Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
5.10.2017
***I
ABBOZZ TA' RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati
( COM(2016)0824 – C8-0014/2017 – 2016/0403(COD) )
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Anneleen Van Bossuyt
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 42
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati
( COM(2016)0824 – C8-0014/2017 – 2016/0403(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2016)0824 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0014/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Kunsill Federali Awstrijak u l-Bundestag Ġermaniż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-31 ta' Mejju 2017,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A8-0000/2017 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) L-Istat Membru ospitanti għandu, f'każ ta' dubji ġustifikati, ikun jista' jitlob lill-Istat Membru tad-domiċilju jerġa' jivverifika l-validità tad-dokumenti meħtieġa għall-ħruġ tal-e-Card Ewropea tas-servizzi kif stabbilit fid-Direttiva...[Direttiva tal-ESC]... |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sabiex tinbena fiduċja bejn l-awtoritajiet, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-informazzjoni u d-dokumenti huma affidabbli. Għal dan il-għan, ir-rapporteurs jissuġġerixxu - (i) li tiġi assenjata responsabbiltà ċara lill-awtorità ta' koordinazzjoni tal-Istat Membru ta' oriġini sabiex tivverifika li l-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti mill-applikant jkunu preċiżi u validi, u (ii) li jagħtu dritt lill-Istat Membru ospitanti, f'każ ta' dubji ġustifikati, li jitolbu lill-Istat Membru tad-domiċilju li jerġa' jivverifika l-validità tad-dokumenti.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) L-e-Card Ewropea tas-servizzi għandha l-għan li tipprovdi semplifikazzjoni amministrattiva u hija għodda li tgħin lil dawk li jaħdmu għal rashom u lill-kumpaniji biex jikkonformaw aktar faċilment mar-rekwiżiti. L-e-Card għandha tinħareġ mingħajr preġudizzju għal iskemi ta' awtorizzazzjoni u rekwiżiti nazzjonali tal-Istat Membru fejn qed jiġi pprovdut is-servizz li jistgħu jkunu imposti fuq in-negozji f'konformità mad-Direttiva 2006/123/KE. L-e-Card Ewropea tas-servizzi m'għandhiex tilleġittimizza rekwiżiti bla bżonn u mhux proporzjonati li l-Istati Membri kellhom ineħħu f'konformità mad-Direttiva 2006/123/KE. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-e-Card għandha fil-mira tagħha s-simplifikazzjoni amministrattiva. Ir-rekwiżiti għandhom ikunu f'konformità mad-Direttiva dwar is-Servizzi.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Il-kummerċ transfruntier u l-investiment transfruntier f'ċerti servizzi tan-negozju u tal-bini huma partikolarment baxxi u juru potenzjal għal integrazzjoni aħjar tas-swieq tas-servizzi b'riperkussjonijiet negattivi sinifikanti għall-bqija tal-ekonomija. Din is-sottoprestazzjoni twassal għal sitwazzjonijiet fejn il-potenzjal għal aktar tkabbir u għal aktar impjiegi fis-Suq Uniku għadu ma ġiex sfruttat għalkollox. | (6) Il-kummerċ transfruntier u l-investiment transfruntier f'ċerti servizzi tan-negozju huma partikolarment baxxi u juru potenzjal għal integrazzjoni aħjar tas-swieq tas-servizzi b'riperkussjonijiet negattivi sinifikanti għall-bqija tal-ekonomija. Din is-sottoprestazzjoni twassal għal sitwazzjonijiet fejn il-potenzjal għal aktar tkabbir u għal aktar impjiegi fis-Suq Uniku għadu ma ġiex sfruttat għalkollox. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur tipproponi li ma tinkludix servizzi ta' kostruzzjoni f'dan il-mument, iżda tippermetti l-inklużjoni ta' servizzi ta' kostruzzjoni fil-fażi li jmiss
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Sabiex jiġi kkompletat is-suq intern għas-servizzi, l-ostakoli li fadal jeħtieġ li jiġu indirizzati, inkluż billi titpoġġa enfasi akbar fuq l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2006/123/KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 14, 15 u 16 tad-Direttiva 2016/123/KE, u billi jsir użu mis-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/123/KE. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li d-Direttiva dwar is-Servizzi tiġi implimentata kif xieraq
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) B'dan il-mod, dan ir-Regolament speċifikament għandu fil-mira s-setturi tas-servizzi tan-negozju u tal-bini inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva ... [id-Direttiva tal-ESC] ... li jiffaċċjaw uħud mill-ostakoli regolatorji u amministrattivi l-aktar stretti għall-espansjoni transfruntiera u konsegwentement li għandhom potenzjal mhux sfruttat għall-integrazzjoni tas-suq intern. | (10) B'dan il-mod, dan ir-Regolament speċifikament għandu fil-mira s-setturi tas-servizzi tan-negozju inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva ... [id-Direttiva tal-ESC] ... li jiffaċċjaw uħud mill-ostakoli regolatorji u amministrattivi l-aktar stretti għall-espansjoni transfruntiera u konsegwentement li għandhom potenzjal mhux sfruttat għall-integrazzjoni tas-suq intern. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur tipproponi li ma tinkludix servizzi ta' kostruzzjoni f'dan il-mument, iżda tippermetti l-inklużjoni ta' servizzi ta' kostruzzjoni fil-fażi li jmiss
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) L-e-Card Ewropea tas-servizzi se tiġi introdotta bħala alternattiva volontarja għall-fornituri ta' servizzi. Il-fornituri ta' servizzi għandhom ikomplu jgawdu mill-possibbiltà li juru li huma konformi mar-rekwiżiti applikabbli meta jespandu l-operazzjonijiet transfruntiera fil-kuntest ta' awtorizzazzjonijiet u notifiki oħra introdotti skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. Fornitur ta' servizzi jenħtieġ li dejjem ikun jista' jagħżel li ma japplikax għal e-Card Ewropea tas-servizzi. | (13) L-e-Card Ewropea tas-servizzi se tiġi introdotta bħala alternattiva volontarja għall-fornituri ta' servizzi. L-e-Card Ewropea tas-servizzi għandha tkun tista' tkopri attività ta' servizz wieħed jew aktar. Il-fornituri ta' servizzi għandhom ikomplu jgawdu mill-possibbiltà li juru li huma konformi mar-rekwiżiti applikabbli meta jespandu l-operazzjonijiet transfruntiera fil-kuntest ta' awtorizzazzjonijiet u notifiki oħra introdotti skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. Fornitur ta' servizzi jenħtieġ li dejjem ikun jista' jagħżel li ma japplikax għal e-Card Ewropea tas-servizzi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
In-negozji li jipprovdu iktar minn servizz wieħed għandhom ikunu kapaċi jkopru servizzi multipli fil-proċedura tal-e-Card.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13a) Għall-finijiet tat-tisħiħ tas-suq intern u tal-promozzjoni tal-moviment ħieles tas-servizzi, l-e-Card Ewropea tas-servizzi għandha tiġi żviluppata bħala għodda biex tgħin lil persuni li jaħdmu għal rashom u lil kumpaniji biex jikkonformaw aktar faċilment mar-rekwiżiti u għandha l-għan li tipprovdi simplifikazzjoni amministrattiva. B'mod partikolari, l-e-Card Ewropea tas-servizzi hija intiża biex tkun ċertifikat elettroniku, li jirriżulta minn proċedura armonizzata, li jagħti prova li d-detentur tiegħu huwa fornitur ta' servizz, stabbilit legalment fl-Istat Membru tad-domiċilju, u intitolat, f'dak it-territorju, li jipprovdi l-attivitajiet ta' servizz inkwistjoni, u li jistipula d-dritt tad-detentur tiegħu li jibda jipprovdi s-servizzi inkwistjoni fl-Istat Membru ospitanti, mingħajr ma jistabbilixxi ruħu hemmhekk jew permezz ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju li jinsab fih, u biex ikompli jipprovdi dawk is-servizzi sakemm l-e-Card Ewropea tas-servizzi tibqa' valida. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għal finijiet ta' ċarezza, din l-emenda hija allinjata mad-definizzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi skont l-Artikolu 2.