Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

 

2013/0432(COD)

3.2.2016

***I

ABBOZZ TA' RAPPORT

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet

( COM(2013)0884 – C8-0033/2014 – 2013/0432(COD) )

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Kaja Kallas

 

PR_COD_1amCom

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  34

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet

( COM(2013)0884 – C8-0033/2014 – 2013/0432(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2013)0884 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0033/2014),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Litwan u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità fejn huwa ddikjarat li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta'....[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A8-0000/2016 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 114 tiegħu,

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 114 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, kif ukoll parti mill-bażi ġuridika tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għandu jiżdied mal-bażi ġuridika ta’ din id-Direttiva.

 

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Din id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri taffettwa mhux biss l-amministrazzjoni ottima tal-unjoni doganali, iżda wkoll tipprevjeni li tista’ tinkiseb sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-unjoni doganali minħabba li għandha impatt fuq l-aċċess tagħhom għal simplifikazzjonijiet u faċilitazzjonijiet doganali.

(3) Din id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri taffettwa mhux biss l-amministrazzjoni ottima tal-unjoni doganali u t-trasparenza meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern fir-rigward ta' modi kif il-ksur jiġi ġestit mill-awtoritajiet doganali differenti, iżda wkoll tipprevjeni il-kisba ta' sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-unjoni doganali minħabba li għandha impatt fuq l-aċċess tagħhom għal simplifikazzjonijiet u faċilitazzjonijiet doganali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri toħloq nuqqas ta’ trasparenza dwar kif il-ksur jiġi sanzjonat jew ma jiġix sanzjonat u b'hekk timmina l-funzjonament tas-suq intern.

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Għandha tiġi stabbilita lista ta’ mġiba li għandha titqies bħala ksur ta’ leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u toħloq sanzjonijiet. Dan il-ksur doganali għandu jkun kompletament ibbażat fuq l-obbligi li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni doganali b’referenzi diretti għall-Kodiċi. Din id-Direttiva ma tiddeterminax jekk l-Istati Membri għandhomx japplikaw sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali fir-rigward ta’ dan il-ksur doganali.

(6) Għandha tiġi stabbilita lista ta’ mġiba li għandha titqies bħala ksur ta’ leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u toħloq sanzjonijiet. Dan il-ksur doganali għandu jkun kompletament ibbażat fuq l-obbligi li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni doganali b’referenzi diretti għall-Kodiċi. Din id-Direttiva tiddisponi li l-Istati Membri għandhom japplikaw sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali fir-rigward ta’ dan il-ksur doganali. Madankollu, għandu jkun possibbli wkoll li l-Istati Membri japplikaw sanzjonijiet kriminali meta ksur doganali jitwettaq b’mod intenzjonali u meta l-konsegwenzi finanzjarji tal-ksur jaqbżu l-EUR 10 000 f’dazji evażi. Din il-kjarifika hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet kriminali jistgħu jintużaw biss biex jiġi miġġieled il-kummerċ illegali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata konsistenza bejn din id-Direttiva u d-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, għandu jiġi ċċarat li din id-Direttiva tarmonizza sanzjonijiet mhux kriminali, filwaqt li fil-każ ta’ ksur imwettaq intenzjonalment u 'l fuq minn limitu minimu speċifiku, l-Istati Membri jistgħu, barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jużaw sanzjonijiet kriminali minflok sanzjonijiet mhux kriminali.

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-ewwel kategorija ta’ mġiba għandha tinkludi ksur doganali fuq il-bażi ta’ responsabbiltà stretta, li ma teħtieġx xi element ta’ ħtija, meta tiġi kkunsidrata n-natura oġġettiva tal-obbligi involuti u l-fatt li l-persuni responsabbli biex twettaqhom ma tistax tinjora l-eżistenza u n-natura vinkolanti tagħhom.

(7) L-ewwel kategorija ta’ mġiba għandha tinkludi ksur doganali li jitqies li jikkostitwixxi ksur minuri.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kull sanzjoni li tista’ tirriżulta minn ksur għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-livell ta’ ħtija b’rispett dovut għall-preżunzjoni tal-innoċenza. Din il-kategorija għalhekk tirreferi biss għal-livell ta’ gravità tal-ksur.

 

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) It-tieni u t-tielet kategorija ta’ mġiba għandhom jinkludu ksur doganali li jitwettaq b’negliġenza jew intenzjonalment, rispettivament, fejn dan l-element soġġettiv irid jiġi stabbilit biex tinħoloq din ir-responsabbiltà.

(8) It-tieni kategorija ta’ mġiba għandha tinkludi ksur doganali li jitqies li jikkostitwixxi ksur minuri.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kull sanzjoni li tista’ tirriżulta minn ksur għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-livell ta’ ħtija b’rispett dovut għall-preżunzjoni tal-innoċenza. Din il-kategorija għalhekk tirreferi biss għal-livell ta’ gravità tal-ksur.

 

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza ġuridika, għandu jkun ipprovdut li xi att jew ommissjoni li jirriżultaw minn żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali, ma għandhomx jitqiesu bħala ksur doganali.

