Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
25.6.2013
***I
ABBOZZ TA' RAPPORT
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE
COM(2013)0078 - C7-0042/2013 – 2013/0049(COD)
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Christel Schaldemose
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5
NOTA SPJEGATTIVA.............................................................................................................52
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE
( COM(2013)0078 – C7‑0042/2013 – 2013/0049(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2013)0078 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0043/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-22 ta' Mejju 2013[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7–0000/2013 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti tistabbilixxi r-rekwiżit li l-prodotti għall-konsumatur iridu jkunu siguri u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jridu jaġixxu kontra prodotti perikolużi kif ukoll jiskambjaw informazzjoni għal dan il-għan b'sistema Komunitarja ta' informazzjoni rapida RAPEX. Id-Direttiva 2001/95/KE jeħtiġilha tkun fundamentalment riveduta biex jittejjeb il-funzjonament tagħha u tiżgura konsistenza mal-iżviluppi fil-liġijiet tal-Unjoni fejn jidħlu s-sorveljanza tas-suq, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi u l-istandardizzazzjoni. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 2001/95/KE għandha titħassar u tinbidel b'dan ir-Regolament. | (1) Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti tistabbilixxi r-rekwiżit fundamentali għal prodotti għas-suq intern li l-prodotti għall-konsumatur iridu jkunu siguri u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jridu jaġixxu b'mod effiċjenti kontra prodotti perikolużi kif ukoll jiskambjaw informazzjoni għal dan il-għan b'sistema Komunitarja ta' informazzjoni rapida RAPEX. Id-Direttiva 2001/95/KE jeħtiġilha tkun fundamentalment riveduta biex jittejjeb il-funzjonament tagħha u tiżgura konsistenza mal-iżviluppi fil-liġijiet tal-Unjoni fejn jidħlu s-sorveljanza tas-suq, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi u l-istandardizzazzjoni. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 2001/95/KE għandha titħassar u tinbidel b'dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Regolament huwa l-istrument legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni li tvarja bejn l-Istati Membri. Regolament jiżgura li r-rekwiżiti legali jkunu applikabbli fl-istess ħin fl-Unjoni kollha. | (2) Regolament huwa l-istrument legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni u applikazzjoni li jvarjaw mill-Istati Membri. Regolament jiżgura li r-rekwiżiti legali jkunu applikabbli fl-istess ħin fl-Unjoni kollha. |
Or. en
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Dan ir-Regolament irid jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 169 tat-TFUE. B'mod partikolari, dan għandu jkollu l-għan li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern fejn jidħlu l-prodotti maħsuba għall-konsumaturi billi jistabbilixxi regoli uniformi dwar rekwiżit tas-sigurtà ġenerali, il-kriterji tal-valutazzjoni u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. Minħabba li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq, inklużi r-regoli dwar ir-RAPEX, huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru […/…] [dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti]14 li japplika wkoll għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjonijiet ulterjuri dwar is-sorveljanza tas-suq jew tar-RAPEX ma huma meħtieġa f'dan ir-Regolament. | (3) Sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni lill-konsumaturi, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. F'dan ir-rigward, dan ir-Regolament huwa essenzjali biex iwassal l-għan fundamentali ta' suq intern għal prodotti sikuri, filwaqt li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Premessa 4 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Dan ir-Regolament għandu, b'mod partikolari, ikollu l-għan li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern fejn jidħlu l-prodotti maħsuba għall-konsumaturi billi jistabbilixxi regoli uniformi dwar rekwiżit tas-sigurtà ġenerali, il-kriterji tal-valutazzjoni u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. Minħabba l-fatt li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq inklużi r-regoli dwar RAPEX huma stipulati fir-Regolament (UE) Nru [.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-..., dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti]* ma hemm bżonn tal-ebda dispożizzjoni oħra dwar is-sorveljanza tas-suq jew RAPEX f'dan ir-Regolament. |
| __________________ |
| * ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data u r-referenza tar-Regolament dwar l-MSP (COD 2013/0048) |
Or. en
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) Is-sigurtà tal-konsumaturi tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-infurzar attiv tar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-prodott. L-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jittejbu fuq bażi li tibqa' sejra u għandhom ikunu aktar u aktar effettivi sabiex jiġu ssodisfati l-isfidi dejjem jinbidlu ta' suq globali u ta' katina tal-provvista progressivament kumplessa. Sistemi għas-sorveljanza tas-suq li ma jaħdmux jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni, jipperikolaw is-sigurtà tal-konsumaturi u huma ta’ ħsara għall-fiduċja taċ-ċittadin fis-suq intern. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jistabbilixxu approċċi sistematiċi sabiex jiżguraw l-effikaċja dejjem tikber tas-sorveljanza tas-suq u l-attivitajiet l-oħra tal-infurzar u għandhom jiżguraw li jkunu miftuħa għall-pubbliku u l-partijiet interessati. |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Premessa 24 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Ġustifikazzjoni
Is-sigurtà tal-prodott u s-sorveljanza tas-suq iridu jikkumplimentaw lil xulxin sabiex jissaħħaħ is-Suq Uniku. B'hekk, huwa neċessarju li jitwaqqfu rekwiżiti stretti dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq u biex dawn isiru prijorità fil-futur.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Dan ir-Regolament ma għandux ikopri servizzi. Madanakollu, sabiex ikun żgurat li jkun hemm il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, dan għandu japplika għal prodotti li jiġu fornuti jew huma disponibbli għal konsumaturi fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi, inklużi prodotti li l-konsumaturi huma direttament esposti waqt il-provvista tas-servizz. It-tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sigurtà tas-servizz mogħti. | (6) Dan ir-Regolament ma għandux ikopri servizzi. Madanakollu, sabiex ikun żgurat li jkun hemm il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, dan għandu japplika għall-prodotti kollha li jiġu użati, fornuti jew huma disponibbli għal konsumaturi fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi, inklużi prodotti li l-konsumaturi huma direttament esposti waqt il-provvista tas-servizz minn fornitur tas-servizz. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
F'ordni ta' ċarezza, l-eżenzjonijiet tressqu għal Em.9.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) Il-prodotti li huma ddisinjati b'mod esklussiv għall-użu professjonali imma li wara ġew imdawra għas-suq tal-konsumatur għandhom ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament għaliex jistgħu joħolqu riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi meta użati taħt kondizzjonijiet previsti raġonevolment. |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Premessa 10 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6b) It-tagħmir li jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sigurtà tas-servizz mogħti. |
Or. en