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-e-Card Ewropea tas-servizzi tenħtieġ li tkun kompletament elettronika, tiddependi kważi esklussivament fuq data pprovduta minn sorsi affidabbli, tillimita l-użu ta' dokumenti għall-minimu neċessarju u tippermetti l-ipproċessar multilingwi sabiex jiġu evitati l-ispejjeż ta' traduzzjoni. Sabiex il-proċedura ssir kompletament elettronika u tippermetti kooperazzjoni amministrattiva bejn Stati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. Jenħtieġ li taħt dan ir-Regolament tintuża s-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22. Jenħtieġ li tiġi żviluppata pjattaforma elettronika speċifika sabiex jinħarġu, jiġu aġġornati, sospiżi, revokati jew ikkanċellati e-Cards Ewropej tas-servizzi, kif ukoll biex e-Cards Ewropej tas-Servizzi validi jsiru disponibbli elettronikament għad-detenturi tagħhom u għall-awtoritajiet kompetenti. | (14) L-e-Card Ewropea tas-servizzi tenħtieġ li tkun kompletament elettronika, faċli biex tintuża, tiddependi fuq informazzjoni preċiża, tillimita l-użu ta' dokumenti għall-minimu neċessarju u tippermetti l-ipproċessar multilingwu sabiex jiġu evitati l-ispejjeż ta' traduzzjoni. Sabiex il-proċedura ssir kompletament elettronika u tippermetti kooperazzjoni amministrattiva bejn Stati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. It-tħaddim tal-e-Card Ewropea tas-servizzi għandu jiġu appoġġat mis-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, li diġà wera benefiċċju ċar fl-iffaċilitar tal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiġi eleminat ix-xogħol amministrattiv doppju u tinħoloq aktar trasparenza pereżempju fir-rigward tal-Karta Professjonali Ewropea. Madankollu, sabiex il-proċedura tal-e-Card Ewropea tas-servizzi taħdem b'mod effiċjenti u tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-applikanti jew id-detenturi tal-e-Card Ewropea tas-servizzi u l-awtoritajiet ta' koordinazzjoni b'mod faċli għall-utent, għandha tiġi żviluppata pjattaforma elettronika speċifika konnessa mal-IMI u tintuża skont dan ir-Regolament sabiex isiru applikazzjonijiet għal, jinħarġu, jiġu aġġornati, sospiżi, revokati jew ikkanċellati e-Cards Ewropej tas-servizzi, kif ukoll biex e-Cards Ewropej tas-Servizzi validi jsiru disponibbli elettronikament għad-detenturi tagħhom u għall-awtoritajiet kompetenti. L-e-Card Ewropea tas-servizzi u l-fluss tax-xogħol relatat għandhom jiżguraw l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data maħżuna. Fornituri ta' servizzi li jitolbu l-forniment ta' servizzi multipli fi Stat Membru ospitanti għandhom jitħallew japplikaw għal aktar minn servizz wieħed fl-istess ħin. |
__________________ | __________________ |
22 Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1) | 22 Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1) |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Is-sistema IMI, li fuqa hija bbażata l-e-Card, uriet benefiċċju ċar, pereżempju fir-rigward tal-EPC. Huwa importanti ħafna għar-rapporteurs li l-proċedura tal-e-Card tkun faċli għall-utenti biex jużawha, u li l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tad-data maħżuna jkunu protetti.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jinkludu b'mod partikolari lill-partijiet interessati fis-setturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi n-negozji u l-imsieħba soċjali tas-settur tal-kostruzzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li testendi l-ambitu tad-Direttiva/Regolament biex jinkludu setturi oħra, għandu jkun ċar li l-professjonisti ta' dawn is-setturi jeħtieġ li jiġu kkonsultati minn qabel.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Matul l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jaġġornaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri imposti skont il-liġi nazzjonali dwar il-fornituri transfruntiera deħlin li jixtiequ jipprovdu servizzi b'mod temporanju jew permezz ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju, inkluż l-informazzjoni u d-dokumenti li għalihom dawn il-proċeduri jappartjenu, biex jippermettu għall-preparazzjoni ta' formoli ta' applikazzjoni. Għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, sabiex tkun żgurata implimentazzjoni uniformi li tikkonċerna l-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi pprovduta għall-applikazzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23. | (17) Matul l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jaġġornaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri imposti skont il-liġi nazzjonali dwar il-fornituri transfruntiera deħlin li jixtiequ jipprovdu servizzi b'mod temporanju jew permezz ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju, inkluż l-informazzjoni u d-dokumenti li għalihom dawn il-proċeduri jappartjenu, biex jippermettu għall-preparazzjoni ta' formoli ta' applikazzjoni. Għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, sabiex tkun żgurata implimentazzjoni uniformi li tikkonċerna l-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi pprovduta għall-applikazzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23. Il-formola tal-applikazzjoni għandha tkun ibbażata biss fuq rekwiżiti leġittimi u skemi ta' awtorizzazzjoni f'konformità mad-Direttiva 2006/123/KE. L-inklużjoni ta' rekwiżiti nazzjonali u l-iskemi ta' awtorizzazzjoni fil-formoli tal-applikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat li dawn ir-rekwiżiti u skemi jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. |
__________________ | __________________ |
23 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13) | 23 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13) |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ir-rekwiżiti fil-formola tal-applikazzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva dwar is-Servizzi.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Fir-rigward tad-dikjarazzjoni minn qabel li tista' tkun mitluba skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI għandha tidderieġi lid-detenturi tal-e-Card Ewropea tas-servizzi lejn il-proċeduri elettroniċi nazzjonali stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti fejn il-ħaddiema jkunu se jiġu stazzjonati, kull fejn proċeduri nazzjonali ta' dan it-tip jippermettu għas-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjoni minn qabel imsemmija hawn fuq. | (21) Fir-rigward tad-dikjarazzjoni minn qabel li tista' tkun mitluba skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI għandha tidderieġi lid-detenturi tal-e-Card Ewropea tas-servizzi lejn il-proċeduri elettroniċi nazzjonali stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti fejn il-ħaddiema jkunu se jiġu stazzjonati, kull fejn proċeduri nazzjonali ta' dan it-tip jippermettu għas-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjoni minn qabel imsemmija hawn fuq. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-"prinċipju ta' darba biss" u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni minn fornituri ta' servizzi, il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI, użata għall-proċedura tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, għandha tippermetti l-interoperabbiltà mar-reġistri nazzjonali billi jiġi żgurat, fejn l-Istati Membri stabbilixxew proċeduri elettroniċi, pjattaformi u reġistri li jkun fihom informazzjoni rilevanti, proċedura totalment elettronika. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali eżistenti f'dan il-qasam. |
__________________ | __________________ |
25 Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11) | 25 Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11) |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri amministrattivi u jagħmlu effettiv il-"prinċipju ta' darba biss", huwa importanti li tiġi żgurata l-interoperabilità bejn il-pjattaforma elettronika li hija konnessa mal-IMI u l-proċeduri elettroniċi eżistenti, il-pjattaformi u r-reġistri fl-Istati Membri li fihom informazzjoni rilevanti.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 25
