Kumitat għall-Affarijiet Legali

 

2011/0284(COD)

18.2.2013

***I

ABBOZZ TA' RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ

( COM(2011)0635 – C7‑0329/2011 – 2011/0284(COD) )

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Ko-rapporteurs: Klaus-Heiner Lehne, Luigi Berlinguer

Ko-rapporteurs għal opinjoni (*):

Evelyne Gebhardt, Hans-Peter Mayer, f’isem il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

 

 

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

       *     Proċedura ta’ konsultazzjoni

   ***     Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

 ***II     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  (III)     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’ tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

WERREJ1

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5

DIKJARAZZJONI TA' SPJEGAZZJONI................................................................................117

 

(*)       Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ

( COM(2011)0635 – C7‑0329/2011 – 2011/0284(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0635 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0329/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-29 ta’ Marzu 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ( A7-0000/2013 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Biex jingħelbu dawn l-ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali, il-partijiet għandu jkollhom il-possibbiltà li jaqblu li l-kuntratti tagħhom għandhom jiġu rregolati minn sett uniformi wieħed ta' regoli tal-liġi kuntrattwali bl-istess sinifikat u interpretazzjoni fl-Istati Membri kollha, Liġi Komuni Ewropea Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tirrappreżenta għażla addizzjonali li żżid l-għażla disponibbli għall-partijiet u li tkun miftuħa biex tintuża kull meta titqies b'mod konġunt li tkun ta' għajnuna sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transkonfinali u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u ta' opportunità kif ukoll ostakoli oħra relatati mal-liġi kuntrattwali fir-rigward tal-kummerċ transkonfinali. Ir-Regolament jistabbilixxi Liġi Komuni dwar il-Bejgħ.

(8) Ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali jżommu lill-konsumaturi u lill-kummerċjanti milli jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tas-suq intern u huma partikolarment relevanti fil-qasam tal-bejgħ mill-bogħod, li għandu jkun wieħed mir-riżultati tanġibbli tas-suq intern. B’mod partikolari, id-dimesjoni diġitali tas-suq intern qed issir kruċjali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċjanti waqt li l-konsumaturi dejjem qed jixtru aktar permezz tal-internet u ammont dejjem jiżdied ta’ kummerċjanti jbigħu onlajn. Peress li t-teknoloġija tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni qed jiżviluppaw kostantement u qed isiru dejjem iktar aċċessibbli, il-potenzjal ta’ żieda tal-bejgħ bl-internet huwa għoli ħafna. B’dan l-isfond, u biex jingħelbu tali ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali, il-partijiet għandu jkollhom il-possibbiltà li jaqblu li l-kuntratti li jikkonkludu mill-bogħod u, b’mod partikolari, onlajn, għandhom jiġu rregolati minn sett uniformi wieħed ta' regoli tal-liġi kuntrattwali bl-istess sinifikat u interpretazzjoni fl-Istati Membri kollha, Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ. Dik il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tirrappreżenta għażla addizzjonali għall-kummerċ mill-bogħod u, b’mod partikolari, il-kummerċ bl-internet, li żżid l-għażla disponibbli għall-partijiet u li tkun miftuħa biex tintuża kull meta titqies b'mod konġunt li tkun ta' għajnuna sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transkonfinali u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u ta' opportunità kif ukoll ostakoli oħra relatati mal-liġi kuntrattwali fir-rigward tal-kummerċ transkonfinali. Hija għandha ssir il-bażi ta’ relazzjoni kuntrattwali fejn il-partijiet jiddeċiedu b’mod konġunt li jużawha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-tibdil fil-premessa jirrifletti t-tibdil propost fil-kamp ta’ applikazzjoni sostantiv tas-CESL. Is-CESL, bħala sett wieħed ta’ regoli li japplikaw fl-UE kollha, hija l-għodda ideali għall-kummerċ mill-bogħod, partikolarment dak onlajn, li huwa qasam li qed jikber rapidament fi ħdan is-suq intern.

 

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Dan ir-Regolament jistabbilixxi Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Din tarmonizza l-liġijiet kuntrattwali tal-Istati Membri mhux billi tirrikjedi emendi fil-liġi kuntrattwali nazzjonali pre-eżistenti, iżda billi toħloq fi ħdan il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru sistema oħra ta' liġi kuntrattwali għall-kuntratti koperti bil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Din it-tieni sistema tkun identika madwar l-UE kollha u se teżisti flimkien mar-regoli pre-eżistenti tal-liġi kuntrattwali nazzjonali. Jekk il-partijiet jaqblu b’mod espliċitu, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tapplika fuq bażi volontarja għal kuntratt transkonfinali.

(9) Dan ir-Regolament jistabbilixxi Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għal kuntratti mill-bogħod u b’mod partikolari għall-kuntratti onlajn. Din tqarreb il-liġijiet kuntrattwali tal-Istati Membri mhux billi tirrikjedi emendi fl-ewwel sistema tal-liġi kuntrattwali nazzjonali, iżda billi toħloq sistema oħra ta' liġi kuntrattwali għall-kuntratti koperti bil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Din it-tieni sistema applikabbli direttament għandha tkun parti integrali tal-ordni legali applikabbli fit-territorju tal-Istati Membri. Safejn jippermetti l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u fejn il-partijiet ikunu qablu b’mod validu li jużawha, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ għandha tapplika minflok l-ewwel sistema tal-liġi kuntrattwali nazzjonali fi ħdan dak l-ordni ġuridiku. Għandha tkun identika madwar l-UE kollha u se teżisti flimkien mar-regoli pre-eżistenti tal-liġi kuntrattwali nazzjonali. Jekk il-partijiet jaqblu b’mod espliċitu, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tapplika fuq bażi volontarja għal kuntratt transkonfinali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-tibdil fil-premessa huwa mmirat lejn kjarifika tar-relazzjoni bejn il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ u r-Regolament ta’ Ruma I.

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-ftehim biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkun għażla magħmula fl-ambitu tal-liġi nazzjonali rispettiva li tkun applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008, jew, b'relazzjoni mad-dmirijiet ta’ informazzjoni prekuntrattwali, skont ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali (Regolament (KE) Nru 864/2007), jew kwalunkwe regola rilevanti oħra tal-kunflitt tal-liġijiet. Il-ftehim li tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għalhekk m’għandux jammonta għal, u m'għandux jiġi konfuż ma’, għażla tal-liġi applikabbli skont it-tifsira tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet, u għandu jkun bla ħsara għalihom. Għalhekk dan ir-Regolament ma jaffettwa l-ebda waħda mir-regoli eżistenti tal-kunflitt tal-liġijiet.

(10) Il-ftehim biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkun għażla magħmula fi ħdan l-ordni ġuridiku nazzjonali rispettiv li jkun determinat bħala l-liġi applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008, jew, b'relazzjoni mad-dmirijiet ta’ informazzjoni prekuntrattwali, skont ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali (Regolament (KE) Nru 864/2007), jew kwalunkwe regola rilevanti oħra tal-kunflitt tal-liġijiet. Il-ftehim li tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jirriżulta minn għażla bejn żewġ sistemi differenti fi ħdan l-istess ordni ġuridiku nazzjonali. Din l-għażla,għalhekk, ma tammontax għal, u ma għandhiex tiġi konfuża ma’, għażla bejn żewġ ordnijiet ġuridiċi nazzjonali skont it-tifsira tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet, u għandha tkun bla ħsara għalihom. Għalhekk dan ir-Regolament ma jaffettwa l-ebda waħda mir-regoli eżistenti tal-kunflitt tal-liġijiet bħal dawk li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 593/2008.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-tibdil fil-premessa huwa mmirat lejn kjarifika tar-relazzjoni bejn il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ u r-Regolament ta’ Ruma I.

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tinkludi sett komplut ta' regoli mandatorji kompletament armonizzati dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. B'konformità mal-Artikolu 114(3) tat-Trattat, dawk ir-regoli għandhom jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur bil-ħsieb li tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u għaldaqstant jagħtu inċentiv lill-konsumaturi biex jidħlu f’kuntratti transkonfinali fuq din il-bażi. Ir-regoli għandhom iżommu jew itejbu l-livell ta’ protezzjoni li l-konsumaturi jgawdu taħt il-liġi tal-konsumatur tal-Unjoni.

(11) Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tinkludi sett komprensiv ta' regoli mandatorji uniformi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. B'konformità mal-Artikolu 114(3) tat-Trattat, dawk ir-regoli għandhom jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur bil-ħsieb li tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u għaldaqstant jagħtu inċentiv lill-konsumaturi biex jidħlu f’kuntratti transkonfinali fuq din il-bażi. Ir-regoli għandhom iżommu jew itejbu l-livell ta’ protezzjoni li l-konsumaturi jgawdu taħt il-liġi tal-konsumatur tal-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Id-definizzjoni ta' konsumatur għandha tkopri l-persuni fiżiċi li qed jaġixxu ’l barra mill-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħhom. Madankollu, fil-każ ta' kuntratti bi skop doppju, fejn il-kuntratt huwa konkluż għal skopijiet parzjalment fl-ambitu u parzjalment barra mill-ambitu tal-kummerċ ta' persuna u l-iskop ta' kummerċ tant huwa limitat li mhuwiex predominanti fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, dik il-persuna wkoll għandha titqies bħala konsumatur.

Or. en

(Ara l-formulazzjoni tal-kliem tal-premessa 17 tad-Direttiva 2011/83/UE)

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Peress li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tinkludi sett komplut ta' regoli mandatorji kompletament armonizzati dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, meta l-partijiet ikunu għażlu li jużaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, mhux se jkun hemm diskrepanzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam. Konsegwentament, l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008, li huwa bbażat fuq l-eżistenza ta' livelli differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-Istati Membri, ma jista' jkollu l-ebda importanza prattika għall-kwistjonijiet koperti mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

(12) Ladarba jintlaħaq ftehim validu fuq l-applikazzjoni tagħha, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ biss għandha tirregola l-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Peress li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tinkludi sett komprensiv ta' regoli mandatorji armonizzati uniformi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, meta l-partijiet ikunu għażlu li jużaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, mhux se jkun hemm diskrepanzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam. Konsegwentament, l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008, li huwa bbażat fuq l-eżistenza ta' livelli differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-Istati Membri, ma għandux relevanza prattika għall-kwistjonijiet koperti mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għaliex kieku dan jammonta għal tqabbil bejn id-dispożizzjonijiet mandatorji ta’ żewġ sistemi kuntrattwali identiċi tal-liġi dwar il-bejgħ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-tibdil fil-premessa huwa mmirat lejn kjarifika tar-relazzjoni bejn il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ u r-Regolament ta’ Ruma I.

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tkun disponibbli għal kuntratti transkonfinali, għaliex huwa f’dan il-kuntest li d-diskrepanzi bejn il-liġijiet nazzjonali jwasslu għal kumplessità u spejjeż addizzjonali u jiddisswadu lill-partijiet milli jidħlu f’relazzjonijiet kuntrattwali. F'kuntratti bejn negozji n-natura transkonfinali ta’ kuntratt għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tar-residenza abitwali tal-partijiet. F'kuntratt bejn negozju u konsumatur ir-rekwiżit transkonfinali għandu jiġi sodisfatt meta l-indirizz ġenerali indikat mill-konsumatur, l-indirizz għall-kunsinna tal-merkanzija jew l-indirizz fejn jintbagħat il-kont indikat mill-konsumatur ikunu jinsabu fi Stat Membru, iżda barra mill-Istat fejn il-kummerċjant għandu r-residenza abitwali tiegħu.