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6c) Għalkemm dan ir-Regolament ikopri s-sigurtà tal-prodotti fil-kuntest tal-għoti ta' servizzi, għad hemm bżonn ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ta' sigurtà ġenerali għas-servizzi tal-konsumaturi ladarba s-sigurtà tas-servizzi tal-konsumaturi mhijiex koperta minn xi leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minħabba l-approċċ frammentat attwali għas-sigurtà tas-servizzi tal-konsumaturi bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tesplora l-fattibilità li jiġi introdott qafas tal-Unjoni orizzontali dwar is-sigurtà tas-servizzi tal-konsumaturi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni trid tippreżenta, fil-futur l-aktar qarib, qafas leġiżlattiv għas-sigurtà tas-servizzi għax is-sitwazzjoni attwali kkawżat lakuna legali. Regolament uniformi dwar il-kwistjoni trid tikkumplimenta l-inklużjoni ta' prodotti esposti għall-konsumaturi fil-kuntest ta' servizz fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Minkejja l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li tindirizza l-aspetti tas-sigurtà ta' prodotti speċifiċi jew kategoriji tal-prodotti, prattikament huwa impossibbli li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kull prodott għall-konsumatur li jeżisti jew li jista' jiġi żviluppat. Għaldaqstant hemm bżonn qafas leġiżlattiv ta' natura orizzontali biex jimla l-lakuni u jiżgura protezzjoni lill-konsumatur li mhux żgurat mod ieħor, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-konsumaturi, kif meħtieġ bl-Artikolu 114 u l-Artikolu 169 tat-TFUE. | (7) Minkejja l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li tindirizza l-aspetti tas-sigurtà ta' prodotti speċifiċi jew kategoriji tal-prodotti, prattikament huwa impossibbli li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kull prodott għall-konsumatur li jeżisti jew li jista' jiġi żviluppat. Għaldaqstant xorta għad hemm bżonn ta' qafas leġiżlattiv b'bażi wiesgħa ta' natura orizzontali biex jittratta tali prodotti, u wkoll biex ikopri lakuni u jikkumplimenta dispożizzjonijiet f'leġiżlazzjoni speċifika eżistenti jew futura, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-konsumaturi, kif meħtieġ mill-Artikoli 114, 169 u 191 tat-TFUE. |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Premessa 5 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Ġustifikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jkompli jaġixxi bħala "xibka ta' sigurtà" għas-sigurtà tal-prodott kif inhu attwalment enfasizzat fid-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti fejn japplika għal każijiet fejn ikun hemm nuqqas ta' dispożizzjonijiet tas-sigurtà aktar speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u permezz ta' dan tiġi żgurata s-sigurtà tal-prodotti kollha mqiegħda fis-suq.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tal-partijiet differenti tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dispożizzjonijiet relatati għandhom ikunu applikabbli għal kull prodott għall-konsumatur, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ma għandhomx japplikaw fejn il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni tkun tinkludi l-obbligi ekwivalenti, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni. | (8) Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tal-partijiet differenti tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dispożizzjonijiet relatati fil-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli għal kull prodott għall-konsumatur, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ma għandhomx japplikaw fejn il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni tkun tinkludi l-obbligi ekwivalenti, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Kjarifika editorjali.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod. | (10) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod bħal bejgħ elettroniku onlajn. |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Premessa 7 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Ġustifikazzjoni
Kjarifika sabiex tiġi enfasizzata l-inklużjoni tal-bejgħ onlajn fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Minħabba n-numru ta' prodotti minn pajjiżi terzi mixtrija onlajn mill-konsumaturi li jafu ma jkunux f'konformità mal-istandards Ewropej, b'hekk jiġu pperikolati s-sigurtà u s-saħħa tal-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq it-tisħiħ tal-kunfidenza tal-konsumaturi fil-kummerċ elettroniku permezz ta' kampanji tal-edukazzjoni u tal-għarfien. Il-Kummissjoni għandha wkoll tesplora l-possibilità li tintroduċi marka ta' fiduċja elettronika li permezz tagħha l-manifattur jindika fil-websajt tiegħu li huwa konxju tad-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali, ħlief għal dawk il-prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, bħalma huma l-antikitajiet. | (11) Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali, sakemm huma jkunu tqiegħdu fis-suq bħala tali, u għal prodotti użati oriġinarjament imqiegħda fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u ħlief għal dawk il-prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, bħalma huma l-antikitajiet. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ma għandu jkun hemm l-ebda inċertezza legali fir-rigward tar-retroattività tal-leġiżlazzjoni rigward prodotti użati.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal prodotti għall-konsumatur li, għalkemm ma jkunux tal-ikel, ikunu jixbhu l-ikel u jistgħu jiġu mfixkla mal-ikel b'tali mod li l-konsumaturi, speċjalment it-tfal, jistgħu jixħtuhom f'ħalqhom, isoffuhom jew jibilgħuhom, u għalhekk minħabba fihom jaf pereżempju, jifggħu, jiġu avvelenati, jinqasmu minn ġewwa jew ikollhom xkiel għas-sistema diġestiva. S'issa dawn il-prodotti li jixbhu l-ikel ġew irregolati mid-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi, għandha titħassar. | (12) Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal, u b'hekk jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura jew l-esportazzjoni ta', prodotti għall-konsumatur li, għalkemm ma jkunux tal-ikel, ikunu jixbhu l-ikel u jistgħu jiġu mfixkla mal-ikel b'tali mod li l-konsumaturi, speċjalment it-tfal, jistgħu jixħtuhom f'ħalqhom, isoffuhom jew jibilgħuhom, u għalhekk minħabba fihom jaf pereżempju, jifggħu, jiġu avvelenati, jinqasmu minn ġewwa jew ikollhom xkiel għas-sistema diġestiva. S'issa dawn il-prodotti li jixbhu l-ikel ġew irregolati mid-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi, għandha titħassar. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ladarba dan ir-Regolament jirrevoka d-Direttiva 87/357/KEE dwar prodotti li jimitaw l-ikel u jittrasponi dan fl-aspetti meta jiġu vvalutati l-prodotti (Artikolu 6(e) ta' dan ir-Regolament), mhuwiex ċar jekk il-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura jew l-esportazzjoni ta' prodotti li jimitaw l-ikel ikomplux jiġu pprojbiti jew le. Permezz ta' din l-emenda, il-projbizzjoni kif inhi ddikjarata fid-Direttiva 87/357/KEE se tkompli f'dan ir-Regolament.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13a) Il-prinċipju prekawzjonarju, kif stipulat fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE, u spjegat fost l-oħrajn fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prinċipju prekawzjonarju tat-2 ta' Frar 2000, huwa prinċipju fundamentali għas-sigurtà tal-prodotti u għas-sigurtà tal-konsumaturi u għandu jitqies kif inhu xieraq meta tiġi vvalutata s-sigurtà ta' prodott. |
Or. en
(Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-prinċipju prekawzjonarju tat-2 ta' Frar 2000 ( COM(2000)0001 ))
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13b) Il-prinċipju prekawzjonarju għandu rwol fundamentali għall-protezzjoni tal-konsumatur fil-każistika tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-prinċipju għandu jiġi interpretat fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Novembru 2002 fil-Każi konġunti T-74/00 u oħrajn, Artedogan GmbH u Oħrajn vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej1 fejn ġie stabbilit li anki jekk il-prinċipju prekawzjonarju jissemma fit-TFUE biss f'konnessjoni mal-politika ambjentali, huwa usa' fil-kamp ta' applikazzjoni u huwa maħsub biex jiġi applikat sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, sigurtà tal-konsumatur u l-ambjent. |
| _____________ |
| 1 [2002] ECR II-04045 |
Or. en
(Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tas-26 ta' Novembru 2002 fil-każi konġunti T-74/00, T-76/00, T-83/00 to T-85/00, T-132/00, T-137/00 u T-141/00))
Ġustifikazzjoni
Fis-sentenza tal-każi konġunti T-74/00 u oħrajn, huwa enfasizzat, speċjalment fil-paragrafi 181-186, li dak prekawzjonarju huwa prinċipju orizzontali li japplika għal aktar minn sempliċi politiki ambjentali.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 13c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13c) Dan ir-Regolament għandu jqis l-hekk imsejħa "prodotti li jappellaw għat-tfal" li d-disinn tagħhom jixbah b'kwalunkwe mod oġġett ieħor rikonoxxut b'mod faċli bħala oġġett li jappella għat-tfal, jew li huwa intenzjonat għall-użu mit-tfal. B'mod partikolari meta tiġi vvalutata s-sigurtà ta' prodott, għandha titqies in-nozzjoni ta' prodotti li jappellaw għat-tfal. |
Or. en
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 13d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13d) Meta tiġi vvalutata s-sigurtà ta' prodott, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali jekk il-prodott ikun ikkawża korriment notifikat fid-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru [.../..., tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' ..., dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti]*. |
| _______________ |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data u r-referenza tar-Regolament dwar l-MSP (COD 2013/0048). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-ħolqien tad-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej irid jiġi inkluż fir-Regolament li ġej dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti ( COM(2013)75 ).