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(25) Proċeduri għall-ħruġ, l-aġġornament, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' e-Card Ewropea tas-Servizzi jenħtieġ li jagħmlu użu minn dokumenti biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-informazzjoni aktar dettaljata hi assolutament essenzjali. Fi kwalunkwe każ, dawn id-dokumenti kollha jenħtieġ li jintużaw u jiġu aċċettati f'format sempliċi. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Hemm ħtieġa għal approċċ ibbilanċjat li jippermetti fl-istess ħin użu akbar ta' proċeduri elettroniċi u ta' formoli elettroniċi, filwaqt li jiġi żgurat li d-data kollha/l-informazzjoni kollha fis-sistema (pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI) dwar il-fornitur tas-servizz tkun preċiża sabiex jiġi ffaċilitat il-fehim u l-fiduċja fost l-awtoritajiet kompetenti u l-kooperazzjoni bejniethom.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) L-Istati Membri huma intitolati jitolbu tariffi biss sal-limitu tal-ispejjeż speċifiċi mġarrba biex iwettqu l-proċedura. L-ispejjeż diġà mġarrba mill-baġit tal-Unjoni m'għandhomx jagħtu lok għal tariffi imposti mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jikkomunkaw it-tariffi imposti lill-Kummissjoni permezz tal-IMI u jippubblikawha din l-informazzjoni. Minħabba li l-IMI essenzjalment qed toffri l-faċilitajiet kollha meħtieġa, l-Istati Membri fost l-oħrajn m'għandhomx bżonn jitolbu tariffi biex jaġġornaw, jissospendu, jirrevokaw jew jikkanċellaw l-e-Card Ewropea tas-servizzi. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħlas tat-tariffi, jenħtieġ li jingħataw is-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar modalitajiet ta' ħlas u pproċessar. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. | (28) L-Istati Membri huma intitolati jitolbu tariffi biss sal-limitu tal-ispejjeż speċifiċi mġarrba biex iwettqu l-proċeduri diġà eżistenti. L-ebda tariffi ma għandhom jiġu miżjuda għall-ħruġ tal-e-Card Ewropea tas-servizzi nnifisha. Kull tariffa li l-applikanti jġarrbu fir-rigward tal-proċeduri amministrattivi għall-ħruġ ta' e-Card Ewropea tas-servizzi għandha tkun raġonevoli, proporzjonata u korrispondenti mal-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri ta' oriġini u dawk ospitanti u ma għandhomx jaġixxu bħala disinċentiv għal min irid japplika għall-e-Card Ewropea tas-servizzi. L-Istati Membri għandhom jikkomunkaw it-tariffi imposti lill-Kummissjoni permezz tal-IMI u jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. Minħabba li l-IMI essenzjalment qed toffri l-faċilitajiet kollha meħtieġa, l-Istati Membri fost l-oħrajn m'għandhomx bżonn jitolbu tariffi biex jaġġornaw, jissospendu, jirrevokaw jew jikkanċellaw l-e-Card Ewropea tas-servizzi. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħlas tat-tariffi, jenħtieġ li jingħataw is-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar modalitajiet ta' ħlas u pproċessar. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-ħruġ tal-e-Card Ewropea m'għandux joħolqu spejjeż żejda għal dawk li jipprovdu s-servizzi. It-tariffi applikati mill-Istati Membri għandhom ikunu indikati permezz tal-IMI u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Fornituri ta' servizzi obbligati li jiksbu assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali fi Stati Membri fejn ma kinux attivi spiss ikollhom diffikultà jipprovdu evidenza dwar il-pretensjonijiet tagħhom rigward kopertura miksuba xi mkien ieħor. L-evidenza dwar pretensjonijiet preċedenti hija element essenzjali għad-distributuri tal-assigurazzjoni biex jaċċertaw u jivvalutaw il-profil tar-riskju ta' klijent potenzjali. L-evidenza hija diffiċli li tintwera minħabba komunikazzjoni dgħajfa bejn id-distributuri tal-assigurazzjoni mifruxa mas-suq intern, iżda wkoll minħabba fid-differenzi fid-deskrizzjoni tal-istorja ta' parti assigurata, saħansitra fi ħdan l-istess Stat Membru. Id-distributuri tal-assigurazzjoni u l-korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdu kopertura ta' assigurazzjoni obbligatorja se jkunu għalhekk obbligati li joħorġu stqarrija relatata ma' pretensjonijiet dwar ir-responsabbiltà ta' terzi li mbagħad tkun tista' tintuża b'mod transfruntier u anki domestiku, jekk fornitur ta' servizzi jiddeċiedi li jbiddel id-distributur tal-assigurazzjoni. | (30) Fornituri ta' servizzi obbligati li jiksbu assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali fi Stati Membri fejn ma kinux attivi spiss ikollhom diffikultà jipprovdu evidenza dwar il-pretensjonijiet tagħhom rigward kopertura miksuba xi mkien ieħor. L-evidenza dwar pretensjonijiet preċedenti hija element essenzjali għad-distributuri tal-assigurazzjoni biex jaċċertaw u jivvalutaw il-profil tar-riskju ta' klijent potenzjali. L-evidenza hija diffiċli li tintwera minħabba komunikazzjoni dgħajfa bejn id-distributuri tal-assigurazzjoni mifruxa mas-suq intern, iżda wkoll minħabba fid-differenzi fid-deskrizzjoni tal-istorja ta' parti assigurata, saħansitra fi ħdan l-istess Stat Membru. L-impriżi tal-assigurazzjoni u l-korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdu kopertura ta' assigurazzjoni obbligatorja se jkunu għalhekk obbligati li joħorġu stqarrija relatata ma' pretensjonijiet dwar ir-responsabbiltà ta' terzi li mbagħad tkun tista' tintuża b'mod transfruntier u anki domestiku, jekk fornitur ta' servizzi jiddeċiedi li jbiddel id-distributur tal-assigurazzjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Hija impriża tal-assigurazzjoni li tipprovdi/toħroġ ċertifikat tal-assigurazzjoni, u tittrażmettiha lid-distributur tal-assigurazzjoni jew lill-applikant
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-preżentazzjoni tad-deskrizzjoni tar-responsabbilità, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa ta' implimentazzjoni biex tadotta r-regoli dwar il-format ta' preżentazzjoni standardizzata ta' dik id-dikjarazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni m'għandhiex tintbagħat f'format ta' preżentazzjoni standardizzat.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (34a) Setturi ta' servizzi oħrajn, bħal servizzi ta' kostruzzjoni, isofru minn livell similarment baxx ta' kummerċ transfruntier u l-investiment transfruntier, m'għandhomx leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi biex tippermetti l-espansjoni transfruntiera tagħhom u huma importanti għan-negozju bħala riċevituri ta' servizzi. Huwa importanti li l-Kummissjoni tadatta l-IMI lid-[Direttiva tal-ESC] u għall-Istati Membri biex jadottaw miżuri biex jimplimentaw l-e-Card Ewropea tas-servizzi. Sabiex jitqiesu dawn il-fatturi, is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' [d-Direttiva tal-ESC] lil dawk is-setturi l-oħrajn fi stadju aktar tard skont kundizzjonijiet speċifiċi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Kjarifika rigward il-klawsola ta' reviżjoni, b'mod partikolari s-settur tal-kostruzzjoni.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar kwistjonijiet soċjali, kundizzjonijiet tal-impjieg, b'mod partikolari l-istazzjonar tal-ħaddiema, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-pilastru soċjali, is-saħħa u s-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent. B'mod partikolari, hija ma jaffettwax salvagwardji taħt il-liġi tal-Unjoni f'dawk l-oqsma. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan ir-Regolament ma jmissx leġiżlazzjoni eżistenti dwar kwistjonijiet soċjali u ambjentali, l-impjiegi, l-istazzjonar, is-saħħa u s-sigurtà.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Dan ir-Regolament japplika għas-servizzi elenkati fl-Anness tad-Direttiva [id-Direttiva tal-ESC]. | 1. Dan ir-Regolament japplika għas-servizzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva [id-Direttiva tal-ESC]. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa f'każ li l-proposta li jinħoloq l-Anness Ia tiġi adottata. Din l-emenda tapplika għar-Regolament kollu.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Sa [24 xahar wara d-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-ESC], il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva [id-Direttiva tal-ESC] sabiex jiġi emendat l-Anness I tad-Direttiva [id-Direttiva tal-ESC] biex jinkludi kwalunkwe settur elenkat fl-Anness Ia tad-Direttiva [id-Direttiva tal-ESC]. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tuża din is-setgħa jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: |
| (a) is-servizzi inkwistjoni jkunu kompletament koperti mid-Direttiva 2006/123/KE; |
| (b) minkejja l-leġiżlazzjoni, is-settur qed ikompli juri nuqqas ta' integrazzjoni tas-suq intern, partikolarment fir-rigward ta' fornituri tas-servizzi żgħar u medji u hemm potenzjal għal aktar integrazzjoni tas-suq waħdieni muri mill-fatt li ftit fornituri ta' servizzi fis-settur jipprovdu servizzi transkonfinali jew iwaqqfu stabbiliment sekondarju; u |