(13) Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tkun disponibbli għal kuntratti transkonfinali, għaliex huwa f’dan il-kuntest li d-diskrepanzi bejn il-liġijiet nazzjonali jwasslu għal kumplessità u spejjeż addizzjonali u jiddisswadu lill-partijiet milli jidħlu f’relazzjonijiet kuntrattwali u li l-kummerċ mill-bogħod, partikolarment il-kummerċ onlajn, għandu potenzjal kbir. F'kuntratti bejn negozji n-natura transkonfinali ta’ kuntratt għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tar-residenza abitwali tal-partijiet. F'kuntratt bejn negozju u konsumatur ir-rekwiżit transkonfinali għandu jiġi sodisfatt meta l-indirizz ġenerali indikat mill-konsumatur, l-indirizz għall-kunsinna tal-merkanzija jew l-indirizz fejn jintbagħat il-kont indikat mill-konsumatur ikunu jinsabu fi Stat Membru, iżda barra mill-Istat fejn il-kummerċjant għandu r-residenza abitwali tiegħu.

Or. en

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Il-cloud computing qed jiżviluppa rapidament u għandu potenzjal għat-tkabbir. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ tipprovdi sett koerenti ta’ regoli adattati għall-fornitura mill-bogħod u partikolarment il-fornitura onlajn ta’ kontenut diġitali u servizzi relatati. Għandu jkun possibbli li dawk ir-regoli japplikaw ukoll meta jiġi pprovdut kontenut diġitali jew servizzi relatati bl-użu ta’ cloud, partikolarment meta kontenut diġitali jkun jista’ jitniżżel mill-cloud tal-bejjiegħ jew maħżun temporanjament fil-cloud tal-fornitur.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-premessa l-ġdida hija proposta biex tikkjarifika liema kuntratti tal-cloud computing huma koperti mis-CESL. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tkopri kuntratti ta’ "bejgħ simili" għall-cloud computing kif ukoll xi kuntratti ta’ servizzi relatati, b’mod partikolari meta kontenut diġitali jkun jista’ jitniżżel mill-cloud tal-bejjiegħ jew maħżun temporanjament fil-cloud tal-fornitur.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-kontenut diġitali ħafna drabi ma jkunx fornit inkambju għal prezz iżda flimkien ma’ merkanzija jew servizzi mħallsa separatament, li jinvolvu korrispettiv mhux monetarju bħall-għoti ta’ aċċess għal data personali jew aċċess mingħajr ħlas fil-kuntest ta’ strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq il-bażi tal-aspettativa li l-konsumatur jixtri prodotti ta’ kontenut diġitali addizzjonali jew aktar sofistikati fi stadju ulterjuri. Fid-dawl ta’ din l-istruttura speċifika tas-suq u tal-fatt li d-difetti tal-kontenut diġitali pprovduti jistgħu jikkawżaw dannu għall-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi irrispettivament mill-kundizzjonijiet li taħthom tkun ġiet ipprovduta, id-disponibbiltà tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ m’għandhiex tiddependi fuq jekk il-prezz jitħallasx għall-kontenut diġitali speċifiku inkwistjoni jew le.

(18) Il-kontenut diġitali ħafna drabi ma jkunx fornit inkambju għal prezz iżda flimkien ma’ merkanzija jew servizzi mħallsa separatament, li jinvolvu korrispettiv mhux monetarju bħall-għoti ta’ aċċess għal data personali jew aċċess mingħajr ħlas fil-kuntest ta’ strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq il-bażi tal-aspettativa li l-konsumatur jixtri prodotti ta’ kontenut diġitali addizzjonali jew aktar sofistikati fi stadju ulterjuri. Fid-dawl ta’ din l-istruttura speċifika tas-suq u tal-fatt li d-difetti tal-kontenut diġitali pprovduti jistgħu jikkawżaw dannu għall-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi irrispettivament mill-kundizzjonijiet li taħthom tkun ġiet ipprovduta, id-disponibbiltà tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ m’għandhiex tiddependi fuq jekk il-prezz jitħallasx għall-kontenut diġitali speċifiku inkwistjoni jew le. Madankollu, f’tali każijiet, ir-rimedji tax-xerrej għandhom ikunu limitati għad-danni. Mill-banda l-oħra, ix-xerrej għandu jkun jista’ jirrikorri għall-firxa sħiħa ta’ rimedji, minbarra tnaqqis fil-prezz, anki jekk mhuwiex obbligat iħallas prezz għall-fornitura ta’ kontenut diġitali, sakemm il-prestazzjoni tiegħu bħala korrispettiv, bħall-provvista ta’ dejta personali jew utilità oħra li jkollha valur kummerċjali għall-fornitur, tkun daqs il-pagament tal-prezz, meta jitqies li f’tali każijiet il-kontenut diġitali fir-realtà ma jiġix ipprovdut b’xejn.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-tibdil fil-premessa jirrifletti t-tibdil fid-dispożizzjonijiet proposti dwar il-fornitura ta’ kontenut diġitali mhux bi skambju għal pagament ta’ prezz. Jidher li huwa xieraq li x-xerrej li ma jħallasx flus, iżda li jwettaq prestazzjoni bħala korrispettiv, bħall-fornitura ta’ dejta personali jew benefiċċju ieħor, ikollu l-possibilità li jirrikorri għall-firxa sħiħa ta’ rimedji, minbarra tnaqqis fil-prezz (li mhuwiex applikabbli peress li ma tħallas ebda prezz).

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Bil-għan li jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-kamp ta' applikazzjoni materjali tagħha għandu jinkludi wkoll ċerti servizzi pprovduti mill-bejjiegħ li huma direttament u strettament marbuta ma’ merkanzija jew kontenut diġitali speċifiku forniti fuq il-bażi tal-Liġi Komuni dwar il-Bejgħ, u fil-prattika bosta drabi ikunu kkumbinati flimkien fl-istess kuntratt jew f'kuntratt relatat, b'mod speċjali tiswija, manutenzjoni jew installazzjoni tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali.

(19) Bil-għan li jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-kamp ta' applikazzjoni materjali tagħha għandu jinkludi wkoll ċerti servizzi pprovduti mill-bejjiegħ li huma direttament u strettament marbuta ma’ merkanzija jew kontenut diġitali speċifiku forniti fuq il-bażi tal-Liġi Komuni dwar il-Bejgħ, u fil-prattika bosta drabi ikunu kkumbinati flimkien fl-istess kuntratt jew f'kuntratt relatat, b'mod speċjali tiswija, manutenzjoni jew installazzjoni tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali jew il-ħżin temporanju ta’ kontenut diġitali fil-cloud tal-fornitur.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda fil-premessa tikkjarifika r-relevanza tas-CESL għall-cloud computing, b’mod partikolari li s-servizzi relatati jinkludu s-servizzi tal-ħżin.

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-ftehim tal-partijiet f'kuntratt huwa indispensabbli għall-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Dan il-ftehim għandu jkun suġġett għal rekwiżiti stretti fit-tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur. Peress li, fil-prattika, normalment huwa l-kummerċjant li jipproponi l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-konsumaturi jridu jkunu kompletament konxji tal-fatt li huma jaqblu li jużaw regoli li huma differenti minn dawk tal-liġi nazzjonali pre-eżistenti tagħhom. Għalhekk, il-kunsens tal-konsumatur biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkun ammissibbli biss fl-għamla ta’ dikjarazzjoni espliċita separata mid-dikjarazzjoni li tindika l-ftehim għall-konklużjoni tal-kuntratt. Għalhekk m’għandux ikun possibbli li l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ikun offrut bħala kundizzjoni tal-kuntratt li għandu jiġi konkluż, b’mod partikolari bħala element tal-pattijiet u l-kundizzjonijiet standard tal-kummerċjant. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur konferma tal-ftehim biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ fuq mezz li jservi fit-tul.

(22) Il-ftehim tal-partijiet f'kuntratt fl-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ huwa indispensabbli għall-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Dan il-ftehim għandu jkun suġġett għal rekwiżiti stretti fit-tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur. Peress li, fil-prattika, normalment huwa l-kummerċjant li jipproponi l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-konsumaturi jridu jkunu kompletament konxji tal-fatt li huma jaqblu li jużaw regoli li huma differenti minn dawk tal-liġi nazzjonali pre-eżistenti tagħhom. Għalhekk, il-kunsens tal-konsumatur biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkun ammissibbli biss fl-għamla ta’ dikjarazzjoni espliċita separata mid-dikjarazzjoni li tindika l-ftehim għall-konklużjoni tal-kuntratt. Għalhekk m’għandux ikun possibbli li l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ikun offrut bħala kundizzjoni tal-kuntratt li għandu jiġi konkluż, b’mod partikolari bħala element tal-pattijiet u l-kundizzjonijiet standard tal-kummerċjant. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur konferma tal-ftehim biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ fuq mezz li jservi fit-tul.

Or. en

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Fejn il-ftehim tal-partijiet dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ huwa invalidu jew fejn ir-rekwiżiti biex tiġi pprovduta n-notifika ta’ informazzjoni standard ma jiġux sodisfatti, il-kwistjonijiet dwar jekk kuntratt ġiex konluż u b’liema termini għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali rispettiva li hija applikabbli skont ir-regoli relevanti tal-kunflitt tal-liġijiet.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-premessa l-ġdida sservi għal skopijiet ta’ kjarifika peress li tqajmet il-kwistjoni dwar x’jiġri fil-każ li l-ftehim tal-partijiet dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma jkunx validu jew in-notifika ta’ informazzjoni standard ma tkun ġiet ipprovduta adegwatament.

 

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Il-kwistjonijiet kollha ta’ natura kuntrattwali jew mhux kuntrattwali li mhumiex indirizzati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ huma rregolati mir-regoli tal-liġi nazzjonali pre-eżistenti barra mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li hija applikabbli skont ir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (KE) Nru 864/2007 jew kwalunkwe regola rilevanti oħra tal-kunflitt tal-liġijiet. Dawn il-kwistjonijiet jinkludu l-personalità ġuridika, l-invalidità ta’ kuntratt li tirriżulta minn nuqqas ta’ kapaċità, l-illegalità jew l-immoralità, id-determinazzjoni tal-lingwa tal-kuntratt, il-kwistjonijiet ta’ non-diskriminazzjoni, ir-rappreżentanza, il-pluralità ta’ debituri u kredituri, it-tibdil tal-partijiet inkluża assenjazzjoni, tpaċija u għaqda, il-liġi tal-proprjetà inkluż it-trasferiment tal-proprjetà, il-liġi tal-proprjetà intellettwali u l-liġi tad-delitti. Barra minn hekk, il-kwistjoni dwar jekk pretensjonijiet ta' responsabbiltà kontrattwali u mhux kuntrattwali li jeżistu fl-istess ħin jistgħux jitressqu flimkien taqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

(27) Il-kwistjonijiet kollha ta’ natura kuntrattwali jew mhux kuntrattwali li mhumiex indirizzati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ huma rregolati mir-regoli tal-liġi nazzjonali pre-eżistenti barra mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li hija applikabbli skont ir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (KE) Nru 864/2007 jew kwalunkwe regola rilevanti oħra tal-kunflitt tal-liġijiet. Dawn il-kwistjonijiet jinkludu l-personalità ġuridika, l-invalidità ta’ kuntratt li tirriżulta minn nuqqas ta’ kapaċità, l-illegalità jew l-immoralità sakemm ir-raġunijiet tal-illegalità jew l-immoralità ma jiġux indirizzati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, id-determinazzjoni tal-lingwa tal-kuntratt, il-kwistjonijiet ta’ non-diskriminazzjoni, ir-rappreżentanza, il-pluralità ta’ debituri u kredituri, it-tibdil tal-partijiet inkluża assenjazzjoni, tpaċija u għaqda, il-liġi tal-proprjetà inkluż it-trasferiment tal-proprjetà, il-liġi tal-proprjetà intellettwali u l-liġi tad-delitti u l-kwistjoni dwar jekk pretensjonijiet ta' responsabbiltà kontrattwali u mhux kuntrattwali li jeżistu fl-istess ħin jistgħux jitressqu flimkien. Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tirreferi b’mod ċar għall-kwistjonijiet li huma indirizzati u dawk li mhumiex indirizzati fiha.