(10) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza ġuridika, għandu jkun ipprovdut li xi att jew ommissjoni li jirriżultaw minn żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali, kif imsemmi fil-Kodiċi, ma għandhomx jitqiesu bħala li jikkostitwixxu ksur doganali;

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 119 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jiddefinixxi x'inhuwa żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali.

 

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex ikunu approssimati s-sistemi ta’ sanzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, l-iskali ta’ sanzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti li jirriflettu l-kategoriji differenti ta’ ksur doganali u s-serjetà tagħhom. Bl-iskop li jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkunsidraw ċirkustanzi speċifiċi, aggravanti jew mitiganti meta jiġi ddeterminat it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati.

(12) Sabiex ikunu approssimati s-sistemi ta’ sanzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, l-iskali ta’ sanzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti li jirriflettu l-kategoriji differenti ta’ ksur doganali u l-livell ta' ħtija min-naħa tal-persuna li twettqu. Bl-iskop li jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkunsidraw ċirkustanzi speċifiċi, aggravanti jew mitiganti meta jiġi ddeterminat it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kull sanzjoni li tista’ tirriżulta minn ksur għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-livell ta’ ħtija b’rispett dovut għall-preżunzjoni tal-innoċenza.

 

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali għandu jkun stabbilit għal erba’ snin mill-jum li l-ksur doganali twettaq jew, fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, fejn l-imġiba li tikkostitwixxi dan il-ksur jieqaf. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta’ limitazzjoni jiġi interrott b’att dwar l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġuridiċi rigward il-ksur doganali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu każijiet li fihom dan il-perjodu jkun sospiż. Il-bidu jew il-kontinwazzjoni ta’ dawn il-proċedimenti għandhom ikunu preklużi wara li jiskadi l-perjodu ta’ skadenza ta' tmien snin, filwaqt li l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-infurzar ta’ sanzjoni għandu jkun ta’ tliet snin.

(13) Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali għandu jkun stabbilit għal tliet snin mill-jum li l-ksur doganali twettaq jew, fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, il-jum li fih l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur jieqaf. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta’ limitazzjoni jiġi interrott b’att dwar l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġuridiċi rigward il-ksur doganali. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jispeċifikaw każijiet li fihom dan il-perjodu għandu jkun sospiż. Il-bidu jew il-kontinwazzjoni ta’ tali proċedimenti għandhom ikunu preklużi wara li jiskadi l-perjodu ta’ skadenza ta' tmien snin, filwaqt li l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-infurzar ta’ sanzjoni għandu jkun ta’ tliet snin.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-limiti taż-żmien għandhom ikunu konformi mal-limitazzjonijiet ta’ żmien biex jiġi nnotifikat id-dejn doganali kif definit fil-Kodiċi.

 

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) L-objettiv ġenerali ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. Madankollu, il-qafas ġuridiku previst minn din id-Direttiva ma jippermettix approċċ integrat għall-infurzar, inklużi s-sorveljanza, il-kontroll u l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tkun meħtieġa tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar dawk l-aspetti, fosthom dwar l-implimentazzjoni tal-qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju, sabiex jiġi vvalutat jekk hijiex meħtieġa aktar leġiżlazzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm approċċ integrat għall-infurzar, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-elementi kollha meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv ta’ infurzar uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali, u b’mod partikolari konverġenza fil-mod kif il-kontrolli jitwettqu madwar l-Unjoni.

 

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 jikkostitwixxu ksur doganali meta jitwettqu b’negliġenza jew intenzjonalment.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur jiġi sanzjonat skont il-livell ta’ ħtija; għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk ksur huwiex żball ġenwin, jitwettaqx b’negliġenza jew b’intenzjoni.

 

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw jekk il-ksur twettaqx b’negliġenza, li jfisser li l-persuna responsabbli naqset milli teżerċita attenzjoni raġonevoli fir-rigward tal-kontroll tal-operazzjonijiet tagħha u kellha tipprevedi l-okkorrenza ta’ ċirkustanzi li jikkostitwixxu l-ksur, li kieku ġew eżerċitati d-diliġenza u l-attenzjoni xierqa.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur jiġi sanzjonat skont il-livell ta’ ħtija; għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk ksur huwiex żball ġenwin, jitwettaqx b’negliġenza jew b’intenzjoni.

 

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw jekk il-ksur twettaqx b’mod intenzjonali, li jfisser li l-persuna responsabbli aġixxiet bl-għarfien li kienet qed twettaq att jew ommissjoni li jikkostitwixxu ksur.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur jiġi sanzjonat skont il-livell ta’ ħtija; għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk ksur huwiex żball ġenwin, jitwettaqx b’negliġenza jew b’intenzjoni.

 

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Żbalji klerikali jew żbalji mwettqa mill-persuna responsabbli għall-ksur m'għandhomx jikkostitwixxu ksur doganali sakemm ma jagħmlux parti minn xejra ta’ mġiba negliġenti jew intenzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur jiġi sanzjonat skont il-livell ta’ ħtija; għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk ksur huwiex żball ġenwin, jitwettaqx b’negliġenza jew b’intenzjoni.