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun preżunt li hu sigur skont dan ir-Regolament. | (14) Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun preżunt li hu sigur skont dan ir-Regolament sakemm il-prinċipju prekawzjonarju jkun tqies. |
Or. en
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (14a) L-esperjenza wriet li l-marka CE tagħti l-impressjoni l-ħażina lill-konsumaturi li l-prodott ġie approvat mill-awtoritajiet bħala sigur għall-konsumaturi. Il-marka CE+, li tindika li l-prodott ġie ttestjat u nstab konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà stipulati f'dan ir-Regolament minn korp ta' parti terza indipendenti u akkreditat kompetenti biex jivvaluta s-sigurtà tal-prodott speċifiku, tiċċara li l-marka CE oriġinali hija l-indikazzjoni ta' konformità tal-manifattur. Il-marka CE+ għandha tindika b'mod ċar lill-konsumaturi li l-prodott tqies sigur minn korp kompetenti u għandha titqies bħala suppliment għall-marka CE attwali. |
Or. en
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. | (15) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. F'dan ir-rigward, għandu jkun hemm konformità riġida tad-dispożizzjonijiet rigward l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fid-Deċiżjoni Nru.768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008, dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti1 għax dan jipprovdi kundizzjonijiet ekwi bejn l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi koperti minn leġiżlazzjoni armonizzata u dawk koperti minn leġiżlazzjoni mhux armonizzata f'dan ir-Regolament. |
| _____________ |
| 1 ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Permezz ta' konformità riġida tad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, għandu jkun hemm biss tibdil editorjali fid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward din il-kwistjoni sabiex id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni jiġu trasposti b'mod ċar kemm jista' jkun.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq ikunu ġew imfassla u mmanifatturati bi qbil mar-rekwiżiti tas-sigurtà stipulati f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu ċċarati l-obbligi tal-manifattur u jiġu mminimizzati l-piżijiet amministrattivi relatati, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskji ġenerali tal-Unjoni għall-prodotti u jinħolqu għodod elettroniċi li jkunu faċli biex janalizzaw ir-riskji. Il-metodoloġija għandha, filwaqt li tibni fuq l-aħjar prattiki u input mill-partijiet interessati, tistabbilixxi għodda effiċjenti għall-valutazzjoni tar-riksji li l-manifatturi jistgħu jużaw meta jiddisinjaw il-prodotti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-Pjan Pluriennali tal-Kummissjoni ppubblikat mal-proposta għal regolament dwar is-sigurtà tal-prodott tal-konsumaturi jipprevedi approċċ komuni għall-valutazzjoni tar-riskji. Biex jittieħed il-benefiċċju sħiħ tal-metodoloġija, il-manifatturi għandhom ikunu obbligati jintegraw il-metodoloġija fix-xogħol ta' disinn tal-prodotti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel għodda tal-valutazzjoni elettronika disponibbli għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (18a) Id-distributur għandu jiżgura li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom, li jfisser li jivverifikaw l-indikazzjoni fuq il-prodott jew fuq il-pakkett tiegħu tal-isem, l-isem tal-marka jew l-indirizz li fih jistgħu jiġu kkuntattjati l-manifattur u l-importatur u t-twaħħil tan-numru tal-lott, in-numru tas-serje tal-manifattur jew elementi oħrajn fuq il-prodott għall-identifikazzjoni tal-prodott. Id-distributur m'għandux jiċċekkja kull prodott individwalment sakemm id-distributur ma jqisx li l-manifattur jew l-importatur ma jkunux issodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom. |
Or. en
(Ara l-kliem tad-dokument tal-Kummissjoni "Toy Safety Directive 2009/48/EC - an explanatory guidance document" tal-11 ta' Settembru 2011, p.146)
Ġustifikazzjoni
Irid jiġi enfasizzat li d-distributuri m'għandhomx jiċċekkjaw kull prodott individwalment. Permezz ta' din il-premessa, id-dispożizzjonijiet rigward l-obbligi tad-distributuri huwa spjegat mingħajr tibdil fil-kliem tal-artikolu msemmi.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20a) Il-globalizzazzjoni, l-esternalizzazzjoni miżjuda u t-tkabbir fil-kummerċ internazzjonali jfisser li aktar prodotti qed jiġu kkummerċjati fi swieq mad-dinja kollha, u f'dan ir-rigward kooperazzjoni mill-qrib bejn ir-regolaturi globali u partijiet interessati oħrajn fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott tal-konsumaturi hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' ktajjen tal-provvista kumplessi u volumi ogħla ta' kummerċ. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha titħeġġeġ biex ittejjeb in-nozzjoni ta' sigurtà ddeterminata fit-tfassil ta' prodotti permezz ta' kooperazzjoni bilaterali mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' pajjiżi terzi. |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Paragrafu 10 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq ( 2010/2085(INI) )
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 20b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20b) Is-sistemi ta' traċċabilità attwali u l-proċeduri ta' identifikazzjoni għandha tiġi infurzata u mtejba b'mod effettiv. F'dan ir-rigward, il-valutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet dwar l-użu tat-teknoloġiji fis-seħħ huma neċessarji. |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Paragrafu 23 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq ( 2010/2085(INI) )
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 20c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20c) Sabiex fil-futur titjieb it-traċċabilità, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif tiffaċilita l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ta' provenjenza u traċċar speċifiċi u teknoloġiji tal-awtentikazzjoni tal-prodott. F'dik il-valutazzjoni, it-teknoloġiji vvalutati għandhom jiżguraw fost l-oħrajn is-sigurtà tal-prodott tal-konsumaturi, itejbu l-mekkaniżmi tat-traċċar u jevitaw milli jqiegħdu piżijiet amministrattivi mhux neċessarji fuq operaturi ekonomiċi sabiex jiġu evitati l-ispejjeż tagħhom milli jgħaddu għal fuq il-konsumaturi. |
Or. en
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 20d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20d) Meta jiġi identifikat għal liema prodotti speċifiċi l-operaturi ekonomiċi jkunu qiegħdu u għamlu disponibbli dawk il-prodotti disponibbli fis-suq jistabbilixxu jew jaderixxu ma' sistema ta' traċċabilità, il-Kummissjoni għandha l-ewwel u qabel kollox tqis in-natura tal-korriment li għalih ġiet notifikata fid-Database tal-Korriment Pan-Ewropew u n-numru ta' notifiki fis-sistema ta' RAPEX kif ukoll is-serjetà tar-riskji notifikati. Il-Kummissjoni għandha barra minn hekk tinvolvi l-partijiet ikkonċernati relevanti, b'mod partikolari l-Forum tas-Sorveljanza tas-Suq Ewropew kif ġie stabbilit fir-Regolament (UE) Nru.[.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-..., dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti]*. |
| ____________ |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data u r-referenza tar-Regolament dwar l-MSP (COD 2013/0048). |
Or. en
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 20e (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20e) Billi jibnu fuq l-istabbiliment ta' punti ta' kuntatt nazzjonali fir-Regolament (UE) Nru.764/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistipula proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti kkummerċjalizzati b'mod legali fi Stat Membru ieħor, il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodotti għandhom jaħdmu bħala ċentri ta' informazzjoni fl-Istati Membri għal operaturi ekonomiċi sabiex jirċievu gwida u taħriġ dwar rekwiżiti u leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti. |
| __________________ |
| 1 ĠU L 218, 13.8.2008, p. 21. |
Or. en