Or. en

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Il-prattiki kummerċjali inġusti msemmija fid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali)1 ikunu koperti bil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ sal-punt li jirdoppjaw mar-regoli dwar il-liġi kuntrattwali, inkluż b’mod partikolari dawk relatati ma’ prattiki kummerċjali inġusti li jistgħu jwasslu biex jiġi annullat kuntratt minħabba żball, frodi, theddid jew sfruttament inġust jew ma’ rimedji għall-ksur ta’ obbligi ta’ informazzjoni. Prattiki kummerċjali inġusti għajr dawk li jirduppjaw ma’ regoli dwar il-liġi kuntrattwali għandhom jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

 

__________________

 

1 ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

Or. en

Ġustifikazzjoni

The new recital clarifies the relationship between the Directive 2005/29/EC and CESL: For instance, unfair commercial practices can lead to a mistake of the consumer or constitute even fraud, threat or unfair exploitation, in other cases unfair commercial practices result in the breach of information requirements, for instance concerning the final price. These cases should be covered by CESL. Other unfair commercial practices fall outside the scope, especially if no contract is concluded. The national law to be determined according to general international private law rules applies.

 

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Ladarba jintlaħaq ftehim validu fuq l-applikazzjoni tagħha, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ biss għandha tirregola l-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandhom jiġu interpretati b'mod awtonomu skont il-prinċipji stabbiliti dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-kwistjonijiet li jirrigwardaw affarijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li mhumiex determinati espressament minnha għandhom jiġu riżolti biss bl-interpretazzjoni tar-regoli tagħha mingħajr rikors għal kwalunkwe liġi oħra. Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandhom jiġu interpretati fuq il-bażi tal-prinċipji u l-objettivi sottostanti u tad-dispożizzjonijiet kollha tagħha.

(29) Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandhom jiġu interpretati b'mod awtonomu skont il-prinċipji stabbiliti dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-kwistjonijiet li jirrigwardaw affarijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li mhumiex determinati espressament minnha għandhom jiġu riżolti biss bl-interpretazzjoni tar-regoli tagħha mingħajr rikors għal kwalunkwe liġi oħra. Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandhom jiġu interpretati fuq il-bażi tal-prinċipji u l-objettivi sottostanti u tad-dispożizzjonijiet kollha tagħha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Bidla ta’ konsegwenzja għat-tibdil fl-Artikolu 12; is-sentenza tpoġġiet hemmhekk.

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Il-prinċipju ta’ bona fidi u negozjar ġust għandhom jipprovdu gwida dwar il-mod li bih il-partijiet għandhom jikkoperaw. Peress li xi regoli jikkostitwixxu manifestazzjonijiet speċifiċi tal-prinċipju ġenerali ta’ bona fidi u negozjar ġust, huma għandhom jieħdu preċedenza fuq il-prinċipju ġenerali. Il-prinċipju ġenerali għalhekk m’għandux jintuża bħala għodda biex jemenda d-drittijiet u l-obbligi speċifiċi tal-partijiet kif stabbilit fir-regoli speċifiċi. Ir-rekwiżiti konkreti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ bona fidi u negozjar ġust għandhom jiddependu, fost affarijiet oħra, fuq il-livell relattiv ta’ kompetenza tal-partijiet u għalhekk għandhom ikunu differenti fi tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur u fi tranżazzjonijiet bejn negozji. Fi tranżazzjonijiet bejn il-kummerċjanti, il-prattika kummerċjali tajba fis-sitwazzjoni speċifika kkonċernata għandha tkun fattur rilevanti f’dan il-kuntest.

(31) Il-prinċipju ġenerali ta’ bona fidi u negozjar ġust għandhom jipprovdu gwida dwar il-mod li bih il-partijiet għandhom jikkoperaw. Peress li xi regoli jikkostitwixxu manifestazzjonijiet speċifiċi tal-prinċipju ġenerali ta’ bona fidi u negozjar ġust, huma għandhom jieħdu preċedenza fuq il-prinċipju ġenerali. Il-prinċipju ġenerali għalhekk m’għandux jintuża bħala għodda biex jemenda d-drittijiet u l-obbligi speċifiċi tal-partijiet kif stabbilit fir-regoli speċifiċi. Ir-rekwiżiti konkreti li jirriżultaw mill-prinċipju ġenerali ta’ bona fidi u negozjar ġust għandhom jiddependu, fost affarijiet oħra, fuq il-livell relattiv ta’ kompetenza tal-partijiet u għalhekk għandhom ikunu differenti fi tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur u fi tranżazzjonijiet bejn negozji. Fi tranżazzjonijiet bejn il-kummerċjanti, il-prattika kummerċjali tajba fis-sitwazzjoni speċifika kkonċernata għandha tkun fattur rilevanti f’dan il-kuntest. Mingħajr ma’ l-partijiet jiġu miżmuma milli jsegwu l-interessi tagħhom, il-prinċipju ġenerali ta’ bona fidi u negozjar ġust għandu jistabbilixxi standard ta’ mġiba li jiżgura relazzjoni onesta, trasparenti u ġusta. Filwaqt li jipprekludi parti milli teżerċita jew toqgħod fuq dritt, rimedju jew difiża li dik il-parti altrimenti jkollha, il-prinċipju bħala tali ma għandux jagħti lok għal pretensjoni ġenerali għal danni. Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li jikkostitwixxu manifestazzjonijiet speċifiċi tal-prinċipu ġenerali ta’ bona fidi u negozjar ġust bħall-annullament għal frodi jew in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkawżat minn kundizzjoni impliċita jistgħu jagħtu lok għal dritt għad-danni, għalkemm f’każijiet speċifiċi ħafna.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Iż-żidiet jikkjarifikaw l-ambitu tal-prinċipju ta’ bona fidi u negozjar leali u jirreflettu t-tibdiliet proposti għad-definizzjoni ta’ dan il-prinċipju u għall-Artikolu 2(2).

 

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali billi l-ġurisprudenza tal-qrati Ewropej u nazzjonali dwar l-interpretazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament isiru aċċessibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni għandha toħloq bażi tad-dejta li tinkludi d-deċiżjonijiet finali rilevanti. Bil-ħsieb li jagħmlu dan il-kompitu possibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali sentenzi nazzjonali jiġu komunikati malajr lill-Kummissjoni.

(34) Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali billi l-ġurisprudenza tal-qrati Ewropej u nazzjonali dwar l-interpretazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament isiru aċċessibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni għandha toħloq bażi tad-dejta li tinkludi d-deċiżjonijiet finali rilevanti. Bil-ħsieb li jagħmlu dan il-kompitu possibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali sentenzi nazzjonali jiġu komunikati malajr lill-Kummissjoni. Għandha tiġi stabbilita bażi ta’ data li tkun faċilment aċċessibbli, kompletament sistematizzata u li tista’ tiġi mfittxa faċilment. Sabiex jiġu superati problemi relatati ma’ approċċi differenti għal sentenzi meħuda fi ħdan l-Unjoni u biex il-bażi ta’ data tkun tista’ tiġi operata b’mod effiċjenti u ekonomiku, is-sentenzi għandhom jiġu kkomunikati fuq il-bażi ta’ sommarju standardizzat tas-sentenzi li jakkumpanja s-sentenza. Dan għandu jkun konċiż; b'hekk isir faċilment aċċessibbli. Għandu jkun maqsum f’ħames sezzjonijiet li għandhom jistabbilixxu l-elementi ewlenin tas-sentenza kkomunikata, jiġifieri, il-kwistjoni u l-Artikolu relevanti tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, sommarju qasir tal-fatti, sommarju qasir tal-argumenti, is-sentenza; u r-raġunijiet għas-sentenza, billi jiġi dikjarat b’mod ċar il-prinċipju deċiż.

Or. en

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Kummentarju dwar Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jista’ jkun għodda prezzjuża għaliex jipprovdi ċarezza u gwida dwar dik il-liġi. Tali kummentarju għandu jipprovdi spjegazzjoni kritika ċara u kompresiva tal-artikoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ u għandu jipprovdi spjegazzjoni, fejn ikun xieraq, tal-għażliet tal-politika li huma fil-bażi ta’ artikoli speċifiċi. Spjegazzjoni ċara ta’ tali għażliet jgħinu lill-qrati madwar l-Istati Membri kollha tal-UE jinterpretaw u japplikaw b’mod xieraq il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, kif ukoll tgħinhom jimlew kull vojt li jista’ jkun hemm. Bħala tali tiffaċilita l-iżvilupp ta’ applikazzjoni konsistenti u uniformi tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ. Il-Kummissjoni għandha tesplora l-possibilitajiet li tipprovdi għal tali kummentarju.

Or. en

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 34b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34b) Ostaklu addizjonali għall-kummerċ transkonfinali huwa n-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ rimedju effiċjenti u bi spejjeż baxxi. Għalhekk, konsumatur jew kummerċjant li jikkonkludi kuntratt fuq il-bażi tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jikkunsidra li jissottometti tilwimiet li jirriżultaw minn dak il-kuntratt lil entità alternattiva eżistenti li ssolvi każijiet ta’ tilwim kif definit fil-punt (e) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva [Direttiva dwar l-ADR tal-Konsumatur]. Dan għandu jkun kompletament mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-partijiet jagħtu bidu għal proċedimenti quddiem il-qrati kompetenti qabel ma l-ewwel jirrikorru għal risoluzzjoni alternattiva tat-tilwima.

Or. en

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 34c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34c) Biex tgħin sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-Kummissjoni għandha taħdem favur l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet tal-kuntratt mudell Ewropew. Tali kundizzjonijiet tal-kuntratt mudell jistgħu jkunu utli billi jżidu fuq ir-regoli tal-Liġi Komuni dwar il-Bejgħ meta jiġu deskritti l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kuntratt partikolari u jikkunsidraw il-partikolaritajiet ta’ setturi kummerċjali relevanti. Huma għandhom jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-partijiet interessati u jisiltu tagħlimiet mill-esperjenza prattika inizzjali tal-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Il-kundizzjonijiet tal-kuntratt mudell għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-pubbliku għaliex jekk isir hekk, jipprovdu valur miżjud għall-kummerċjanti li jagħżlu li jikkonkludu kuntratti transkonfinali li japplikaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Sabiex dawk il-kundizzjonijiet ta’ kuntratt mudell effettivament jakkumpanjaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-ħidma tal-Kummissjoni għandha tibda kemm jista’ jkun malajr.

Or. en

 

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Huwa tajjeb li ssir reviżjoni tal-funzjonament tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament wara seba' snin ta' operat. L-analiżi għandha tqis fost affarijiet oħrajn, il-ħtieġa biex jiġi estiż aktar il-kamp ta' applikazzjoni fir-rigward tal-kuntratti bejn in-negozji, l-iżviluppi tas-suq u l-iżviluppi teknoloġiċi fir-rigward tal-kontenut diġitali u l-iżviluppi tal-acquis tal-Unjoni fil-futur.

