Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

 

2016/0402(COD)

4.10.2017

***I

ABBOZZ TA' RAPPORT

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas legali u operattiv tal-e-Card Ewropea tas-servizzi introdotta bir-Regolament ... [ir-Regolament tal-ESC]

( COM(2016)0823 – C8-0013/2017 – 2016/0402(COD) )

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Morten Løkkegaard

 

PR_COD_1amCom

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  45

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas legali u operattiv tal-e-Card Ewropea tas-servizzi introdotta bir-Regolament ... [ir-Regolament tal-ESC]

( COM(2016)0823 – C8-0013/2017 – 2016/0402(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2016)0823 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1) u 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0013/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Kunsill Federali Awstrijak u l-Bundestag Ġermaniż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-31 ta' Mejju 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A8-0000/2017 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-kummerċ transfruntier u l-investiment transfruntier f'ċerti servizzi tan-negozju u tal-bini huma partikolarment baxxi u juru potenzjal għal integrazzjoni aħjar tas-swieq tas-servizzi b'riperkussjonijiet negattivi sinifikanti għall-bqija tal-ekonomija. Din is-sottoprestazzjoni twassal għal sitwazzjonijiet fejn il-potenzjal għal aktar tkabbir u għal aktar impjiegi fis-Suq Uniku għadu ma ġiex sfruttat għalkollox.

(5)  Il-kummerċ transfruntier u l-investiment transfruntier f'ċerti servizzi tan-negozju huma partikolarment baxxi u juru potenzjal għal integrazzjoni aħjar tas-swieq tas-servizzi b'riperkussjonijiet negattivi sinifikanti għall-bqija tal-ekonomija. Din is-sottoprestazzjoni twassal għal sitwazzjonijiet fejn il-potenzjal għal aktar tkabbir u għal aktar impjiegi fis-Suq Uniku għadu ma ġiex sfruttat għalkollox.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi ta' kostruzzjoni għandhom jiġu esklużi għalissa mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

 

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex ikun eħfef li jinbdew u jkunu eżerċitati attivitajiet ta' servizzi, din id-Direttiva tibni fuq id-Direttiva 2006/123/KE iżda bl-ebda mod ma temenda r-regoli tagħha. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huwa saħansitra iktar limitat meta mqabbel mal-ambitu stabbilit fid-Direttiva dwar is-Servizzi. Timmira speċifikatament setturi tan-negozju u tas-servizzi tal-bini, fejn għad hemm ħafna ostakoli għall-attivitajiet transfruntiera. Barra minn hekk, il-kummerċ transfruntiera u l-investiment fil-bini u diversi servizzi tan-negozju huma baxxi u ż-żewġ setturi raw tkabbir dgħajjef fil-produttività fl-aħħar għaxar snin.

(7)  Sabiex ikun eħfef li jinbdew u jkunu eżerċitati attivitajiet ta' servizzi, din id-Direttiva tibni fuq id-Direttiva 2006/123/KE iżda bl-ebda mod ma temenda r-regoli tagħha. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huwa saħansitra iktar limitat meta mqabbel mal-ambitu stabbilit fid-Direttiva dwar is-Servizzi. Timmira speċifikament setturi tas-servizzi tan-negozju, fejn għad hemm ħafna ostakoli għall-attivitajiet transfruntiera. Barra minn hekk, il-kummerċ transfruntiera u l-investiment f'diversi servizzi tan-negozju huma baxxi u ż-żewġ setturi raw tkabbir dgħajjef fil-produttività fl-aħħar għaxar snin.

Or. en

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Setturi ta' servizzi oħrajn, bħal servizzi ta' kostruzzjoni, isofru minn livell similarment baxx ta' kummerċ transfruntier u l-investiment transfruntier, m'għandhomx leġiżlazzjoni speċifika għas-settur li tippermetti l-espansjoni transfruntiera tagħhom u huma importanti għan-negozju minħabba r-rwol tagħhom bħala riċevituri ta' servizzi. Madankollu, huwa importanti li jingħata żmien biex il-Kummissjoni tadatta l-IMI għal din id-Direttiva u biex l-Istati Membri jadottaw miżuri li jimplimentaw e-Card Ewropea tas-servizzi. Għalhekk, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal dawk is-setturi l-oħrajn fi stadju aktar tard skont kundizzjonijiet speċifiċi.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament jinkludi serje ta' servizzi tan-negozju. Servizzi oħra jbatu wkoll minn nuqqas ta' integrazzjoni tas-suq intern. Billi din l-e-Card hija għodda ġdida li ser teħtieġ l-adattament tal-IMI u tal-proċeduri nazzjonali, qed jiġi propost li ma jiġux inklużi kollha f'dan l-istadju, iżda li l-Kummissjoni tiġi permessa testendi l-ambitu ta' din id-Direttiva fi stadju ulterjuri, jekk dan jitqies meħtieġ.

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Din id-Direttiva tiċċara l-kundizzjonijiet li skonthom il-fornituri ta' servizzi kkonċernati jistgħu jibbenefikaw mill-e-Card Ewropea tas-servizzi introdotta bir-Regolament ... [ir-Regolament tal-ESC] ..., ir-rwol rispettiv li l-Istat Membru tad-domiċilju u dak ospitanti għandu jkollhom u liema azzjonijiet tal-Istat Membru tad-domiċilju jenħtieġ li jiġu aċċettati minn Stat Membru ospitanti. L-e-Card Ewropea tas-servizzi hija strument volontarju għall-fornitur ta' servizzi.

(10)  Din id-Direttiva tiċċara l-kundizzjonijiet li skonthom il-fornituri ta' servizzi kkonċernati jistgħu jibbenefikaw mill-e-Card Ewropea tas-servizzi introdotta bir-Regolament ... [ir-Regolament tal-ESC] ..., ir-rwol rispettiv li l-Istat Membru tad-domiċilju u dak ospitanti għandu jkollhom u liema azzjonijiet tal-Istat Membru tad-domiċilju jenħtieġ li jiġu aċċettati minn Stat Membru ospitanti.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut tneħħa u ġie żviluppat fi premessa ġdida.

 

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  L-e-Card Ewropea tas-servizzi hija strument volontarju għall-fornitur ta' servizzi. Il-fornituri ta' servizzi għandhom għalhekk jibqgħu liberi li jagħżlu jekk jagħmlux użu minnha. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet preċiżi li Stat Membru jeħtieġ li jissodisfa sabiex ikun jista' jirrikjedi fornitur ta' servizz Ewropej li jkollu e-Card Ewropea tas-servizzi sabiex jiġi żgurat li l-fornituri li ma għandhomx e-Card Ewropea tas-servizzi ma jiġux diskriminati fil-konfront tad-detenturi.

Or. en

 

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 10b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  L-e-Card Ewropea tas-servizzi għandha l-għan li tipprovdi semplifikazzjoni amministrattiva u hija għodda għal kumpaniji u għal dawk li jaħdmu għal rashom, filwaqt li tagħmilha aktar faċli biex huma jikkonformaw mar-rekwiżiti. L-Istati Membri ma għandhomx jużaw il-karta biex jippruvaw jillegalizzaw ostakli mhux ġustifikati u mhux meħtieġa li huma kellhom diġà jkunu neħħew sabiex ikunu konformi mad-Direttiva 2006/123/KE.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jekk jiġu applikati b'mod effettiv, il-proposti jistgħu jwasslu għal xi titjib f'termini ta' semplifikazzjoni. Madankollu, hemm tħassib li, għall-kuntrarju tal-objettivi tagħha, l-e-Card tista' tintuża biex jiġu leġittimizzati bla bżonn ostakoli mhux meħtieġa li l-Istati Membri kellhom diġà jkunu neħħew f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

 

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju malli tirċievi applikazzjoni għal e-Card Ewropea tas-servizzi, għandha tlestiha u tivvalida l-kontenut tagħha ħalli turi b'mod preċiż l-istabbiliment legali tal-fornitur fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u tiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tiegħu b'mod li jgħin lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti iwettqu l-kontrolli tagħhom. Filwaqt li n-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-applikant jwassal għal waqfien fil-proċedura, in-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju jirriżulta f'rimedji ġudizzjarji.

(24)  L-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju malli tirċievi applikazzjoni għal e-Card Ewropea tas-servizzi, tivverifika jekk l-applikant hux legalment stabbilit fl-Istat Membru ta' domiċilju u jekk id-dokumenti meħtieġa kollha humiex validi, għandha tlesti l-applikazzjoni u tivvalida l-kontenut tagħha ħalli turi b'mod preċiż l-istabbiliment legali tal-fornitur fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u tiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tiegħu b'mod li jgħin lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti iwettqu l-kontrolli tagħhom. Filwaqt li n-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-applikant jwassal għal waqfien fil-proċedura, in-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju jirriżulta f'rimedji ġudizzjarji.

