizzata tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni tas-Sistema tal-Iskambju Elettroniku ta' Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI), maħsuba biex tgħin lill-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet kompetenti jiskambjaw informazzjoni aktar rapidament u b'mod iktar sigur. |
Or. fr
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Jidher mill-evalwazzjonijiet u mid-diskussjonijiet fil-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali li fl-oqsma tal-benefiċċji tal-kura fit-tul, il-benefiċċji tal-qgħad u l-benefiċċji tal-familja, il-proċess ta' modernizzazzjoni għandu jkompli. | (3) Mill-evalwazzjonijiet u mid-diskussjonijiet fil-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali jidher li, fl-oqsma tal-benefiċċji tal-kura fit-tul, il-benefiċċji tal-qgħad u l-benefiċċji tal-familja, jenħtieġ li l-proċess ta' modernizzazzjoni jkompli sabiex b'mod partikolari jiżgura li ċ-ċittadini tal-Unjoni jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mogħtija mir-regolamenti u jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni permezz tal-koordinazzjoni u l-iskambju ta' esperjenzi u tal-aħjar prattiki amministrattivi billi jippromwovi l-użu ta' teknoloġiji ġodda. |
Or. fr
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Jibqa' essenzjali li r-regoli ta' koordinazzjoni jżommu pass mal-evoluzzjoni tal-kuntest ġuridiku u tas-soċjetà li fih dawn joperaw billi jiġi ffaċilitat aktar l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-waqt fl-istess ħin tiġi żgurata ċ-ċarezza ġuridika, it-tqassim ġust u ekwu tal-piż finanzjarju bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u s-sempliċità amministrattiva tar-regoli. | (4) Jibqa' essenzjali li r-regoli ta' koordinazzjoni jżommu l-pass mal-evoluzzjoni tal-kuntest ġuridiku, teknoloġiku u tas-soċjetà li fih dawn joperaw billi jiġi ffaċilitat aktar l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata ċ-ċarezza ġuridika, it-tqassim ġust u ekwu tal-piż finanzjarju bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u s-sempliċità amministrattiva tar-regoli, partikolarment billi jiġu ottimizzati l-għodod u l-iskambji elettroniċi tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet kompetenti. |
Or. fr
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) Fit-13 ta' Settembru 2017, il-President tal-Kummissjoni ddikjara, fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, li "f'Unjoni ta' ugwali, ma jistax ikun hemm ħaddiema tat-tieni klassi" u li "ma jagħmilx sens li jkollna Awtorità Bankarja biex tissorvelja l-istandards bankarji, mentri mbagħad ma jkollniex Awtorità komuni tax-Xogħol komuni li tiżgura l-ġustizzja fis-suq uniku tagħna." Il-Parlament Ewropew ħeġġeġ, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2016 dwar id-dumping soċjali fl-Unjoni Ewropea "lill-Istati Membri joħolqu, fejn applikabbli, task forces bilaterali ad hoc u, fejn meħtieġ, task force multilaterali li tinkludi l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-ispetturi tax-xogħol, biex iwettqu, suġġett għall-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha kkonċernati, kontrolli transfruntiera fuq il-post, f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-kontrolli, f'każijiet suspettati ta' dumping soċjali, xogħol f'kundizzjonijiet illegali jew ta' frodi, u biex jidentifikaw kumpaniji tal-isem ("letterbox companies"), aġenziji ta' reklutaġġ frawdolenti u abbużi tar-regoli li jirriżultaw fl-isfruttament tal-ħaddiema". |
Or. fr
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6b) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa, il-Parlament Ewropew kien irrimarka li "sistema ta' netwerking elettroniku tal-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali kollha rilevanti, bħall-"Crossroads Bank for Social Security" tal-Belġju, li jagħmilha aktar faċli għalihom li jiskambjaw id-dejta, hija strument utli biex l-ispettorati nazzjonali tax-xogħol jingħataw aċċess għad-dejta li jeħtieġu biex jagħmlu l-ispezzjonijiet" u talab "lill-Kummissjoni tistudja l-benefiċċji li tiġi introdotta, u – jekk ikun xieraq – titqiegħed għad-dispożizzjoni, kard Ewropea tas-sigurtà soċjali li ma tistax tiġi ffalsifikata, jew dokument elettroniku ieħor validu fl-UE kollha, fejn tiġi maħżuna d-dejta kollha meħtieġa biex tiġi vverifikata r-relazzjoni tal-impjieg tad-detentur, bħal dettalji dwar l-istatus tas-sigurtà soċjali u s-sigħat tax-xogħol, u li tkun soġġetta għal regoli stretti tal-protezzjoni tad-dejta, b'mod partikolari fejn tiġi pproċessata dejta personali sensittiva fir-rigward tal-privatezza". |
Or. fr
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6c) Fir-Riżoluzzjoni tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-Suq Intern, il-Parlament Ewropew talab, partikolarment, li jitnaqqsu l-ostakli tal-mobilità tal-ħaddiema fl-UE u li jittieħdu passi sodi u effettivi lejn sistema kkoordinata ta' kontribuzzjonijiet u benefiċċji soċjali aggregati għal kull individwu fl-UE kollha, bħal kard tas-sigurtà soċjali biex tiffaċilita t-traċċabilità tal-kontribuzzjonijiet u l-intitolamenti tas-sigurtà soċjali. |
Or. fr
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza rigward it-terminoloġija fil-liġi tal-UE, it-terminu "stazzjonament" għandu jintuża għall-istazzjonament tal-ħaddiema fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi34. Barra minn hekk, biex tinkiseb konsistenza fit-trattament bejn il-persuni impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom, hemm bżonn li r-regoli speċjali għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-każijiet li huma temporanjament stazzjonati jew mibgħuta f'Stat Membru ieħor għandhom japplikaw b'mod konsistenti kemm għall-persuni impjegati kif għall-persuni li jaħdmu għal rashom. | (7) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza rigward it-terminoloġija fil-liġi tal-UE, jenħtieġ li t-terminu "stazzjonament" jintuża biss għall-istazzjonament tal-ħaddiema fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi34. Barra minn hekk, biex tinkiseb konsistenza fit-trattament bejn il-persuni impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom, hemm bżonn li r-regoli speċjali għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-każijiet li huma temporanjament stazzjonati fi Stat Membru ieħor japplikaw b'mod konsistenti kemm għall-persuni impjegati kif għall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
__________________ | __________________ |
34 ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1. | 34 ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1. |
Or. fr
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Fil-qasam tal-benefiċċji tal-qgħad, ir-regoli ta' aggregazzjoni tal-perjodi tal-assigurazzjoni għandhom jiġu applikati b'mod uniformi mill-Istati Membri kollha. Bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema transfruntiera msemmija fl-Artikolu 65(2), ir-regoli dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi għall-finijiet tal-għoti ta' intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjoni li l-persuna assigurata fiż-żmien l-aktar reċenti ġabret b'mod sħiħ ta' mill-anqas tliet xhur ta' assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru. L-Istat Membru kompetenti għandu jsir kompetenti għall-persuni kollha assigurati li ma jissodisfawx din il-kundizzjoni. F'dan il-każ, ir-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-assigurazzjoni l-aktar riċenti għandu jkollha l-istess effett ta' reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda kienet assigurata qabel. | (8) Fil-qasam tal-benefiċċji tal-qgħad, jenħtieġ li r-regoli ta' aggregazzjoni tal-perjodi tal-assigurazzjoni jiġu applikati b'mod uniformi mill-Istati Membri kollha. Bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema transfruntiera msemmija fl-Artikolu 65(2), jenħtieġ li r-regoli dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi għall-finijiet tal-għoti ta' intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad ikunu soġġetti għall-kundizzjoni li l-persuna assigurata fiż-żmien l-aktar reċenti ġabret b'mod sħiħ ta' mill-anqas xahar ta' assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li l-Istat Membru preċedentement kompetenti jsir kompetenti għall-persuni assigurati li ma jissodisfawx din il-kundizzjoni filwaqt li jqis il-perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati mill-persuna fl-Istat Membru tal-aħħar attività fil-kuntest tal-aggregazzjoni tal-perjodi ta' assigurazzjoni. F'dan il-każ, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-assigurazzjoni l-aktar riċenti jkollha l-istess effett ta' reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda kienet assigurata qabel. |