(35) Huwa tajjeb li ssir reviżjoni tal-funzjonament tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament wara seba' snin ta' operat. L-analiżi għandha tqis fost affarijiet oħrajn, il-ħtieġa li jiġu inklużi aktar regoli relatati mal-kwistjoni taż-żamma tal-klawżoli tat-titolu, l-iżviluppi tas-suq u l-iżviluppi teknoloġiċi fir-rigward tal-kontenut diġitali u l-iżviluppi tal-acquis tal-Unjoni fil-futur. Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll jekk il-limitazzjoni ta’ kuntratti mill-bogħod, b’mod partikolari l-kuntatti onlajn, tibqax xierqa jew jekk kamp ta’ applikazzjoni usa’, inklużi kuntratti onlajn, jistax ikun fattibbli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-liġi dwar il-proprjetà taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-CESL. Fir-rigward tal-klawżoli dwar it-titolu, minħabba l-importanza prattika tagħhom, qed tiġi proposta dispożizzjoni li tikkjarifika l-obbligi tal-partijiet. L-emenda proposta tikkunsidra talbiet biex tiġi eżaminata, f’reviżjoni futura tar-Regolament, il-kwistjoni dwar jekk il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tas-CESL għandux ikopri regoli relatati mal-kwistjoni taż-żamma tal-klawżoli dwar it-titoli. Reviżjoni futura għandha tinkludi wkoll kunsiderazzjonijiet dwar jekk estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, partikolarment fil-kuntratti onlajn, hijiex fattibbli.

 

Emenda  22

Proposta għal regolament

Werrej

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għandu jiddaħħal werrej fil-bidu tal-parti operattiva. Dan jiġi adattat sabiex jirrefletti l-kontenut tal-istrument.

Or. en

(Ara l-emenda li tħassar il-werrej fil-bidu tal-Anness).

Ġustifikazzjoni

Sett ta’ emendi huma mmirati biex jgħaqqdu flimien ir-regolament “chapeau” mal-anness. Id-diviżjoni f’regolamnet u anness tidher li ħolqot konfużjoni u ma jidhirx li hija neċessarja.

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Titolu I (ġdid) – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Titolu I

 

Dispożizzjonijiet ġenerali

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sett ta’ emendi huma mmirati biex jgħaqqdu flimien ir-regolament “chapeau” mal-anness. Id-diviżjoni f’regolamnet u anness tidher li ħolqot konfużjoni u ma jidhirx li hija neċessarja.

 

Emenda  24

Proposta għal regolament

Parti -1 (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Parti -1: Applikazzjoni tal-istrument

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sett ta’ emendi huma mmirati biex jgħaqqdu flimien ir-regolament “chapeau” mal-anness. Id-diviżjoni f’regolamnet u anness tidher li ħolqot konfużjoni u ma jidhirx li hija neċessarja.

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern billi jagħmel disponibbli sett uniformi ta’ regoli tal-liġi kuntrattwali kif stabbilit fl-Anness I (‘il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ’). Dawn ir-regoli jistgħu jintużaw fi tranżazzjonijiet transkonfinali għall-bejgħ ta’ merkanzija, għall-fornitura ta' kontenut diġitali u għal servizzi relatati fejn il-partijiet f'kuntratt jaqblu dwar l-użu tagħhom.

1. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern billi jagħmel disponibbli fi ħdan l-ordni ġuridiku ta’ kull stat Membru sett uniformi ta’ regoli tal-liġi kuntrattwali kif stabbilit fl-Anness I (‘il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ’). Dawn ir-regoli jistgħu jintużaw fi tranżazzjonijiet transkonfinali għall-bejgħ ta’ merkanzija, għall-fornitura ta' kontenut diġitali u għal servizzi relatati fejn il-partijiet f'kuntratt jaqblu dwar l-użu tagħhom.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħmilha ċara li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tikkwalifika bħala t-tieni reġim fi ħdan l-ordni ġuridiku ta’ kull Stat Membru. Hija parti minn sett ta’ emendi li jikkjarifikaw ir-relazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ mar-Regolament Roma I.

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament jippermetti lill-kummerċjanti li jistrieħu fuq sett komuni ta’ regoli u jużaw l-istess kundizzjonijiet kuntrattwali għat-tranżazzjonijiet transkonfinali tagħhom kollha u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż mhux meħtieġa filwaqt li jingħata livell għoli ta’ ċertezza legali.

2. Dan ir-Regolament jippermetti lill-kummerċjanti, b’mod partikolari l-impriżi żgħar jew ta’ daqs medju (SMEs), li jistrieħu fuq sett komuni ta’ regoli u jużaw l-istess kundizzjonijiet kuntrattwali għat-tranżazzjonijiet transkonfinali tagħhom kollha u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż mhux meħtieġa filwaqt li jingħata livell għoli ta’ ċertezza legali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jidher li huwa xieraq li l-għan tal-ħarsien tal-SMEs jiġi artikolat b’mod ċar fl-Artikolu 1.

 

 

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ‘bona fidi u negozjar ġust’ tfisser standard ta’ mġiba kkaratterizzat minn onestà, trasparenza u kunsiderazzjoni għall-interessi tal-parti l-oħra fit-tranżazzjoni jew għar-relazzjoni inkwistjoni;

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt ġdid fe) it-test ġie emendat)

Ġustifikazzjoni

Sett ta’ emendi jirranġaw mill-ġdid id-definizzjoni sabiex id-definizzjonijiet jiġu miġbura skont il-kategorija: Il-persuni involuti, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-liġi kuntrattwali, it-tipi ta’ kuntratti, il-kundizzjonijiet relatati ma’ tipi speċifiċi ta’ kuntratti.

 

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ‘telf’ tfisser telf ekonomiku u telf mhux ekonomiku fil-forma ta’ uġigħ u tbatija, esklużi forom oħra ta’ telf mhux ekonomiku bħall-indeboliment tal-kwalità tal-ħajja u telf ta’ tgawdija;

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt ġdid fg)

 

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ‘kundizzjonijiet kuntrattwali standard’ tfisser kundizzjonijiet kuntrattwali li ġew abbozzati minn qabel għal diversi tranżazzjonijiet li jinvolvu lil partijiet differenti, u li ma ġewx innegozjati individwalment mill-partijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ;

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt ġdid ff)

 

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ‘konsumatur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa, jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;

(f) ‘konsumatur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa, jew il-professjoni ta’ dik il-persuna; fil-każ ta' kuntratti bi skop doppju, fejn il-kuntratt huwa konkluż għal skopijiet parzjalment fl-ambitu jew parzjalment barra mill-ambitu tal-kummerċ ta' persuna, u l-iskop ta' kummerċ tant huwa limitat li mhuwiex predominanti fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, dik il-persuna wkoll għandha titqies bħala konsumatur.

Or. en

(Ara l-formulazzjoni tal-kliem tal-premessa 17 tad-Direttiva 2011/83/UE)

Ġustifikazzjoni

L-emenda tindirizza l-kwistjoni dwar kif għandhom jiġu trattati l-kuntratti bi skop doppju, li, fil-premessi tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, ġiet solvuta billi l-attenzjoni prinċipali ngħatat lill-iskop għall-konklużjoni tal-kuntratt.

 

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) ‘fornitur ta’ servizzi’ tfisser kwalunkwe bejjiegħ ta' merkanzija jew fornitur ta’ kontenut diġitali li jimpenja ruħu li jipprovdi lil konsumatur b’servizz relatat ma’ dik il-merkanzija jew dak il-kontenut diġitali;

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt n)

 

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt fb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) ‘klijent’ tfisser kwalunkwe persuna li tixtri servizz relatat;

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt o)

 

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt fc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc) 'kreditur' tfisser persuna li għandha d-dritt li fil-konfront tagħha jitwettaq obbligu, kemm jekk monetarju u kemm jekk mhux monetarju, minn persuna oħra, id-debitur;

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt w)

 

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu fd (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fd) 'debitur' tfisser persuna li jkollha obbligu, kemm jekk monetarju u kemm jekk mhux monetarju, lejn persuna oħra, il-kreditur;

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt x)

 

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt fe (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fe) 'bona fidi u negozjar ġust' tfisser standard ta’ mġiba kkaratterizzat minn onestà u trasparenza fir-rigward tal-parti l-oħra fit-tranżazzjoni jew ir-relazzjoni inkwistjoni u teskludi intenzjoni li l-uniku skop tagħha hija li tagħmel il-ħsara;

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt b)

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni ta’ qabel (“kunsiderazzjoni għall-interessi”) ġiet interpretata li żammet lill-partijiet milli juru ruħhom iebsa fin-negozjar u dan qajjem ċertu tħassib fil-kuntratti B2B. Sabiex jiġi ċċarat li din ma kinitx l-intenzjoni, il-formulazzjoni l-ġdida tal-kliem tistipula li l-ebda parti ma għandha tabbuża mid-drittijiet tagħha. Il-bidla hija wkoll relevanti għall-Artikolu 86 dwar kontroll ta’ żleatà tal-B2B u għandha tnaqqas it-tħassib relatat fis-sens li l-partijiet ta’ kuntratt jistgħu ma jitħallewx isegwu l-interessi tagħhom stess meta jinnegozjaw.

 

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt ff (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ff) ‘kundizzjonijiet kuntrattwali standard’ tfisser kundizzjonijiet kuntrattwali li ġew imfassla minn qabel għal diversi tranżazzjonijiet li jinvolvu lil partijiet differenti, u li ma ġewx innegozjati individwalment mill-partijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ;

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt d)

 

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt fg (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fg) ‘telf’ tfisser telf ekonomiku u telf mhux ekonomiku fil-forma ta’ uġigħ u tbatija, bl-esklużjoni ta’ forom oħra ta’ telf mhux ekonomiku bħall-kwalità tal-ħajja aktar baxxa u telf ta’ tgawdija;

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt c)

 

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) 'regola mandatorja' tfisser kwalunkwe dispożizzjoni li l-applikazzjoni tagħha l-partijiet ma jkunux jistgħu jeskludu, jew ma jkunux jistgħu jidderogaw minnha, u ma jkunux jistgħu jvarjaw l-effett tagħha;

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt v)

 

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt gb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) 'obbligu' tfisser dmir ta’ prestazzjoni li parti waħda f’relazzjoni ġuridika hiija obbligata li twettaq fil-konfront ta' parti oħra u li dik il-parti l-oħra hija intitolata tinforza bħala tali;

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt y)

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda ta’ "u li dik il-parti l-oħra hija intitolata tinforza bħala tali" tgħin biex tiddistingwi bejn obbligi u dmirijiet (oħra).

 

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt gc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gc) 'espliċitu' tfisser, fir-rigward ta’ dikjarazzjoni jew ftehim, li huwa jkun sar b’mod separat minn dikjarazzjonijiet jew ftehimiet oħra u bis-saħħa ta’ mġiba attiva u mhux ekwivoka, inkluż billi tiġi mmarkata kaxxa jew tiġi attivata buttuna jew funzjoni simili;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jidher li huwa xieraq li tiżdied definizzjoni ta’ “espliċitu” peress li dan it-terminu jintuża diversi drabi matul il-proposta.

 

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt m – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) ‘servizz relatat’ tfisser kwalunkwe servizz relatat ma’ merkanzija jew kontenut diġitali, bħall-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-tiswija jew kwalunkwe pproċessar ieħor, ipprovdut mill-bejjiegħ tal-merkanzija jew mill-fornitur tal-kontenut diġitali taħt il-kuntratt ta’ bejgħ, il-kuntratt ta’ fornitura ta’ kontenut diġitali jew kuntratt ta’ servizzi relatati separat li ġie konkluż fl-istess ħin mal-kuntratt ta’ bejgħ jew il-kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali; dan jeskludi:

(m) ‘servizz relatat’ tfisser kwalunkwe servizz relatat ma’ merkanzija jew kontenut diġitali, bħall-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-tiswija, il-ħżin jew kwalunkwe pproċessar ieħor, ipprovdut mill-bejjiegħ tal-merkanzija jew mill-fornitur tal-kontenut diġitali taħt il-kuntratt ta’ bejgħ, il-kuntratt ta’ fornitura ta’ kontenut diġitali jew kuntratt ta’ servizzi relatati separat li ġie konkluż fl-istess ħin mal-kuntratt ta’ bejgħ jew il-kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali; dan jeskludi:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda fid-definizzjoni tikkjarifika r-relevanza tas-CESL għall-cloud computing, b’mod partikolari li s-servizzi relatati jinkludu s-servizzi tal-ħżin.