Or. en

 

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 34a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a)  Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jinkludu b'mod partikolari lill-partijiet interessati fis-setturi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, inklużi n-negozji u s-sħab soċjali tas-settur tal-kostruzzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva għas-setturi tal-kostruzzjoni, għandu jkun ċar li l-professjonisti tas-setturi jeħtieġ li jiġu kkonsultati minn qabel.

 

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Qabel il-ħruġ tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, jenħtieġ li Stat Membru ospitanti ikun jista' jinvoka kwistjonijiet leġittimi ta' politika. Madankollu, f'ġieħ proċedura ssimplifikata u mgħaġġla, hemm bżonn li jiġi osservat il-prinċipju ta' approvazzjoni taċita meta tkun qed tinħareġ e-Card Ewropea tas-servizzi. Dan huwa l-prinċipju ġenerali introdott skont id-Direttiva 2006/123/KE. Twissija ta' approvazzjoni taċita imminenti u l-estensjoni tal-iskadenzi applikabbli b'ġimagħtejn addizzjonali għandhom jiżguraw li l-Istat Membru ospitanti għandu ż-żmien u l-mezzi xierqa biex jikkunsidra l-applikazzjonijiet għal e-Card Ewropea tas-servizzi. Xi nuqqas ta' informazzjoni mill-Istat Membru ospitanti dwar ir-rekwiżiti applikabbli wkoll m'għandux jostakola l-ħruġ awtomatiku ta' e-card Ewropea tas-servizzi.

(37)  Qabel il-ħruġ tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, jenħtieġ li Stat Membru ospitanti ikun jista' jinvoka kwistjonijiet leġittimi ta' politika u li jwettaq il-kontrolli u l-verifiki meħtieġa mniżżla fid-dritt nazzjonali bi qbil mal-Kapitlu VI tad-Direttiva 2006/123/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1), (3) u (4) fir-rigward ta' servizzi temporanji transfruntiera. Madankollu, f'ġieħ proċedura ssimplifikata u mgħaġġla, hemm bżonn li jiġi osservat il-prinċipju ta' approvazzjoni taċita meta tkun qed tinħareġ e-Card Ewropea tas-servizzi. Dan huwa l-prinċipju ġenerali introdott skont id-Direttiva 2006/123/KE. Twissija ta' approvazzjoni taċita imminenti u l-estensjoni tal-iskadenzi applikabbli b'ġimagħtejn addizzjonali għandhom jiżguraw li l-Istat Membru ospitanti għandu ż-żmien u l-mezzi xierqa biex jikkunsidra l-applikazzjonijiet għal e-Card Ewropea tas-servizzi. Xi nuqqas ta' informazzjoni mill-Istat Membru ospitanti dwar ir-rekwiżiti applikabbli wkoll m'għandux jostakola l-ħruġ awtomatiku ta' e-Card Ewropea tas-servizzi.

Or. en

 

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 45a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45a)  Huwa importanti li jiġi rikonoxxut id-dritt tal-operaturi ekonomiċi li jagħmlu żbalji meta dawn ikunu qed jippruvaw jaqdu sew l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. Għalhekk, qabel ma Stat Membru jinvoka żbalji klerikali, żbalji u informazzjoni nieqsa jew dokumenti bħala raġuni biex jissospendi jew jirrevoka e-Card Ewropea tas-servizzi, il-fornitur ta' servizz jenħtieġ li dejjem jingħata l-opportunità li jirrimedja s-sitwazzjoni.

Or. en

 

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tapplika għas-servizzi elenkati fl-Anness.

1.  Din id-Direttiva tapplika għas-servizzi elenkati fl-Anness I.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa f'każ li l-proposta li jinħoloq l-Anness Ia tiġi adottata. Din l-emenda tapplika għad-Direttiva kollha.

 

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Sa [24 xahar wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18 sabiex jiġi emendat l-Anness I biex jinkludi kwalunkwe settur elenkat fl-Anness Ia. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi biss li tuża din is-setgħa jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

 

(a)   is-servizzi inkwistjoni jkunu kompletament koperti mid-Direttiva 2006/123/KE;

 

(b)   minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti, is-settur qed ikompli juri nuqqas ta' integrazzjoni tas-suq intern, partikolarment fir-rigward ta' fornituri tas-servizzi żgħar u medji u hemm potenzjal għal aktar integrazzjoni tas-suq uniku kif jidher mill-fatt li ftit fornituri tas-servizz fis-settur jipprovdu servizzi transfruntiera jew iwaqqfu stabbiliment sekondarju; kif ukoll;

 

(c)   is-settur jirrappreżenta livell importanti ta' attivitajiet ekonomiċi. Dan jista' jintwera mill-fatt li huwa jirrappreżenta perċentwal sinifikanti tal-PGD tal-Unjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament jinkludi serje ta' servizzi tan-negozju. Setturi oħra jbatu wkoll minn nuqqas ta' integrazzjoni tas-suq intern. Billi din l-e-Card hija għodda ġdida li ser teħtieġ l-adattament tal-IMI u tal-proċeduri nazzjonali, qed jiġi propost li ma jiġux inklużi kollha f'dan l-istadju, iżda li l-Kummissjoni tiġi permessa testendi l-ambitu ta' din id-Direttiva fi stadju ulterjuri, jekk dan jitqies meħtieġ.

 

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva ma' teffettwax id-Direttiva 2006/123/KE. M'għandu jkollha l-ebda impatt fuq ir-rekwiżiti regolatorji nazzjonali għall-forniment ta' servizzi, bħal regoli dwar il-ħarsien soċjali, id-drittijiet tal-konsumatur, is-saħħa u s-sikurezza u l-ambjent. Għaldaqstant hi ma tintroduċix il-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkjarifika li d-Direttiva ma għandha ebda impatt fuq il-livell ta' rekwiżiti li l-Istati Membri stabbilew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għall-forniment ta' servizzi.

 

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   "e-Card Ewropea tas-servizzi": tfisser ċertifikat elettroniku, li jirriżulta minn proċedura armonizzata, li jagħti prova li d-detentur tiegħu huwa fornitur ta' servizz, stabbilit legalment fl-Istat Membru tad-domiċilju, intitolat, f'dak it-territorju, li jipprovdi l-attivitajiet inkwistjoni, kif ukoll li jistipula d-dritt tad-detentur tiegħu li jibda jipprovdi s-servizzi inkwistjoni fl-Istat Membru ospitanti, mingħajr ma jistabbilixxi ruħu hemmhekk permezz ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju li jinsab fih, skont il-każ, u li jkompli tali forniment sakemm jibqa' validu ċ-ċertifikat.

Or. en

 

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Qabel ma toħroġ l-e-Card Ewropea tas-servizzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' twettaq kontrolli u verifiki meħtieġa skont il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali bi qbil mad-Direttiva 2006/123/KE, inkluż l-Artikolu 31 tagħha.

Or. en

 

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet fl-Istati Membri m'għandhomx, fil-kuntest ta' kwalunkwe proċedura jew formalità imposta fuq fornitur fit-territorju tagħhom u b'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali kif stipulat fid-Direttiva 95/46/KE [, ir-Regolament (UE) Nru 2016/679] u l-leġiżlazzjoni nazzjonali, jitolbu lid-detentur ta' e-Card Ewropea tas-servizzi jipprovdi xi tip ta' informazzjoni li diġà tinsab fl-e-Card Ewropea tas-Servizzi, inkluż għal:

L-awtoritajiet fl-Istati Membri m'għandhomx, fil-kuntest ta' kwalunkwe proċedura jew formalità imposta fuq fornitur fit-territorju tagħhom u b'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali kif stipulat fid-Direttiva 95/46/KE [, ir-Regolament (UE) Nru 2016/679] u l-leġiżlazzjoni nazzjonali, jitolbu lid-detentur ta' e-Card Ewropea tas-servizzi valida jipprovdi xi tip ta' informazzjoni jew dokumenti li diġà tinsab fl-e-Card Ewropea tas-Servizzi, inkluż għal:

Or. en

 

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

In-natura volontarja ta' Card Ewropea tas-Servizzi

 

L-Istati Membri m'għandhomx jirrikjedu li l-fornituri tas-servizzi jkollhom e-Card Ewropea tas-servizzi, ħlief meta:

 

(a) fornitur ta' servizzi ikun għażel b'mod volontarju li japplika għal e-Card Ewropea tas-servizzi;

 

(b) tkun inħarġet lilu e-card Ewropea tas-servizzi; u

 

(c) jagħmel użu minn e-Card Ewropea tas-servizzi f'konformità mal-Artikolu 5.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizz li ma jiddeċiedux li japplikaw għal e-Card Ewropea tas-servizzi, li l-applikazzjoni tagħhom għal e-Card Ewropea tas-servizzi tkun ġiet miċħuda mill-Istat Membru tad-domiċilju jew tkun saret oġġezzjoni mill-Istat Membru ospitanti jew li ma għandhomx aktar e-Card Ewropea tas-servizzi valida jistgħu jibdew jipprovdu jew ikomplu jipprovdu servizzi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2006/123/KE u l-liġi tal-Unjoni mingħajr ma jkunu diskriminati vis-à-vis id-detenturi ta' e-Card Ewropea tas-servizzi.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda m'għandhiex l-għan li timmodifika l-proposta tal-Kummissjoni iżda li tiċċaraw li e-Card hija volontarja għan-negozji u mandatorja għall-Istati Membri jekk negozju jagħżel li jitlobha.