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) L-indikazzjoni tal-oriġini tissupplimenta r-rekwiżiti bażiċi tat-traċċabbiltà li għandhom x'jaqsmu mal-isem u l-indirizz tal-manifattur. B'mod partikolari, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jgħin biex ikun identifikat il-post proprju tal-manifattura f'dawk il-każijiet kollha meta l-manifattur ma jkunx jista' jiġi kkuntattjat jew l-indirizz mogħti tiegħu jkun differenti mill-post proprju tal-manifattura. Informazzjoni bħal din tista' tħeffef il-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lura l-prodott lejn il-post proprju tal-manifattura, u permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini fil-qafas tal-koperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' segwitu. | (21) L-indikazzjoni tal-oriġini hija suppliment neċessarju għar-rekwiżiti bażiċi tat-traċċabbiltà stipulati f'dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-isem u l-indirizz tal-manifattur. Barra minn hekk, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jgħin biex ikun identifikat il-post proprju tal-manifattura f'dawk il-każijiet kollha meta l-manifattur ma jkunx jista' jiġi kkuntattjat, meta l-indirizz mogħti tiegħu jkun differenti mill-post proprju tal-manifattura, meta l-isem u l-indirizz tal-manifattur ikunu għal kollox neqsin jew minħabba l-fatt li l-indirizz kien fuq il-pakkett li ma jistax jinsab. Informazzjoni bħal din tista' tħeffef il-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lura l-prodott lejn il-post proprju tal-manifattura, u permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini fil-qafas tal-koperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' segwitu. |
Or. en
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21a) L-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodott tkun eħfef għall-konsumaturi biex jaċċessaw l-informazzjoni dwar il-katina tal-prodott, b'hekk jiżdied il-livell ta' għarfien tagħhom. B'mod partikolari, meta jkun qed jiġi indikat l-isem tal-manifattur li jsegwi l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, hemm riskju li l-konsumaturi jitqarrqu għax indikazzjoni tal-manifattur mhux neċessarjament tippermetti lill-konsumatur li jistabbilixxi x'inhu l-post tal-produzzjoni. B'hekk, l-indikazzjoni tal-oriġini se jkun l-uniku mezz li bih il-konsumaturi jkunu kapaċi jistabbilixxu liema kien il-pajjiż tal-produzzjoni. |
Or. en
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 21b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21b) F'ħafna ġurisdizzjonijiet tas-sħab kummerċjali tal-Unjoni, l-indikazzjoni tal-oriġini hija mandatorja fit-tikkettar tal-prodott u d-dikjarazzjonijiet tad-dwana. L-introduzzjoni tal-indikazzjoni tal-oriġini skont dan ir-Regolament iġib lill-Unjoni konformi mar-reġim tal-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, ladarba r-rekwiżit biex tiġi pprovduta indikazzjoni tal-oriġini jkopri l-prodotti mhux tal-ikel kollha fit-territorju tal-Unjoni, sew jekk importati jew le, huwa jrid jikkonforma mal-obbligi tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni. |
Or. en
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 30a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (30a) Penali bbażati fuq ksur ta' dan ir-Regolament għandhom jintgħażlu għall-finanzjament tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istat Membru msemmi li jimponi sanzjoni fuq operatur ekonomiku. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet iridu barra minn hekk jiġu simplifikati mad-dispożizzjonijiet adottati fir-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq li ġej ( COM(2013)75 ).
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 30b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (30b) Minħabba l-livelli frammentati u differenzjati tal-penali bejn l-Istati Membri, huwa neċessarju li jiġu introdotti penali b'mod ikkoordinat, inklużi multi għaljin, għal operaturi ekonomiċi li deliberatament jintroduċu prodotti perikolużi jew li ma jikkonformawx fis-suq intern. B'hekk, il-projbizzjonijiet tal-prodotti għandhom ikunu ppubblikati ta’ spiss kemm jista’ jkun sabiex tiżdied il-viżibilità tal-kontrolli fuq il-fruntieri u s-sorveljanza tas-suq u biex jiskuraġġixxu lill-operaturi tas-suq kriminali. |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Paragrafu 4 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq ( 2010/2085(INI) )
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq tal-Unjoni. | Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq tal-Unjoni. L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa li jiġi żgurat li prodotti mqiegħda fis-suq jew li jsiru disponibbli fis-suq ikunu siguri. |
Or. en
(Ara L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Ġustifikazzjoni
L-objettiv ta' dan ir-Regolament dejjem irid ikun li jkun hemm Suq Uniku sigur.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz mogħti lill-konsumaturi; | (h) tagħmir li jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz mogħti lill-konsumaturi; |
Or. en
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-Kapitoli II sa IV ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal prodotti soġġetti għal rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha. | 4. Il-Kapitoli II u III ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal prodotti soġġetti għal rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontu. Meta l-prodotti jkunu soġġetti għar-rekwiżiti speċifiċi tas-sigurtà imposti mill-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kapitoli II u III ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għall-aspetti u r-riskji jew il-kategoriji tar-riskji mhux koperti b'dawn ir-rekwiżiti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jkompli jaġixxi bħala "xibka ta' sigurtà" għas-sigurtà tal-prodott kif inhu attwalment enfasizzat fid-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti fejn japplika għal każijiet fejn ikun hemm nuqqas ta' dispożizzjonijiet tas-sigurtà aktar speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u permezz ta' dan tiġi żgurata s-sigurtà tal-prodotti kollha mqiegħda fis-suq.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) "prodott sigur" tfisser kull prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni u l-manutenzjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni; | (1) "prodott sigur" tfisser kull prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni u l-manutenzjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni u f'konformità mal-prinċipju prekawzjonarju; |
Or. en
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1a) "prodott perikoluż" tfisser kwalunkwe prodott li mhuwiex prodott sigur skont it-tifsira tal-punt 1; |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Premessa 2(c) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) "riskju serju" tfisser riskju li jeħtieġ intervent malajr u segwitu, inklużi każijiet meta l-effetti jaf ma jkunux immedjati. | (17) "riskju serju" tfisser riskju jew esponiment għal riskju, emerġenza jew periklu, inklużi każijiet meta l-effetti jaf ma jkunux immedjati, waqt li jeħtieġu intervent rapidu u segwitu mill-awtoritajiet pubbliċi; |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Premessa 2(d) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (17a) ‘servizz’ tfisser kwalunkwe attività ekonomika ta' impjieg awtonomu normalment ipprovdut b’rimunerazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 57 TFUE; |
Or. en
(Ara l-kliem tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 4a |
| Projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura jew l-esportazzjoni ta' prodotti li jimitaw l-ikel |
| L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni, il-manifattura u l-esportazzjoni ta' prodotti li, għalkemm mhumiex ikel, jixbhu l-ikel u jistgħu jiġu mfixkla mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs jew karatteristiċi oħra tagħhom. |
Or. en
(Ara l-kliem tad-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi
Ġustifikazzjoni
Ladarba dan ir-Regolament jirrevoka d-Direttiva 87/357/KEE dwar prodotti li jimitaw l-ikel u jittrasponi dan fl-aspetti meta jiġu vvalutati l-prodotti (Artikolu 6(e) ta' dan ir-Regolament), mhuwiex ċar jekk il-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura jew l-esportazzjoni ta' prodotti li jimitaw l-ikel ikomplux jiġu pprojbiti jew le. Permezz ta' din l-emenda, il-projbizzjoni kif inhi ddikjarata fid-Direttiva 87/357/KEE se tkompli f'dan ir-Regolament.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-preżunzjoni tas-sigurtà m'għandhiex tevita l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu azzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru.[.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-..., dwar il-prodotti tas-sorveljanza tas-suq]* meta jkun hemm evidenza ġdida li, minkejja tali konformità, il-prodott jippreżenta riskju. |
| ___________ |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data u r-referenza tar-Regolament dwar l-MSP (COD 2013/0048). |
Or. en
(Ara l-kliem tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti tas-sorveljanza tas-suq ( COM(2013)75 ), paragrafu 13 (3).)