 

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt n

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) ‘fornitur ta’ servizzi’ tfisser kwalunkwe bejjiegħ ta' merkanzija jew fornitur ta’ kontenut diġitali li jimpenja ruħu li jipprovdi lil konsumatur b’servizz relatat ma’ dik il-merkanzija jew dak il-kontenut diġitali;

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt fa)

 

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt o

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) ‘klijent’ tfisser kwalunkwe persuna li tixtri servizz relatat;

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt fb)

 

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt p

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p) ‘'kuntratt mill-bogħod’ tfisser kwalunkwe kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur taħt skema organizzata ta’ bejgħ mill-bogħod li jiġi konkluż mingħajr il-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant jew, f’każ li l-kummerċjant ikun persuna ġuridika, persuna fiżika li tirrappreżenta lill-kummerċjant u l-konsumatur, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni mill-bogħod saż-żmien meta jiġi konkluż il-kuntratt u inkluż iż-żmien li fih jiġi konkluż;

(p) ‘kuntratt mill-bogħod’ tfisser kwalunkwe kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur jew kummerċjant ieħor taħt skema organizzata ta’ bejgħ mill-bogħod li jiġi konkluż mingħajr il-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant jew, f’każ li l-kummerċjant ikun persuna ġuridika, persuna fiżika li tirrappreżenta lill-kummerċjant u l-konsumatur jew il-kummerċjant l-ieħor, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni mill-bogħod saż-żmien meta jiġi konkluż il-kuntratt u inkluż iż-żmien li fih jiġi konkluż;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Bidla ta’ konsegwenza għal-limitazzjoni tal-użu tas-CESL għall-kuntratti mill-bogħod (ara l-emenda għall-Article 5(1)). Id-definizzjoni ta’ "kuntratt mill-bogħod" li tikkorrispondi ma’ dak użat fl-acquis għandha tiġi adattata fir-rigward tal-ambitu personali, peress li s-CESL għandu jkun disponibbli għall-partijiet imsemmija fl-Article 7. Il-karatteristiċi sostantivi ta’ "kuntratt mill-bogħod" jibqgħu mhux mittiefsa. Jekk dan it-tibdil isir, ikun rakkomandabbli li jiġi ċċarat fil-kapitolu 2 u fil-Kapitolu 4 li jsegwu d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li "kuntratt mill-bogħod" f’dan il-kuntratt ifisser kuntratti B2C biss.

 

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt q – sottopunt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) li ġie konkluż fil-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant jew, fejn il-kummerċjant ikun persuna ġuridika, persuna fiżika li tirrappreżenta lill-kummerċjant u l-konsumatur f’post li mhuwiex il-post tan-negozju tal-kummerċjant, jew li ġie konkluż fuq il-bażi ta’ offerta li saret mill-konsumatur fl-istess ċirkustanzi; jew

(i) li ġie konkluż fil-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant u l-konsumatur f'post li mhuwiex il-post tan-negozju tal-kummerċjant;

Or. en

(Ara l-formulazzjoni tal-kliem tal-Artikolu 2(8)(a) tad-Direttiva 2011/83/UE)

Ġustifikazzjoni

Adattament għat-tfassil tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur.

 

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt q - punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) li saret offerta għalih mill-konsumatur fl-istess ċirkostanzi kif imsemmi fil-punt (i);

Or. en

(Ara l-formulazzjoni tal-kliem tal-Artikolu 2(8)(b) tad-Direttiva 2011/83/UE)

 

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt q – sottopunt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) li ġie konkluż fil-post tan-negozju tal-kummerċjant jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod wara li l-konsumatur kien intbagħat personalment u individwalment f’post li mhuwiex il-post tan-negozju tal-kummerċjant fil-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant jew, fejn il-kummerċjant ikun persuna ġuridika, persuna fiżika li tirrappreżenta lill-kummerċjant u lill-konsumatur; jew

(ii) li ġie konkluż fil-post tan-negozju tal-kummerċjant jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod wara li l-konsumatur kien intbagħat personalment u individwalment f’post li mhuwiex il-post tan-negozju tal-kummerċjant, fil-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant u tal-konsumatur; jew

Or. en

(Ara l-formulazzjoni tal-kliem tal-Artikolu 2(8)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE)

 

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt q – sottopunt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) li ġie konkluż waqt eskursjoni organizzata minn kummerċjant jew, fejn il-kummerċjant ikun persuna ġuridika, persuna fiżika li tirrappreżenta lill-kummerċjant bil-għan jew bl-effett li tiġi promossa u tinbiegħ merkanzija jew jiġu fornuti kontenut diġitali jew servizzi relatati lill-konsumatur;

(iii) li ġie konkluż waqt eskursjoni organizzata minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li tiġi promossa u tinbiegħ merkanzija jew jiġu fornuti kontenut diġitali jew servizzi relatati lill-konsumatur;

Or. en

(Ara l-formulazzjoni tal-kliem tal-Artikolu 2(8)(d) tad-Direttiva 2011/83/UE)

 

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt v

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) 'regola mandatorja' tfisser kwalunkwe dispożizzjoni li l-partijiet ma jkunux jistgħu jeskludu l-applikazzjoni tagħha, ma jkunux jistgħu jidderogaw minnha u ma jkunux jistgħu jvarjaw l-effett tagħha;

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt ga)

 

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt w

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(w) 'kreditur' tfisser persuna li għandha d-dritt li fil-konfront tagħha jitwettaq obbligu, kemm jekk monetarju u kemm jekk mhux monetarju, minn persuna oħra, id-debitur;

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt fc)

 

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt x

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(x) 'debitur' tfisser persuna li jkollha obbligu, kemm jekk monetarju u kemm jekk mhux monetarju, lejn persuna oħra, il-kreditur.

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt fb)

 

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt y

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(y) 'obbligu' tfisser l-impenn li parti għandha twettaq f'relazzjoni legali ma' parti oħra

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-punt gb)

 

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-partijiet jistgħu jaqblu li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tirregola l-kuntratti transkonfinali tagħhom għall-bejgħ ta’ merkanzija, għall-fornitura ta' kontenut diġitali u għall-provvista ta' servizzi relatati fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali, materjali u personali kif stipulat fl-Artikoli 4 sa 7.

Il-partijiet jistgħu jaqblu, suġġett għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 8 u 9, li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tirregola l-kuntratti transkonfinali tagħhom għall-bejgħ ta’ merkanzija, għall-fornitura ta' kontenut diġitali u għall-provvista ta' servizzi relatati fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali, materjali u personali kif stipulat fl-Artikoli 4 sa 7.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

 

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kuntratti li għalihom tista' tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

Or. en

 

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża għal:

1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża għal kuntratti mill-bogħod, inklużi kuntratti onlajn, li huma:

Or. en

Ġustifikazzjoni

The amendment proposes to offer CESL for distance contracts only. The term "distance contracts" has been proposed as it is already used in the acquis. The main area targeted is the rapidly growing internet sales sector, where the idea of an optional instrument met robust support, even from circles more reluctant towards a broader use of such instrument. The draft report seeks to open up debate on this. It deliberately does not provide for a full adaptation of CESL to distance trade. This would require further work and analysis, the results of which could be fed into the ongoing legislative process.

 

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista’ tiġi applikata wkoll għall-kuntratti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 fejn il-partijiet mexxew negozjati jew ħadu passi preparatorji oħra bil-ħsieb tal-konklużjoni tal-kuntratt, b’użu esklussiv, għal dawk il-passi kollha, ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, iżda fejn il-kuntratt innifsu ma ġiex konkluż permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija mmirata biex tippermetti l-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ fejn mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod ntużaw sal-konklużjoni tal-kuntratt, iżda ma jinkluduhiex. Jidher li hija ħaġa arbitrarja li dawn il-każijiet jiġu esklużi mill-użu tas-CESL.

 

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Esklużjoni ta’ kuntratti bi skop imħallat u kuntratti marbuta ma’ kreditu tal-konsumatur

Kuntratti relatati u kuntratti bi skop imħallat

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emendi għall-Artikolu 6 huma mmirati li jikkunsidraw it-tħassib li rriżulta, fejn il-proposta tal-Kummissjoni tillimita ż-żejjed l-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għal każijiet ta’ kuntratti relatati jew u kuntratti bi skop imħallat, eż. kuntratt ta’ bejgħ imħallat ma’ kreditu jew marbut ma’ ftehim ta’ kreditu, u tiġi permessa l-applikazzjoni tas-CESL anki f’dawn il-każijiet. Għalhekk, jidher li huwa neċessarju li tiġi kkjarifikata r-relazzjoni ta’ kuntratt regolat mis-CESL b’kuntratt relatat u l-applikazzjoni tas-CESL f’kuntratti bi skop imħallat li jinkludu elementi li mhumiex regolati mis-CESL.

 

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tintuża għal kuntratti bi skop imħallat li jinkludi kwalunkwe element ieħor għajr il-bejgħ ta' merkanzija, il-fornitura ta' kontenut diġitali u l-għoti ta' servizzi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 5.

1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża għal:

 

(a) każijiet fejn kuntratt regolat mil-liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ huwa relatat ma’ kuntratt għajr kuntratt ta’ bejgħ, kuntratt għall-forniment ta’ kontenut diġitali jew kuntratt ta’ servizz relatat, jew

 

(b) każijiet fejn kuntratt jinkludi kwalunkwe element ieħor għajr il-bejgħ ta' merkanzija, il-fornitura ta' kontenut diġitali jew l-għoti ta' servizzi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 5, sakemm dawk l-elementi jkunu diviżibbli u l-prezz tagħhom jista’ jiġi allokat proporzjonalment.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni l-ġdida tal-paragrafu 1 tikkjarifika li s-CESL tista’ tintuża kemm għal kuntratti relatati u kuntratti bi skop imħallat u jiddeskrivi s-sitwazzjonijiet li huma intenzjonati. Fir-rigward tal-kuntratti bi skop imħallat, huwa importanti li wieħed jirrikorri għall-kriterju dwar jekk l-elementi li ma jaqgħux taħt il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ huma diviżibbli u prezz jista’ jiġi allokat proporzjonalment, inkella jkun diffiċli li ssir distinzjoni bejn iż-żewġ partijiet għal dak li għandu x’jaqsam mal-konsegwenzi ġuridiċi (ara l-emendi għall-paragrafi 1b u 1c). It-termini “diviżibbli” u “prezz (li) jista’ jiġi allokat proporzjonalment” jintużaw ukoll fl-artikolu 9 tal-Anness.

 

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. F’każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-kuntratt relatat għandu jkun regolat bil-liġi altrimenti applikabbli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-test propost jikkjarifika li l-liġi applikabbli għal kuntratt relatat ma’ kunratt regolat mis-CESL kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandha tiġi determinata skont ir-regoli relevanti tal-kunflitti tal-liġijiet. Is-CESL ma għandhiex tapplika għall-kuntratt relatat.