 

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ksur doganali ta' responsabbiltà stretta

Ksur doganali minuri

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kull sanzjoni li tista’ tirriżulta minn ksur għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-livell ta’ ħtija b’rispett dovut għall-preżunzjoni tal-innoċenza. Din il-kategorija għalhekk tirreferi biss għal-livell ta’ gravità tal-ksur.

 

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali irrispettivament minn kull element ta’ ħtija:

L-Istati Membri għandom jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali minuri:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kull sanzjoni li tista’ tirriżulta minn ksur għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-livell ta’ ħtija b’rispett dovut għall-preżunzjoni tal-innoċenza. Din il-kategorija għalhekk tirreferi biss għal-livell ta’ gravità tal-ksur.

 

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) nuqqas ta’ operatur ekonomiku li jipprovdi, b'rispons għal talba mill-awtoritajiet doganali, id-dokumenti u l-informazzjoni rekwiżiti f’forma xierqa, u li jipprovdi l-assistenza kollha meħtieġa għall-ikkompletar tal-formalitajiet jew il-kontrolli doganali msemmija fl-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-ksur inizjalment elenkat fl-Artikolu 4 huwa ttrasferit għall-kategorija ta’ ksur minuri.

 

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt cb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kull fattur li jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni minn dawn l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-ksur inizjalment elenkat fl-Artikolu 4 huwa ttrasferit għall-kategorija ta’ ksur minuri.

 

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

imħassar

Ksur doganali mwettaq b’negliġenza

 

L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali meta jkun imwettaq b'negliġenza:

 

(a) nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku responsabbli għal merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun f’ħażna temporanja, li din il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali jew biex tiġi esportata mill-ġdid fil-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 149 tal-Kodiċi;

 

(b) nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jipprovdi lill-awtoritajiet doganali bl-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet doganali jew ta’ kontrolli skont l-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi;

 

(c) nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi;

 

(d) nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kull fattur li jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni minn dawn l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi;

 

(e) nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 139 tal-Kodiċi;

 

(f) nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt skont l-Artikolu 233(1)(a) tal-Kodiċi;

 

(g) nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fiż-żona ħielsa lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 245 tal-Kodiċi;

 

(h) nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali mal-ħruġ skont l-Artikolu 267(2) tal-Kodiċi;

 

(i) ħatt jew trasbord ta’ merkanzija mill-mezz ta’ trasport li jkun qed iġorrha mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali jew f’postijiet mhux nominati jew approvati minn dawn l-awtoritajiet skont l-Artikolu 140 tal-Kodiċi;

 

(j) ħażna ta’ merkanzija fil-faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew imħażen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 147 u 148;

 

(k) nuqqas min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-detentur tal-proċedura li jissodisfa l-obbligi, li jinqalgħu mill-ħażna ta’ merkanzija koperta mill-proċedura tal-imħażen doganali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 242(1) tal-Kodiċi.

 

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kull ksur jista’ jitwettaq jew b'negliġenza jew b'intenzjoni; għalhekk, dan l-Artikolu jitħassar u l-lista ta’ ksur li qabel kien f'dan l-Artikolu huwa kklassifikat skont kemm ikun serju.

 

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ksur doganali mwettaq intenzjonalment

Ksur doganali serju

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kull sanzjoni li tista’ tirriżulta minn ksur għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-livell ta’ ħtija b’rispett dovut għall-preżunzjoni tal-innoċenza. Din il-kategorija għalhekk tirreferi biss għal-livell ta’ gravità tal-ksur.

 

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali mwettaq intenzjonalment:

L-Istati Membri għandom jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali serju:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kull sanzjoni li tista’ tirriżulta minn ksur għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-livell ta’ ħtija b’rispett dovut għall-preżunzjoni tal-innoċenza. Din il-kategorija għalhekk tirreferi biss għal-livell ta’ gravità tal-ksur.

 

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 139 tal-Kodiċi;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-ksur inizjalment elenkat fl-Artikolu 4 huwa ttrasferit għall-kategorija ta’ ksur serju.

 

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – punt eb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt skont il-punt (a) tal-Artikolu 233(1) tal-Kodiċi;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-ksur inizjalment elenkat fl-Artikolu 4 huwa ttrasferit għall-kategorija ta’ ksur serju.

 

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – punt ec (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec) nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla f'żona ħielsa lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 245 tal-Kodiċi;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-ksur inizjalment elenkat fl-Artikolu 4 huwa ttrasferit għall-kategorija ta’ ksur serju.

 

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) ħatt jew trasbord ta’ merkanzija mill-mezz ta’ trasport li jkun qed iġorrha mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali jew f’postijiet mhux deżinjati jew approvati minn dawk l-awtoritajiet skont l-Artikolu 140 tal-Kodiċi;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-ksur inizjalment elenkat fl-Artikolu 4 huwa ttrasferit għall-kategorija ta’ ksur serju.

 

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali mal-ħruġ skont l-Artikolu 267(2) tal-Kodiċi;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-ksur inizjalment elenkat fl-Artikolu 4 huwa ttrasferit għall-kategorija ta’ ksur serju.