Or. fr
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-201335, hemm bżonn li jiġi estiż it-tul minimu ta' żmien tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad minn tliet xhur għal sitta sabiex jitjiebu l-opportunitajiet tal-persuni qiegħda li jiċċaqilqu għal Stat Membru ieħor biex ifittxu x-xogħol u ċ-ċansijiet tagħhom ta' integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u biex jiġi indirizzat l-ispariġġ tal-ħiliet bejn il-fruntieri. | (9) Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-201335 u sabiex jingħata effett tanġibbli lill-Pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali35a f'dak li għandu x'jaqsam mal-appoġġ attiv għall-impjieg, hemm bżonn li jiġi estiż it-tul ta' żmien tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad sal-eżawriment tad-drittijiet miksuba mill-persuna li qed tfittex xogħol sabiex jitjiebu l-opportunitajiet tal-persuni qiegħda li jiċċaqilqu għal Stat Membru ieħor biex ifittxu x-xogħol u ċ-ċansijiet tagħhom ta' integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u biex jiġi indirizzat l-ispariġġ tal-ħiliet bejn il-fruntieri. |
__________________ | __________________ |
35 COM(2013) 269 final. | 35 COM(2013) 269 final. |
| 35a Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. |
Or. fr
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Id-dispożizzjonijiet il-ġodda previsti għall-benefiċċji tal-qgħad għall-ħaddiema transfruntiera jistgħu f'xi każijiet iwasslu sabiex jiħżienu l-kundizzjonijiet għar-ritorn lura favorevoli tagħhom fis-suq tax-xogħol. Għalhekk huwa indispensabbli li tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-appoġġ tal-ħaddiema transfruntiera u li l-qafas regolatorju jiffaċilita, pereżempju, il-proċeduri li għandhom jitwettqu fl-Istat Membru ta' residenza, billi jiċċara l-kompetenza tas-servizz tal-impjieg pubbliku responsabbli għas-segwitu tagħhom, u li l-iskambji bejn l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-aħħar attività u l-persuna li qed tfittex xogħol jitwettqu fil-lingwa ta' dan tal-aħħar. |
Or. fr
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10b) L-Istati Membri jistgħu jipprevedu għall-istabbiliment ta' ammonti differenzjali addizzjonali biex titnaqqas id-differenza bejn il-benefiċċji tal-qgħad imħallsa mill-Istat Membru tal-aħħar attività u l-Istat Membru ta' residenza. |
Or. fr
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 10c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10c) Huwa importanti wkoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u li jiġi ċċarat il-qafas regolatorju applikabbli sabiex l-Istati Membri – tal-aħħar attività, tal-attività preċedenti u/jew tar-residenza – ma jiddikjarawx lilhom infushom mhux kompetenti li jiżguraw il-ħlas tal-benefiċċji tal-qgħad, għad-detriment tal-persuni assigurati. |
Or. fr
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Bil-ħsieb li titħaffef il-proċedura għall-verifika u l-irtirar tad-dokumenti (b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur) f'każ ta' frodi u żball, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-istituzzjoni emittenti u l-istituzzjoni li qed titlob l-irtirar. Fejn ikun hemm dubju dwar il-validità ta' dokument jew dwar il-korrettezza tal-evidenza ta' sostenn jew fejn hemm differenza ta' opinjonijiet bejn l-Istati Membri dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, hu fl-interess tal-Istati Membri u l-persuni kkonċernati li l-istituzzjonijiet ikkonċernati jilħqu ftehim f'perjodu raġonevoli ta' żmien. | (15) Bil-ħsieb li titħaffef il-proċedura għall-verifika, ir-rettifika u l-irtirar tad-dokumenti (b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur) f'każ ta' frodi u żball, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-istituzzjoni emittenti u l-istituzzjoni li qed titlob l-irtirar. Fejn ikun hemm dubju dwar il-validità ta' dokument jew dwar il-korrettezza tal-evidenza ta' sostenn jew fejn hemm differenza ta' opinjonijiet bejn l-Istati Membri dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, hu fl-interess tal-Istati Membri u l-persuni kkonċernati li l-istituzzjonijiet ikkonċernati jilħqu ftehim f'perjodu raġonevoli ta' żmien. F'każ ta' nuqqas ta' tweġiba sal-iskadenza stabbilit, l-istituzzjoni applikanti għandha ssir kompetenti li tiddetermina l-leġiżlazzjoni applikabbli. |
Or. fr
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Biex jiġi żgurat tħaddim effettiv u effiċjenti tar-regoli ta' koordinazzjoni huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-impjegati li jwettqu attività ekonomika f'żewġ Stati Membri jew aktar sabiex ikun hemm parità akbar mal-kundizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li huma stazzjonati jew mibgħuta biex iwettqu attività ekonomika fi Stat Membru uniku. Barra minn hekk, ir-regoli dwar l-istazzjonament li jipprevedu l-kontinwazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għandhom japplikaw għal persuni li kellhom rabta preċedenti mas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tal-oriġini. | (16) Biex jiġi żgurat tħaddim effettiv u effiċjenti tar-regoli ta' koordinazzjoni huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-impjegati li jwettqu attività ekonomika f'żewġ Stati Membri jew aktar sabiex ikun hemm parità akbar mal-kundizzjonijiet li japplikaw għall-persuni stazzjonati biex iwettqu attività ekonomika fi Stat Membru uniku. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-regoli dwar l-istazzjonament li jipprevedu l-kontinwazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli japplikaw għal persuni li kellhom rabta preċedenti mas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tal-oriġini li tinvolvi sħubija ta' mill-anqas sitt xhur. |
Or. fr
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21a) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u adotta opinjoni1a. |
| ______________________ |
| 1a. ĠU C 92, 26.4.2007, p. 15. |
Or. en
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 883/2004
Premessa 5c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5c) Minkejja il-limitazzjonijiet fid-dritt għal trattament ugwali għal persuni ekonomikament inattivi, li joħroġu mid-Direttiva 2004/38/KE jew inkella bis-saħħa tal-liġi tal-Unjoni, xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jirristrinġi d-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), id-dritt għall-ħajja (l-Artikolu 2) u l-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35). | (5c) Minkejja l-limitazzjonijiet fid-dritt għal trattament ugwali għal persuni ekonomikament inattivi u persuni bid-dritt għall-moviment liberu għal finijiet ta' impjieg, li joħorġu mid-Direttiva 2004/38/KE jew inkella bis-saħħa tal-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li xejn f'dan ir-Regolament ma jirristrinġi d-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), id-dritt għall-ħajja (l-Artikolu 2), id-dritt għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u s-servizzi soċjali (l-Artikolu 34) u l-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35). |
Or. en
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 883/2004
Premessa 47