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Aspetti għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti | Aspetti għall-valutazzjoni tal-konformità tar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà tal-prodotti |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-valutazzjoni tal-prodotti f'dan ir-Regolament hija valutazzjoni tal-konformità tar-rekwiżiti tal-prodott, mhux valutazzjoni tas-sigurtà bħala definizzjoni wiesgħa.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, standards Ewropej jew rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq kif jissemma fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 5, għandhom jitqiesu dawn l-aspetti li ġejjin fil-valutazzjoni jekk prodott ikunx sigur, b'mod partikolari: | 1. Fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, standards Ewropej jew rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq kif jissemma fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 5, għandhom jitqiesu l-prinċipju prekawzjonarju kif stipulat fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE u dawn l-aspetti li ġejjin mill-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fil-valutazzjoni jekk prodott ikunx sigur, b'mod partikolari: |
Or. en
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli; | (d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità, filwaqt li titqies il-vulnerabilità minħabba l-kategoriji tal-prodott speċifiċi; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni usa' tal-konsumaturi vulnerabbli hija meħuda mill-Premessa 13 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta prodott, għalkemm ma jkunx tal-ikel, ikun jixbah l-ikel u jista' jiġi mfixkel mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra. | (e) id-dehra u l-karatteristiċi tal-prodott, l-ippakkettjar tiegħu u l-preżentazzjoni tiegħu lill-konsumaturi jew xerrejja oħrajn. Dan jinkludi potenzjalment dehra li tqarraq, b'mod partikolari fejn prodott, għalkemm mhux maħsub għal użu minnhom, jixbah b'kwalunkwe mod oġġett ieħor ġeneralment rikonoxxut bħala oġġett li jappella għat-tfal, jew li huwa intenzjonat għall-użu mit-tfal, minħabba d-disinn u l-karatteristiċi tiegħu. |
Or. en
(Ara l-kliem tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/357/KE L 120, 7.5.2008, p. 11)
Ġustifikazzjoni
Hemm bżonn li l-prodotti li jappellaw għat-tfal ikunu inklużi f'qafas leġiżlattiv komprensiv tal-Unjoni. Ir-raġuni hija biex dejjem jitqiesu dawn l-ispeċifikazzjonijiet u karatteristiċi fil-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur rigward is-sigurtà f'termini tan-natura, il-kompożizzjoni u l-użu intenzjonat tiegħu. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Bidla f'ordni ta' aspetti oħrajn trid titqies meta tiġi vvalutata l-konformità tar-rekwiżiti tas-sigurtà.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ab) il-prinċipju prekawzjonarju; |
Or. en
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ga) jekk il-prodott, kategoriji jew gruppi ta' prodotti jkunu kkawżaw korrimenti notifikati fid-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru [.../..., tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' ..., dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti]*. |
| _____________ |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data u r-referenza tar-Regolament dwar l-MSP (COD 2013/0048). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-ħolqien tad-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej irid jiġi inkluż fir-Regolament li ġej dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti ( COM(2013)75 ).
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur dwar is-sigurtà. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Bidla f'ordni ta' aspetti oħrajn trid titqies meta tiġi vvalutata l-konformità tar-rekwiżiti tas-sigurtà.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 6a |
| Il-marka CE+ |
| 1. Il-marka CE+ għandha titwaħħal biss mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
| 2. Il-marka CE+ għandha titwaħħal biss mal-prodotti tal-konsumaturi koperti minn dan ir-Regolament, u m'għandhiex titwaħħal ma' xi prodott ieħor. |
| 3. Billi jwaħħal jew jiżgura li titwaħħal il-marka CE+, il-manifattur jindika li l-prodott ġie ttestjat u nstab konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà f'dan ir-Regolament minn korp akkreditat kompetenti biex jivvaluta s-sigurtà tal-prodott speċifiku. |
| 4. Il-marka CE+ għandha tkun l-unika marka li turi li l-prodott ġie ttestjat u nstab li huwa prodott sigur. |
| 5. Għandu jkun projbit li jitwaħħlu fuq prodott marki, sinjali jew iskrizzjonijiet li probabbilment iqarrqu lil partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira jew tal-forma tal-marka CE+. Tista' titwaħħal kwalunkwe marka oħra mal-prodott sakemm din ma taffettwax il-viżibilità, il-leġġibilità u t-tifsira tal-marka CE+. |
| 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw implimentazzjoni korretta tar-regoli li jirregolaw il-marka CE+ u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ li jsir użu mhux xieraq tal-marka. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal pieni għall-ksur, li jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali meta jkun hemm ksur gravi. Dawk il-pieni għandhom ikunu proporzjonati għall-gravità tar-reat u jikkostitwixxu deterrent effettiv kontra l-użu skorrett. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-marka CE tibgħat sinjal lill-konsumaturi li l-prodott huwa sigur. Il-marka CE, madankollu, hija biss l-indikazzjoni tal-manifattur, li huwa jieħu r-responsabilità għall-konformità tal-prodott bir-rekwiżiti applikabbli kollha stipulati fil-leġiżlazzjoni relevanti. Il-marka CE+ proposta se tkun supplimentari għall-marka CE u tindika li l-prodott immarkat ġie ttestjat minn parti terza indipendenti u nstab sigur minn korp kompetenti.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kif xieraq: | B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha: |
Or. en
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati bi qbil mal-Artikolu 20 li jispeċifikaw l-aspetti li jridu jiġu eżaminati mill-manifattur meta jiġu analizzati r-riskji possibbli, inkluż il-format tal-analiżi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Meta jiġu adottati dawk l-atti, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe strument eżistenti tal-analiżi tar-riskji biex jiġi minimizzat il-piż żejjed fuq il-manifatturi, inklużi l-aħjar prattiki fost il-manifatturi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-emenda hija relatata mas-sigurtà ddeterminata fit-tfassil u tobbliga l-manifatturi biex jagħmlu analiżi tar-riskji dettaljata kmieni kemm jista' jkun fil-fażi tat-tfassil tal-prodott. Il-Kummissjoni mitluba tuża l-istrumenti eżistenti diġà disponibbli u torbothom b'mod speċjali mal-ħidma li qiegħed attwalment isir fil-Pjan Pluriennali biex tiġi stabbilita valutazzjoni tar-riskji ġenerali tal-UE għall-prodotti.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 8 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sigurtà. | Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sigurtà b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Is-sentenza mħassra mhijiex parti mill-Artikolu R2 (7) tad-Deċiżjoni 768/2008/KE.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. | 9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq, u jiġu mwissija b'mod adegwat u effettiv il-konsumaturi li jinsabu f'riskju minħabba n-nuqqas ta' konformità tal-prodott. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 9a. Twissijiet, li jiddeterminaw id-deċiżjoni biex jinxtara prodott, bħal dawk li jispeċifikaw l-etajiet minimi u massimi għall-utenti u twissijiet importanti oħra, għandhom jidhru fuq il-pakkett tal-prodott jew inkella jkunu jidhru b’mod ċar għal konsumatur qabel ix-xiri, inkluż f'każijiet meta x-xiri jsir onlajn. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-informazzjoni għall-konsumatur trid tissaħħaħ, speċjalment fir-rigward ta' bejgħ onlajn fejn huwa diffiċli għall-konsumaturi li jiċċekkjaw informazzjoni speċifika ta' prodott u fuq il-pakketti tiegħu.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sigurtà b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sigurtà. | L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sigurtà b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Is-sentenza mħassra mhijiex parti mill-Artikolu R4 (4) tad-Deċiżjoni 768/2008/KE.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbuhielhom. | 8. L-importaturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jżommuh għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jipprovduha lil dawk l-awtoritajiet jekk dawn jitolbuhielhom. |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Artikolu R4 (8) tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq)
Ġustifikazzjoni
Dan huwa allinjament riġidu mill-Artikolu R4 (8) tad-Deċiżjoni.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. Twissijiet, li jistgħu jiddeterminaw id-deċiżjoni biex jinxtara prodott, bħal dawk li jispeċifikaw l-etajiet jew il-piżijiet minimi u massimi għall-utenti u twissijiet importanti oħra, għandhom jidhru fuq il-pakkett tal-prodott jew inkella jkunu jidhru b’mod ċar għal konsumatur qabel ix-xiri, inkluż f'każijiet meta x-xiri jsir onlajn. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-informazzjoni għall-konsumatur trid tissaħħaħ, speċjalment fir-rigward ta' bejgħ onlajn fejn huwa diffiċli għall-konsumaturi li jiċċekkjaw informazzjoni speċifika ta' prodott u fuq il-pakketti tiegħu.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) għadd limitat biss ta' prodotti definiti sew ma jkunux siguri; | imħassar |
Or. en
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-kawża tar-riskju tal-prodott hija tali li l-għarfien dwarha ma jirrappreżentax informazzjoni utli għall-awtoritajiet jew għall-pubbliku. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa kważi impossibbli li jiġi definit x'jirrappreżenta informazzjoni utli għall-awtoritajiet jew il-pubbliku.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jiddeterminaw il-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti li għalihom, minħabba l-livell baxx tar-riskju tagħhom, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(7) u fl-Artikolu 10(3) ma għandhiex għalfejn tidher fuq il-prodott innifsu. | 3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jiddeterminaw il-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti li għalihom, minħabba l-livell baxx tar-riskju tagħhom, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(7) u fl-Artikolu 10(3) ma għandhiex għalfejn tidher fuq il-prodott innifsu. Dawn l-atti delegati għandu jiġi adottat f'biżżejjed ħin qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa neċessarju għall-operaturi ekonomiċi li jkunu jafu b'biżżejjed ħin minn qabel liema prodotti huma koperti mill-Artikolu 13.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-traċċabbiltà tal-prodotti | It-traċċabbiltà ta' ċerti prodotti |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Iż-żieda hija neċessarja għax is-sistema tat-traċċabilità proposta tkopri biss prodotti jew kategoriji ta' prodotti speċifiċi.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 15a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 15a |