 

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – punt gb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) ħażna ta’ merkanzija fil-faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew f'imħażen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 147 u 148 tal-Kodiċi;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-ksur inizjalment elenkat fl-Artikolu 4 huwa ttrasferit għall-kategorija ta’ ksur serju.

 

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – punt gc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gc) nuqqas min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-detentur tal-proċedura li jissodisfa l-obbligi li joriġinaw mill-ħażna ta’ merkanzija koperta mill-proċedura tal-imħażen doganali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 242(1) tal-Kodiċi.

Or. en

 

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-atti jew l-ommissjonijiet imsemmija fl-Artikoli minn 3 sa 6 ma jikkostitwixxux ksur doganali meta jseħħu bħala riżultat ta’ żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali.

L-atti jew l-ommissjonijiet imsemmija fl-Artikoli minn 3 sa 6 ma jikkostitwixxux ksur doganali meta jseħħu bħala riżultat ta’ żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali, skont l-Artikolu 119 tal-Kodiċi.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 119 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jiddefinixxi dak li huwa żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali u għalhekk għandu jkun il-bażi ta’ dan l-Artikolu.

 

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3

Sanzjonijiet mhux kriminali għal ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din tiċċara li s-sanzjonijiet previsti skont din id-Direttiva huma sanzjonijiet mhux kriminali.

 

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 fil-limiti li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali, dissważivi u mhux kriminali jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 fil-limiti li ġejjin:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din tiċċara li s-sanzjonijiet previsti skont din id-Direttiva huma sanzjonijiet mhux kriminali.

 

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) multa monetarja minn 1 % sa 5 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;

(a) multa monetarja sa 50 % tad-dazji evażi; jew

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-livell tas-sanzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-konsegwenzi finanzjarji tal-ksur pjuttost milli fuq il-valur tal-prodott.

 

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) multa monetarja minn EUR 150 sa EUR 7 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma’ merkanzija speċifika.

(b) multa monetarja minn EUR 150 sa EUR 7 500.

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'każijiet meta l-ksur ma jkunx marbut ma’ ammont ta’ dazji evażi jew ma' prodott speċifiku, il-livell ta’ sanzjoni għandha tkun ibbażata fuq ammont fiss.

 

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

imħassar

Sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikolu 4

 

L-Istati Membri jiżguraw li jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 4 skont il-limiti li ġejjin:

 

(a) multa monetarja sa 15 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;

 

(b) multa monetarja sa EUR 22 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma’ merkanzija speċifika.

 

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu qed jitħassar b'konformità mat-tħassir tal-Artikolu 4.

 

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli 5 u 6

Sanzjonijiet mhux kriminali għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli 5 u 6

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din tiċċara li s-sanzjonijiet previsti skont din id-Direttiva huma sanzjonijiet mhux kriminali.

 

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 5 u 6 fil-limiti li ġejjin:

L-Istati Membri jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali, dissważivi u mhux kriminali jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 5 u 6, fil-limiti li ġejjin:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din tiċċara li s-sanzjonijiet previsti skont din id-Direttiva huma sanzjonijiet mhux kriminali.

 

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) multa monetarja sa 30 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;

(a) multa monetarja sa 100 % tad-dazji evażi; jew

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-livell tas-sanzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-konsegwenzi finanzjarji tal-ksur pjuttost milli fuq il-valur tal-prodott.

 

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) multa monetarja sa EUR 45 000, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma’ merkanzija speċifika.

(b) multa monetarja sa EUR 45 000;

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'każijiet meta l-ksur ma jkunx marbut ma’ ammont ta’ dazji evażi jew ma' prodott speċifiku, il-livell ta’ sanzjoni għandu jkun ibbażat fuq ammont fiss.

 

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet kriminali

 

F’każijiet ta’ ksur imwettaq intenzjonalment u li jinvolvi danni ta’ aktar minn EUR 10 000 f’dazji evażi, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw minflok li jiġu imposti sanzjonijiet kriminali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Meta ksur jsir bil-ħsieb li jitwettaq frodi, l-Istati Membri jistgħu minflok jieħdu sanzjonijiet kriminali, ‘l fuq minn limitu speċifiku.

 

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 11b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11b

 

Sanzjonijiet mhux kriminali oħrajn għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6

 

B'żieda mas-sanzjonijiet elenkati fl-Artikoli 9 u 11, l-Istati Membri jistgħu jimponu s-sanzjonijiet mhux pekunjarji li ġejjin:

 

(a) il-konfiska tal-merkanzija;

 

(b) ir-revoka tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat f’każ ta’ ksur serju kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva jew f'każ ta' ksur ripetut, kif imsemmi fl-Artikoli 3 sa 6 ta’ din id-Direttiva, bi qbil mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi;

 

(c) is-sospensjoni ta’ awtorizzazzjoni li tkun ingħatat.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħti l-possibbiltà lill-awtoritajiet doganali li jużaw tipi oħra ta’ sanzjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex is-sistemi ta’ sanzjonijiet jkunu dissważivi, bi qbil mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi rigward l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat.