 

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta japplika għal e-Card Ewropea tas-servizzi l-applikant għandu jirċievi informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti applikabbli fl-Istati Membri ospitanti fir-rigward tal-aċċess għal, u l-eżerċizzju ta’, attivitajiet ta' servizz maħsuba mill-applikant, kif previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/123/KE.

Or. en

Ġustifikazzjoni

In-negozji għandhom jingħataw informazzjoni ċara dwar ir-rekwiżiti li se jkollhom jikkonformaw magħhom mill-aktar fis possibbli.

 

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tivverifika l-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta;

(b)  tivverifika l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-validità tal-informazzjoni pprovduta;

Or. en

 

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tivverifika jekk l-e-Cards Ewropej tas-servizzi maħruġa fir-rigward ta' Stati Membri tad-domiċilju oħra għall-istess fornitur u attività ta' servizz ġewx revokati jew ikkanċellati, jew jekk intalbitx il-kanċellazzjoni biex tippermetti s-sostituzzjoni ta' dawk l-e-Cards mill-e-Card Ewropea tas-Servizzi li tirreferi għaliha l-applikazzjoni;

(c)  tivverifika jekk l-e-Cards Ewropej tas-servizzi maħruġa fir-rigward ta' Stati Membri tad-domiċilju oħra għall-istess fornitur u attività ta' servizz ġewx revokati, jew jekk intalbitx il-kanċellazzjoni biex tippermetti s-sostituzzjoni ta' dawk l-e-Cards mill-e-Card Ewropea tas-Servizzi li tirreferi għaliha l-applikazzjoni;

Or. en

 

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tivverifika l-kontenut u l-validità tad-dokumenti ta' akkumpanjament, jekk ikun hemm, li jagħtu prova ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-forniment ta' servizzi li l-applikant huwa soġġett għalihom fl-Istat Membru tad-domiċilju;

(d)  tivverifika li l-applikant hu legalment stabbilit fit-territorju tiegħu u tivverika l-kontenut u l-validità tad-dokumenti ta' akkumpanjament, jekk ikun hemm, li jagħtu prova ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-forniment ta' servizzi li l-applikant huwa soġġett għalihom fl-Istat Membru tad-domiċilju;

Or. en

 

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  titlob is-supplimentar tal-applikazzjoni mill-applikant, fejn ikun meħtieġ;

(e)  titlob informazzjoni supplimentari mill-applikant, fejn ikun meħtieġ;

Or. en

 

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju titlob li l-applikant jissupplimenta l-applikazzjoni, il-limitu ta' żmien jiġi sospiż sakemm tiġi pprovduta dik l-informazzjoni.

Meta l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju titlob informazzjoni supplimentari mill-applikant, jew, fejn, fil-każ ta' dubji debitament ġustifikati, l-Istat Membru ospitanti jitlob il-verifika mill-ġdid tal-validità tal-informazzjoni mressqa mill-applikant, il-limitu ta' żmien jiġi sospiż sakemm tiġi pprovduta dik l-informazzjoni.

Or. en

 

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika mingħajr dewmien l-applikazzjoni lill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni lill-applikant mat-tlestija tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.

2.  L-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika mingħajr dewmien l-applikazzjoni lill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti u tinforma lill-applikant mat-tlestija tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.

Or. en

 

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti għandha teżaminaha u tinforma lill-applikant u l-Istat Membru tad-domiċilju dwar kwalunkwe rekwiżiti applikabbli għall-fornimenti transfruntiera temporanju skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 5(4). B'konformità mad-drittijiet tal-Istati Membri kif imsemmija fl-Artikolu 10, l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti tista' tiddeċiedi fi ħdan l-istess limitu taż-żmien, li toġġezzjona għall-ħruġ tal-e-Card Ewropea tas-servizzi mill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju fejn hija turi li l-applikazzjoni ta' skema ta' awtorizzazzjoni minn qabel, skema ta' notifika minn qabel jew ir-rekwiżiti għall-applikant huma ġġustifikati għal waħda minn dawk ir-raġunijiet prevalenti ta' interess pubbliku stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123/KE jew li huma ammissibbli skont l-atti l-oħra tal-liġi tal-UE.

Fil-kors ta' proċedura għall-ħruġ ta' e-Card Ewropea tas-servizzi għall-forniment ta' servizzi temporanji transfruntiera, l-awtorità koordinatriċi għandha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti għandha teżaminaha u tinforma lill-applikant u l-Istat Membru tad-domiċilju dwar kwalunkwe rekwiżiti applikabbli għall-fornimenti transfruntiera temporanju tal-attivitajiet ta' servizz maħsub, matul il-forniment tas-servizz, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 5(4).

 

L-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti tista' tiddeċiedi fi ħdan l-istess limitu ta' żmien, li toġġezzjona għall-ħruġ tal-e-Card Ewropea tas-servizzi mill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju, jekk l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti turi li l-forniment tal-attivitajiet ta' servizz maħsuba mill-applikant tkun suġġetta għal skema ta' awtorizzazzjoni minn qabel, skema ta' notifika minn qabel jew ta' rekwiżiti ġġustifikati minn raġunijiet prevalenti ta' interess pubbliku stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123/KE jew li huma ammissibbli skont l-atti l-oħra tal-liġi tal-UE, l-Istat Membru ospitanti jista' għall-finijiet li joħroġ e-Card Ewropea tas-servizzi jitlob li l-applikant juri l-konformità tiegħu ma' dawk ir-rekwiżiti. L-Istat Membru ospitanti jista' joġġezzjona għal applikazzjoni jekk l-applikant jonqos milli juri konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emendi dwar il-proċedura għandha l-għan li tiċċara t-test u mhux tbiddel is-sustanza tat-test.

 

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ta' oriġini tirċievi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u dment li ma tapplika l-ebda raġuni biex toġġezzjona għall-ħruġ tal-e-Card imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, dik l-awtorità koordinatriċi toħroġ l-e-Card Ewropea tas-Servizzi, mingħajr dewmien.

Or. en

 

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru ospitanti f'dik il-valutazzjoni għandu jqis ir-rekwiżiti li l-applikant diġà jissodisfa fl-Istati Membri tad-domiċilju tiegħu. Għall-fini ta' dik il-valutazzjoni u fi ħdan il-limitu taż-żmien imsemmi hawn fuq, l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti għandha titħalla titlob mill-Istat Membru tad-domiċilju jew mill-applikant innifsu l-kjarifiki meħtieġa jew informazzjoni addizzjonali meħtieġa li ma jinstabux fl-applikazzjoni. F'dak il-każ, il-limitu ta' żmien imsemmi f'dan il-paragrafu jiġi sospiż sakemm tingħata l-kjarifika meħtieġa mitluba jew tiġi pprovduta l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Il-proċedura sabiex jintalbu l-kjarifiki jew l-informazzjoni addizzjonali se tiġi stabbilita permezz tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4.