| Il-Punti ta' Kuntatt għas-Sigurtà tal-Prodott |
| 1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott fit-territorji tagħhom u għandhom jikkomunikaw id-dettalji tal-kuntatt tagħhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. |
| 2. Il-Kummissjoni għandha tfassal u regolarment taġġorna lista tal-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott u tippubblikaha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ukoll din l-informazzjoni disponibbli fuq il-websajt tagħha. |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor)
Ġustifikazzjoni
Huwa neċessarju li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott billi jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodott u l-informazzjoni ta' trasferiment madwar l-industriji u l-operaturi ekonomiċi.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 15b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 15b |
| Il-ħidmiet tal-Punti ta' Kuntatt għas-Sigurtà tal-Prodott |
| 1. Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott meta jintalbu minn, inter alia, operatur ekonomiku jew minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, għandhom jagħtu l-informazzjoni li ġejja: |
| (a) ir-regoli tekniċi applikabbli għal tip speċifiku ta' prodott fit-territorju fejn ikunu stabbiliti dawk il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott u informazzjoni dwar jekk dak it-tip ta' prodott huwiex suġġett għal rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn qabel taħt il-liġijiet tal-Istat Membru tagħhom, flimkien ma' informazzjoni fir-rigward tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku kif previst fir-Regolament (KE) Nru.764/2008 u l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; |
| (b) id-dettalji ta' kuntatt ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru tagħhom permezz ta' liema ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament, inklużi l-partikolaritajiet ta' l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-implimentazzjoni tar-regoli tekniċi in kwistjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; |
| (c) ir-rimedji ġeneralment disponibbli fit-territorju ta' dak l-Istat Membru fil-każ ta’ kunflitt bejn l-awtoritajiet kompetenti u operatur ekonomiku. |
| 2. Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott għandhom iwieġbu fi żmien ħmistax-il jum ta' xogħol mir-riċezzjoni ta’ kwalunkwe talba kif imsemmi fil-paragrafu 1. |
| 3. Il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott fl-Istat Membru fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ikkummerċjalizza legalment il-prodott in kwistjoni jistgħu jipprovdu kwalunkwe informazzjoni jew osservazzjonijiet rilevanti lill-operatur ekonomiku jew lill-awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru.764/2008. |
| 4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu uffiċċji fil-qafas tal-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott sabiex jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodott u u r-rekwiżiti in ġenerali u l-informazzjoni ta' trasferiment madwar l-industriji sabiex tiġi appoġġjata l-edukazzjoni tal-operaturi ekonomiċi dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodott. |
| 5. Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott m'għandhom jitolbu l-ebda ħlas għall-għoti ta' informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1. |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor)
Ġustifikazzjoni
Huwa neċessarju li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott billi jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodott u l-informazzjoni ta' trasferiment madwar l-industriji u l-operaturi ekonomiċi.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà. | 1. Għal prodotti notifikati fis-sistema RAPEX talli kellhom riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà ta' persuni jew notifikati fid-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru.[.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-..., dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti]*, jew għal prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, jistgħu jitqiesu li huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà. |
| ______________ |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data u r-referenza tar-Regolament dwar l-MSP (COD 2013/0048). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Notifika rikorrenti fis-sistema tar-RAPEX jew notifika fid-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej huma indikaturi ċari li miżuri ta' traċċabilità speċjali huma bżonnjużi għall-gruppi speċifiċi ta' prodotti u l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tieħu passi neċessarji wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. Billi jiġu inklużi prodotti li għadhom ma ġewx notifikati fis-sistema RAPEX, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tieħu passi neċessarji mingħajr ma jkollha tistenna għal notifika tar-RAPEX.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) tiddetermina l-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni kif jissemma fil-paragrafu 1; | (a) tiddetermina l-prodotti notifikati permezz tas-sistema RAPEX jew fid-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej u l-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti li jistgħu jitqiesu suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni kif jissemma fil-paragrafu 1; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Notifika rikorrenti fis-sistema tar-RAPEX jew notifika fid-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej huma indikaturi ċari li miżuri ta' traċċabilità speċjali huma bżonnjużi għall-gruppi speċifiċi ta' prodotti u l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tieħu passi neċessarji wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. Billi jiġu inklużi prodotti li għadhom ma ġewx notifikati fis-sistema RAPEX, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tieħu passi neċessarji mingħajr ma jkollha tistenna għal notifika tar-RAPEX.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tadotta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu b'deċiżjoni ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3). | Il-Kummissjoni għandha tadotta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu b'deċiżjoni ta' implimentazzjoni wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati relevanti kollha kif ukoll mal-kumitat imwaqqaf mill-Artikolu 19(1). Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3). |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru.1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropew.)
Ġustifikazzjoni
Partijiet ikkonċernati u esperti settorjali għandhom - kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru.1025/2012 dwar standardizzazzjoni Ewropea - jiġu kkonsultati meta l-Kummissjoni titlob l-istandards.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqis li standard Ewropew imsemmi fl-Artikolu 16 ma jkunx jissodisfa għalkollox ir-rekwiżiti li jkollu l-għan ikopri u r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni dwaru bi spjegazzjoni dettaljata u l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi: | 1. Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqis li standard Ewropew imsemmi fl-Artikolu 16 ma jkunx jissodisfa għalkollox ir-rekwiżiti li jkollu l-għan ikopri u r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni dwaru bi spjegazzjoni dettaljata u l-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-kumitat imwaqqaf mill-Artikolu 19(1), tiddeċiedi: |
Or. en
(Ara l-kliem tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru.1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropew.)
Ġustifikazzjoni
L-esperti settorjali tal-Istati Membri jridu jkunu involuti meta l-Kummissjoni tagħmel deċiżjoni rigward oġġezzjonijiet għal standards armonizzati.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu d-daqs tal-impriżi u b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji. Il-penali jistgħu jiżdiedu jekk qabel, l-operatur ekonomiku rilevanti ikun għamel ksur simili u jistgħu jkunu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju. | 2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu d-dħul tal-impriżi. Il-penali jistgħu jiżdiedu jekk qabel, l-operatur ekonomiku rilevanti ikun għamel ksur simili u jistgħu jkunu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jekk il-penali kellhom iqisu d-daqs tal-impriżi, kummerċjanti diżonesti possibbli ma jiġux skuraġġuti għax il-ksur kontinwu jista' faċilment isir minn impriżi żgħar filwaqt li jkollu effett serju fuq is-sigurtà tal-prodotti fis-Suq Uniku.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-penali għandhom jintgħażlu għal attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istat Membru kkonċernat. |
Or. en
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Mhux aktar tard minn [ħames] snin wara d-data tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fejn jidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi, filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b'mod partikulari fuq intrapriżi żgħar u medji. | Mhux aktar tard minn ... *, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fejn jidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi bi qbil mal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b'mod partikulari fuq intrapriżi żgħar u medji. Dak ir-rapport għandu jivvaluta fost l-oħrajn l-implikazzjonijiet u l-interazzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru.1025/2012 ma' dan ir-Regolament. |
| _____________ |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 21a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibilità li tiġi introdotta b'mod ikkoordinat regola għal penali għal operaturi ekonomiċi li deliberatament jintroduċu prodotti perikolużi jew mhux konformi fis-suq intern u jittrażmettu dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. |
| ______________ |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 22a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 764/2008 huma revokati b'effett minn …*.
|
| _______ * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ir-revoka hija konsegwenza tal-introduzzjoni tal-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-prodott f'dan ir-Regolament.