 

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet u l-eżerċizzju tas-setgħat biex jiġu imposti s-sanzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti

Ċirkustanzi attenwanti u aggravanti

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din tiċċara l-kontenut ta’ dan l-Artikolu.

 

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip u l-livell tas-sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn ikun xieraq:

L-Istati Membri jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell tas-sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi attenwanti u aggravanti kollha, inklużi, kif ġej, sabiex dan iwassal biex is-sanzjoni titnaqqas jew tiżdied fi ħdan il-limiti stipulati fl-Artikoli 9 u 11.

 

Ċirkostanzi aggravanti:

 

L-ammont bażiku ta' sanzjoni jista’ jiżdied meta l-awtoritajiet kompetenti jsibu li kien hemm ċirkustanzi aggravanti, kif ġej:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara li l-livell u t-tip ta’ sanzjonijiet għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi aggravanti u attenwanti.

 

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) l-istess ksur jew ksur simili jitkompla jew ikun ripetut;

Or. en

 

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-fatt li l-persuna responsabbli għall-ksur doganali tkun operatur ekonomiku awtorizzat;

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Hu mistenni li operatur ekonomiku awtorizzat jkollu livelli għoljin ta’ konformità u li mhux li jwettaq ksur serju jew ripetut, għaldaqstant ksur imwettaq minn operatur ekonomiku awtorizzat (AEO) għandu jiġi sanzjonat bit-telf tal-istatus tiegħu aktar milli titqies bħala fattur aggravanti jew attenwanti.

 

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - punt (e)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;

(e) il-persuna responsabbli għall-ksur irrifjutat li tikkopera mal-awtorità kompetenti;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din tiċċara li rifjut ta’ kooperazzjoni hija ċirkustanza aggravanti.

 

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ċirkostanzi attenwanti:

 

L-ammont bażiku ta' sanzjoni jista’ jitnaqqas meta l-awtoritajiet kompetenti jsibu li kien hemm ċirkustanzi attenwanti, bħal:

 

(a) il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti fil-proċedimenti;

 

(b) l-iżvelar volontarju ta’ ksur sakemm il-ksur ma jkunx għadu soġġett għal xi investigazzjoni li tagħha l-persuna responsabbli għall-ksur kellha għarfien formali dwaru;

 

(c) il-persuna responsabbli għall-ksur tista’ turi li hu jew hi jkunu wettqu sforz sinifikanti biex jallinjaw mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni billi juru livell għoli ta’ kontroll tal-operazzjonijiet tagħhom permezz ta’ sistema ta’ konformità.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sabiex titjieb il-konformità mal-leġiżlazzjoni doganali, iċ-ċirkustanzi attenwanti għandhom jiġu kkunsidrati, inkluża l-konformità tal-programmi mdaħħla fis-seħħ mill-operaturi ekonomiċi biex jevitaw ksur.

 

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Soluzzjoni

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ soluzzjoni bħala proċedura li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jidħlu fi ftehim mal-persuna responsabbli għall-ksur biex tissolva l-kwistjoni tal-ksur doganali bħala alternattiva għat-tnedija jew it-tmiem ta' proċeduri legali għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Proċeduri ta’ soluzzjoni għal ksur doganali huma disponibbli fi 15 minn 24 Stat Membru u għandhom iservu ta' possibilità sabiex isir is-saldu tal-multa f'każijiet hemm riskju ta' litigazzjoni u fejn l-ispejjeż ta' litigazzjoni jistgħu jkunu partikolarment għoljin,special għal intrapriżi żgħar.

 

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 12b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12b

 

Konformità

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li linji ta’ gwida u pubblikazzjonijiet ikunu disponibbli sabiex jinformaw b’mod attiv lill-pubbliku dwar kif għandu jikkonforma u jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Għandu jsir sforz ferm ikbar sabiex il-pubbliku jiġi megħjun jikkonforma mal-leġislazzjoni doganali, li għalhekk tfisser infurmar attiv u l-għoti ta' gwida dwar kwistjonijiet relatati mad-dwana u l-leġiżlazzjoni.

 

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 jkun erba’ snin u jibda jiddekorri mill-jum li l-ksur doganali jkun twettaq.

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 jkun tliet snin u li jibda jiddekorri mill-jum li l-ksur doganali jkun twettaq.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-limiti taż-żmien għandhom ikunu konformi mal-limitazzjonijiet ta’ żmien biex jiġi nnotifikat id-dejn doganali kif definit fil-Kodiċi.

 

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta’ limitazzjoni jiġi interrott minn kull att tal-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna inkwistjoni, marbuta mal-investigazzjoni jew il-proċedimenti ġuridiċi dwar l-istess ksur doganali. Il-perjodu ta’ limitazzjoni jibda jiddekorri fil-jum tal-att interruttiv.