Meta jivvaluta l-applikazzjoni għal e-Card Ewropea tas-servizzi, l-Istat Membru ospitanti f'dik il-valutazzjoni għandu jqis ir-rekwiżiti li l-applikant diġà jissodisfa fl-Istati Membri tad-domiċilju tiegħu. Għall-fini ta' dik il-valutazzjoni u fi ħdan il-limitu taż-żmien imsemmi hawn fuq, l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti għandha titħalla titlob mill-Istat Membru tad-domiċilju jew mill-applikant innifsu l-kjarifiki meħtieġa jew informazzjoni addizzjonali meħtieġa li ma jinstabux fl-applikazzjoni, b'mod partikulari fejn ikun hemm dubji debitament ġustifikati fir-rigward tal-kontenut, u l-validità tad-dokumenti li jakkumpanjaw. F'dak il-każ, il-limitu ta' żmien imsemmi f'dan il-paragrafu jiġi sospiż sakemm tingħata l-kjarifika meħtieġa mitluba jew tiġi pprovduta l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Il-proċedura sabiex jintalbu l-kjarifiki jew l-informazzjoni addizzjonali se tiġi stabbilita permezz tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4.

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' dubju, l-Istati Membri ospitanti għandhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Istati Membri tad-domiċilju biex jerġgħu jiċċekkjaw id-dokumenti mressqa fil-fażi tal-applikazzjoni.

 

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Hekk kif jirċievi d-deċiżjoni tal-Istat Membru ospitanti li joġġezzjona skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jirrifjuta, mingħajr dewmien, l-applikazzjoni għal e-Card Ewropea tas-servizzi.

Hekk kif jirċievi d-deċiżjoni tal-Istat Membru ospitanti li joġġezzjona skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jiċħad, mingħajr dewmien, l-applikazzjoni għal e-Card Ewropea tas-servizzi.

Or. en

 

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet mill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju, innotifikati lill-applikant permezz tal-pjattaforma elettronika fejn il-formola standard għal applikazzjoni tkun disponibbli, għandhom ikunu soġġetti għal appell skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet mill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju, innotifikati mingħajr dewmien lill-applikant permezz tal-pjattaforma elettronika fejn il-formola standard għal applikazzjoni tkun disponibbli, għandhom ikunu soġġetti għal appell skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Or. en

 

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjoni mill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti li joġġezzjona għall-ħruġ tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, innotifikata lill-applikant permezz tal-pjattaforma elettronika fejn il-formola standard għal applikazzjoni ssir disponibbli, għandha tkun soġġetta għal appell skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.

Id-deċiżjoni mill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti li joġġezzjona għall-ħruġ tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, għandha mingħajr dewmien tiġi nnotifikata lill-applikant permezz tal-pjattaforma elettronika fejn il-formola standard għal applikazzjoni ssir disponibbli, u għandha tkun soġġetta għal appell skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.

Or. en

 

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-kuntest ta' proċedura għall-ħruġ ta' e-Card Ewropea tas-servizzi għall-istabbiliment fil-forma ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju, l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti għandha, fi żmien erba' ġimgħat minn meta tirċievi l-applikazzjoni, tidentifika liema, jekk ikun hemm, skema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew skema ta' notifika minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) hija applikabbli, b'konformità mal-liġi tal-UE, għal dak l-istabbiliment. Jekk tali sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew skema ta' notifika minn qabel tkun ġiet identifikata, l-Istat Membru ospitanti għandu jidentifika wkoll il-kundizzjonijiet li l-applikant ikun meħtieġ li jikkonforma magħhom, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 5(5). L-Istat Membru ospitanti għandu jindika għaliex l-applikazzjoni ta' tali sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew skema ta' notifika minn qabel hija meħtieġa u proporzjonali għall-insegwiment ta' raġunijiet prevalenti ta' interess pubbliku.

Fil-kuntest ta' proċedura għall-ħruġ ta' e-Card Ewropea tas-servizzi għall-istabbiliment fil-forma ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju, l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti għandha, fi żmien erba' ġimgħat minn meta tirċievi l-applikazzjoni, tidentifika liema, jekk ikun hemm, skema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew skema ta' notifika minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) hija applikabbli, b'konformità mal-liġi tal-UE, għal dak l-istabbiliment. Jekk tali sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew skema ta' notifika minn qabel tkun ġiet identifikata, l-Istat Membru ospitanti għandu jidentifika wkoll il-kundizzjonijiet li l-applikant ikun meħtieġ li jikkonforma magħhom, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 5(5). L-Istat Membru ospitanti għandu jindika għaliex l-applikazzjoni ta' tali sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew skema ta' notifika minn qabel tkun ġustifikata minn raġunijiet prevalenti ta' interess pubbliku u tkun proporzjonata skont l-objettivi segwiti.

Or. en

 

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ li l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti tiddeċiedi li toħroġ l-e-Card Ewropea tas-servizzi, dan għandha tagħmlu mingħajr dewmien.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan it-test tmexxa wara l-paragrfu 5a (ġdid) ta' dan l-Artikolu.

 

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Alternattivament, l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti tista' tinforma lill-applikant u lill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar l-intenzjoni tagħha li tirrifjuta l-applikazzjoni, f'liema każ l-applikant għandu jkollu ġimgħa biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan it-test tmexxa wara l-paragrfu 5a (ġdid) ta' dan l-Artikolu.

 

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Hekk kif tirċievi l-osservazzjonijiet tal-applikant jew, meta ma tkun saret l-ebda osservazzjoni, malli jiskadi l-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dawk l-osservazzjonijiet, l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti għandha tiddeċiedi, fi żmien ġimgħa, jekk toħroġx l-e-Card Ewropea tas-servizzi jew hix se tirrifjuta l-applikazzjoni għall-e-Card Ewropea tas-servizzi.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan it-test tmexxa wara l-paragrfu 5 ta' dan l-Artikolu.

 

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti għandha titħalla titlob mill-Istat Membru tad-domiċilju jew mill-applikant il-kjarifiki meħtieġa jew informazzjoni addizzjonali meħtieġa li ma jinstabux fl-applikazzjoni. F'dak il-każ, il-limiti ta' żmien imsemmi fil-paragrafi 1 u 4 huma sospiżi sakemm tingħata l-kjarifika meħtieġa mitluba jew tiġi pprovduta l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

L-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti għandha titħalla titlob mill-Istat Membru tad-domiċilju jew mill-applikant il-kjarifiki meħtieġa jew informazzjoni addizzjonali meħtieġa li ma jinstabux fl-applikazzjoni, b'mod partikolari fejn ikun hemm dubji debitament ġustifikati fir-rigward tal-kontenut, u l-validità tad-dokumenti li jakkumpanjaw.. F'dak il-każ, il-limiti ta' żmien imsemmi fil-paragrafi 1 u 4 huma sospiżi sakemm tingħata l-kjarifika meħtieġa mitluba jew tiġi pprovduta l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' dubju, l-Istati Membri ospitanti għandhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Istati Membri tad-domiċilju biex jerġgħu jiċċekkjaw id-dokumenti mressqa fil-fażi tal-applikazzjoni.

 

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'każ li l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti tiddeċiedi li toħroġ l-e-Card Ewropea tas-servizzi, dan għandha tagħmlu mingħajr dewmien.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan it-test ġie mċaqlaq mill-Artikolu 13(4) subparagrafu 2.

 

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 5 – subparagrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fejn l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti biħsieba tirrifjuta l-applikazzjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti għandha tinforma lill-applikant u lill-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ta' oriġini, u għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha. L-applikant għandu jkollu ġimgħa biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan it-test tmexxa mill-paragrafu 4.

 

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 5 – subparagrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Hekk kif tirċievi l-osservazzjonijiet tal-applikant jew, meta ma tkun saret l-ebda osservazzjoni sal-iskadenza ta' żmien, l-awtorità koordinatriċi tal-Istat Membru ospitanti għandha tiddeċiedi, fi żmien ġimgħa, jekk toħroġx l-e-Card Ewropea tas-servizzi jew tirrifjuta l-applikazzjoni għall-e-Card Ewropea tas-servizzi.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan it-test tmexxa mill-paragrafu 4.

 

 

 

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 5 – subparagrafu 1d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità koordinatriċi għandha mingħajr dewmien tibgħat lill-Kummissjoni kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni għal e-Card Ewropea tas-servizzi skont il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

 

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  F'każ li l-Istat Membru ospitanti, mal-iskadenza tal-perjodi għar-reazzjoni tiegħu msemmija fil-paragrafi 2 u 4, ma jitlobx il-konformità ma' kwalunkwe kundizzjoni fil-paragrafu 1 jew ma jiħux id-deċiżjoni li joħroġ l-e-Card Ewropea tas-servizzi skont il-paragrafu 4, l-e-Card Ewropea tas-servizzi għandha titqies li tkun inħarġet mill-Istat Membru ospitanti bit-termini kkomunikati lill-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 11(2).