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Meta l-Kummissjoni pproponiet il-proposta tagħha għal Regolament dwar is-Sigurtà tal-Prodott tal-Konsumaturi fit-13 ta' Frar 2013, ġiet introdotta f'nofs kriżi twila u li għajjiet il-konsumaturi u n-negozji Ewropej. Il-proposta għalhekk tqiegħed lilha nnifisha fin-nofs ta' dibattitu bejn ir-regolazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Ix-xewqa tar-Rapporteur hija li tingħata tweġiba solida għal dan id-dibattitu fundamentali u li ma jispiċċa qatt. Mill-perspettiva tar-Rapporteur huwa mingħajr dubju li Suq Uniku li jaħdem sew jeħtieġ żewġ komponenti fundamentali: Sigurtà għall-konsumaturi u kundizzjonijiet ekwi għan-negozji. Il-konsumaturi jistgħu jkunu siguri biss permezz tar-regolament u r-rekwiżiti. Huwa biss bil-prodotti siguri li l-konsumaturi jitħeġġu jixtru aktar prodotti fis-Suq Uniku. Is-sigurtà tal-prodotti hija ewlenija biex tiżgura Suq Uniku li jaħdem sew u permezz ta' dan jiġi ffaċilitat it-tkabbir għan-negozji Ewropej u prosperità fl-Unjoni.
Bħala nota ġenerali, ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għax f'partijiet kbar minnha hija qrib tar-rakkomandazzjonijiet tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq[2]. Ir-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Prodotti għall-Konsumatur tmiss parti kbira mis-Suq Uniku. Kif tiddikjara l-Kummissjoni fil-valutazzzjoni tal-impatt tagħha[3], safejn ikunu kkonċernati l-prodotti tal-konsumaturi - armonizzati u mhux armonizzati - il-volum ta' kummerċ intra-UE bejn l-2008 u l-2010 ammonta għal kważi EUR 1 triljun.
Madankollu, il-konsumaturi Ewropej ma jħossuhomx siguri meta joperaw fis-Suq Uniku. Skont stħarriġ tal-Kummissjoni magħmul mill-Ewrobarometru fl-2012, 27 % tal-konsumaturi ħasbu li numru sinifikanti ta' prodotti mhux tal-ikel tal-konsumaturi fis-Suq Uniku ma kienx sigur[4].
Barra minn hekk, ir-rapport annwali tal-2012 dwar l-operazzjoni tas-Sistema ta' Twissija Rapida għal prodotti perikolużi mhux tal-ikel (RAPEX) wera żieda ta' 26 % fi twissijiet ta' prodotti rrappurtati fis-sistema RAPEX meta mqabbla maċ-ċifri tal-2011[5]. Ma hemm l-ebda dubju li parti miż-żieda hija kkawżata minn attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq imtejba fl-Istati Membri imma huwa wkoll mingħajr dubju li n-numru ta' prodotti perikolużi fis-Suq Uniku qiegħed jiżdied.
Ir-Rapporteur jidhirlu li din hija inaċċettabbli għax nuqqas ta' fiduċja fis-Suq Uniku tfixkel it-tkabbir u l-prosperità fl-Unjoni in ġenerali. Element fundamentali biex tissolva din il-problema huwa permezz ta' reġim tas-sigurtà tal-prodott, li jkun jiffunzjona sew, stabbilit minn dan ir-Regolament.
Kwistjonijiet orizzontali
CPSR bħala xibka tas-sigurtà ġenerali
Għar-Rapporteur, hija tal-akbar importanza li dan ir-Regolament ikompli jaġixxi bħala "xibka tas-sigurtà" għas-sigurtà tal-prodott. Fil-leġiżlazzjoni attwali, id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti[6] tenfasizza li d-Direttiva tapplika għall-każijiet fejn ikun hemm nuqqas ta' dispożizzjonijiet tas-sigurtà aktar speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u permezz ta' dan tiġi żgurata s-sigurtà tal-prodotti kollha mqiegħda fis-suq.
Permezz tal-konformità tad-dispożizzjonijiet attwali ma' dan ir-Regolament, ir-Regolament tal-Prodott tal-Konsumaturi jkollu funzjoni "umbrella" sabiex tingħalaq il-lakuna msemmija hawn fuq. Huwa għalhekk stipulat mir-Rapporteur li r-Regolament se jaġixxi bħala qafas leġiżlattiv b'bażi wiesgħa ta' natura orizzontali sabiex jiġu ttrattati prodotti li jeżistu jew li jistgħu jiġu żviluppati u wkoll biex ikopru l-lakuni.
Introduzzjoni mill-ġdid tal-prinċipju prekawzjonarju
Xibka tas-sigurtà għal-leġiżlazzjoni tal-prodotti tal-Unjoni trid tipprovdi rekwiżiti tas-sigurtà effiċjenti. Madankollu, ir-Rapporteur sab li l-proposta tal-Kummissjoni kellha nuqqas wieħed ewlieni: Meta ġew ivvalutati r-riskji possibbli tal-prodotti, tħassret ir-referenza għall-prinċipju prekawzjonarju fid-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti[7].
Ir-Rapporteur sab li dan mhuwiex is-sinjal it-tajjeb li kellu jintbagħat lill-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Minflok, il-prinċipju prekawzjonarju - kif iddikjarat fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE - irid jiġi introdott mill-ġdid sabiex tiġi żgurata l-kunsiderazzjoni xierqa tal-aspetti tas-sigurtà fundamentali meta tiġi vvalutata s-sigurtà tal-prodott.
Permezz tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-prinċipju prekawzjonarju, ir-Rapporteur enfasizza l-bżonn li jiġi ppreservat dan il-prinċipju orizzontali u l-pilastru fundamentali għas-sigurtà tal-prodotti u għas-sigurtà tal-konsumaturi.
Konformità riġida mal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid.
Waħda mill-innovazzjonijiet l-aktar importanti fil-proposta tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà tal-Prodotti għall-Konsumatur huwa l-allinjament tal-obbligi tal-operaturi ekonomiċi mid-Deċiżjoni 768/2008/KE għal dan ir-Regolament[8]. Din hija innovazzjoni għax id-Deċiżjoni - bħala parti mill-Qafas Leġiżlattiv Ġdid - s'issa kienet allinjata biss f'leġiżlazzjoni tal-Unjoni armonizzata filwaqt li l-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament ikopri biss prodotti mhux armonizzati.
Ir-Rapporteur isibha kruċjali li jkun hemm konsistenza mal-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni fir-rigward tal-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. Għalhekk, l-allinjament mid-Deċiżjoni għal dan ir-Regolament se jinżamm riġidu kemm jista' jkun billi l-kliem tad-dispożizzjonijiet diġà introdott fid-Deċiżjoni u traspost f'dan ir-Regolament ma jiġix emendat.