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(47) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), il-libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol (l-Artikolu 15), id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17), id-dritt għan-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21), id-drittijiet tat-tfal (l-Artikolu 24), id-drittijiet tal-anzjani (l-Artikolu 25), l-integrazzjoni tal-persuni diżabbli (l-Artikolu 26), il-ħajja tal-familja u professjonali (l-Artikolu 33); id-dritt għas-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali (l-Artikolu 34), id-dritt għall-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35) u d-dritt għal-libertà ta' moviment u ta' residenza (l-Artikolu 45); u għandu jiġi implimentat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji. | (47) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7), il-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), il-libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol (l-Artikolu 15), id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17), id-dritt għan-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21), id-drittijiet tat-tfal (l-Artikolu 24), id-drittijiet tal-anzjani (l-Artikolu 25), l-integrazzjoni tal-persuni diżabbli (l-Artikolu 26), il-ħajja tal-familja u professjonali (l-Artikolu 33); id-dritt għas-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali (l-Artikolu 34), id-dritt għall-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35) u d-dritt għal-libertà ta' moviment u ta' residenza (l-Artikolu 45); u għandu jiġi implimentat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji. |
Or. en
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 883/2004
Premessa 48a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (48a) Xejn f'dan ir-Regolament ma jillimita d-drittijiet u l-obbligi indipendenti rikonoxxuti fil-Karta Soċjali Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għas-sigurtà soċjali (l-Artikolu 12), id-dritt għall-assistenza soċjali u medika (l-Artikolu 13), id-dritt tal-ħaddiema migranti u l-familji tagħhom għall-protezzjoni u l-assistenza (l-Artikolu 19), u d-dritt għall-protezzjoni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (l-Artikolu 30). Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-obbligi. |
Or. en
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Stat Membru jista' jirrikjedi li l-aċċess ta' persuna ekonomikament inattiva li tirrisjedi f'dak l-Istat Membru għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tiegħu jiġi soġġett għall-kundizzjonijiet tad-dritt għal residenza legali kif stabbiliti fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri44. | imħassar |
__________________ |
|
44 ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77. |
|
Or. en
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi stazzjonata fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi46 jew tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor biex iwettaq xogħol f'isem dak l-impjegatur, għandu jkompli jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm it-tul ta' żmien antiċipat ta' dan ix-xogħol ma jaqbiżx l-24 xahar u sakemm il-persuna ma tiġix stazzjonata jew tintbagħat biex tieħu post persuna oħra impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, stazzjonata jew mibgħuta qabel fit-tifsira ta' dan l-Artikolu. | 1. Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi stazzjonata fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi46, għandha tkompli tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm: |
| a) it-tul ta' żmien antiċipat jew effettiv ta' dan ix-xogħol ma jaqbiżx [XXX] xhur u sakemm il-persuna ma tiġix stazzjonata biex tieħu post persuna oħra impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, stazzjonata qabel fit-tifsira ta' dan l-Artikolu; u |
| b) għal perjodu ta' mill-anqas sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna tkun diġà soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit min iħaddimha. |
__________________ | __________________ |
46 ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1. | 46 ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1. |
Or. fr
Ġustifikazzjoni
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza legali u l-konsistenza tal-qafas leġiżlattiv, ikun meħtieġ li jiġu allinjati d-dispożizzjonijiet previsti rigward it-tul antiċipat jew effettiv tal-istazzjonar fir-Regolamenti ta' koordinazzjoni u d-Direttiva 96/71/KE.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 12 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa' tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru sakemm it-tul ta' żmien antiċipat ta' din l-attività ma taqbiżx l-24 xahar u sakemm il-persuna mhix tieħu post persuna oħra impjegata jew li taħdem għal rasha stazzjonata.". | 2. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa' tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru sakemm: |
| a) it-tul ta' żmien antiċipat jew effettiv ta' din l-attività ma jaqbiżx is-sitt xhur u sakemm il-persuna mhix tieħu post persuna oħra impjegata jew li taħdem għal rasha stazzjonata, u |
| b) għal perjodu ta' mill-anqas sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-attività tagħha, il-persuna tkun diġà soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih normalment teżerċita l-attività tagħha. |
Or. fr
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Meta persuna tkun ġiet stazzjonata skont il-paragrafu 1 jew tkun eżerċitat attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 2 għal [XXX] xhur b'kollox, jew kontinwament jew b'interruzzjonijiet ta' mhux aktar minn tliet xhur, m'għandu jibda l-ebda perjodu ġdid skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għall-istess persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fl-istess Stat Membru sakemm ma jkunux għaddew tal-inqas sitt xhur minn tmiem il-perjodu preċedenti. |
Or. fr
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 15a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 14a. Jiddaħħal l-artikolu li ġej: |
| "Artikolu 15a |
| Ġurnalisti tal-organizzazzjonijiet tal-midja Ewropej stazzjonati fi Stat Membru ieħor |
| Il-ġurnalisti tal-organizzazzjonijiet tal-midja Ewropej stazzjonati fi Stat Membru ieħor jistgħu jagħżlu bejn l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih ikunu stazzjonati, l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini jew l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tinsab is-sede prinċipali tal-impjegatur. » |
Or. fr
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 16 – paragrafu 1
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 14b. Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
1. Żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati Membri jew l-organi indikati minn dawn l-awtoritajiet jistgħu, permezz ta' ftehim komuni, jaħsbu għal eċċezzjonijiet għall-Artikoli 11 sa 15 fl-interess ta' ċerti persuni jew kategoriji ta' persuni. | "1. Żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati Membri jew l-organi indikati minn dawn l-awtoritajiet jistgħu, permezz ta' ftehim komuni, jaħsbu għal eċċezzjonijiet għall-Artikoli 11 sa 15 fl-interess ta' ċerti persuni jew kategoriji ta' persuni u jistabbilixxu sistema komuni ta' sigurtà soċjali għall-persuni msemmija fl-Artikoli 12 u 13 dment li din is-sistema tkun aktar favorevoli għalihom. " |
Or. fr
(http://www.cleiss.fr/pdf/rgt_883-2004.pdf)
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 16a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 14c. Jiddaħħal l-artikolu li ġej: |
| "Artikolu 16a Ħruġ minn qabel tad-dokument dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli |
| Il-ħruġ minn qabel mill-istituzzjoni emittenti lill-istituzzjoni ospitanti tad-dokument li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni applikabbli tas-sigurtà soċjali ta' ħaddiem stabbilit skont l-Artikoli 11 sa 16 u l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, qabel ma jkun stazzjonat fil-pajjiż ospitanti, huwa obbligatorju. » |
Or. fr
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 35a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tal-benefiċċji tal-kura fit-tul li jissodisfaw il-kriterji li hemm fl-Artikolu 1 (vb) ta' dan ir-Regolament, li jispeċifika liema huma l-benefiċċji in natura u liema huma l-benefiċċji fi flus. | 2. Il-Kummissjoni Amministrattiva, wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-benefiċjarji u l-korpi professjonali kkonċernati, għandha tfassal lista dettaljata tal-benefiċċji tal-kura fit-tul li jissodisfaw il-kriterji li hemm fl-Artikolu 1 (vb) ta' dan ir-Regolament, li jispeċifika liema huma l-benefiċċji in natura u liema huma l-benefiċċji fi flus. |
Or. fr