6.  F'każ li l-Istat Membru ospitanti, mal-iskadenza tal-perjodi għar-reazzjoni tiegħu msemmija fil-paragrafi 2, 4 u 5b, ma jitlobx il-konformità ma' kwalunkwe kundizzjoni fil-paragrafu 1 jew ma jiħux id-deċiżjoni li joħroġ l-e-Card Ewropea tas-servizzi skont il-paragrafu 1, 4 jew 5b jew ma jinformax dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrifjuta l-applikazzjoni jew ma jieħux deċiżjoni li jirrifjuta l-applikazzjoni skont il-paragrafi 4 u 5b, is-sistema IMI għandha awtomatikament toħroġ l-e-Card Ewropea tas-servizzi li għandha titqies li tkun inħarġet mill-Istat Membru ospitanti bit-termini kkomunikati lill-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 11(2).

Or. en

 

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Ir-referenza għad-dritt tal-Unjoni fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu tirreferi b'mod partikolari għall-fatt li d-deċiżjoni tal-Istat Membru ospitanti li jipprojbixxi, temporanjament jew permanentement, fornitur ta' servizz milli jipprovdi l-attivitajiet tiegħu trid tkun proporzjonali għall-gravità tal-ksur, irrispettivament minn jekk il-fornitur tas-servizz ikollux e-Card Ewropea tas-servizzi jew le.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Deċiżjoni biex tipprojbixxi fornitur ta' servizz li jipprovdi l-attivitajiet tiegħu għandha tkun miżura aħħarija.

 

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  uża informazzjoni jew dokumenti fil-kuntest tal-proċedura biex tinħareġ l-e-Card li jinstabu li huma qarrieqa, mhux preċiżi jew iffalsifikati permezz ta' deċiżjoni finali tal-Istat Membru tad-domiċilju jew dak ospitanti, li mhijiex soġġetta għal appell skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

(i)  uża informazzjoni jew dokumenti fil-kuntest tal-proċedura biex tinħareġ l-e-Card li jinstabu li huma qarrieqa, jiżgwidaw jew li jkunu ġew iffalsifikati permezz ta' deċiżjoni finali tal-Istat Membru tad-domiċilju jew dak ospitanti, li mhijiex soġġetta għal appell skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Xi tagħrif jista' ma jkunx preċiż minħabba s-sempliċi żbalji meta timtela l-formola. Hija biss informazzjoni qarrieqa li għandha tkun raġuni għal revoka awtomatika.

 

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  ma jissodisfax waħda mill-kundizzjonijiet jew aktar applikabbli għal forniment transfruntier temporanju kif preskritt mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), li l-konformità magħhom, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, hija essenzjali għall-forniment legali kontinwu tas-servizzi inkwistjoni fit-territorju tiegħu;

(iii)  ma jissodisfax waħda mir-rekwiżiti jew aktar applikabbli għal forniment transfruntier temporanju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1), li l-konformità magħhom, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, hija essenzjali għall-forniment legali kontinwu tas-servizzi inkwistjoni fit-territorju tiegħu;

Or. en

 

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt iv

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  ma jissodisfax waħda mill-kundizzjoni jew aktar imposti fil-kuntest ta' skema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew ta' notifika minn qabel applikabbli għall-istabbiliment kif preskritt mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1), li l-konformità magħhom, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitant, hija essenzjali għall-forniment legali kontinwu tas-servizzi inkwistjoni fit-territorju tiegħu.

(iv)  ma jissodisfax waħda mill-kundizzjoni jew aktar imposti fil-kuntest ta' skema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew ta' notifika minn qabel applikabbli għall-istabbiliment kif preskritt mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1), li l-konformità magħhom, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitant, hija essenzjali għall-forniment legali kontinwu tas-servizzi inkwistjoni fit-territorju tiegħu.

Or. en

 

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' deċiżjoni, skont il-liġi tal-UE, li tiddetermina projbizzjoni temporanja jew permanenti fuq il-forniment tal-attivitajiet ta' servizz mid-detentur tal-e-Card Ewropea tas-servizzi fl-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtoritajiet koordinatriċi li ħarġu e-Card Ewropea tas-servizzi, rispettivament jissospendu jew jirrevokaw il-validità tal-e-Cards Ewropej tas-servizzi kollha li jkunu nħarġu għall-istess fornitur u l-attività ta' servizz inkwistjoni.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' deċiżjoni, skont il-liġi tal-UE, li tiddetermina projbizzjoni temporanja jew permanenti fuq il-forniment tal-attivitajiet ta' servizz mid-detentur tal-e-Card Ewropea tas-servizzi fl-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtoritajiet koordinatriċi li ħarġu e-Card Ewropea tas-servizzi, rispettivament jissospendu jew jirrevokaw il-validità tal-e-Cards Ewropej tas-servizzi kollha li jkunu nħarġu għall-istess fornitur u fir-rigward tal-attivitajiet ipprojbiti ta' servizz.

Or. en

 

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Ir-referenza għad-dritt tal-Unjoni fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jirreferi b'mod partikolari għall-fatt li d-deċiżjoni tal-Istat Membru ospitanti li jipprojbixxi, temporanjament jew permanentement, fornitur ta' servizz li jipprovdi l-attivitajiet tiegħu trid tkun proporzjonali għall-gravità tal-ksur, irrispettivament minn jekk il-fornitur tas-servizz ikollux e-Card Ewropea tas-servizzi jew le.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Deċiżjoni li tipprojbixxi fornitur ta' servizz li jipprovdi l-attivitajiet tiegħu għandha tkun miżura aħħarija.

 

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' deċiżjoni, skont il-liġi tal-UE, li tiddetermina projbizzjoni temporanja jew permanenti fuq il-forniment tal-attivitajiet ta' servizz mid-detentur tal-e-Card Ewropea tas-servizzi fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet koordinatriċi li ħarġu e-Card Ewropea tas-servizzi, rispettivament jissospendu jew jirrevokaw il-validità tal-e-Cards Ewropej tas-servizzi kollha li jkunu nħarġu għall-istess fornitur u l-attività ta' servizz sakemm il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tiddetermina, b'konformità mal-liġi tal-UE, is-sospensjoni jew it-tmiem tal-attivitajiet ta' servizz fit-territorju tiegħu minħabba, il-projbizzjoni temporanja jew permanenti inkwistjoni, rispettivament, fl-Istat Membru ospitanti.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' deċiżjoni, skont il-liġi tal-UE, li tiddetermina projbizzjoni temporanja jew permanenti fuq il-forniment tal-attivitajiet ta' servizz mid-detentur tal-e-Card Ewropea tas-servizzi fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet koordinatriċi li ħarġu e-Card Ewropea tas-servizzi, rispettivament jissospendu jew jirrevokaw il-validità tal-e-Cards Ewropej tas-servizzi kollha li jkunu nħarġu għall-istess fornitur fir-rigward tal-attività ta' servizz ipprojbit sakemm il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tiddetermina, b'konformità mal-liġi tal-UE, is-sospensjoni jew it-tmiem tal-attivitajiet ta' servizz fit-territorju tiegħu minħabba, il-projbizzjoni temporanja jew permanenti inkwistjoni, rispettivament, fl-Istat Membru ospitanti.

Or. en

 

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Membru li jiskopri raġuni li tikkawża s-sospensjoni jew ir-revoka ta' e-Card Ewropea tas-servizzi, skont l-Artikoli 15 jew 16, li sseħħ fit-territorju tiegħu għandu jikkomunika l-motivazzjoni tiegħu dwar il-kwistjoni lid-detentur tal-e-Card Ewropea tas-servizzi inkwistjoni permezz tal-IMI u għandu jagħtih l-opportunità li jinstema'.

Stat Membru li jiskopri raġuni li tikkawża s-sospensjoni jew ir-revoka ta' e-Card Ewropea tas-servizzi, skont l-Artikoli 15 jew 16, li sseħħ fit-territorju tiegħu għandu jinforma lid-detentur tal-e-Card Ewropea tas-servizzi inkwistjoni permezz tal-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI dwar ir-raġunijiet għall-iskattar u għandu jagħti lid-detentur l-opportunità li jinstema'.