 

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1b – kliem introduttorju u punt a (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, u

 

(a) fejn, fil-kuntest tal-kuntratt regolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, kull waħda mill-partijiet teżerċita kwalunkwe dritt, rimedju jew difiża, jew dak il-kuntratt huwa invalidu jew mhux vinkolanti, il-liġi nazzjonali applikabbli għall-kuntratt relatat għandha tiddetermina l-effetti fuq il-kuntratt relatat;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jekk, fil-kuntest tal-kuntratt regolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, kull waħda mill-partijiet teżerċita kwalunkwe dritt, rimedju jew difiża, jew dak il-kuntratt huwa invalidu jew mhux vinkolanti, l-obbligi tal-partijiet taħt il-kuntratt relatat għandhom ikunu regolati mil-liġi nazzjonali applikabbli.

 

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1b – punt b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) fejn, fil-kuntest tal-kuntratt relatat, kull waħda mill-partijiet teżerċita kwalunkwe dritt, rimedju jew difiża, jew dak il-kuntratt huwa invalidu jew mhux vinkolanti taħt il-liġi nazzjonali applikabbli għal dak il-kuntratt, l-obbligi tal-partijiet taħt il-kuntratt regolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma għandhomx jiġi affettwati sakemm parti ma tkunx ikkonkludiet kuntratt regolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għajr għall-kuntratt relatat, jew tkun għamlet dan biss fuq kundizzjonijiet kuntrattwali fundamentalment differenti, li jekk ikun il-każ dik il-parti għandha tkun intitolata ttemm il-kuntratt regolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jekk, fil-kuntest tal-kuntratt relatat, kull waħda mill-partijiet teżerċita kwalunkwe dritt, rimedju jew difiża, jew dak il-kuntratt huwa invalidu jew mhux vinkolanti, dan, bħala prinċipju, ma għandux jaffettwa l-obbligi tal-partijiet taħt il-kuntratt regolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, sakemm dan ma jistax ikun mistenni minnhom. F’din l-eventwalità, il-konsumatur għandu jkollu l-possibilità li jtemm ukoll il-kuntratt tal-bejgħ. It-tfassil biex tiġi deskritta s-sitwazzjoni tal-aħħar isegwi t-tfassil fl-Artikolu 48(1)(a) dwar l-annullament.

 

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) fil-paragrafu 1, l-elementi l-oħra inklużi fil-kuntratt għandhom jitqiesu li huma miftiehma taħt kuntratt relatat.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-test propost jikkjarifika li fejn kuntratt bi skop imħallat jinkludi element li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, eż. is-servizzi tat-trasport jew service ta’ hotline, dan l-element jiġi trattat bħala kuntratt relatat.

 

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d. Fejn kuntratt jinkludi kwalunkwe element għajr il-bejgħ ta' merkanzija, il-fornitura ta' kontenut diġitali jew l-għoti ta' servizzi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 5 u dawk l-elementi mhumiex diviżibbli jew il-prezz ma jistax jiġi allokat proporzjonalment, il-liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tiġi applikata għal dak il-kuntratt.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jidher li huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li fejn kuntratt bi skop imħallat jinkludi element li ma jaqax fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u mhuwiex diviżibbli jew il-prezz ma jistax jiġi allokat proporzjonalment, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tiġi magħżula.

 

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tintuża għal kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-kummerċjant jagħti jew iwiegħed kreditu lill-konsumatur fil-forma ta' pagament differit, self jew kwalunkwe vantaġġ finanzjarju simili ieħor. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża għal kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-merkanzija, il-kontenut diġitali jew is-servizzi relatati tal-istess tip jiġu forniti fuq bażi kontinwa u l-konsumatur iħallas bin-nifs għal tali merkanzija, kontenut diġitali jew servizzi relatati għall-perjodu ta' żmien kollu li fih ikun għaddejja l-fornitura.

imħassar

Or. en

 

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-ftehim dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ikun validu biss jekk il-kunsens tal-konsumatur jingħata permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita li tkun separata mid-dikjarazzjoni li tindika l-ftehim li jiġi konkluż kuntratt. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur konferma ta’ dak il-ftehim fuq mezz li jservi fit-tul.

2. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-ftehim dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ikun validu biss jekk il-kunsens tal-konsumatur jingħata permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita li tkun separata mid-dikjarazzjoni li tindika l-ftehim li jiġi konkluż kuntratt u jekk ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 9 jkunu sodisfatti. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur konferma ta’ dak il-ftehim fuq mezz li jservi fit-tul.

Or. en

 

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tintgħażel fuq bażi parzjali, iżda biss fit-totalità tagħha.

3. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tintgħażel fuq bażi parzjali, iżda biss fit-totalità tagħha. Fir-relazzjonijiet bejn il-kummerċjanti, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista’ tintgħażel parzjalment, sakemm l-esklużjoni tad-dispożizzjonijet rispettivi ma tkun ipprojbita fiha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jidher neċessarju li jiġi kkjarifikat li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tintgħażel parzjalment f’kuntratti B2B, iżda l-partijiet xorta ma jistgħux jevitaw ir-regoli obbligatorji tas-CESL.

 

 

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-partijiet ikunu ftiehmu b'mod validu li jużaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għal kuntratt, tkun biss il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li tirregola l-kwistjonijiet indirizzati fir-regoli tagħha. Bil-kundizzjoni li l-kuntratt ikun ġie effettivament konkluż, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tirregola wkoll il-konformità mad-dmirijiet ta’ informazzjoni prekuntrattwali u r-rimedji għal nuqqas ta’ konformità mal-istess dmirijiet.

1. Fejn il-partijiet ikunu ftiehmu b'mod validu li jużaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għal kuntratt, tkun biss il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li tirregola l-kwistjonijiet indirizzati fir-regoli tagħha, minflok ir-reġim tal-liġi kuntrattwali li, fl-assenza ta’ tali ftehim, jirregola l-kuntratt fi ħdan l-ordni ġuridiku determinat bħala l-liġi applikabbli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħmilha ċara li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tikkwalifika bħala t-tieni reġim fi ħdan l-ordni ġuridiku ta’ kull Stat Membru. Hija parti minn sett ta’ emendi li jikkjarifikaw ir-relazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ mar-Regolament Roma I.

 

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn il-partijiet jidħlu f’negozjati, jew minflok jieħdu passi preparatorji għall-konklużjoni ta’ kuntratt, b’referenza għal-Liġi komuni Ewropea dwra il-Bejgħ, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tirregola wkoll konformità man-nuqqas ta’ konformità mad-dmirijiet ta’ informazzjoni prekuntrattwali u rimedji għalih, u kwistjonijiet oħra li huma relevanti qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt.

 

l-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu hija mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli skont ir-regoli relevanti tal-kunflitt tal-liġijiet, fejn il-kummerċjant għamel ukoll referenza għal reġimi ġuridiċi oħra.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-test propost jistipula li s-CESL għandha tirregola l-fażi prekuntrattwali mill-punt fejn il-partijiet jirreferu għas-CESL waqt in-negozjati, kuntrarju għas-soluzzjoni magħżula mill-proposta tal-Kummissjoni li tgħid li obbligi ta’ informazzjoni prekuntrattwali kontenuti fis-CESL japplikaw biss fejn kuntratt huwa attwalment konkluż, jiġifieri, retrospettivament. It-tieni subparagrafu jikkjarifika li huwa biss fejn kummerċjant iħalliha miftuħa jekk huwiex lest jagħmel kuntratt fil-qafas tas-CESL jew tal-liġi altrimenti applikabbli, dan għandu jkun konformi maż-żewġ settijiet ta’ standards.

 

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid) – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Kwistjonijiet koperti mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ

 

1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tindirizza fir-regoli tagħha l-kwistjonijiet li ġejjin:

 

(a) obbligi ta’ informazzjoni prekuntrattwali;

 

(b) il-konklużjoni ta’ kuntratt li jinkludi rekwiżiti formali;

 

(c) id-dritt ta’ rtirar u l-konsegwenzi tiegħu;

 

(d) annullament tal-kuntratt li jirriżulta minn żball, frodi, theddida jew sfruttament inġust u l-konsegwenzi ta’ tali annullament;

 

(e) interpretazzjoni;

 

(f) elementi ta kontenut u effetti, inklużi dawk tal-kuntratt relevanti;

 

(g) il-valutazzjoni u l-effetti tan-nuqqas ta’ lealtà tat-termini tal-kuntratt;

 

(h) drittijiet u obbligi tal-partijiet;

 

(i) rimedji għan-nuqqas ta’ prestazzjoni;

 

(j) restituzzjoni wara l-annullament, it-terminazzjoni jew fil-każ ta’ kuntratt mhux vinkolanti;

 

(k) preskrizzjoni u preklużjoni tad-drittijiet;

 

(l) sanzjonijiet disponibbli fil-każ ta' ksur tal-obbligi u tad-dmirijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 11a il-ġdid propost jikkombina lista pożittiva li ssemmi kwistjonijiet koperti bil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ (paragrafu 1) b’lista negattiva mhux eżawrjenti dwar kwistjonijiet mhux koperti li jissemmew biss fil-proposta tal-Kummissjoni fil-premessa 27 (paragrafu 2). L-għan huwa li tiġi pprovduta ċarezza dwar kwistjonijiet koperti mis-CESL u dawk koperti mil-liġijiet nazzjonali.

 

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid) – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. Kwistjonijiet mhux indirizzati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ huma regolati mir-regoli relevanti tal-liġi nazzjonali applikabbli skont ir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (KE) Nru 864/2007 jew kwalunkwe regola oħra relevanti dwar il-kunflitt tal-liġijiet. Tali kwistjonijiet jinkludu

 

(a) il-personalità ġuridika;

 

(b) l-invalidità ta’ kuntratt li tirriżulta minn nuqqas ta’ kapaċità, illegalità jew immoralità minbarra fejn ir-raġunijiet li jiġġustifikaw illegalità jew immoralità jiġu indirizzati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ;

 

(c) id-determinazzjoni tal-lingwa tal-kuntratt;

 

(d) il-kwistjonijiet ta’ non-diskriminazzjoni;

 

(e) ir-rappreżentanza;

 

(f) il-pluralità ta’ debituri u kredituri u t-tibdil tal-partijiet, inkluża l-assenjazzjoni;

 

(g) it-tpaċija u l-għaqda;

 

(h) il-liġi tal-proprjetà, inkluż it-trasferiment tal-proprjetà,

 

(i) il-liġi tal-proprjetà intellettwali; u

 

(j) il-liġi tad-delitti, inkluż il-kwistjoni dwar jekk il-pretensjonijiet ta’ responsabilità kontrattwali u mhux kuntrattwali li jeżistu fl-istess ħin jistgħux jitressqu flimkien.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 11a il-ġdid propost jikkombina lista pożittiva li ssemmi kwistjonijiet koperti bil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ (paragrafu 1) b’lista negattiva mhux eżawrjenti dwar kwistjonijiet mhux koperti li jissemmew biss fil-proposta tal-Kummissjoni fil-premessa 27 (paragrafu 2). L-għan huwa li tiġi pprovduta ċarezza dwar kwistjonijiet koperti mis-CESL u dawk koperti mil-liġijiet nazzjonali.

 

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid) – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal kull regola vinkolanti ta’ stat li mhuwiex membru tal-UE, li tista' jkun applikabbli skont ir-regoli relevanti dwar il-kunflitt tal-liġijiet.