| (c) is-settur jirrappreżenta livell importanti ta' attivitajiet ekonomiċi. Dan jista' jintwera mill-fatt li huwa jirrappreżenta perċentwal sinifikanti tal-PGD tal-Unjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ir-Regolament jinkludi serje ta' servizzi tan-negozju. Setturi oħra jbatu wkoll minn nuqqas ta' integrazzjoni tas-suq intern. Billi din l-e-Card hija għodda ġdida li ser teħtieġ l-adattament tal-IMI u tal-proċeduri nazzjonali, qed jiġi propost li ma jiġux inklużi kollha f'dan l-istadju, iżda li l-Kummissjoni tiġi permessa testendi l-ambitu ta' dan ir-Regolament fi stadju ulterjuri, jekk dan jitqies meħtieġ.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Din id-Direttiva ma taffettwax il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) sa (7) tad-Direttiva 2006/123/KE. | Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-Direttiva 2006/123/KE. M'għandu jkollha l-ebda impatt fuq ir-rekwiżiti regolatorji għall-forniment ta' servizzi li huma fis-seħħ fil-livell nazzjonali, bħal regoli dwar il-ħarsien soċjali, id-drittijiet tal-konsumatur, is-saħħa u s-sikurezza u l-ambjent. Għaldaqstant ma jintroduċix il-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tikkjarifika li r-Regolament ma għandu ebda impatt fuq il-livell ta' rekwiżiti li l-Istati Membri stabbilixxew fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom għall-forniment ta' servizzi.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
M'għandhiex tapplika għall-attivitajiet u l-qasam imsemmija fl-Artikolu 2(2) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE. | M'għandhiex tapplika għall-attivitajiet u l-qasam imsemmija fl-Artikolu 2(2) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE jew għas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-Kummerċ Elettroniku għandu jiġu eskluż mill-ambitu ta' dan ir-Regolament. Id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku ma għandhiex terġa' tinfetaħ.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Kapitolu III tiegħu, għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-ħaddiema, l-obbligi tal-fornituri ta' servizzi u l-kontrolli relatati fl-Istati Membri stabbiliti fid-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE. | Dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Kapitolu III tiegħu, għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-ħaddiema, l-obbligi tal-fornituri ta' servizzi u l-kontrolli relatati fl-Istati Membri stabbiliti fid-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema, inkluż l-istazzjonar ta' ħaddiema li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan ir-Regolament ma jbiddilx regoli eżistenti dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, ukoll meta jkunu stazzjonati minn pajjiż barra l-UE.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1. "e-Card Ewropea tas-servizzi": tfisser ċertifikat elettroniku, li jirriżulta minn proċedura armonizzata, li jagħti prova li d-detentur tiegħu huwa fornitur ta' servizz, stabbilit legalment fl-Istat Membru tad-domiċilju, intitolat, f'dak it-territorju, li jipprovdi l-attivitajiet inkwistjoni, kif ukoll li jistipula d-dritt tad-detentur tiegħu li jibda jipprovdi s-servizzi inkwistjoni fl-Istat Membru ospitanti, mingħajr ma jistabbilixxi ruħu hemmhekk jew permezz ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju li jinsab fih, skont il-każ, u li jkompli tali forniment sakemm jibqa' validu. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għall-fini ta' ċarezza, din l-emenda tipprovdi d-definizzjoni tal-e-Card tas-servizzi
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
10. "servizz" għandha tfisser servizz kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123/KE; | 10. "servizz" tfisser servizz kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123/KE; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Emenda lingwistika
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
11. "fornitur" għandha tfisser fornitur kif definit fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2006/123/KE; | 11. "fornitur" tfisser fornitur kif definit fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2006/123/KE; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Emenda lingwistika
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
14. "Stat Membru tad-domiċilju" tfisser l-Istat Membru li fih il-fornitur applika għal e-Card Ewropea tas-servizzi; | 14. "Stat Membru tad-domiċilju" tfisser l-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizz skont il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru, għandu l-uffiċċju reġistrat u jwettaq l-attività sostanzjali ta' negozju tiegħu; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Kjarifika tal-kunċett ta' "Stat Membru tad-domiċilju" biex toħloq ċertezza legali u jiġi evitat l-abbuż.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 18a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 18a. "servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni" tfisser servizzi kif definiti fl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a; |
| __________________ |
| 1a Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Definizzjoni ġdida
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 19a. "impriża tal-assigurazzjoni" tfisser impriża kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a; |
| ________________ |
| 1a Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Definizzjoni ġdida minħabba l-introduzzjoni tal-kunċett ta' impriża tal-assigurazzjoni.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Id-dritt li jiġu pprovduti servizzi fl-Istat Membru ospitanti msemmi fis-subparagrafu preċedenti għandu jkun bla ħsara għar-rekwiżiti li ġejjin fuq il-fornitur, barra mill-proċedura għall-ħruġ ta' e-Card Ewropea tas-servizzi: |
| (a) ir-rekwiżiti imposti fil-kuntest ta' proċeduri ta' selezzjoni ta' kandidati għal skemi ta' awtorizzazzjoni limitati fin-numru jew għall-forniment ta' servizzi taħt kuntratt pubbliku, kompetizzjoni tad-disinn jew konċessjoni; |
| (b) ir-rekwiżiti imposti fil-kuntest ta' kontrolli rigward sit speċifiku fejn għandu jiġi pprovdut is-servizz; |
| (c) ir-rekwiżiti dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali kif previst skont l-Artikoli 4 u 4f tad-Direttiva 2005/36/KE, mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament; |
| (d) ir-rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji b'responsabbiltà limitata kif previst fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/666/KEE jew rekwiżiti imposti minn regoli nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni ta' fergħat barranin taħt il-liġi tal-kumpaniji; |
| (e) ir-rekwiżiti dwar il-moviment liberu tal-persuni u r-residenza tagħhom fil-kuntest ta' provvista ta' servizz; |
| (f) ir-rekwiżiti koperti mid-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE, kif ukoll rekwiżiti dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi, bla ħsara għall-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament; |
| (g) rekwiżiti koperti mir-Regolament (KE) 883/2004. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sabiex tinħoloq ċertezza legali, ġie miżjud subparagrafu ġdid, li jelenka r-rekwiżiti minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE li se tibqa' ma tintmessx mir-Regolament/Direttiva dwar l-e-Card tas-servizzi.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-formola standard għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin: | Il-formola standard għandu jkun fiha li ġej: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-finijiet ta' applikazzjoni għandha tkun indikata bl-aktar mod akkurat u preċiż. L-emendi għall-Artikolu 4 paragrafu 1 subparagrafu 3 jintroduċu tali preċiżjoni
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-identifikazzjoni tal-fornitur, inkluż, fejn applikabbli, in-numri tar-reġistrazzjoni fir-reġistri ċentrali, kummerċjali jew tal-kumpaniji u għal skopijiet ta' taxxa u tas-sigurtà soċjali; | (a) informazzjoni dwar il-fornitur, inkluż, fejn applikabbli, in-nazzjonalità tal-fornitur tas-servizz, il-pajjiż ta' stabbiliment, in-numri tar-reġistrazzjoni fir-reġistri ċentrali, kummerċjali jew tal-kumpaniji u għal skopijiet ta' taxxa u tas-sigurtà soċjali; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-formola standard għandha tinkludi informazzjoni li tippermetti identifikazzjoni ċara tal-fornitur tas-servizzi