Enfasi miżjuda fuq is-sigurtà ddeterminata fit-tfassil
Is-sigurtà ta' prodott dejjem se tkun ir-responsabilità tal-manifatturi. L-iżgurar li l-manifatturi jqisu awtomatikament is-sigurtà tal-prodott fil-fażi ta' tfassil jista' jkollu impatt kbir fuq is-sigurtà tal-prodotti fis-suq, filwaqt li jiġu ffrankati r-riżorsi għas-sorveljanza tas-suq.
Ir-Rapporteur se jitlob lill-Kummissjoni biex toħloq mezz effettiv u faċli biex jintuża għall-operaturi ekonomiċi biex jivvalutaw kwalunkwe riskju tal-prodott qabel ma jitqiegħed fis-suq.
Proposti ewlenin
Ir-Rapporteur, apparti l-erba' kwistjonijiet orizzontali msemmija hawn fuq, se jiffoka fuq il-proposti ewlenin li ġejjin:
Konsumaturi vulnerabbli
Trid tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-konsumaturi vulnerabbli dwar is-Suq Uniku. Meta tiġi vvalutata s-sigurtà tal-prodotti, il-vulnerabilità tal-konsumatur hija fattur ewlieni biex jiġi determinat jekk prodott huwiex sigur jew le. Barra minn hekk, ir-Rapporteur isib li huwa neċessarju li titqies in-nozzjoni ta' prodotti li jappellaw għat-tfal meta tiġi vvalutata s-sigurtà tal-prodott.
Pajjiż tal-oriġini
Il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi rekwiżit għal indikazzjoni tal-oriġini fuq il-prodotti jew il-pakketti tagħhom. Ir-Rapporteur iżomm il-proposta kif inhu ddikjarat fl-Artikolu 7 għax hija ewlenija biex titjieb it-traċċabilità għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, titjieb it-trasparenza tal-katina tal-provvista u b'hekk tissaħħaħ il-kunfidenza tal-konsumaturi favur is-Suq Uniku.
Il-marka CE+
Il-marka CE tibgħat sinjal lill-konsumaturi li l-prodott huwa sigur. Il-marka CE, madankollu, hija biss l-indikazzjoni tal-manifattur, li huwa jieħu r-responsabilità għall-konformità tal-prodott bir-rekwiżiti applikabbli kollha stipulati fil-leġiżlazzjoni relevanti. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta' marka CE+ ġdida biex tindika li l-prodott immarkat ġie ttestjat minn parti terza indipendenti u nstab sigur minn korp kompetenti. B'hekk, il-marka CE+ il-ġdida se tkun supplimentari għall-marka CE attwali.
Id-djalogu transatlantiku
Il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sigurtà tal-prodotti u tas-sorveljanza tas-suq tal-istati Uniti hija kruċjali sabiex titjieb il-qagħda attwali u r-reġim leġiżlattiv fl-Unjoni. Permezz ta' kooperazzjoni formalizzata, djalogu u skambju tal-aħjar prattiki, l-Unjoni tista' titgħallem mill-Istati Uniti fir-rigward ta' leġiżlazzjoni aħjar u aktar effiċjenti. Qabel l-iskadenza għall-emendi ta' dan ir-Rapport, ir-Rapporteur se jidħol fi djalogu mar-rappreżentanti tal-gvern Amerikan u probabilment se jintroduċi emendi dwar id-djalogu transatlantiku f'dan l-istadju.
Il-Punti ta' Kuntatt għas-Sigurtà tal-Prodott
Fir-Regolament 764/2008 dwar proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti kkummerċjalizzati b'mod legali fi Stat Membru ieħor, il-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott huma stabbiliti f'kull Stat Membru sabiex l-operaturi ekonomiċi jiġu infurmati dwar ir-regoli rigward ir-rikonoxximent reċiproku kif inhu mniżżel fir-Regolament. Madankollu, ir-Rapporteur sab li huwa neċessarju li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott billi jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodott u l-informazzjoni ta' trasferiment madwar l-industriji u l-operaturi ekonomiċi.
Penali
Il-penali u s-sanzjonijiet iridu jiġu simplifikati u magħżula sabiex il-kummerċjanti diżonesti jkunu dawk li jħallsu l-maġġoranza tal-ispejjeż tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq. Illum, il-persuna li tħallas it-taxxa hija dik li qed tħallas il-prezz għas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni. Fil-futur, il-penali jkunu kruċjali biex jevitaw u jaqtgħu qalb kummerċjanti diżonesti li jkunu qed jidħlu fis-Suq Uniku, filwaqt li jkunu proporzjonati u ġusti.
Bejgħ onlajn
Finalment, minħabba n-numru ta' prodotti minn pajjiżi terzi mixtrija onlajn mill-konsumaturi li jafu ma jkunux f'konformità mar-rekwiżiti u l-istandards tas-sigurtà Ewropej, b'hekk jiġu pperikolati s-sigurtà u s-saħħa tal-konsumaturi, ir-Rapporteur jisħaq fuq il-bżonn ta' fokus iddedikat fuq it-tisħiħ tal-kunfidenza tal-konsumaturi fil-kummerċ elettroniku permezz ta' kampanji tal-edukazzjoni u tal-għarfien mibdija mill-Kummissjoni.
ANNESS - LISTA TA' KONTRIBUTI MILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI
Dikjarazzjoni ta' ċaħda tar-responsabbiltà
Il-lista li ġejja ta' partijiet ikkonċernati hija miġbura fuq il-bażi ta' laqgħat, ittri u dokumenti ta' pożizzjoni sa minn Jannar 2010 sal-iskadenza għal dan l-abbozz ta' rapport f'Ġunju 2013.
Irid jitqies li l-lista mhijiex komprensiva. Hija pjuttost impossibbli li jissemmew it-tipi kollha ta' difiża għar-Rapporteur matul din il-leġiżlatura. Barra minn hekk, ir-Rapporteur ħadem fil-Parlament Ewropew dwar is-suġġett tas-sigurtà tal-prodott sa mill-2008. B'hekk, is-sorsi ta' ispirazzjoni huma vasti u diffiċli biex jinftiehmu fit-totalità tagħhom.
Madankollu, l-ambizzjoni ta' din il-lobby hija għar-Rapporteur li juri b'mod miftuħ fejn oriġinat l-ispirazzjoni għal dan l-abbozz ta' rapport.
Lista ta' partijiet ikkonċernati
§ ANEC
§ BEUC
§ BUSINESSEUROPE
§ CEN-CENELEC
§ CEOC International
§ Konfederazzjoni tal-Industriji Daniżi
§ Il-Kamra tal-Kummerċ Daniża
§ Il-Kunsill tal-Konsumaturi Daniż
§ L-Awtorità Daniża tat-Teknoloġija tas-Sigurtà
§ Il-Fondazzjoni tal-Istandards Daniża
§ DĠ SANCO
§ ETUI (Istitut Ewropew tat-Trejdunjin)
§ L-Eurocommerce
§ Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
§ L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tat-Tajers u l-Gomma
§ Il-Presidenza Litwana li jmiss tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Ħarifa 2013
§ Il-Presidenza Irlandiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tar-Rebbiegħa 2013
§ Is-Sur Jean-Philippe MONTFORT, sħab ma' MayerBrown
§ LEGO u TIE (Toy Industries Europe)
§ Louis Vuitton Moët Hennessy (LVMH)
§ Orgalime
§ Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija għall-Unjoni Ewropea
§ Rappreżentanza Permanenti tad-Danimarka għall-Unjoni Ewropea
§ Rappreżentanza Permanenti tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-Unjoni Ewropea
§ Is-Sur Torben RAHBEK, konsulent indipendenti
§ TÜV
§ UL DEMKO
§ Kummissjoni ta' Sikurezza tal-Prodotti għall-Konsumatur tal-Istati Uniti (CPSC)
§ VELUX Danimarka
§ Ir-Rapporteur organizza dibattitu waqt kolazzjon fl-4 ta' Ġunju 2013 f'kollaborazzjoni ma' BUSINESSEUROPE u BEUC. Għal-lista tal-parteċipanti, jekk jogħġbok ikkuntattja l-uffiċċju tar-Rapporteur.