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 61 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 65(2), l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 għall-persuna kkonċernata għandha tkun bil-kundizzjoni li din tkun lestiet reċentement perjodu ta' mill-anqas tliet xhur ta' assigurazzjoni, impjieg, jew impjieg indipendenti skont il-leġiżlazzjoni li skontha l-benefiċċji jintalbu. | 1. Bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 65(2), l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 għall-persuna kkonċernata għandha tkun bil-kundizzjoni li din tkun lestiet reċentement perjodu ta' mill-anqas xahar ta' assigurazzjoni, impjieg, jew impjieg indipendenti skont il-leġiżlazzjoni li skontha l-benefiċċji jintalbu. |
Or. fr
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 61 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Meta persuna qiegħda ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-aggregazzjoni tal-perjodi skont il-paragrafu 1 minħabba li t-tul ta' żmien totali tal-perjodi kompluti l-aktar reċenti ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti tagħha f'dak l-Istat Membru hu anqas minn tliet xhur dik il-persuna għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn din il-persuna lestiet dawn il-perjodi qabel skont il-kundizzjonijiet u soġġetta tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 64a.". | 2. Meta persuna qiegħda ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-aggregazzjoni tal-perjodi skont il-paragrafu 1 minħabba li t-tul ta' żmien totali tal-perjodi kompluti l-aktar reċenti ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti tagħha f'dak l-Istat Membru hu anqas minn xahar dik il-persuna għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn din il-persuna lestiet dawn il-perjodi qabel skont il-kundizzjonijiet u soġġetta tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 64a.". |
Or. fr
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt a
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) Fil-paragrafu 1(c) il-kelma "tlieta" għandha tinbidel b' "sitta" u l-kliem "tat-tliet xhur sa massimu ta' sitt xhur" għandu jinbidel bil-kliem "tas-sitt xhur sa tmiem il-perjodu tal-intitolament għall-benefiċċji ta' dik il-persuna"; | (a) Fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "(c) id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad jinżamm sat-tmiem tagħhom; » |
Or. fr
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt aa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 64 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) Il-paragrafu 2 jitħassar. |
Or. fr
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt b
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 64 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Fil-paragrafu 3, il-kelma "tlieta" għandha tinbidel b' "sitta" u l-kliem "massimu ta' sitt xhur" għandu jinbidel bil-kliem "sa tmiem il-perjodu tal-intitolament għall-benefiċċji"; | (b) Il-paragrafu 3 jitħassar. |
Or. fr
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 65 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. L-awtoritajiet tal-Istat Membru kompetenti u tal-Istat Membru ta' residenza għandhom jiċċaraw lill-persuni li qed ifittxu xogħol il-kompetenza tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi responsabbli li jipprovdilhom appoġġ u jiżguraw li l-iskambji bejn l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-aħħar attività u l-persuna li qed tfittex xogħol isiru fil-lingwa ta' din tal-aħħar. |
Or. fr
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 71 – paragrafu 1
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 23a. Fl-Artikolu 71, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
1. Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni Amministrattiva") mehmuża mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tkun magħmula minn rappreżentant tal-gvern ta' kull Stat Membru, assisti fejn ikun hemm il-bżonn minn konsulenti esperti. Rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandu jattendi għal-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva f'kapaċità ta' konsulenza. | 1. Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni Amministrattiva") mehmuża mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tkun magħmula minn rappreżentant tal-gvern ta' kull Stat Membru, assisti fejn ikun hemm il-bżonn minn konsulenti esperti. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea, rappreżentant tal-Parlament Ewropew u, fejn xieraq, rappreżentanti tas-sħab soċjali, tal-benefiċjarji u tal-korpi professjonali kkonċernati għandhom jattendu għal-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva f'kapaċità ta' konsulenza. |
Or. fr
(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32004R0883)
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 75a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-ispettorati fl-Istati Membri tagħhom. | 2. Sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati, bħall-ispettorati fl-Istati Membri tagħhom. |
Or. fr
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 76a – paragrafu 1 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– il-ħruġ, il-format u l-kontenuti ta' dokument portabbli li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur, | – il-ħruġ, il-format elettroniku li jkun impossibbli li jiġi ffalsifikat u l-kontenuti b'tagħrif obbligatorju ta' dokument portabbli li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur u li jinkludu numru tas-sigurtà soċjali Ewropew uniku, |
Or. fr
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 76a – paragrafu 1 – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– l-elementi li għandhom jiġu vverifikati qabel ma d-dokument jista' jinħareġ, | – l-elementi li għandhom jiġu vverifikati qabel ma d-dokument ikun jista' jinħareġ, jiġi rettifikat jew irtirat, |
Or. fr
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 76a – paragrafu 1 – inċiż 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– l-irtirar tad-dokument meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu huma kkontestati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg. | – l-irtirar tad-dokument: |
| - meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu huma kkontestati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg, |
| - f'każ ta' nuqqas ta' tweġiba mill-istituzzjoni emittenti sal-iskadenza stabbilita. |
Or. fr
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 883/2004
Artikolu 79
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 25a. L-Artikolu 79 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 79 | "Artikolu 79 |
Fondi għal attivitajiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali | Fondi għal attivitajiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali |
B'konnessjoni ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament ta' Implimentazzjoni, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tista' tagħti fondi biex tiffinanzja totalment jew parzjalment: | B'konnessjoni ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament ta' Implimentazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea: a) għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament ta': |
| i) l-istabbiliment ta' sistema ta' netwerking elettroniku tal-istituzzjonijiet kompetenti filwaqt li tibni fuq il-mudell tal-"Crossroads Bank for Social Security*" |
| ii) kard Ewropea tas-sigurtà soċjali li ma tistax tiġi ffalsifikata għall-użu madwar l-Unjoni li fiha tiġi maħżuna d-data kollha meħtieġa biex tiġi vverifikata r-relazzjoni tal-impjieg tad-detentur, bħal dettalji dwar is-salarju tiegħu, l-istatus tas-sigurtà soċjali u s-sigħat tax-xogħol, u, fejn applikabbli, regoli speċifiċi dwar l-istazzjonar u li tkun soġġetta għal regoli stretti tal-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari fejn tiġi pproċessata data personali sensittiva fir-rigward tal-privatezza; u |
| b) tista' tagħti fondi biex tiffinanzja totalment jew parzjalment: |
a) attivitajiet maħsuba biex itejbu l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri, b'mod partikolari l-iskambju elettroniku ta' data; | i) attivitajiet maħsuba biex itejbu l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri, b'mod partikolari l-iskambju elettroniku ta' data; |