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) attivitajiet ta' servizzi pprovduti fil-pajjiż ta' stabbiliment; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-formola standard għandha tinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet ipprovduti mill-applikant fil-pajjiż ta' stabbiliment/l-Istat Membru tad-domiċilju
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-identifikazzjoni tal-attività tas-servizz, l-Istat Membru ospitanti, it-tip ta' e-Card Ewropea tas-servizzi prevista; | (b) l-identifikazzjoni tal-attivitajiet tas-servizz li l-applikant beħsiebu jipprovdi, l-Istat Membru ospitanti fejn l-applikant biħsiebu jipprovdi servizzi, it-tip ta' e-Card Ewropea tas-servizzi prevista; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-formola standard għandha tinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet previsti mill-applikant u l-Istat Membru (ospitanti) fejn l-applikant beħsiebu li jipprovdihom
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) indikazzjoni dwar jekk hux previst il-forniment ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteurs jixtiequ jeskludu s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni mill-kamp ta' applikazzjoni.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) informazzjoni li tappartjeni għall-istabbiliment tal-fornitur fl-Istat Membru tad-domiċilju fir-rigward tal-attività tas-servizz identifikata skont (b), inkluża d-data tal-istabbiliment inizjali u l-identifikazzjoni ta' Stati Membri oħra ta' stabbiliment; | (d) provi dwar l-istabbiliment tal-fornitur fl-Istat Membru tad-domiċilju fir-rigward tal-attivitajiet tas-servizz identifikati skont (b), inkluża d-data tal-istabbiliment inizjali u l-identifikazzjoni ta' Stati Membri oħra ta' stabbiliment; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-finijiet ta' applikazzjoni għandha tkun indikata bl-aktar mod akkurat u preċiż. Din l-emenda tiċċara li l-formola standard għandha jkun fiha prova ta' stabbiliment
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) referenza għal e-Cards Ewropej tas-servizzi diġà maħruġin għall-istess fornitur u attività ta' servizz kif identifikati skont (a) u (b). | (h) referenza għal e-Cards Ewropej tas-servizzi diġà maħruġin għall-istess fornitur u attivitajiet ta' servizz kif identifikati skont (a) u (b). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Attivitajiet ta' servizz multipli jistgħu jiġu maħruġa permezz tal-proċedura tal-e-Card
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tispeċifika ulterjorment: | 3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li, wara li tikkonsulta partijiet interessati relevanti, tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tispeċifika ulterjorment: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-adozzjoni ta' atti delegati mill-Kummissjoni se ssir dejjem f'konsultazzjoni mas-setturi kkonċernati.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha dwar il-passi proċedurali relatati mar-rekwiżiti imposti fuq il-fornituri għall-forniment ta' servizzi permezz ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju u għall-forniment transfruntier temporanju ta' attivitajiet ta' servizzi li jaqgħu taħt id-Direttiva ... [id-Direttiva tal-ESC]……….., li hija meħtieġa għall-iżvilupp tal-formoli ta' applikazzjoni standard, li jiddeskrivu l-informazzjoni u jiddokumentaw il-preżentazzjoni li hija meħtieġa skont il-liġi nazzjonali tal-fornitur b'relazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli kollha, permezz tal-IMI minn [9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] sal-punt fejn l-informazzjoni ma kinitx tinsab fin-notifika tar-rekwiżit innifsu diġà sottomess skont l-Artikoli 15(7) u 39(5) tad-Direttiva 2006/123/KE. | 4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha dwar il-passi proċedurali relatati mar-rekwiżiti imposti fuq il-fornituri għall-forniment ta' servizzi permezz ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju u għall-forniment transfruntier temporanju ta' attivitajiet ta' servizzi li jaqgħu taħt id-Direttiva ... [id-Direttiva tal-ESC]……….., li hija meħtieġa għall-iżvilupp tal-formoli ta' applikazzjoni standard, li jiddeskrivu l-informazzjoni u jiddokumentaw il-preżentazzjoni li hija meħtieġa skont il-liġi nazzjonali tal-fornitur b'relazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli kollha, permezz tal-IMI minn [9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] sal-punt fejn l-informazzjoni ma kinitx tinsab fin-notifika tar-rekwiżit innifsu diġà sottomess skont l-Artikoli 15(7) u 39(5) tad-Direttiva 2006/123/KE. L-inklużjoni ta' rekwiżiti nazzjonali u l-iskemi ta' awtorizzazzjoni fil-formoli tal-applikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat li dawn ir-rekwiżiti u skemi jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandu jiġi evitat f'kull ħin li r-rekwiżiti mniżżla fil-formola ta' applikazzjoni ma jkunux konformi mal-Liġi tal-Unjoni (eż. id-Direttiva dwar is-Servizzi).
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-distributur tal-assigurazzjoni jew il-korp maħtur minn Stat Membru biex jipprovdi assigurazzjoni obbligatorja għandu jipprovdi ċ-ċertifikat lill-applikant fuq talba. | L-impriża tal-assigurazzjoni jew il-korp maħtur minn Stat Membru biex jipprovdi assigurazzjoni obbligatorja għandhom jipprovdi ċ-ċertifikat lid-distributur tal-assigurazzjoni jew lill-applikant fuq talba. Id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jikkonsenja ċ-ċertifikat lill-applikant. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Hija l-impriża tal-assigurazzjoni li tipprovdi/toħroġ ċertifikat ta' assigurazzjoni obbligatorja, u tittrażmettiha lid-distributur tal-assigurazzjoni jew lill-applikant.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni tista' tadotta format armonizzat għaċ-ċertifikat ta' assigurazzjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 permezz ta' att ta' implimentazzjoni. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tħassar id-dispożizzjoni dwar l-introduzzjoni/l-istabbiliment ta' format standard għaċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni. L-elementi differenti meħtieġa biex jinħoloq ċertifikat bħal dan ivarjaw wisq bejn pajjiż u ieħor. Format standardizzat jirriskja li ma jkunx komplut jew li jkun estensiv wisq biex iservi bħala prova ta' assigurazzjoni.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Allinjament mal-emenda li tħassar il-format standardizzat taċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Formalitajiet għall-persunal issekondat | Formalitajiet għall-issekondar tal-persunal |
Or. en
Ġustifikazzjoni
emenda lingwistika
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fornituri li jkollhom e-Card Ewropea tas-servizzi jistgħu jissottomettu dikjarazzjoni bil-quddiem kif imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/36/KE b'relazzjoni mal-kwalifiki professjonali tal-persunal li fi ħsiebhom jissekondaw fl-Istat Membru ospitanti, b'rabta mal-attività tas-servizz li għalih tapplika l-e-Card, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti kif definit fil-punt (ii) tal-Artikolu 3(18) ta' dan ir-Regolament, permezz ta' pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI. | Fornituri li jkollhom e-Card Ewropea tas-servizzi jistgħu jissottomettu dikjarazzjoni bil-quddiem kif imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/36/KE b'relazzjoni mal-kwalifiki professjonali tal-persunal li fi ħsiebhom jissekondaw fl-Istat Membru ospitanti, b'rabta ma' attività tas-servizz li għalih tapplika l-e-Card, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti kif definit fil-punt (ii) tal-Artikolu 3(18) ta' dan ir-Regolament, permezz ta' pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Attivitajiet ta' servizz multipli jistgħu jiġu maħruġa permezz tal-proċedura tal-e-Card
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fornituri li jkollhom e-Card Ewropea tas-servizzi u li fi ħsiebhom jistazzjonaw ħaddiema fl-Istat Membru ospitanti b'rabta mal-attività tas-servizz ikkonċernat għandhom jissottomettu kwalunkwe dikjarazzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE b'segwitu għall-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri għal dan il-għan. | Fornituri li jkollhom e-Card Ewropea tas-servizzi u li fi ħsiebhom jistazzjonaw ħaddiema fl-Istat Membru ospitanti b'rabta ma' attività tas-servizz ikkonċernat għandhom jissottomettu kwalunkwe dikjarazzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE b'segwitu għall-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri għal dan il-għan. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Attivitajiet ta' servizz multipli jistgħu jiġu maħruġa permezz tal-proċedura tal-e-Card