Or. en

 

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

imħassar

Komunikazzjoni ta' sentenzi li jinterpretaw dan ir-Regolament

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sentenzi finali tal-qrati tagħhom li jinterpretaw ir-regoli ta’ dan ir-Regolament jiġu kkomunikati mingħajr dewmien bla bżonn lill-Kummissjoni.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema li tippermetti li ssir konsultazzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna s-sentenzi msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll sentenzi rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dik is-sistema għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 186a; It-test ġie emendat)

 

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

imħassar

Reviżjoni

 

1. Sa … [erba' (4) snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dwar il-livell ta’ aċċettazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-punt sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħha jkunu taw lok għal litigazzjoni u dwar il-qagħda attwali li tikkonċerna differenzi fil-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur bejn il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u l-liġi nazzjonali. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ġenerali komprensiva tal-ġurisprudenza tal-qrati nazzjonali li tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

 

2. Sa … [ħames (5) snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dettaljat li jirrevedi l-operat ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tqis fost affarijiet oħrajn, il-ħtieġa biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni fir-rigward tal-kuntratti bejn in-negozji, l-iżviluppi tas-suq u l-iżviluppi teknoloġiċi fir-rigward tal-kontenut diġitali u l-iżviluppi tal-acquis tal-Unjoni fil-futur.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 186b)

 

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

imħassar

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

 

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

2. Għandu japplika minn [sitt (6) xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

 

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 186f)

 

Emenda  75

Proposta għal regolament

Werrej

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-werrej huwa mhassar.

Or. en

(Ara l-emenda li ddaħħal il-werrej fil-bidu tal-parti operattiva).

 

Emenda  76

Proposta għal regolament

Titolu II (ġdid) – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TITOLU II

 

Dispożizzjonijiet tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sett ta’ emendi huma mmirati biex jgħaqqdu flimien ir-regolament “chapeau” mal-anness. Id-diviżjoni f’regolament u anness tidher li ħolqot konfużjoni u ma jidhirx li hija neċessarja.

 

Emenda  77

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-ksur ta' dan id-dmir jista' jipprekludi lill-parti li tkun kisret dan id-dmir milli teżerċita jew tinvoka dritt, rimedju jew difiża li dik il-parti kieku kien ikollha, jew jista' jirriżulta fir-responsabbiltà ta' dik il-parti għal kwalunkwe telf li ġġarrab il-parti l-oħra.

2. Il-ksur ta' dan id-dmir jista' jipprekludi lill-parti li tkun kisret dan id-dmir milli teżerċita jew tinvoka dritt, rimedju jew difiża li dik il-parti kieku kien ikollha, iżda ma tagħtix lok għal rimedji għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħmilha ċara li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tikkwalifika bħala t-tieni reġim fi ħdan l-ordni ġuridiku ta’ kull Stat Membru. Hija parti minn sett ta’ emendi li jikkjarifikaw ir-relazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ mar-Regolament Roma I.

 

Emenda  78

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 9 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kuntratti bi skopijiet imħallta

Kuntratti li jinkludu l-fornitura ta’ servizzi relatati

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sabiex issir distinzjoni bejn każijiet li jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni u dawk li jaqgħu taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament propost CESL, it-titolu ġie mibdul.

 

Emenda  79

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan l-Artikolu japplika fir-rigward ta' notifika għal kwalunkwe fini skont ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u tal-kuntratt. ‘Notifika’ tinkludi l-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni li huwa maħsub li jkollha effett legali jew li tgħaddi informazzjoni għal skop legali.

1. ‘Notifika’ tinkludi l-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni li huwa maħsub li jkollha effett legali jew li tgħaddi informazzjoni għal skop legali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-formulazzjoni tat-test L-ewwel sentenza jidher li mhijiex meħtieġa peress li l-applikazzjoni ġenerali tad-dispożizzjoni diġà toħroġ mill-fatt li tinsab fil-Kapitolu dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali.

 

Emenda  80

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu japplikaw b’relazzjoni għall-komputazzjoni taż-żmien għal kwalunkwe skop skont il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni. L-ewwel paragrafu jidher li mhuwiex meħtieġ peress li l-applikazzjoni ġenerali tad-dispożizzjoni diġà toħroġ mill-fatt li tinsab fil-Kapitolu dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali.

 

Emenda  81

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn perjodu espress f’jiem, f’ġimgħat, f’xhur jew fi snin għandu jiġi kkalkolat minn avveniment, azzjoni jew żmien speċifikat, il-jum li matulu jseħħ l-avveniment, tiġri l-azzjoni jew jasal il-ħin speċifikat ma għandhomx jiġu kkunsidrati li jaqgħu fil-perjodu inkwistjoni.

Or. en

(Ara l-emenda għall-paragrafu 3)

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li jinbidel l-ordni tal-paragrafi f’konformità mar-Regulation (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien, li jinkludi r-regoli ġenerali dwar il-kalkolu taż-żmien fil-liġi tal-UE.

 

Emenda  82

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn perjodu espress f’jiem, f’ġimgħat, f’xhur jew fi snin għandu jiġi kkalkolat minn avveniment, azzjoni jew żmien speċifikat, il-jum li matulu jseħħ l-avveniment, tiġri l-azzjoni jew jasal il-ħin speċifikat ma jaqax fil-perjodu inkwistjoni.

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-paragrafu 1a)

 

Emenda  83

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 11 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fejn persuna tibgħat lil persuna oħra dokument li jiffissa perjodu ta’ żmien li fih id-destinatarju jrid iwieġeb jew jieħu azzjoni oħra imma li ma jiddikjarax meta l-perjodu għandu jibda, allura, fl-assenza ta’ indikazzjonijiet li jgħidu l-kontra, il-perjodu jiġi kkalkolat mill-mument li d-dokument jasal għand id-destinatarju.

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-paragrafu 7a)

 

Emenda  84

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 11 – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Fejn persuna tibgħat lil persuna oħra dokument li jiffissa perjodu ta’ żmien li fih id-destinatarju jrid iwieġeb jew jieħu azzjoni oħra imma li ma jiddikjarax meta l-perjodu għandu jibda, allura, fl-assenza ta’ indikazzjonijiet li jgħidu l-kontra, il-perjodu għandu jiġi kkalkolat mill-mument li fih id-dokument jasal għand id-destinatarju.

Or. en

(Ara l-emenda għall-paragrafu 6); it-test ġie emendat)

 

Emenda  85

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Artikoli 59 sa 65 japplikaw, b’adattamenti xierqa, għall-interpretazzjoni tad-dikjarazzjonijiet unilaterali li jindikaw intenzjoni.

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda tal-Artikolu 58(3a))

 

Emenda  86

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 12 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ir-regoli dwar id-difetti fil-kunsens fil-Kapitolu 5 japplikaw, b’adattamenti xierqa, għad-dikjarazzjonijet unilaterali li jindikaw intenzjoni.

imħassar

Or. en

(Ara l-emendi għall-Artikolu -48(2))

 

Emenda  87

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-kundizzjonijiet kuntrattwali.

(e) il-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom il-kummerċjant huwa lest li jikkonkludi kuntratt.

Or. en

 

Emenda  88

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 24 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kummerċjant irid jiżgura ruħu li l-kundizzjonijiet kuntrattwali msemmija fil-punt(e) tal-paragrafu 3 ikunu disponibbli f’karattri alfabetiċi jew karattri oħrajn li jinftiehmu u fuq mezz li jservi fit-tul permezz ta’ kwalunkwe appoġġ li jippermetti l-qari, ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni inkluża fit-test u r-riproduzzjoni tagħha f’forma tanġibbli.

4. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit aktar strett għal kummerċjant li jittratta ma’ konsumatur taħt is-Sezzjoni 1, il-kummerċjant irid jiżgura ruħu li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt(e) tal-paragrafu 3 ikunu disponibbli f’karattri alfabetiċi jew karattri oħrajn li jinftiehmu u fuq mezz li jservi fit-tul permezz ta’ kwalunkwe appoġġ li jippermetti l-qari, ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni inkluża fit-test u r-riproduzzjoni tagħha f’forma tanġibbli.

Or. en

 

Emenda  89

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 24 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-kummerċjant irid jikkonferma permezz ta’ mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien żejjed, li rċieva offerta jew aċċettazzjoni mibgħuta mill-parti l-oħra.

5. Il-kummerċjant irid jikkonferma permezz ta’ mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien żejjed, li rċieva offerta jew aċċettazzjoni mibgħuta mill-parti l-oħra. Tali konferma għandha turi l-kontenut tal-offerta jew tal-aċċettazzjoni.

Or. en

 

Emenda  90

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 29 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Parti li tkun naqset milli tikkonforma ma' kwalunkwe dmir impost minn dan il-Kapitolu hija responsabbli għal kwalunkwe telf ikkawżat lill-parti l-oħra b'riżultat ta' tali nuqqas.

1. Parti li tkun naqset milli tikkonforma ma' kwalunkwe dmir impost minn dan il-Kapitolu hija responsabbli skont il-Kapitolu 16 għal kwalunkwe telf ikkawżat lill-parti l-oħra b'riżultat ta' tali nuqqas.

Or. en

 

Emenda  91

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 30 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jintlaħaq ftehim billi tiġi aċċettata offerta. L-aċċettazzjoni tista' ssir b'mod espliċitu jew b'dikjarazzjonijiet jew imġiba oħra.

2. Jintlaħaq ftehim billi tiġi aċċettata offerta.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-formulazzjoni tat-test. L-Artikolu 34(1) diġà jindika li l-aċċettazzjoni tista’ ssir permezz ta’ kwalunkwe forma ta’ dikjarazzjoni jew imġiba.

 

Emenda  92

Proposta għal regolament

Anness I − Artikolu 31 − paragrafu 1 − punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ikollha kontenut u ċertezza suffiċjenti biex ikun hemm kuntratt.

(b) ikollha kontenut u ċertezza suffiċjenti biex ikun hemm kuntratt. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur offerta għandha titqies li għandha kontenut u ċertezza suffiċjenti jekk tinkludi oġġett, kwantità jew tul ta’ żmien, u prezz.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Għall-kuntratti B2C, jidher li huwa xieraq li jiġi ċċarat x’inhu l-kontenut minimu ta’ offerta.

 

Emenda  93

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu -48 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -48

 

Kamp ta' applikazzjoni

 

1. Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-annullament ta’ kuntratt għal difetti fil-kunsens u difetti simili.

 

2. Ir-regoli f’dan il-kapitolu għandhom japplikaw b’adattament xieraq għall-annullament ta’ offerta, aċċettazzjoni jew dikjarazzjoni unilaterali oħra li tindika intenzjoni, jew imġiba ekwivalenti.

Or. en

(Għall-paragrafu 2, ara l-emenda għall-Artikolu 12(4))

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

 

Emenda  94

Proposta għal regolament

Anness I − Artikolu 48 − paragrafu 1 − punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-parti, li kieku ma kienx għall-iżball, ma kinitx tikkonkludi l-kuntratt jew kienet tagħmel dan biss b’kundizzjonijiet kuntrattwali fundamentalment differenti u l-parti l-oħra kienet taf jew seta’ jkun mistenni li kienet taf dan; kif ukoll

(a) il-parti, li kieku ma kienx għall-iżball, ma kinitx tikkonkludi l-kuntratt jew kienet tagħmel dan biss b’kundizzjonijiet kuntrattwali fundamentalment differenti;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex xieraq li parti tiġi marbuta mal-iżbalji tagħha, eż. żbalji tipografiċi, billi wieħed jeżiġi responsabilità konġunta mill-parti l-oħra.