3. L-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta’ limitazzjoni jiġi interrott minn kull att tal-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna inkwistjoni, marbuta mal-investigazzjoni jew il-proċedimenti ġuridiċi dwar l-istess ksur doganali. Il-perjodu ta’ limitazzjoni jerġa' jibda mid-data li fiha jintemm l-att ta' interruzzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm il-possibbiltà li proċediment jitwaqqaf jekk il-persuna responsabbli tagħmel att li jkollhom impatt fuq l-iżvolġiment tal-proċedimenti, li jxekklu l-proċess. Madankollu, il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jerġa' jibda jiddekorri darba li l-att ta' interruzzjoni jkun għadda u mhux qabel.

 

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jiżguraw li l-bidu jew il-kontinwazzjoni ta’ kull proċediment li jikkonċerna ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 jkun prekluż wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tmien snin mill-jum imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2.

4. L-Istati Membri jiżguraw li l-bidu jew il-kontinwazzjoni ta’ kull proċediment li jikkonċerna ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 jkun prekluż wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tmien snin mill-jum imsemmi fil-paragrafi 1, 2 jew 3, skont il-każ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din tiċċara l-fatt, li anke f’każijiet ta’ atti li jinterrompu l-proċeduri, il-proċedimenti legali ma jistgħux itawlu għal dejjem u għalhekk jeħtieġu li jiġu inklużi f'dan il-paragrafu.

 

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-elementi l-oħrajn tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, bħas-superviżjoni, il-kontroll, u l-investigazzjoni, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva li tissupplimenta din id-Direttiva.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din tiċċara li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali jinkludi elementi oħrajn apparti s-sanzjonijiet, bħal kontrolli, superviżjoni u investigazzjoni li għandhom ukoll jiġu armonizzati aħjar biex jissodisfaw l-għan ġenerali ta’ infurzar u applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni.

 

 

 

 

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

 

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta għal Direttiva dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet fit-13 ta’ Diċembru 2013.

 

Għalkemm l-Unjoni Doganali hija meqjusa bħala waħda mill-pedamenti tal-Unjoni Ewropea, u s-sinsla tas-suq uniku, għad ma hemmx approċċ integrat għall-infurzar ta' leġiżlazzjoni doganali, inklużi s-sanzjonijiet. Dan ifisser li r-regoli huma l-istess iżda meta dawn ir-regoli jinkisru hemm differenza sinifikanti kif tali sanzjonijiet jiġu applikati.

 

L-Unjoni Doganali u l-politika kummerċjali huma kompetenzi esklussivi tal-Unjoni Ewropea, għalhekk l-UE biss tista’ tiżviluppa approċċ komuni li jinforza l-leġiżlazzjoni doganali. L-Istati Membri impenjaw ruħhom biex jaħdmu lejn iż-żewġ obbjettivi, b’mod partikolari: l-interazzjoni u l-prestazzjoni tal-amministrazzjonijiet doganali b’mod effiċjenti daqslikieku kienu amministrazzjoni waħda, b’mod li jiġu żgurati kontrolli b’riżultati ekwivalenti u bl-appoġġ tal-attività kummerċjali leġittima, iżda wkoll biex tingħata l-protezzjoni meħtieġa tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Madankollu, jidher pjuttost ċar li mingħajr approċċ integrat għall-infurzar, inklużi s-sanzjonijiet, mhuwiex possibbli li l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri jaġixxu bħala entità waħda, b’mod partikolari fid-dawl tad-differenzi sinifikanti bejn s-sistemi tas-sanzjonar tal-Istati Membri, kif muri mir-rapport tal-2010 tal-Grupp ta’ Proġett dwar Pieni Doganali.

 

Dawn id-differenzi joħolqu nuqqas ta’ fiduċja reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet, filwaqt li l-fiduċja u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali huma essenzjali għal amministrazzjoni tajba tal-Unjoni Doganali u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Barra minn hekk jimminaw il-kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea. Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tqis li d-diverġenzi tas-sanzjonijiet doganali huma miżuri li għandhom l-istess effett bħal restrizzjonijiet kwantitattivi. Aktarx li r-riskji ta’ distorsjoni tas-suq u n-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi jiżdiedu mad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar l-istatus tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) fejn ksur serju u ripetut jista’ jwassal għal telf tal-istatus (Artikolu 39 KDU), u għalhekk tkun stabbilita rabta bejn miżura ta' ffaċilitar tal-kummerċ ma' rekord ta’ konformità mal-leġislazzjoni doganali tal-UE.

 

Jekk id-differenzi bejn is-sistemi ta’ sanzjonar tal-Istati Membri jibqgħu fis-seħħ, eventwalment dan ikun ifisser li kumpanija tista’ titlef l-istatus ta’ AEO tagħha f’pajjiż wieħed filwaqt li għall-istess ksur, kumpanija oħrajn li topera fi Stat Membru ieħor, tibqa' żżomm dan l-istatus. Dan qed isir aktar importanti fid-dawl taż-żieda fil-kummerċ elettroniku, speċjalment minn mikrointrapriżi u minn individwi, li jeħtieġu aktar ċertezza legali f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistemi ta’ konformità, kif ukoll hemm bżonn ta' aktar trasparenza fil-mod kif jiġu ttrattati l-infrazzjonijiet minn awtoritajiet doganali differenti.