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fejn l-Istati Membri jkunu stabbilixxew proċeduri li jippermettu d-dikjarazzjoni relatata mal-istazzjonar tal-ħaddiema skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE li trid timtela b'mezzi elettroniċi, il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tidderieġi lid-detentur tal-e-Card lejn il-proċeduri nazzjonali relevanti. | Fejn l-Istati Membri jkunu stabbilixxew proċeduri li jippermettu d-dikjarazzjoni relatata mal-istazzjonar tal-ħaddiema skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE li trid timtela b'mezzi elettroniċi, il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tidderieġi lid-detentur tal-e-Card Ewropea tas-servizzi lejn il-proċeduri nazzjonali relevanti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Kjarifika
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fornituri li jkollhom e-Card Ewropea tas-servizzi jistgħu wkoll jissottomettu dikjarazzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE, b'relazzjoni mal-ħaddiema li fi ħsiebhom jistazzjonaw fl-Istat Membru ospitanti b'rabta mal-attività tas-servizz li għalih tapplika l-e-Card, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2014/67/UE permezz tal-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI imsemmija fil-Paragrafu 1, meta Stat Membru ospitanti jkun ikkomunika lill-Kummissjoni li din il-possibilità għandha tapplika għall-istazzjonar ta' ħaddiema fit-territorju tiegħu. | Fornituri li jkollhom e-Card Ewropea tas-servizzi jistgħu wkoll jissottomettu dikjarazzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE, b'relazzjoni mal-ħaddiema li fi ħsiebhom jistazzjonaw fl-Istat Membru ospitanti b'rabta ma' attività tas-servizz li għaliha tapplika l-e-Card, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2014/67/UE permezz tal-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI imsemmija fil-Paragrafu 1, meta Stat Membru ospitanti jkun ikkomunika lill-Kummissjoni li din il-possibilità għandha tapplika għall-istazzjonar ta' ħaddiema fit-territorju tiegħu. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Attivitajiet ta' servizz multipli jistgħu jiġu maħruġa permezz tal-proċedura tal-e-Card
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI, użata għall-proċedura tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, għandha tippermetti l-interoperabbiltà ma' reġistri nazzjonali billi tiżgura proċedura totalment elettronika fejn l-Istati Membri waqqfu proċeduri elettroniċi, pjattaformi u reġistri li jkun fihom informazzjoni rilevanti. Dan ikun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali eżistenti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri amministrattivi u jagħmlu effettiv il-"prinċipju ta' darba biss", huwa importanti li tiġi żgurata l-interoperabilità bejn il-pjattaforma elettronika li hija konnessa mal-IMI u l-proċeduri elettroniċi eżistenti, il-pjattaformi u r-reġistri fl-Istati Membri li fihom informazzjoni rilevanti.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-awtoritajiet koordinatriċi tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-funzjonament u l-valur miżjud tal-e-Card Ewropea tas-servizzi u l-formalitajiet għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta' persuni li jaħdmu għal rashom skond l-Artikoli 6(1) u 7. | 3. L-awtoritajiet koordinatriċi tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-funzjonament u l-valur miżjud tal-e-Card Ewropea tas-servizzi u l-formalitajiet għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta' persuni li jaħdmu għal rashom skont l-Artikoli 6(1) u 7. L-Istati Membri għandhom attivament jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar l-e-Card Ewropea tas-servizzi fost il-fornituri tas-servizzi u l-klijenti tagħhom. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Obbligu fuq l-Istati Membri biex iqajmu kuxjenza dwar l-e-card.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Kwalunkwe tariffa mitluba fil-kuntest ta' proċedura għall-ħruġ ta' e-Card Ewropea tas-Servizzi għandha tkun raġonevoli u proporzjonata u m'għandhiex taqbeż l-ispiża li tirriżulta direttament mill-ħidma speċifika relatata mal-proċedura. | Kwalunkwe tariffa mitluba fil-kuntest ta' proċedura għall-ħruġ ta' e-Card Ewropea tas-Servizzi mgħandhiex teċċedi t-tariffi akkumulati tal-proċeduri eżistenti, u għandha tkun raġonevoli u proporzjonata u m'għandhiex taqbeż l-ispiża li tirriżulta direttament mill-ħidma speċifika relatata mal-proċedura. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ebda spejjeż oħra ma għandhom jiġu imposti fuq il-fornituri tas-servizzi għall-ħruġ tal-e-card.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Distributur tal-assigurazzjoni għandu joħroġ, fi żmien 15-il ġurnata minn meta jirċievi t-talba għal dan il-għan minn detentur ta' polza, dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet dwar ir-responsabbiltà ta' terzi relatati mal-attivitajiet tiegħu koperti mill-kuntratt ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali, matul is-snin ta' qabel ir-relazzjoni kuntrattwali sa massimu ta' ħames snin (5), jew fin-nuqqas ta' tali pretensjonijiet, li tiddeskrivi l-obbligi li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi inkwistjoni li kienu l-oġġett ta' pretensjoni. | 1. L-impriża tal-assigurazzjoni għandha toħroġ, fi żmien 15-il ġurnata minn meta tirċievi t-talba għal dan il-għan minn detentur ta' polza, dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet dwar ir-responsabbiltà ta' terzi relatati mal-attivitajiet tagħha koperti mill-kuntratt ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali, matul is-snin ta' qabel ir-relazzjoni kuntrattwali sa massimu ta' ħames snin (5), jew fin-nuqqas ta' tali pretensjonijiet, li tiddeskrivi l-obbligi li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi inkwistjoni li kienu l-oġġett ta' pretensjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Hija l-impriża tal-assigurazzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat ta' assigurazzjoni obbligatorja, u tittrażmettiha lid-distributur tal-assigurazzjoni jew lill-applikant.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dwar il-format tal-preżentazzjoni standardizzata tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tħassar id-dispożizzjoni dwar l-introduzzjoni/l-istabbiliment ta' format standardizzat għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Allinjament mal-emenda li tħassar il-format standardizzat tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Obbligi għad-distributuri tal-assigurazzjoni | Obbligi għall-impriżi tal-assigurazzjoni |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Hija l-impriża tal-assigurazzjoni li tipprovdi/toħroġ ċertifikat ta' assigurazzjoni obbligatorja, u tittrażmettiha lid-distributur tal-assigurazzjoni jew lill-applikant.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-distributuri tal-assigurazzjoni u l-korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdu assigurazzjoni obbligatorja għandhom debitament jikkunsidraw fil-politika ta' aċċettazzjoni u fil-kalkolu tal-primjums, b'mod mhux diskriminatorju, l-esperjenza tal-fornitur kif riflessa fid-dikjarazzjoni tal-pretensjoni maħruġa skont l-Artikolu 11, kif ippreżentata mill-fornitur. | L-impriżi tal-assigurazzjoni u l-korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdu assigurazzjoni obbligatorja għandhom debitament jikkunsidraw fil-politika ta' aċċettazzjoni u fil-kalkolu tal-primjums, b'mod mhux diskriminatorju, l-esperjenza tal-fornitur kif riflessa fid-dikjarazzjoni tal-pretensjoni maħruġa skont l-Artikolu 11, kif ippreżentata mill-fornitur. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Hija l-impriża tal-assigurazzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat ta' assigurazzjoni obbligatorja, u tittrażmettiha lid-distributur tal-assigurazzjoni jew lill-applikant.