Or. en

 

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward ta' żbalji klerikali, żbalji jew informazzjoni jew dokumenti nieqsa, l-Istat Membru li jiskopri irregolaritajiet bħal dawn matul il-fażi tal-iskambju msemmija fis-subparagrafu 1 għandu mingħajr dewmien jinforma lill-fornitur tas-servizz. Il-fornitur tas-servizz għandu jirrimedja s-sitwazzjoni mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara li jiġi infurmat. Dawn ir-raġunijiet m'għandhomx jagħtu bidu għall-proċedura ta' sospensjoni jew revoka ta' e-Card Ewropea tas-servizzi sakemm ma jkunx ċar miċ-ċirkustanzi kollha li dawn twettqu b'riżultat ta' negliġenza serja jew b'intenzjoni jew sakemm il-fornitur tas-servizz ma jkunx naqas milli jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien l-iskadenza ta' ġimagħtejn.

Or. en

 

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ladarba Stat Membru jikkonkludi dwar il-ħtieġa li jissospendi jew jirrevoka e-Card Ewropea tas-servizzi għandu jagħmel dan mingħajr dewmien, fil-każ li l-awtorità koordinatriċi tiegħu hija l-awtorità tal-ħruġ tal-e-Card inkwistjoni, jew għandu jikkomunika mingħajr dewmien lill-awtorità koordinatriċi tal-ħruġ bil-konklużjoni tiegħu dwar il-ħtieġa li jissospendi jew jirrevoka l-e-Card Ewropea tas-servizzi inkwistjoni.

Ladarba Stat Membru jikkonkludi dwar il-ħtieġa li jissospendi jew jirrevoka e-Card Ewropea tas-servizzi għandu jagħmel dan mingħajr dewmien, fil-każ li l-awtorità koordinatriċi tiegħu hija l-awtorità tal-ħruġ tal-e-Card inkwistjoni, jew għandu jikkomunika mingħajr dewmien bil-konklużjoni tiegħu dwar il-ħtieġa li jissospendi jew jirrevoka l-e-Card Ewropea tas-servizzi inkwistjoni lill-awtorità koordinatriċi tal-ħruġ.

Or. en

 

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  deċiżjonijiet li jillimitaw jew jipprojbixxu, anki temporanjament, fl-Istat Membru tad-domiċilju jew dak ospitanti, lid-detentur tal-e-Card Ewropea tas-servizzi milli jforni s-servizzi ta' attivitajiet koperti minn dik l-istess Karta;

(a)  deċiżjonijiet li jillimitaw jew jipprojbixxu, anki temporanjament, fl-Istat Membru tad-domiċilju jew dak ospitanti, lid-detentur tal-e-Card Ewropea tas-servizzi milli jforni s-servizzi ta' attivitajiet koperti minn dik l-istess e-Card Ewropea tas-servizzi;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jkollu konsegwenzi jekk l-Istati Membri jonqsu milli jinfurmaw.

 

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward tal-punt (a), l-Istati Membri jistgħu, f'konformità mad-Direttiva 2006/123/KE, jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri applikabbli jekk detentur ta' e-Card Ewropea tas-servizzi jonqos milli jinforma lill-awtorità koordinatriċi dwar il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 4. Kwalunkwe miżura prevista għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jkollu konsegwenzi jekk l-Istati Membri jonqsu milli jinfurmaw.

 

 

 

 

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-detentur ta' e-Card Ewropea tas-servizzi jista' jitlob il-kanċellazzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi tiegħu diġà maħruġa lill-awtorità koordinatriċi tal-ħruġ fi kwalunkwe ħin.

6.  Id-detentur ta' e-Card Ewropea tas-servizzi jista' jitlob il-kanċellazzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi tiegħu diġà maħruġa lill-awtorità koordinatriċi tal-ħruġ fi kwalunkwe ħin. E-Card Ewropea tas-servizzi għandha tindika d-data tal-aħħar aġġornament mid-detentur tal-e-Card Ewropea tas-servizzi kif ukoll l-aħħar verifika permezz tal-awtorità koordinatriċi fl-Istat Membru ta' domiċilju tal-informazzjoni u tad-dokumenti li jinsabu f'e-Card tas-servizzi ta' fornitur.

Or. en

 

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 7 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità koordinatriċi għandha mingħajr dewmien tibgħat kwalunkwe deċiżjoni ta' sospensjoni jew revoka lill-Kummissjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

 

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 13(7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn […]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(1a), 12(4) u l-Artikolu 13(7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn […]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Or. en

 

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 13(7) tista' tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(1a), 12(4) u l-Artikolu 13(7) tista' tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

Or. en

 

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 13(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(1a), 12(4) u l-Artikolu 13(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Or. en

 

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati rilevanti oħra, se jistabbilixxu arranġamenti ta' monitoraġġ biex jissorveljaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni u l-impatti ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari kif din tolqot il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi fl-Istati Membri għall-attivitajiet ta' servizz koperti, jiġifieri billi jitnaqqsu l-ispejjeż għall-fornituri, tissaħħaħ it-trasparenza dwar il-fornituri li qegħdin jespandu b'mod transfruntier u tiżdied il-kompetizzjoni, u kif tolqot il-prezzijiet u l-kwalità tas-servizzi kkonċernati, meta wieħed iqis l-indikaturi rilevanti.

Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati rilevanti oħra, se jistabbilixxu arranġamenti biex jissorveljaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni u l-impatti ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari kif din tolqot il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi fl-Istati Membri għall-attivitajiet ta' servizz koperti, jiġifieri billi jitnaqqsu l-ispejjeż għall-fornituri, tiġi miġġielda l-frodi, tissaħħaħ it-trasparenza dwar il-fornituri li qegħdin jespandu b'mod transfruntier u tiżdied il-kompetizzjoni, u kif tolqot il-prezzijiet u l-kwalità tas-servizzi kkonċernati, meta wieħed iqis l-indikaturi rilevanti.

Or. en

 

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u għall-inqas darba kull ħames snin minn dakinhar 'l hemm, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar il-prestazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra l-ħtieġa li jiġu adattati l-proċeduri għall-ħruġ, l-aġġornament, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' e-Card Ewropea tas-servizzi filwaqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi fil-Gvern elettroniku u għandha tiġi inkluża fir-rapport li jivvaluta l-prestazzjoni ġenerali tar-Regolament ... [ir-Regolament tal-ESC] ... skont l-Artikolu 19 tagħha.

Sa 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u għall-inqas darba kull ħames snin minn dakinhar 'l hemm, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar il-prestazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jispjega għaliex ma ġewx adottati atti delegati skont l-Artikolu 1(1a), jekk applikabbli, jikkunsidra l-ħtieġa li jiġu adattati l-proċeduri għall-ħruġ, l-aġġornament, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' e-Card Ewropea tas-servizzi filwaqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi fil-Gvern elettroniku u għandha tiġi inkluża fir-rapport li jivvaluta l-prestazzjoni ġenerali tar-Regolament ... [ir-Regolament tal-ESC] ... skont l-Artikolu 19 tagħha.

Or. en

 

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Anness I - titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS

ANNESS  I

Is-servizzi li għalihom tapplika din id-Direttiva

Is-servizzi li għalihom tapplika din id-Direttiva

Or. en

 

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima F – Diviżjoni 41 – Grupp 41.1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Grupp 41.1 Żvilupp ta' proġetti tal-bini

imħassar

Or. en

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima F – Diviżjoni 41 – Grupp 41.2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Grupp 41.2 Bini ta' binjiet residenzjali u mhux residenzjali

imħassar

Or. en

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima F – Diviżjoni 42 – Grupp 42.1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Grupp 42.1 Bini ta' toroq u binarji tal-ferrovija

imħassar

Or. en

 

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima F – Diviżjoni 42 – Grupp 42.2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Grupp 42.2 Bini ta' proġetti ta' utilità pubblika

imħassar

Or. en

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima F – Diviżjoni 42 – Grupp 42.9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Grupp 42.9 Bini ta' proġetti oħra ta' inġinerija ċivili

imħassar

Or. en

 

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima F – Diviżjoni 43 – Grupp 43.1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Grupp 43.1 Twaqqigħ u tħejjija tas-sit

imħassar

Or. en

 

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima F – Diviżjoni 43 – Grupp 43.2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Grupp 43.2 Elettriku, plaming u attivitajiet oħra ta' installazzjoni tal-bini, bl-esklużjoni tal-installazzjoni, iż-żamma, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar minn persuni fiżiċi ta' tagħmir li fih gass fluworurat b'effett ta' serra elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

imħassar

Or. en

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima F – Diviżjoni 43 – Grupp 43.3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Grupp 43.3 Tlestija u rfinar tal-bini

imħassar

Or. en

 

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima F – Diviżjoni 43 – Grupp 43.9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Grupp 43.9 Attivitajiet oħra speċjalizzati tal-bini

imħassar

Or. en

 

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Anness Ia titlu (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS Ia

 

Lista ta' servizzi li jistgħu jkunu s-suġġett ta' att delegat imsemmi fil-paragrafu 1a tal-Artikolu 2

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament jinkludi serje ta' servizzi tan-negozju. Setturi oħrajn isofru wkoll minn nuqqas ta' integrazzjoni tas-suq intern, m'għandhomx leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi biex tippermetti l-espansjoni transfruntiera tagħhom u huma importanti għan-negozju bħala riċevituri ta' servizzi. Billi din l-e-Card hija għodda ġdida li ser teħtieġ l-adattament tal-IMI u tal-proċeduri nazzjonali, qed jiġi propost li ma jiġux inklużi kollha f'dan l-istadju, iżda li l-Kummissjoni tiġi permessa testendi l-ambitu ta' din id-Direttiva fi stadju ulterjuri, jekk dan jitqies meħtieġ.