b) kwalunkwe attività oħra maħsuba biex tingħata, bil-mezzi l-aktar xierqa, informazzjoni lill-persuni koperti minn dan ir-Regolament u lir-rappreżentanti tagħhom dwar id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn dan ir-Regolament. | ii) kwalunkwe attività oħra maħsuba biex tingħata, bil-mezzi l-aktar xierqa, informazzjoni lill-persuni koperti minn dan ir-Regolament u lir-rappreżentanti tagħhom dwar id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn dan ir-Regolament. |
| __________________ |
| * https://www.ksz-bcss.fgov.be/fr" |
Or. fr
(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:32004R0883R(01))
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 987/2009
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-persuni kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe rikjesti u tweġibiet tad-data huma meħtieġa u proporzjonati għall-implimentazzjoni xierqa tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dan ir-Regolament, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data. Ma għandu jkun hemm l-ebda tneħħija awtomatika ta' intitolament ta' benefiċċju li jirriżulta mill-iskambju tad-data, u kwalunkwe deċiżjoni meħuda abbażi tal-iskambju tad-data għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwu kkonċernat jiġifieri, li din tissejjes fuq evidenza suffiċjenti u hija soġġetta għal proċedura ġusta ta' appell. | (26) Sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-persuni kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li t-talbiet u t-tweġibiet tad-data jkunu meħtieġa u proporzjonati għall-implimentazzjoni xierqa tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dan ir-Regolament, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data. Għall-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament għandu japplika l-acquis rilevanti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 679/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda tneħħija awtomatika ta' intitolament ta' benefiċċju li jirriżulta mill-iskambju tad-data, u kwalunkwe deċiżjoni meħuda abbażi tal-iskambju tad-data jenħtieġ li tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwu kkonċernat, jiġifieri li din tissejjes fuq evidenza suffiċjenti u hija soġġetta għal proċedura ġusta ta' appell. |
| _________________ |
| * Ir-Regolament (UE) 679/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'konformità mal-osservazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ea
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(ea) ‘frodi' tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonali biex tittieħed azzjoni, sabiex wieħed jikseb jew jirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew biex jevita l-obbligu li jħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, kuntrarju għal-liġi ta' Stat Membru, | (ea) "frodi" tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonali biex tittieħed azzjoni, sabiex wieħed jikseb jew jirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew biex jevita l-obbligu li jħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew biex idur mar-regoli ta' sħubija tas-sistema tas-sigurtà soċjali ta' Stat Membru, kuntrarju għal-liġi ta' Stat Membru, għar-Regolament bażiku jew għar-regolament ta' implimentazzjoni; |
Or. fr
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 2 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta d-drittijiet jew l-obbligi ta' persuna li għaliha japplikaw ir-Regolament bażiku u r-Regolament ta' implimentazzjoni ġew stabbiliti jew iddeterminati, l-istituzzjoni kompetenti tista' titlob lill-istituzzjoni fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' żjara li jipprovdi d-data personali dwar dik il-persuna. Ir-rikjesta u kwalunkwe tweġiba għandhom jikkonċernaw informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru kompetenti biex jidentifika kwalunkwe ineżattezza fil-fatti li fuqhom dokument jew deċiżjoni li tiddetermina d-drittijiet u l-obbligi ta' persuna skont ir-Regolament bażiku jew ir-Regolament ta' implimentazzjoni hija bbażata. Ir-rikjesta tista' ssir wkoll fejn ma jkun l-ebda dubju dwar il-validità jew l-eżattezza tal-informazzjoni li hemm fid-dokument jew li fuqha d-deċiżjoni hija bbażata f'każ partikolari. It-talba għall-informazzjoni u kwalunkwe tweġiba għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati. | 5. Meta d-drittijiet jew l-obbligi ta' persuna li għaliha japplikaw ir-Regolament bażiku u r-Regolament ta' implimentazzjoni ġew stabbiliti jew iddeterminati, l-istituzzjoni kompetenti tista' titlob lill-istituzzjoni fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' żjara li jipprovdi d-data personali dwar dik il-persuna. It-talba u kwalunkwe tweġiba għandhom ikunu limitati għal informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru kompetenti biex jidentifika kwalunkwe ineżattezza fil-fatti li fuqhom dokument jew deċiżjoni li tiddetermina d-drittijiet u l-obbligi ta' persuna skont ir-Regolament bażiku jew ir-Regolament ta' implimentazzjoni hija bbażata. It-talba tista' ssir ukoll fejn ma jkun l-ebda dubju dwar il-validità jew l-eżattezza tal-informazzjoni li hemm fid-dokument jew li fuqha d-deċiżjoni hija bbażata f'każ partikolari. It-talba għall-informazzjoni u kwalunkwe tweġiba għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'konformità mal-osservazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 2 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tat-tipi ta' talbiet u tweġibiet tad-data li jistgħu jsiru skont il-paragrafu 5 u l-Kummissjoni Ewropea għandha tagħti lil din il-lista l-pubbliċità neċessarja. Dawk it-talbiet u t-tweġibiet tad-data li ġew elenkati biss għandhom jiġu permessi. | 6. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tat-tipi ta' talbiet u tweġibiet tad-data li jistgħu jsiru skont il-paragrafu 5, tidentifika liema entitajiet għandhom ikunu intitolati biex jagħmlu tali talbiet u tistabbilixxi l-proċeduri u s-salvagwardji applikabbli. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħti lil din il-lista l-pubbliċità neċessarja. Dawk it-talbiet u t-tweġibiet tad-data li ġew elenkati biss għandhom jiġu permessi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'konformità mal-osservazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta' Stat Membru u li juru l-pożizzjoni ta' persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament ta' implimentazzjoni, u l-evidenza ta' sostenn li abbażi tagħha nħarġu d-dokumenti, għandhom jiġu aċċettati mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħrajn sakemm dawn ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati li huma invalidi mill-Istat Membru li fih inħarġu. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu validi biss jekk it-taqsimiet indikati kollha bħala obbligatorji jimtlew. | 1. Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta' Stat Membru u li juru l-pożizzjoni ta' persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament ta' implimentazzjoni, u l-evidenza ta' sostenn li abbażi tagħha nħarġu d-dokumenti, għandhom jiġu aċċettati mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħrajn sakemm dawn ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati li huma invalidi mill-Istat Membru li fih inħarġu. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu validi biss jekk jimtlew it-taqsimiet kollha indikati bħala obbligatorji. Madankollu, dawn id-dokumenti ma għandhomx jiġu aċċettati jekk ma jkunux ġew irtirati minħabba ksur tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali min naħa tal-Istat Membru emittenti. |
Or. en
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Meta ma jkunux imtlew it-taqsimiet kollha tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 u indikati bħala obbligatorji, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li jirċievi d-dokument għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-istituzzjoni emittenti bid-difett fid-dokument. L-istituzzjoni emittenti għandha, malajr kemm jista' jkun, tirrettifika d-dokument jew tikkonferma li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tad-dokument ma jkunux issodisfati. Jekk l-informazzjoni nieqsa ma tingħatax fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol min-notifika tad-difett, l-istituzzjoni rikjedenti tista' tipproċedi daqslikieku d-dokument qatt ma nħareġ u, jekk tagħmel hekk, għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni emittenti. |