 

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-konverġenza bejn is-sistemi ta' sanzjonar hi meħtieġ sabiex l-UE tkun tista' twettaq l-obbligu estern tagħha skont il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT)

GATT 94, l-Artikolu X.3 (a) jiddikjara li:

 

Kull Parti Kontraenti għandha tamministra b’mod uniformi, imparzjali u raġonevoli, il-liġijiet, ir-regolamenti, id-deċiżjonijiet u sentenzi tat-tip deskritt fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Rekwiżiti tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

 

Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jkollhom sistemi ta' sanzjonar doganali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Din id-Direttiva għalhekk, għandha l-għan li ttejjeb il-konverġenza tal-approċċi tal-Istati Membri biex tkun inforzata l-leġislazzjoni doganali tal-UE, abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u l-Artikolu 33 TFUE dwar il-kooperazzjoni doganali, u bi qbil mal-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Modernizzat u l-iżvilupp tas-sistema doganali elettronika.

 

 

Iffaċilitar tal-kummerċ u t-titjib tal-konformità

 

Din id-Direttiva għandha tirrikonoxxi li l-parti l-kbira tal-operaturi ekonomiċi involuti fi kwistjonijiet doganali huma negozji leġittimi li għandhom l-għan li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni doganali. L-attivitajiet relatati mad-dwana jitolbu li l-operaturi ekonomiċi jitqiesu bħala msieħba, li tiġġustifika l-bżonn li jintużaw l-aktar sanzjonijiet mhux kriminali f’każijiet ta’ ksur, bħala mezz effettiv biex tiġi żgurata l-konformità, aktar milli sanzjonijiet kriminali.

Dan ir-rapport jiċċara l-ambitu tad-Direttiva biex jiġi żgurat li jitqiesu bħala ksur biss żbalji ta' negliġenza jew ksur intenzjonali, u b’hekk jitneħħa l-element ta’ responsabbiltà stretta, li ma jeħtieġx xi grad ta’ ħtija. Id-definizzjoni ta’ mġiba negliġenti hija essenzjali f’Direttiva bħal din li għandha l-għan li tarmonizza sanzjonijiet mhux kriminali, dan għaliex in-negliġenza ma għandhiex tkun sanzjonata bħala reat, anke jekk ikun hemm ċirkostanzi oġġettivi bħal konsegwenzi finanzjarji serji. Jekk ikun stabbilit li persuna ma kinitx negliġenti, u li hi ma kinitx konxja tal-fatti u li ma setgħetx tantiċipa l-okkorrenza anki jekk tkun eżerċitat attenzjoni raġjonevoli, din il-persuna m’għandiex tiġi sanzjonata. Barra minn hekk, żball ma għandhux jiġi ssanzjonat ħlief jekk jifforma parti minn tendenza ta’ aġir negliġenti jew intenzjonali. Ksur li jitwettaq b'intenzjoni jista’ jkun sanzjonat skont il-liġi kriminali lil hinn minn limitu speċifiku sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu miżuri dissważivi biżżejjed biex jissanzjonaw imġiba frawdolenti.

 

Sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, huwa importanti li l-awtoritajiet doganali jkollhom id-diskrezzjoni li jevalwaw iċ-ċirkostanzi rilevanti u b'hekk jiddeċiedu abbażi ta' dan dwar l-iktar sanzjoni xierqa, peress li ġie ppruvat li dan jista' jkun mezz effettiv biex titnaqqas in-nuqqas ta' konformità. Din id-Direttiva madankollu għandha tistabbilixxi qafas li jiżgura fehim komuni bejn l-Istati Membri dwar x’inhuma dawn iċ-ċirkustanzi attenwanti u aggravanti, minn żvelar volontarju għal tal-ewwel, sa rifjut ta' kooperazzjoni għal tal-aħħar. Dispożizzjonijiet stretti ta’ responsabbiltà jikkontradixxu dan l-approċċ, apparti li jdaħħlu dubju dwar xi prinċipji legali bażiċi bħall-preżunzjoni tal-innoċenza, peress li ma jeħtieġux element ta’ ħtija biex jissanzjonaw. Dispożizzjonijiet stretti ta’ responsabbiltà jistgħu jxekklu t-tkabbir u l-kummerċ leġittimu u aktarx li ma jkunux effettivi u ma jtejbux l-konformità.

 

Madankollu, għandu jkun hemm klassifikazzjoni tal-ksur li tiddistingwi bejn ksur minuri u ksur serju, b’mod partikolari fid-dawl tal-possibbiltà li AEO jitlef l-istatus tiu jekk iwettaq ksur serju jew ripetut, u li titratta n-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ ksur serju fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Il-loġika inizjali ta' kategorizzazzjoni tal-ksur tal-Kummissjoni Ewropea nżammet b’kategoriji differenti flimkien mal-lista ta’ dak li l-Istati Membri jqisu li hu ksur minuri, bħan-nuqqas ta’ rispett tal-iskadenzi, li pereżempju ġiet ikkunsidrata.