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati relevanti oħra, se tistabbilixxi arranġamenti ta' monitoraġġ għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni u tal-impatti ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-impatti tiegħu fuq il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà tal-forniment ta' servizzi fl-Istati Membri kollha għas-servizzi koperti, b'relazzjoni mal-ispejjeż għall-fornituri biex jespandu l-operazzjonijiet f'pajjiżi oħrajn, it-tisħiħ tat-trasparenza b'rabta mal-fornituri transfruntiera, iż-żieda fil-kompetizzjoni, u kif se jolqot il-prezzijiet u l-kwalità ta' dawn is-servizzi kkonċernati, meta jitqiesu l-indikaturi relevanti. | Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati relevanti oħra, se tistabbilixxi arranġamenti ta' monitoraġġ għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni u tal-impatti ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-impatti tiegħu fuq il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà tal-forniment ta' servizzi fl-Istati Membri kollha għas-servizzi koperti, b'relazzjoni mal-ispejjeż għall-fornituri biex jespandu l-operazzjonijiet f'pajjiżi oħrajn, il-ġlieda kontra l-frodi, it-tisħiħ tat-trasparenza b'rabta mal-fornituri transfruntiera, iż-żieda fil-kompetizzjoni, u kif se jolqot il-prezzijiet u l-kwalità ta' dawn is-servizzi kkonċernati, meta jitqiesu l-indikaturi relevanti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-inklużjoni tal-ġlieda kontra l-frodi, meta jkun qed jiġi monitorat l-impatt ta' din il-leġiżlazzjoni.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sa 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u mill-inqas darba kull ħames snin minn dakinhar 'l hemm, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-prestazzjoni tiegħu, inkluża analiżi tal-impatt tal-piż amministrattiv li jridu jġarrbu l-fornituri ta' servizzi attivi fil-livell transfruntier. Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni ta' kwalunkwe esperjenza prattika relevanti għall-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet koordinatriċi. Dan ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza tal-introduzzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi għal attivitajiet oħra ta' servizz. Għandu jinkludi evalwazzjoni tad-Direttiva …….[id-Direttiva tal-ESC]...b'konformità mal-Artikolu 21 tagħha. | Sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u mill-inqas darba kull ħames snin minn dakinhar 'l hemm, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-prestazzjoni tiegħu, inkluża analiżi tal-impatt tal-piż amministrattiv li jridu jġarrbu l-fornituri ta' servizzi attivi fil-livell transfruntier. Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni ta' kwalunkwe esperjenza prattika relevanti għall-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet koordinatriċi. Dak ir-rapport għandu jqis il-ħtieġa li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva u tar-Regolament għal servizzi mhux koperti mill-Anness I għad-[Direttiva tal-ESC], b'mod partikolari s-servizzi ta' kostruzzjoni. Għandu jinkludi evalwazzjoni tad-Direttiva …….[id-Direttiva tal-ESC]...b'konformità mal-Artikolu 21 tagħha. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur tissuġġerixxi reviżjoni fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandha tqis l-estensjoni tal-ambitu għal setturi oħra, kif elenkat fl-Anness Ia tad-Direttiva.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mir-rapport previst fil-Paragrafu 1 tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/67/UE, tevalwa jekk u safejn il-pjattaforma konnessa mal-IMI msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament tkun tista' tiffaċilita l-konformità mal-formalitajiet meħtieġa għall-istazzjonar tal-ħaddiema skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE. Dik l-evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-esperjenza tal-Istati Membri li setgħu għażlu li jagħmlu użu mill-pjattaforma konnessa mal-IMI skont il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. | Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mir-rapport previst fil-Paragrafu 1 tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/67/UE, tevalwa jekk u safejn il-pjattaforma konnessa mal-IMI msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament tkun tista' tiffaċilita l-konformità mal-formalitajiet meħtieġa għall-istazzjonar tal-ħaddiema skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE. Dik l-evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-esperjenza tal-Istati Membri li setgħu għażlu li jagħmlu użu mill-pjattaforma konnessa mal-IMI skont il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. Dan ikun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali eżistenti. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri dejjem ser iżommu l-proċeduri nazzjonali tagħhom stess, bħal pereżempju s-sistema LIMOSA fil-Belġju jew is-sistema Rut fid-Danimarka.
NOTA SPJEGATTIVA
Suq uniku għan-negozji l-kbar biss?
Fir-rapport Monti "Strateġija ġdida għas-suq uniku" ta' Mejju 2010, l-eks Kummissarju jispjega li:
"Is-suq uniku u l-erba' libertajiet tiegħu jinkorporaw ideal: dak ta' spazju lil hinn mill-fruntieri nazzjonali li fih iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiċċaqilqu, jaħdmu, jagħmlu riċerka jew jibdew negozju mingħajr ebda forma ta' diskriminazzjoni. Madankollu hekk kif is-suq uniku kiber fl-iskop u d-daqs, inħass li dan mhux dejjem kien il-każ. Il-ftuħ tas-suq kien se jkabbar l-orizzonti għan-negozji l-kbar, iżda ma kienx ikun ta' benefiċċju għal ħafna u għaż-żgħar: ċittadini, il-konsumaturi, jew l-SMEs".
Min jista' tassew jibbenefika mis-suq uniku tagħna fis-settur tas-servizzi llum?
Spiss wisq, in-negozji l-kbar biss. Kumpanija Taljana kbira tista' tonfoq flus biex timpjega kelliem Latvjan biex jiftaħ uffiċċju ġdid f'Riga, filwaqt li impriża żgħira ma tistax. Multinazzjonali Brittaniċi jistgħu jaffordjaw li jissottokuntrattaw lil ditta ta' avukati sabiex ikunu jafu x'regoli se jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom f'każ li jirnexxilhom jiksbu kuntratt fir-Repubblika Ċeka jew li jiffaċċaw is-sanzjonijiet li jkunu esposti għalihom jekk japplikaw xi regoli b'mod żbaljat. Kumpanija globali Franċiża tista' tħallas għall-biljetti tal-ajru u għal lukandi sabiex impjegat ikun jista' jkun fiżikament preżenti, f'isem il-kumpanija, biex iwettaq ix-xogħol amministrattiv relatat kollha fil-Kroazja.
Impriża Daniża kbira se jkollha biżżejjed flus biex tkopri l-perjodi twal ta' żmien qabel ma t-talbiet tagħhom jiġu pproċessati, u possibilment aċċettati, mill-Ġermanja. Atturi ekonomiċi kbar Svediżi jistgħu jħallsu sabiex tiġi ppreparata applikazzjoni u jinġabru d-dokumenti ġustifikattivi kollha mitluba u ċertifikazzjonijiet meħtieġa u jlaħħqu mar-rekwiżiti sabiex jiġi pprovdut ripetutament l-istess dokument jew sabiex jiddikjaraw lill-impjegati tagħhom diversi drabi.
U x'jiġri dwar id-99 % tan-negozji l-oħra kollha fl-UE?
Din mhux realtà faċli li tiġi ffaċċjata, imma hija din li wieħed irid jitgħallem dwarha mill-ħafna rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi. Nistgħu ninjoraw dawn il-fatti u nħallu biss lin-negozji l-kbar jibbenefikaw mis-suq uniku jew nistgħu naġixxu biex niżguraw li s-suq uniku mhuwiex biss għodda teknokratika, iżda realtà għaċ-ċittadini u l-kumpaniji tagħna.
L-SMEs mhumiex dejjem l-aktar vokali minħabba d-daqs, in-natura u riżorsi limitati tagħhom, iżda huma ċertament il-kumpaniji li għandhom l-aktar x'jirbħu b'dawn il-proposti għal e-Card Ewropea tas-servizzi (ESC).
Xi atturi ekonomiċi diġà stabbiliti sew irnexxielhom isibu posthom f'dan il-labirint regolatorji eżistenti; u xi awtoritajiet nazzjonali isibuha bi tqila biex finalment jagħmlu l-qabża mill-kliem għall-fatti permezz tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi. Iżda l-interess partikolari tal-SMEs tagħna u l-interess ġenerali Ewropew huwa kjarament biex jimxu 'l quddiem u tagħtihom aċċess għas-suq uniku tagħna billi jiġu indirizzati l-ostakoli li fadal u billi jkun hemm enfasi aktar qawwija fuq l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar is-Servizzi.
L-ESC se ġġib tweġibiet konkreti għal dawn il-problemi reali tal-ħajja kollha li jiffaċċjaw il-kumpaniji żgħar u din hija r-raġuni għaliex ir-Rapporteurs jappoġġaw l-inizjattiva tal-Kummissjoni.