Or. en
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
a) Meta tirċievi tali talba, l-istituzzjoni emittenti għandha tikkonsidra mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, fejn meħtieġ, tirtirah jew tirranġah fi żmien 25 jum ta' xogħol minn meta tasal ir-rikjesta. Hekk kif jinstab każ mhux konfutabbli ta' frodi mwettaq mill-applikant tad-dokument, l-istituzzjoni emittenti għandha tirtira jew tirrettifika d-dokument immedjatament u b'effett retroattiv. | a) Meta tirċievi tali talba, l-istituzzjoni emittenti għandha tikkunsidra mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, fejn meħtieġ, tirtirah jew tirranġah fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta tasal it-talba. Hekk kif jinstab każ inkonfutabbli ta' frodi mwettaq mill-applikant tad-dokument, l-istituzzjoni emittenti għandha tirtira jew tirrettifika d-dokument immedjatament u b'effett retroattiv. |
Or. en
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| ca) In-nuqqas ta' tweġiba mill-istituzzjoni emittenti lill-istituzzjoni rikjedenti għandu jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali min-naħa tal-Istat Membru emittenti. |
Or. en
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. F'każ ta' nuqqas ta' tweġiba mill-istituzzjoni emittenti, l-awtorità applikanti tista' tirrifjuta, tirrettifika jew tikklassifika mill-ġdid id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta' Stat Membru u li jiċċertifikaw il-pożizzjoni ta' persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament ta' implimentazzjoni. |
Or. fr
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 14 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, "persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi allokata fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi52 jew tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor" għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tiġi stazzjonata jew tintbagħat fi Stat Membru ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li jkun bagħatha skont it-Titolu II tar-Regolament bażiku. | 1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, "persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi allokata fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi52 jew tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor" għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tiġi stazzjonata jew tintbagħat fi Stat Membru ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà ġiet soġġetta, għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur, għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-impjegatur, skont dan it-Titolu. |
__________________ | __________________ |
52 ĠU L 018, 21.01.1997, p. 1. | 52 ĠU L 018, 21.01.1997, p. 1. |
Or. en
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt aa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 14 – paragrafu 2
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (aa) Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-kliem "li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk" għandhom jirriferu għal persuna li tħaddem li ordinarjament twettaq attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet purament interni ta' ġestjoni, fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita, b'kont meħud tal-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-impriża kkonċernata. Il-kriterji relevanti għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull min iħaddem u għan-natura vera tal-attivitajiet imwettqa. | "2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-kliem "li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk" għandhom jirriferu għal persuna li tħaddem li ordinarjament twettaq attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet purament interni ta' ġestjoni, fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita, b'kont meħud tal-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-impriża kkonċernata, bħat-turnover miksub mill-Istat tal-postazzjoni meta tali turnover jirrappreżenta tal-inqas 25 % tat-turnover annwali totali. Il-kriterji rilevanti għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull min iħaddem u għan-natura vera tal-attivitajiet imwettqa. |
Or. enen
(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:284:0001:0042:mt:PDF)
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt ab (ġdid)
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 14 – paragrafu 3
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (ab) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
3. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kliem "li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha" għandhom jirriferu għal persuna li abitwalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita. B'mod partikolari, dik il-persuna għandha tkun diġà qed twettaq l-attività tagħha għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta' dak l-Artikolu, matul kwalunkwe perijodu ta' attività temporanja fi Stat Membru ieħor, għandha tkompli tissodisfa, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività tagħha sabiex hija tkun tista' twettaqha meta tirritorna. | "3. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kliem "li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha" għandhom jirriferu għal persuna li abitwalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita. B'mod partikolari, dik il-persuna għandha tkun diġà qed twettaq attività suffiċjenti għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta' dak l-Artikolu, matul kwalunkwe perijodu ta' attività temporanja fi Stat Membru ieħor, għandha tkompli tissodisfa, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività tagħha sabiex hija tkun tista' twettaqha meta tirritorna." |
Or. en
(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:284:0001:0042:mt:PDF)
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt ba (ġdid)
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 14 – paragrafu 10
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (ba) Il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
10. Sabiex tiġi determinata l-leġislazzjoni applikabbli taħt il-paragrafi 7 u 8, l-istituzzjonijiet konċernati għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni proġettata għat-tnax-il xahar kalendarji li jkunu ġejjin. | "10. Id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) 883/2004 għandha tapplika għal perjodu massimu ta' 12-il xahar. Wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 12-il xahar, id-determinazzjoni għandha tiġi riveduta abbażi tas-sitwazzjoni tal-persuna." |
Or. en
(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:284:0001:0042:mt:PDF)
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 19 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Meta jkun meħtieġ għall-eżerċizzju tas-setgħat leġiżlattivi fuq il-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, informazzjoni rilevanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali tal-persuni kkonċernati għandha tiġi skambjata direttament bejn l-istituzzjonijiet kompetenti u l-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jew tat-taxxa tal-Istati konċernati; din tista' tinkludi l-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet barra mill-eżerċizzju jew l-infurzar tad-drittijiet u l-obbligi skont ir-Regolament bażiku u dan ir-Regolament b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi legali rilevanti fl-oqsma tax-xogħol, is-saħħa u sigurtà, l-immigrazzjoni u l-liġi dwar it-tassazzjoni. Dettalji oħra għandhom jiġu stipulati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva. | 4. Meta jkun meħtieġ għall-eżerċizzju tas-setgħat leġiżlattivi fuq il-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, informazzjoni rilevanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali tal-persuni kkonċernati għandha tiġi skambjata direttament bejn l-istituzzjonijiet kompetenti u l-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jew tat-taxxa tal-Istati konċernati; din tista' tinkludi l-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet barra mill-eżerċizzju jew l-infurzar tad-drittijiet u l-obbligi skont ir-Regolament bażiku u dan ir-Regolament b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi legali rilevanti fl-oqsma tax-xogħol, is-saħħa u sigurtà, l-immigrazzjoni u l-liġi dwar it-tassazzjoni. L-awtoritajiet responsabbli mid-data tas-sigurtà soċjali għandhom jinfurmaw lis-soġġetti tad-data bit-trażmissjoni ta' din id-data lil amministrazzjoni pubblika oħra u bl-iskop(ijiet) tal-ipproċessar ulterjuri, f'konformità mal-prinċipju ta' pproċessar ġust stabbilit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u l-Artikolu 5(l)(a) tar-Regolament (UE) Nru 679/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**. L-awtoritajiet li jirċievu d-data tas-sigurtà soċjali għandhom jinfurmaw lis-soġġetti tad-data bl-identità tagħha, l-iskop(ijiet) tal-ipproċessar u l-kategoriji ta' data pproċessati f'konformità mal-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 679/216. Dettalji oħra għandhom jiġu stipulati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva. |