 

 

Proporzjonalità

 

Sabiex jiġi żgurat li tiddaħħal fis-seħħ sistema proporzjonata ta’ sanzjonijiet, l-ammont tal-multa ma jistax ikun ibbażat fuq il-valur tal-merkanzija. Is-sanzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ammont ta’ dazju evaż peress li għandha tkun marbuta mal-konsegwenzi finanzjarji tal-ksur. Sanzjoni bbażata fuq il-valur tal-merkanzija tista’ twassal għal sistema sproporzjonata fejn ksur minuri fuq prodott b'valur għoli jista’ jkollha konsegwenzi diżastrużi fuq il-kumpanija. Għandu jkun stabbilit ammont fiss, sabiex jkun hemm xi ftit flessibbiltà f’każijiet fejn il-prodott jew ma jkollux rata ta’ dazju doganali jew inkella l-ksur ma jkunx marbut ma’ prodott speċifiku. Għalkemm għandu jiġi stabbilit qafas armonizzat, għandu jkun hemm skala ta' kejl b'limiti ogħla sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom biex jaġġustaw l-ammont tal-multa abbażi ta’ ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti. Għandhom jitħallew ukoll sanzjonijiet oħra apparti multi monetarji, bħalma huma t-telf tal-istatus tal-AEO kif stipulat fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u wkoll il-konfiska tal-oġġetti.

L-awtoritajiet doganali għandhom iqisu wkoll l-ispejjeż ta’ litigazzjoni, b’mod partikolari għan-negozji ż-żgħar, u għalhekk għandhom jipprovdu għall-possibilità ta' proċedura ta' soluzzjoni, li għandha tiġi ddefinita biex tkun żgurata l-konsistenza madwar l-UE.

 

 

Għandha ssir distinzjoni fina bejn sanzjonijiet kriminali u dawk mhux kriminali

 

Din id-Direttiva għandha l-għan li tarmonizza sanzjonijiet mhux kriminali f’każ ta’ ksur ta' leġiżlazzjoni doganali bħala l-aktar qafas xieraq biex titjieb il-konformità u jitnaqqas l-għadd ta’ infrazzjonijiet. Meta ksur jitwettaq b’intenzjoni ta' frodi, l-Istati Membri jistgħu jieħdu sanzjonijiet kriminali li huma 'l fuq minn ċertu limitu, bi qbil mad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-Direttiva PIF), li tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jużaw sanzjonijiet mhux kriminali anqas minn dan l-istess limitu. Din il-konnessjoni bejn iż-żewġ Direttivi tikkonforma mal-prattiki f'ħafna mill-Istati Membri li jkollhom taħlita bejn sanzjonijiet kriminali u mhux kriminali biex jiżguraw il-konformità mal-leġislazzjoni doganali. Id-Direttiva PIF madankollu mhijiex suffiċjenti fiha nnifisha, billi m’hemm l-ebda leġiżlazzjoni Ewropea tissanzjona ksur imwettaq b’negliġenza li madankollu jikkostitwixxu l-aktar ksur komuni tal-leġislazzjoni doganali.

 

Xi dispożizzjonijiet bħall-inċitament, l-għajnuna, l-assistenza u t-tentattiv huma termini tal-liġi kriminali f’xi Stati Membri, iżda huwa wkoll punibbli taħt il-liġi mhux kriminali f’seba’ Stati Membri. Għandu jiġi ċċarat li dawk l-azzjonijiet twettqu b’mod intenzjonali u għalhekk jistgħu jwasslu għal sanzjonijiet mhux kriminali fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jew għal sanzjonijiet kriminali barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva.

 

 

Tibdil meħtieġ minn konformità ex-post għal konformità ex-ante

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li jittrattaw mad-dwana u l-kummerċ ikunu informati b’mod attiv dwar kif għandhom jikkonformaw u kif għandhom iżommu konformità mal-leġiżlazzjoni doganali. Is-sistemi amministrattivi ta’ sanzjonar tal-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu għodda aħħarija biex jissanzjonaw imġiba traskurata fid-dawl ta’ dak li l-persuna responsabbli għall-ksur kellha tkun taf u għamlet biex tevita tali ksur milli jseħħ. Il-kwistjoni dwar jekk persuna kinitx negliġenti, għandha ssir parti ewlenija tal-applikazzjoni tas-sistema ta’ sanzjonijiet.

 

L-użu tal-għodod tal-ICT għandu jwassal għal possibilità ta’ sorveljanza f’ħin reali mar-regoli, u dan jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi bl-għan li tkun żgurata l-konformità sħiħa kif ukoll biex l-Istati Membri jimplimentaw id-dispożizzjonijiet dwar is-sistemi elettroniċi stipulati fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri impenjaw ruħhom ukoll f’konformità mar-rekwiżit stipulat fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li jieħdu sehem f’sistema ta’ ġestjoni tar-riskju komuni li l-Kummissjoni Ewropea għandha tkompli tiżviluppa. Dan huwa wieħed mill-pilastri ta’ approċċ komuni dwar l-infurzar u jikkumplimenta l-istabbiliment ta’ sistema komuni ta’ sanzjonijiet.

 

 

 

 

 

 

[1] ĠU C xx, xx.xx.2016, p. xx.