Is-separazzjoni tal-fatti mill-finzjoni
Il-qafas legali attwali ma jinbidilx
Minkejja li bosta organizzazzjonijiet jilqgħu din l-inizjattiva, ir-Rapporteurs huma konxji dwar tħassib imqajjem minn xi partijiet interessati oħra. Ta' min wieħed jiftakar li d-Direttiva u r-Regolament ma jaffettwawx id-Direttiva dwar is-Servizzi. B'mod partikolari, l-Artikolu 10 tad-Direttiva jipprovdi li l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt tagħhom li jinvokaw raġunijiet imperattivi ta' interess pubbliku. Il-proposti lanqas ma jaqgħu taħt il-liġi tax-xogħol, inkluża s-sigurtà soċjali u s-saħħa u s-sigurtà, u lanqas dwar il-kontrolli ta' stazzjonar (ara l-Artikoli 2 kemm tad-Direttiva tal-ESC kif ukoll tar-Regolament proposti).
Il-proċedura tal-e-Card ma hija se tbiddel xejn f'dak li jirrigwarda r-rekwiżiti li jirriżultaw minn leġiżlazzjonijiet oħrajn, bħad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali. Pereżempju, jekk l-informazzjoni pprovduta taħt l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva għandha tiġi sottomessa mill-ġdid kull sena, dan xorta waħda jkun il-każ wara d-dħul fis-seħħ tal-ESC.
L-affermazzjoni li l-proposti jintroduċu l-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini ma hijiex fondata. L-analiżi tal-proposti turi li l-biċċa l-kbira tar-riskji identifikati mill-atturi differenti jistgħu jiġu mwieġba permezz ta' kjarifika tat-test. Ta' min wieħed jinnota wkoll li l-parti l-kbira tal-kummenti dwar il-proposti ma żvelatx opinjonijiet diverġenti attwali bejn il-Kummissjoni u l-partijiet interessati dwar bosta dispożizzjonijiet iżda riskji potenzjali f'każ ta' interpretazzjoni skorretta. Ir-Rapporteurs għalhekk ikkjarifikaw it-test fejn meħtieġ.
L-Istati Membri se jkollhom kontroll aħjar fuq is-suq tagħhom
L-e-card se tgħin fil-ġlieda kontra l-kumpaniji tal-isem, l-attivitajiet frodulenti u l-impjiegi indipendenti fittizji, kif ġej:
Dan jinkludi verifika minn qabel ta' stabbiliment attwali mill-Istat Membru tad-domiċilju (Artikolu 11 tad-Direttiva proposta), tip ta' kontroll li ma jeżistix illum u li ser jagħmilha iktar diffiċli għal kumpaniji tal-isem biex jespandu b'mod transkonfinali. Barra minn hekk, l-Istat Membru ospitanti, f'każijiet ta' dubju, jista' jitlob verifika mill-ġdid ta' informazzjoni dwar il-fornitur tas-servizz li japplika għall-e-Card Ewropea tas-servizzi,
L-ispettorati tax-xogħol mhux ser ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-informazzjoni li tinstab fl-e-card fil-kors tal-attivitajiet tagħhom ta' spezzjoni.
Il-prinċipju ta' approvazzjoni taċita diġà jeżisti fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali (Vergnaud Report, S&D). Dan il-prinċipju huwa essenzjali sabiex ikun żgurat li l-iskadenzi jiġu rispettati u li l-kumpaniji ż-żgħar ikunu jistgħu jieħdu r-riskju li jwettqu kummerċ lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri li ma jikkonformawx mar-regoli tas-suq uniku m'għandhomx jiġu ppremjati ta' dan.
Naturalment dan ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jikkontrollaw is-suq tagħhom. Dawn jibqgħu liberi li jistaqsu għal kwalunkwe kjarifika li huma jħossu li tkun meħtieġa mill-Istat Membru tad-domiċilju u mill-fornitur tas-servizz fi kwalunkwe ħin matul dan il-perjodu. Tali talbiet ser jissospendu t-terminu ta' skadenza sakemm ikunu ġew solvuti.
Iktar ċertezza lill-partijiet interessati u aktar ambizzjoni tal-proposti
Ir-Rapporteurs iddeċidew li jiffokaw l-abbozz ta' rapport tagħhom dwar kwistjonijiet politiċi. Barra minn hekk, hemm għadd ta' żbalji tekniċi fil-proposta tal-Kummissjoni li biħsiebhom jikkoreġu fil-fażi tal-emendi.
Kjarifiki għan-negozji, l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali
In-natura assolutament volontarja tal-e-card hija definita b'mod aktar preċiż fl-abbozz ta' rapport sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri ma jistgħux iġiegħlu kumpanija jkollha e-card, jekk tixtieq tkompli taħdem skont il-proċeduri preżenti. Id-deċiżjoni biex tissospendi jew tirrevoka kard għandha tkun proporzjonata. Madankollu, din id-deċiżjoni se tirriżulta direttament mid-deċiżjoni ta' Stat Membru li jipprojbixxi temporanjament jew permanentement, kumpanija milli tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu. Għalhekk huwa xieraq li jiġi mfakkar li din l-aħħar deċiżjoni għandha tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità.
Din tikkjarifika wkoll li l-Istati Membri jistgħu jwettqu l-kontrolli u l-verifiki kollha stabbiliti mil-liġi nazzjonali f'konformità mad-Direttiva dwar is-Servizzi. Kien hemm ukoll bżonn li jiġi ċċarat li databases eżistenti li jkopru s-setturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, bħal Limosa fil-Belġju jew RUT fid-Danimarka, għandhom ikomplu jeżistu fil-forma li fiha jeżistu llum. Sabiex jiġu faċilitati l-proċeduri amministrattivi u l-"prinċipju ta' darba biss" tkun effettiva, huwa importanti li l-interoperabbiltà tkun possibbli bejn il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI u l-proċeduri elettroniċi eżistenti, il-pjattaformi u r-reġistri fl-Istati Membri li fihom informazzjoni rilevanti.
Sabiex it-test jiġi ċċarat lill-partijiet interessati, l-abbozzi ta' rapporti jżiedu paragrafi ġodda fil-parti abilitanti tad-Direttiva u r-Regolament li jenfasizzaw in-nuqqas ta' impatt ta' dawn it-testi fuq il-qafas leġiżlattiv attwali. Din kienet ukoll l-għażla li saret fid-Direttiva dwar is-Servizzi. Ir-Rapporteurs jemmnu li dan se jagħti assigurazzjoni li d-dispożizzjonijiet il-ġodda ma jipperikolawx kwalunkwe drittijiet eżistenti tal-ħaddiema.
Ambizzjoni ċara għas-suq uniku
Ir-Rapporteurs semgħu l-kritika espressa mis-settur tal-kostruzzjoni u l-argumenti relatati man-natura speċifika ta' din l-industrija. Għalhekk huma ddeċidew li f'dan l-istadju jeskluduhom mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Madankollu, huwa importanti li tiġi introdotta sistema li tippermetti lill-Kummissjoni taħt il-kontroll tal-Parlament u tal-Kunsill sabiex dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni, fi stadju aktar tard, jekk tkompli turi nuqqas ta' integrazzjoni tas-suq intern, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi ta' kostruzzjoni aktar speċjalizzati (eż. fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika). Sensiela ta' setturi oħra huma wkoll elenkati f'anness ġdid li fi stadju aktar tard jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-e-card. Din tirrispondi għal tħassib espress minn xi partijiet interessati relatati mall-kamp ta' applikazzjoni limitat tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni mhux se jkollha libertà assoluta meta tiddeċiedi li tinkludi servizzi oħra fil-kamp ta' applikazzjoni. Hija ser ikollha turi li settur partikolari qed ikompli juri nuqqas ta' integrazzjoni tas-suq intern u li jirrappreżenta livell importanti ta' attività ekonomika. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li testendi l-ambitu tad-Direttiva/Regolament biex jinkludu setturi oħra, għandu jkun ċar li l-professjonisti ta' dawn is-setturi jeħtieġ li jiġu kkonsultati minn qabel. Fl-aħħar nett, skont il-proċedura tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew se jkollu l-possibbiltà li joġġezzjona lill-Kummissjoni f'każ li ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.