| _____________ |
| *. Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31). |
| ** Ir-Regolament (UE) 679/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'konformità mal-osservazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 20 – paragrafu 1
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 11a. Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
1. L-istituzzjonijiet relevanti għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru, li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita d-data li fiha din il-leġislazzjoni ssir applikabbli u l-kontribuzzjonijiet li dik il-persuna u l-prinċipal jew prinċipali tagħha jkunu obbligati jħallsu taħt din il-leġislazzjoni. | « 1. L-istituzzjonijiet relevanti għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru, li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita d-data li fiha din il-leġiżlazzjoni ssir applikabbli u l-kontribuzzjonijiet li dik il-persuna u l-prinċipal jew prinċipali tagħha jkunu obbligati jħallsu taħt din il-leġiżlazzjoni u d-Direttiva 96/71/KE għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet abbażi tar-remunerazzjoni mħallsa. » |
Or. fr
(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:284:0001:0042:mt:PDF)
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 20a – paragrafu 1 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- il-ħruġ, il-format u l-kontenuti ta' dokument portabbli li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur, | - il-ħruġ, il-format elettroniku li jkun impossibbli li jiġi ffalsifikat u l-kontenuti b'tagħrif obbligatorju ta' dokument portabbli li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur u li jinkludu numru tas-sigurtà soċjali Ewropew uniku, |
Or. fr
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 20a – paragrafu 1 – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- l-elementi li għandhom jiġu vverifikati qabel ma d-dokument jista' jinħareġ, | - l-elementi li għandhom jiġu vverifikati qabel ma d-dokument ikun jista' jinħareġ, jiġi rettifikat jew irtirat, |
Or. fr
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 20a – paragrafu 1 – inċiż 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- l-irtirar tad-dokument meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu huma kkontestati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg. | - l-irtirar tad-dokument: |
| - meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu huma kkontestati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg, |
| - f'każ ta' nuqqas ta' tweġiba mill-istituzzjoni emittenti sal-iskadenza stabbilita. |
Or. fr
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 85a – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Bi qbil bejn il-parti applikanti u l-parti rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti mill-parti rikjesta, uffiċjali awtorizzati mill-parti applikanti jistgħu, bil-ħsieb li jippromwovu l-assistenza reċiproka prevista f'din it-Taqsima: | 1. Bi qbil bejn il-parti applikanti u l-parti rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti mill-parti rikjesta, uffiċjali u dawk responsabbli awtorizzati mill-parti applikanti jew mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol jistgħu, bil-ħsieb li jippromwovu l-assistenza reċiproka prevista f'din it-Taqsima: |
Or. fr
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 85a – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) jkunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru tal-parti rikjesta; | b) jkunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru tal-parti rikjesta u/jew il-parti applikanti; |
Or. fr
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 85a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Sakemm dan ikun permess mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1(b) jista' jipprevedi li l-uffiċjali tal-Istat Membru tal-parti applikanti jistgħu jintervistaw l-individwi u jeżaminaw ir-reġistri. | 2. Sakemm dan ikun permess mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1(b) jista' jipprevedi li l-uffiċjali jew dawk responsabbli tal-Istat Membru tal-parti applikanti u, jekk ikun meħtieġ, tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, jistgħu jintervistaw l-individwi u jeżaminaw ir-reġistri. |
Or. fr
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39
Regolament (KE) Nru 987/2009
Artikolu 85a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Uffiċjali awtorizzati mill-parti applikanti li jagħmlu użu mill-possibbiltajiet offerti mill-paragrafi 1 u 2 għandhom dejjem ikunu kapaċi jipproduċu awtorità bil-miktub li tiddikjara l-identità tagħhom u l-kapaċità uffiċjali tagħhom. | 3. Uffiċjali awtorizzati mill-parti applikanti jew l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol li jagħmlu użu mill-possibbiltajiet offerti mill-paragrafi 1 u 2 għandhom dejjem ikunu kapaċi jipproduċu awtorità bil-miktub li tiddikjara l-identità tagħhom u l-kapaċità uffiċjali tagħhom. |
Or. fr
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-reviżjoni proposta mill-Kummissjoni għandha l-għan li tiffavorixxi l-mobbiltà tal-persuni sabiex jiġi evitat li l-individwi jitilfu d-drittijiet tagħhom meta jiċċaqalqu minn pajjiż għal ieħor fl-Ewropa (fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera) u tiżgura l-kontinwità tas-sigurtà soċjali tagħhom meta dawn jgħaddu minn leġiżlazzjoni nazzjonali għal oħra.
Il-Kummissjoni Ewropea qed tintroduċi emendi fuq tliet aspetti relatati mal-koordinazzjoni tal-benefiċċju tal-qgħad:
1) Li l-perjodu għall-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad jiġi estiż minn tliet xhur għal sitt xhur, bil-possibbiltà li l-Istati Membri jestendu dan il-perjodu sal-estinzjoni tad-drittijiet; Ir-rapporteur jappoġġa din il-proposta u jipproponi li dan il-perjodu għall-esportazzjoni jiġi estiż sakemm jiskadi d-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad. Skont studju mwettaq għall-Kummissjoni, perjodu itwal għall-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad iżid iċ-ċansijiet li persuna qiegħda terġa' ssib xogħol.
2) L-Istat Membru tal-aħħar attività tal-persuna li qed tfittex xogħol għandu jqis il-perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati f'pajjiż ieħor jekk il-persuna li qed tfittex xogħol tkun ħadmet f'dak l-Istat għal, tal-inqas, tliet xhur. Inkella, huwa l-Istat Membru fejn din il-persuna kienet teżerċita l-attività tagħha qabel li ikollu jħallas dawk il-benefiċċji. Is-sitwazzjoni attwali hija pjuttost konfuża għall-istituzzjonijiet kompetenti tal-Istati Membri. Ir-rapporteur jixtieq ifakkar li wieħed mill-prinċipji bażiċi ta' din il-leġiżlazzjoni huwa l-aggregazzjoni, u għalhekk qed jipproponi li l-perjodu minimu ta' attività qabel l-aggregazzjoni fl-Istat Membru tal-aħħar attività jitnaqqas għal xahar.
3) Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ħaddiema transfruntiera, l-Istat Membru tal-aħħar impjieg se jkun responsabbli li jħallas il-benefiċċji tal-qgħad lill-ħaddiema transfruntiera, jekk dawn kienu ħadmu fih għal tnax-il xahar. Skont ir-regoli attwali, l-Istat Membru ta' residenza huwa dak kompetenti, anki jekk il-ħaddiema transfruntiera jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż tal-attività.