 

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Anness Ia – parti introduttorja (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Attivitajiet ta' servizzi inklużi fil-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACERev.2) fl-indirizz li ġej:

Or. en

 

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Anness Ia – Taqsima C (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima C – Manifattura

 

Diviżjoni 33: Tiswija u installazzjoni ta' makkinarju u tagħmir

 

Grupp 33.1: Tiswija ta' prodotti, makkinarju u tagħmir tal-metall iffabbrikat

 

Grupp: 33.2: Installazzjoni ta' makkinarju u tagħmir industrijali

Or. en

 

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Anness Ia – Taqsima F (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima F Bini

 

Diviżjoni 41: Kostruzzjoni ta' bini

 

Grupp: 41.1: Żvilupp ta' proġetti tal-bini

 

Grupp 41.2: Bini ta' binjiet residenzjali u mhux residenzjali

 

Diviżjoni 42: Inġinerija ċivili

 

Grupp 42.1: Bini ta' toroq u binarji tal-ferrovija

 

Grupp 42.2: Bini ta' proġetti ta' utilità pubblika

 

Grupp 42.9: Bini ta' proġetti oħra ta' inġinerija ċivili

 

Diviżjoni 43: Attivitajiet ta' kostruzzjoni speċjalizzati

 

Grupp 43.1: Twaqqigħ u tħejjija tas-sit

 

Grupp 43.2: Elettriku, plaming u attivitajiet oħra ta' installazzjoni tal-kostruzzjoni

 

Grupp 43.3: Tlestija u rfinar tal-bini

 

Grupp 43.9: Attivitajiet oħra speċjalizzati tal-bini

Or. en

 

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Anness Ia – Taqsima G (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima G – Negozju bl-Ingrossa u bl-Imnut; tiswija ta' vetturi bil-mutur u muturi

 

Diviżjoni 45: Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut u tiswija tal-vetturi bil-mutur u tal-muturi

 

Grupp 45.2: Manutenzjoni u tiswija ta' vetturi bil-mutur

 

Grupp 45.4: Bejgħ, manutenzjoni u tiswija ta' muturi u ta' parts u aċċessorji relatati, eskluż il-bejgħ (bl-ingrossa u bl-imnut) ta' muturi u partijiet u aċċessorji relatati

Or. en

 

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Anness Ia – Taqsima I (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima I Akkomodazzjoni u attivitajiet ta' servizz marbuta mal-ikel

 

Diviżjoni 56: Attivitajiet ta' servizz ta' ikel u xorb

 

Group 56.1. Attivitajiet ta' servizz tal-ikel f'Ristoranti u dawk mobbli, bl-esklużjoni ta' tali attivitajiet ta' servizz ipprovduti f'bini immobbli

 

Group 56.2. Attivitajiet ta' forniment ta' ikel u ta' servizzi oħra ta' ikel

 

Grupp 56.3 Attivitajiet ta' servizz tax-xorb, bl-esklużjoni ta' tali attivitajiet ta' servizz ipprovduti f'bini immobbli

Or. en

 

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Anness Ia – Taqsima S (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima S – Attivitajiet oħra ta' servizz

 

Diviżjoni 95. Tiswija ta' kompjuters u oġġetti personali u għad-dar

 

Grupp 95.1 Tiswija ta' kompjuters u tagħmir għall-komunikazzjoni

 

Grupp 95.2 Tiswija ta' oġġetti personali u għad-dar

 

Diviżjoni 96: Attivitajiet oħra ta' servizz personali

 

Grupp 96.0 Attivitajiet oħra ta' servizz personali

Or. en

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Suq uniku għan-negozji l-kbar biss?

 

Fir-rapport Monti "Strateġija ġdida għas-suq uniku" ta' Mejju 2010, l-eks Kummissarju jispjega li:

 

"Is-suq uniku u l-erba' libertajiet tiegħu jinkorporaw ideal: dak ta' spazju lil hinn mill-fruntieri nazzjonali li fih iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiċċaqilqu, jaħdmu, jagħmlu riċerka jew jibdew negozju mingħajr ebda forma ta' diskriminazzjoni. Madankollu hekk kif is-suq uniku kiber fl-iskop u d-daqs, inħass li dan mhux dejjem kien il-każ. Il-ftuħ tas-suq kien se jkabbar l-orizzonti għan-negozji l-kbar, iżda ma kienx ikun ta' benefiċċju għal ħafna u għaż-żgħar: ċittadini, il-konsumaturi, jew l-SMEs".

 

Min jista' tassew jibbenefika mis-suq uniku tagħna fis-settur tas-servizzi llum?

 

Spiss wisq, in-negozji l-kbar biss. Kumpanija Taljana kbira tista' tonfoq flus biex timpjega kelliem Latvjan biex jiftaħ uffiċċju ġdid f'Riga, filwaqt li impriża żgħira ma tistax. Multinazzjonali Brittaniċi jistgħu jaffordjaw li jissottokuntrattaw lil ditta ta' avukati sabiex ikunu jafu x'regoli se jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom f'każ li jirnexxilhom jiksbu kuntratt fir-Repubblika Ċeka jew li jiffaċċaw is-sanzjonijiet li jkunu esposti għalihom jekk japplikaw xi regoli b'mod żbaljat. Kumpanija globali Franċiża tista' tħallas għall-biljetti tal-ajru u għal lukandi sabiex impjegat ikun jista' jkun fiżikament preżenti, f'isem il-kumpanija, biex iwettaq ix-xogħol amministrattiv relatat kollha fil-Kroazja.

 

Impriża Daniża kbira se jkollha biżżejjed flus biex tkopri l-perjodi twal ta' żmien qabel ma t-talbiet tagħhom jiġu pproċessati, u possibilment aċċettati, mill-Ġermanja. Atturi ekonomiċi kbar Svediżi jistgħu jħallsu sabiex tiġi ppreparata applikazzjoni u jinġabru d-dokumenti ġustifikattivi kollha mitluba u ċertifikazzjonijiet meħtieġa u jlaħħqu mar-rekwiżiti sabiex jiġi pprovdut ripetutament l-istess dokument jew sabiex jiddikjaraw lill-impjegati tagħhom diversi drabi.

 

U x'jiġri dwar id-99 % tan-negozji l-oħra kollha fl-UE?

 

Din mhux realtà faċli li tiġi ffaċċjata, imma hija din li wieħed irid jitgħallem dwarha mill-ħafna rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi. Nistgħu ninjoraw dawn il-fatti u nħallu biss lin-negozji l-kbar jibbenefikaw mis-suq uniku jew nistgħu naġixxu biex niżguraw li s-suq uniku mhuwiex biss għodda teknokratika, iżda realtà għaċ-ċittadini u l-kumpaniji tagħna.

 

L-SMEs mhumiex dejjem l-aktar dinamiċi minħabba d-daqs, in-natura u riżorsi limitati tagħhom, iżda huma ċertament il-kumpaniji li għandhom l-aktar x'jirbħu b'dawn il-proposti għal e-Card Ewropea tas-servizzi (ESC).