Jidher leġittimu li l-Istat li jirċievi l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jkun ukoll dak responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji tal-qgħad. Madankollu r-rapporteur jixtieq li jsiru kjarifiki dwar id-dispożizzjonijiet previsti sabiex il-bidliet proposti mill-Kummissjoni ma jwasslux għal diffikultajiet prattiċi, amministrattivi, lingwistiċi jew għal offerti ta' taħriġ u li tiġi ċċarata iżjed il-kompetenza tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi.
Il-Kummissjoni qed tipproponi l-ħolqien ta' kapitolu speċifiku ddedikat għall-kura fit-tul li huwa ispirat mill-approċċ prevalenti fir-rigward tal-benefiċċji tal-mard. Filwaqt li r-rapporteur, fil-prinċipju, jaqbel ma' din l-inizjattiva, huwa jixtieq li l-Kunsill Amministrattiv jaħdem aktar mill-qrib mar-rappreżentanti tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet professjonali u l-benefiċjarji kkonċernati, b'mod partikolari fit-tfassil tal-lista tas-servizzi koperti f'dan il-kapitolu l-ġdid.
Il-proposta għandha l-għan li tinkorpora l-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kundizzjonijiet ta' aċċess ta' ċittadini mobbli ekonomikament inattivi għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Ir-rapporteur jieħu nota tal-ġurisprudenza iżda jemmen li mhuwiex kompitu tal-leġiżlaturi Ewropej li jikkodifikaw id-deċiżjonijiet meħuda mill-Qorti.
Ir-rapporteur jappoġġa wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistandardizza l-proċeduri dwar il-ħruġ, il-format u l-kontenut tad-dokument portabbli li jiċċertifikaw l-affiljazzjoni mas-sistema tas-sigurtà soċjali, u li tiddetermina s-sitwazzjonijiet li fihom għandu jinħareġ id-dokument u l-modalitajiet għall-irtirar tad-dokument meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu jkunu kkontestati mill-istituzzjoni tal-Istat Membru ta' impjieg. Għalhekk huwa jipproponi li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet kompetenti u jemmen li l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali jrid jissaħħaħ billi jiġu definiti żminijiet iqsar ta' risposta, u li n-nuqqas ta' risposta jwassal għal bidla tal-kompetenza bejn l-awtoritajiet kompetenti.
Sabiex jiġu ottimizzati l-iskambji bejn l-amministrazzjonijiet u jiġu protetti dawk il-persuni koperti mir-regolamenti, huwa jappoġġa l-ħolqien ta' arranġamenti ġodda ("Crossroads Bank for Social Security") u ta' netwerk elettroniku operattiv konness bejn l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ("kard elettronika – u numru – Ewropej tas-sigurtà soċjali") u jixtieq jara d-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti koperti mir-Regolamenti.
Ir-rapporteur iqis ukoll li huwa essenzjali li jiġi ċċarat il-qafas regolatorju applikabbli għall-impjegati stazzjonati (perjodu obbligatorju minimu ta' sħubija mas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-istat li jibgħat, il-ħruġ tad-dokument portabbli qabel il-bidu tal-istazzjonar), għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-persuni li jwettqu aktar minn attività waħda.
Fl-aħħar nett, ir-rapporteur huwa kontra l-indiċjar tal-benefiċċji tal-familja fil-post tar-residenza tat-tfal: anki jekk id-data mhijiex kompleta u ma tkoprix il-pajjiżi kollha kkonċernati mir-regolament ta' koordinazzjoni, għandu jitfakkar li anqas minn 1 % tal-benefiċċji totali tal-familja jitħallsu lil tfal li joqogħdu fi Stat Membru differenti minn dak fejn jaħdmu l-ġenituri tagħhom. F'dan il-kuntest, sistema ta' indiċjar li tiggarantixxi l-lokalizzazzjoni u l-aġġornament tal-ammont tal-benefiċċji skont il-post tar-residenza tat-tfal timplika l-istabbiliment ta' sistema kumplessa u għalja li jkollha impatt fuq il-finanzi pubbliċi.
Ir-rapporteur jixtieq li d-diskussjonijiet dwar ir-reviżjoni tar-regolamenti ta' koordinazzjoni jitbiegħdu mill-pożi u mill-akkużi ta' "turiżmu soċjali", "frodi massivi" jew "protezzjoniżmu moħbi". Jekk titmexxa sewwa, din ir-reviżjoni għandha tippermetti li tiġi żgurata l-kontinwità tad-drittijiet soċjali taċ-ċittadini filwaqt li tippromwovi mobbiltà ta' kwalità fl-Ewropa.
ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM
Ir-rapporteur jixtieq jgħarraf li matul it-tħejjija tar-rapport ġie kkuntattjat, fost l-oħrajn, minn dawn ir-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati u l-lobbisti.
Entità u/jew persuna |
Arnaud Emériau Délégué permanent, Représentation des Institutions Françaises de sécurité sociale auprès de l'UE (REIF) |
Delphine Rudelli UIMM, Directeur “Relations européennes et internationales” |
Chiara Lorenzini Policy Adviser, Fédération européenne des travailleurs du bâtiment et du bois |
Jean-Francois Macours Conseiller juridique, Fédération générale du travail de Belgique |
Isabelle Ory, Journaliste.Correspondante à Bruxelles. rtsinfo, Europe1, Le_Figaro |
Henri Lourdelle Conseiller, Fédération Européenne des Retraités et des Personnes Agées |
Claire Champeix Policy Officer, Eurocarers – European Association Working for Carers |
Liina Carr, Confederal Secretary Claude Denagtergal, Advisor |
Eugenio Quintieri Secretary General, European Builders Confederation EBC |
Gilles Kounowski Directeur des Relations Européennes, Internationales et de la coopération, Caisse nationale des allocations familiales |
Rebekah Smith Senior Adviser; Social Affairs Department, Business Europe |
Werner Buelen European Federation of Building and Woodworkers (EFBWW) |
Arsène Schmitt Président du Comité de Défense des Travailleurs Frontaliers de la Moselle |
Kaare Barslev Minister Counsellor, Permanent Representation of Denmark to the EU |
Jordi Curell, director of Labour Mobility at the Directorate-General for Employment, Social Affairs and Inclusion European Commission |
Stefanie Klein, Deutsche Verbindungsstelle |
Myriam Diallo, Conseillère Federation Francaise Du Batiment |
Patrick Liébus, Président de la Confédération de l’artisanat et des petites entreprises du bâtiment (CAPEB) |
Cécile Sauveur, Directrice du pôle juridique et social , CAPEB |
Claude Denagtergal Advisor, European Trade Union Confederation |
Dr. David Pascal Dion Head of unit, DG Employment, Social Affairs and Inclusion European Commission |
Thomas Heidener Head of Office, Danish Trade Union Office |
Kaia Iva Estonian Minister of Social Protection |
Philip Von Brocksdorff Groupe des Travailleurs, Malte, rapporteur du CESE sur la communication concernant la proposition de nouveau règlement pour coordonner les régimes de sécurité sociale dans l'UE |
Judite Berkemeier Secrétariat du Comité économique et social européen/Section SOC |
Garance Pineau Directeur adjoint, Direction des Relations Sociales Mouvement des entreprises de France - MEDEF |