 

Xi atturi ekonomiċi diġà stabbiliti sew irnexxielhom isibu posthom f'dan il-labirint regolatorji eżistenti; u xi awtoritajiet nazzjonali isibuha bi tqila biex finalment jagħmlu l-qabża mill-kliem għall-fatti permezz tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi. Iżda l-interess partikolari tal-SMEs tagħna u l-interess ġenerali Ewropew huwa kjarament biex jimxu 'l quddiem u tagħtihom aċċess għas-suq uniku tagħna billi jiġu indirizzati l-ostakoli li fadal u billi jkun hemm enfasi aktar qawwija fuq l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

 

 

L-ESC se ġġib tweġibiet konkreti għal dawn il-problemi reali tal-ħajja kollha li jiffaċċjaw il-kumpaniji żgħar u din hija r-raġuni għaliex ir-Rapporteurs jappoġġaw l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

 

Is-separazzjoni tal-fatti mill-finzjoni

 

Il-qafas legali attwali ma jinbidilx

 

Minkejja li bosta organizzazzjonijiet jilqgħu din l-inizjattiva, ir-Rapporteurs huma konxji dwar tħassib imqajjem minn xi partijiet interessati oħra. Ta' min wieħed jiftakar li d-Direttiva u r-Regolament ma jaffettwawx id-Direttiva dwar is-Servizzi. B'mod partikolari, l-Artikolu 10 tad-Direttiva jipprovdi li l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt tagħhom li jinvokaw raġunijiet imperattivi ta' interess pubbliku. Il-proposti lanqas ma jaqgħu taħt il-liġi tax-xogħol, inkluża s-sigurtà soċjali u s-saħħa u s-sigurtà, u lanqas dwar il-kontrolli ta' stazzjonar (ara l-Artikoli 2 kemm tad-Direttiva tal-ESC kif ukoll tar-Regolament proposti).

 

Il-proċedura tal-e-Card ma hija se tbiddel xejn f'dak li jirrigwarda r-rekwiżiti li jirriżultaw minn leġiżlazzjonijiet oħrajn, bħad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali. Pereżempju, jekk l-informazzjoni pprovduta taħt l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva għandha tiġi sottomessa mill-ġdid kull sena, dan xorta waħda jkun il-każ wara d-dħul fis-seħħ tal-ESC.

 

L-affermazzjoni li l-proposti jintroduċu l-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini ma hijiex fondata. L-analiżi tal-proposti turi li l-biċċa l-kbira tar-riskji identifikati mill-atturi differenti jistgħu jiġu mwieġba permezz ta' kjarifika tat-test. Ta' min wieħed jinnota wkoll li l-parti l-kbira tal-kummenti dwar il-proposti ma żvelatx opinjonijiet diverġenti attwali bejn il-Kummissjoni u l-partijiet interessati dwar bosta dispożizzjonijiet iżda riskji potenzjali f'każ ta' interpretazzjoni skorretta. Ir-Rapporteurs għalhekk ikkjarifikaw it-test fejn meħtieġ.

 

L-Istati Membri se jkollhom kontroll aħjar fuq is-suq tagħhom

 

L-e-card se tgħin fil-ġlieda kontra l-kumpaniji tal-isem, l-attivitajiet frodulenti u l-impjiegi indipendenti fittizji, kif ġej:

 

  Dan jinkludi verifika minn qabel ta' stabbiliment attwali mill-Istat Membru tad-domiċilju (Artikolu 11 tad-Direttiva proposta), tip ta' kontroll li ma jeżistix illum u li ser jagħmilha iktar diffiċli għal kumpaniji tal-isem biex jespandu b'mod transfruntier. Barra minn hekk, l-Istat Membru ospitanti, f'każijiet ta' dubju, jista' jitlob verifika mill-ġdid ta' informazzjoni dwar il-fornitur tas-servizz li japplika għall-e-Card Ewropea tas-servizzi,

 

  L-ispettorati tax-xogħol mhux ser ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-informazzjoni li tinstab fl-e-Card fil-kors tal-attivitajiet tagħhom ta' spezzjoni.

 

Il-prinċipju ta' approvazzjoni taċita diġà jeżisti fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali (Vergnaud Report, S&D). Dan il-prinċipju huwa essenzjali sabiex ikun żgurat li l-iskadenzi jiġu rispettati u li l-kumpaniji ż-żgħar ikunu jistgħu jieħdu r-riskju li jwettqu kummerċ lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri li ma jikkonformawx mar-regoli tas-suq uniku m'għandhomx jiġu ppremjati ta' dan.

 

Naturalment dan ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jikkontrollaw is-suq tagħhom. Dawn jibqgħu liberi li jistaqsu għal kwalunkwe kjarifika li huma jħossu li tkun meħtieġa mill-Istat Membru tad-domiċilju u mill-fornitur tas-servizz fi kwalunkwe ħin matul dan il-perjodu. Tali talbiet ser jissospendu t-terminu ta' skadenza sakemm ikunu ġew solvuti.

 

Iktar ċertezza lill-partijiet interessati u aktar ambizzjoni tal-proposti

 

Ir-Rapporteurs iddeċidew li jiffokaw l-abbozz ta' rapport tagħhom dwar kwistjonijiet politiċi. Barra minn hekk, hemm għadd ta' żbalji tekniċi fil-proposta tal-Kummissjoni li biħsiebhom jikkoreġu fil-fażi tal-emendi.

 

Kjarifiki għan-negozji, l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali

 

In-natura assolutament volontarja tal-e-Card hija definita b'mod aktar preċiż fl-abbozz ta' rapport sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri ma jistgħux iġiegħlu kumpanija jkollha e-Card, jekk tixtieq tkompli taħdem skont il-proċeduri preżenti. Id-deċiżjoni biex tissospendi jew tirrevoka kard għandha tkun proporzjonata. Madankollu, din id-deċiżjoni se tirriżulta direttament mid-deċiżjoni ta' Stat Membru li jipprojbixxi, temporanjament jew permanentement, kumpanija milli tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu. Għalhekk huwa xieraq li jiġi mfakkar li din l-aħħar deċiżjoni għandha tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità.

 

Din tikkjarifika wkoll li l-Istati Membri jistgħu jwettqu l-kontrolli u l-verifiki kollha stabbiliti mil-liġi nazzjonali f'konformità mad-Direttiva dwar is-Servizzi. Kien hemm ukoll bżonn li jiġi ċċarat li databases eżistenti li jkopru s-setturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, bħal Limosa fil-Belġju jew RUT fid-Danimarka, għandhom ikomplu jeżistu fil-forma li fiha jeżistu llum. Sabiex jiġu faċilitati l-proċeduri amministrattivi u l-"prinċipju ta' darba biss" tkun effettiva, huwa importanti li l-interoperabbiltà tkun possibbli bejn il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI u l-proċeduri elettroniċi eżistenti, il-pjattaformi u r-reġistri fl-Istati Membri li fihom informazzjoni rilevanti.

 

Sabiex it-test jiġi ċċarat lill-partijiet interessati, l-abbozzi ta' rapporti jżiedu paragrafi ġodda fil-parti abilitanti tad-Direttiva u r-Regolament li jenfasizzaw in-nuqqas ta' impatt ta' dawn it-testi fuq il-qafas leġiżlattiv attwali. Din kienet ukoll l-għażla li saret fid-Direttiva dwar is-Servizzi. Ir-Rapporteurs jemmnu li dan se jagħti assigurazzjoni li d-dispożizzjonijiet il-ġodda ma jipperikolawx kwalunkwe drittijiet eżistenti tal-ħaddiema.

 

Ambizzjoni ċara għas-suq uniku

 

Ir-Rapporteurs semgħu l-kritika espressa mis-settur tal-kostruzzjoni u l-argumenti relatati man-natura speċifika ta' din l-industrija. Għalhekk huma ddeċidew li f'dan l-istadju jeskluduhom mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

 

Madankollu, huwa importanti li tiġi introdotta sistema li tippermetti lill-Kummissjoni taħt il-kontroll tal-Parlament u tal-Kunsill sabiex dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni, fi stadju aktar tard, jekk tkompli turi nuqqas ta' integrazzjoni tas-suq intern, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi ta' kostruzzjoni aktar speċjalizzati (eż. fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika). Sensiela ta' setturi oħra huma wkoll elenkati f'anness ġdid li fi stadju aktar tard jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-e-Card. Din tirrispondi għal tħassib espress minn xi partijiet interessati relatati mal-kamp ta' applikazzjoni limitat tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

 

 

Il-Kummissjoni mhux se jkollha libertà assoluta meta tiddeċiedi li tinkludi servizzi oħra fil-kamp ta' applikazzjoni. Hija ser ikollha turi li settur partikolari qed ikompli juri nuqqas ta' integrazzjoni tas-suq intern u li jirrappreżenta livell importanti ta' attività ekonomika. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li testendi l-ambitu tad-Direttiva/Regolament biex jinkludu setturi oħra, għandu jkun ċar li l-professjonisti ta' dawn is-setturi jeħtieġ li jiġu kkonsultati minn qabel. Fl-aħħar nett, skont il-proċedura tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew se jkollu l-possibbiltà li joġġezzjona lill-Kummissjoni f'każ li ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.