 

Emenda  95

Proposta għal regolament

Anness I − Artikolu 48 − paragrafu 1 − punt b – subpunt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) kienet il-kaġun tal-iżball;

(i) kienet il-kaġun tal-iżball; jew

Or. en

 

Emenda  96

Proposta għal regolament

Anness I − Artikolu 48 − paragrafu 1 − punt b – subpunt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) kienet il-kaġun tal-konklużjoni tal-kuntratt bl-iżball billi naqset milli tikkonforma ma’ dmir prekuntrattwali dwar għoti ta’ informazzjoni skont il-Kapitolu 2, Taqsimiet 1 sa 4;

(ii) kienet il-kaġun tal-konklużjoni tal-kuntratt bl-iżball billi naqset milli tikkonforma ma’ dmir prekuntrattwali dwar għoti ta’ informazzjoni skont il-Kapitolu 2, Taqsimiet 1 sa 4; jew

Or. en

 

Emenda  97

Proposta għal regolament

Anness I − Artikolu 48 − paragrafu 1 − punt b – subpunt iv

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) għamlet l-istess żball.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Annullament għal żball komuni jidher li huwa element barrani f’dan il-kapitolu. Tista’ tinstab soluzzjoni għal dawn il-każijiet permezz ta’ interpretazzjoni, jew tibdil fiċ-ċirkostanzi.

 

Emenda  98

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 49 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fid-determinazzjoni ta’ jekk il-bona fidi u n-negozjar ġust jeżiġux li parti tiżvela informazzjoni partikolari, għandhom jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha, inklużi:

3. Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni qed tinġieb konformi mal-Artikolu 23(2) (dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-merkanzija u s-servizzi relatati) li fih katalogu simili.

 

Emenda  99

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 49 – paragrafu 3 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-importanza apparenti tal-informazzjoni għall-parti l-oħra; kif ukoll

(e) l-importanza potenzjali tal-informazzjoni għall-parti l-oħra; kif ukoll

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni qed tinġieb konformi mal-Artikolu 23(2) (dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-merkanzija u s-servizzi relatati) li fih formulazzjoni simili. Ma hemm l-ebda raġuni l-għala l-limitu massimu għall-importanza tal-informazzjoni għall-parti l-oħra għandu jkun ogħla hawnhekk.

 

Emenda  100

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 50 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 50a

 

Partijiet terzi

 

1. Meta parti terza li għall-atti tagħha hija responsabbli persuna jew li, bil-kunsens ta’ dik il-persuna, hija involuta fit-twettiq ta’ kuntratt:

 

(a) twettaq żball, jew tkun taf bi żball jew ikun mistenni li taf bi żball, jew

 

(b) tkun ħatja ta’ frodi jew theddid jew sfruttament inġust,

 

ir-rimedji taħt dan il-Kapitolu għandhom ikunu disponibbli bħal li kieku l-aġir jew l-għarfien kien ta’ dak ta’ persuna bir-responsabbiltà jew il-persuna li tat il-kunsens.

 

2. Meta parti terza li għall-atti tagħha mhijiex responsabbli persuna jew li ma għandhiex il-kunsens ta’ dik il-persuna, li tkun involuta fit-twettiq ta’ kuntratt tkun ħatja ta’ frodi jew theddid, ir-rimedji taħt dan il-Kapitolu għandhom ikunu disponibbli jekk din il-persuna kienet taf jew seta’ jkun b’mod raġonevoli mistenni li tkun taf bil-fatt rilevanti, jew fiż-żmien tal-annullament ma aġixxietx abbażi tal-kuntratt.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Regoli fuq frodi jew theddid jew sfruttament inġust imwettaq minn partijiet terzi kienet nieqsa.

 

Emenda  101

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 55

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parti li għandha d-dritt li tannulla kuntratt taħt dan il-Kapitolu, jew li kellha tali dritt qabel ma ntilef bl-effett tal-iskadenza ta’ limiti ta’ żmien jew bl-effett ta’ konferma, hija intitolata, irrispettivament minn jekk il-kuntratt jiġix annullat jew le, għad-danni mingħand il-parti l-oħra għat-telf imġarrab minħabba l-iżball, il-frodi, it-theddid jew l-isfruttament inġust, sakemm il-parti l-oħra kienet taf jew seta’ jkun mistenni li kienet taf biċ-ċirkustanzi rilevanti.

Parti li għandha d-dritt li tannulla kuntratt taħt dan il-Kapitolu, jew li kellha tali dritt qabel ma ntilef bl-effett tal-iskadenza ta’ limiti ta’ żmien jew bl-effett ta’ konferma, hija intitolata, irrispettivament minn jekk il-kuntratt jiġix annullat jew le, għad-danni taħt il-Kapitolu 16 mingħand il-parti l-oħra għat-telf imġarrab minħabba l-iżball, il-frodi, it-theddid jew l-isfruttament inġust, sakemm il-parti l-oħra kienet taf jew seta’ jkun mistenni li kienet taf biċ-ċirkustanzi rilevanti.

Or. en

 

Emenda  102

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 58 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn parti waħda kellha l-intenzjoni li espressjoni użata fil-kuntratt ikollha tifsira partikolari, u fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt il-parti l-oħra kienet konxja jew seta’ jkun mistenni li kienet konxja minn dik l-intenzjoni, l-espressjoni għandha tiġi interpretata bil-mod intiż mill-ewwel parti.

2. Fejn parti waħda kellha l-intenzjoni li espressjoni użata fil-kuntratt jew għal imġiba ekwivalenti tifsira partikolari, u fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt il-parti l-oħra kienet konxja jew seta’ jkun mistenni li kienet konxja minn dik l-intenzjoni, l-espressjoni jew l-imġiba partikolari għandha tiġi interpretata bil-mod intiż mill-ewwel parti.

Or. en

 

Emenda  103

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 58 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-espressjonijiet użati f’kuntratt għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-kuntratt kollu.

Or. en

(Ara l-emendi għall-Artikolu 60: it-test ġie emendat)

Ġustifikazzjoni

Serje ta’ emendi huma intiżi sabiex jiġu organizzati mill-ġdid id-dispożizzjonijiet dwar l-interpretazzjoni sabiex dan il-kapitolu jkun aktar faċli biex jinqara.

 

Emenda  104

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 58 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Ir-regoli f’dan il-kapitolu għandhom japplikaw għall-interpretazzjoni ta’ offerta, aċċettazzjoni jew dikjarazzjoni unilaterali oħra li tindika intenzjoni, jew imġiba ekwivalenti b’adattamenti xierqa.

Or. en

(Ara l-emendi għall-Artikolu 12(3): it-test ġie emendat)

 

Emenda  105

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 59 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iċ-ċirkustanzi li fihom ġie konkluż, inklużi n-negozjati preliminari;

(a) iċ-ċirkustanzi li fihom ġie konkluż;

Or. en

 

Emenda  106

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 59 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-imġiba tal-partijiet, anki wara li ġie konkluż il-kuntratt;

(b) l-imġiba tal-partijiet qabel ma’ ġie konkluż il-kuntratt, matul il-konklużjoni tal-kuntratt u wara li ġie konkluż il-kuntratt;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-test.

 

Emenda  107

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 59 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-interpretazzjoni li diġà ngħatat mill-partijiet lill-espressjonijiet li huma identiċi jew simili għal dawk użati fil-kuntratt;

(c) l-interpretazzjoni li l-partijiet taw preċedentement lill-espressjonijiet li huma identiċi jew simili għal dawk użati fil-kuntratt;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-test.

 

Emenda  108

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 60

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 60

imħassar

Referenza għall-kuntratt kollu

 

L-espressjonijiet użati f’kuntratt għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-kuntratt kollu.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 58(3a))

 

Emenda  109

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 61a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 61a

 

Preferenza għal interpretazzjoni li tagħti effett lill-kundizzjonijiet kuntrattwali

 

Interpretazzjoni ddaħħal fis-seħħ il-kundizzjonijiet kuntrattwali tipprevali fuq waħda li ma tagħmilx dan.

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 63.)

 

Emenda  110

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 61b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 61b

 

Interpretazzjoni favur il-konsumaturi

 

1. Fejn ikun hemm dubju dwar it-tifsira ta’ kundizzjoni kuntrattwali bejn kummerċjant u konsumatur, għandha tipprevali l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli għall-konsumatur sakemm il-kundizzjoni ma tkunx ġiet ipprovduta mill-konsumatur.

 

2. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effetti tiegħu.

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 64.)

 

Emenda  111

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 62 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Preferenza għall-kundizzjonijiet kuntrattwali nnegozjati individwalment

Kundizzjonijiet kuntrattwali mhux innegozjati individwalment

Or. en

 

Emenda  112

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 62 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Meta, f’sitwazzjoni li ma tistax tiġi riżolta taħt l-Artikolu 64b, ikun hemm dubju dwar it-tifsira ta’ kundizzjoni kuntrattwali li ma ġietx innegozjata individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7, għandha tipprevali interpretazzjoni tal-kundizzjoni kontra l-parti li pprovdietha.

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 65.)

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 65 ġie integrat fl-Artikolu 62 peress li deher aktar ċar u faċli biex jinqara meta d-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-interpretazzjoni ta' kundizzjonijiet kuntrattwali mhux negozjati individwalment inġarbru f'artikolu wieħed. Il-formulazzjoni ġiet iċċarata.

 

Emenda  113

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 63

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 63

imħassar

Preferenza għal interpretazzjoni li tagħti effett lill-kundizzjonijiet kuntrattwali

 

Interpretazzjoni li tagħmel effettivi l-kundizzjonijiet kuntrattwali tipprevali fuq waħda li ma tagħmilx dan.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 61a)

 

Emenda  114

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 64

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 64

imħassar

Interpretazzjoni favur il-konsumaturi

 

1. Fejn ikun hemm dubju dwar it-tifsira ta’ kundizzjoni kuntrattwali bejn kummerċjant u konsumatur, għandha tipprevali l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli għall-konsumatur sakemm il-kundizzjoni ma tkunx ġiet ipprovduta mill-konsumatur.

 

2. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 61b.)

 

Emenda  115

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 65

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 65

imħassar

Interpretazzjoni kontra min jipprovdi kundizzjoni kuntrattwali

 

Meta, f’kuntratt li ma jaqax taħt l-Artikolu 64, ikun hemm dubju dwar it-tifsira ta’ kundizzjoni kuntrattwali li ma ġietx innegozjata individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7, għandha tipprevali interpretazzjoni tal-kundizzjoni kontra l-parti li pprovdietha.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 62(1a))

 

Emenda  116

Proposta għal regolament

Anness I – Titolu II – Parti III – Kapitolu 7 – Taqsima 1 (ġdida) – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima 1: Dispożizzjonijiet ġenerali

Or. en

 

Emenda  117

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 67 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-użi u l-prattiki ma jorbtux lill-partijiet sa fejn dawn ikunu f’kunflitt mal-kundizzjonijiet kuntrattwali li ġew negozjati individwalment jew ma’ kwalunkwe regola mandatorja tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

3. L-użi u l-prattiki ma jorbtux lill-partijiet sa fejn dawn ikunu f’kunflitt mal-ftehim tal-partijiet jew ma’ kwalunkwe regola mandatorja tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika:

 

Emenda  118

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 68 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali impliċita taħt il-paragrafu 1, sa fejn ikun possibbli, għandha tkun tali li tagħti effett lil dak li l-partijiet probabbilment kienu jiftiehmu, li kieku pprovdew għall-kwistjoni.

2. Kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali impliċita taħt il-paragrafu 1, sa fejn ikun possibbli, għandha tkun tali li tagħti effett lil dak li l-partijiet probabbilment kienu jiftiehmu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-formulazzjoni.

 

Emenda  119

Proposta għal regolament

Anness 1 – Artikolu 69 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-kummerċjant jagħmel dikjarazzjoni qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, lill-parti l-oħra jew pubblikament, dwar il-karatteristiċi ta’ dak li għandu jiġi pprovdut minn dak il-kummerċjant skont il-kuntratt, id-dikjarazzjoni tiġi inkorporata bħala kundizzjoni kuntrattwali ħlief jekk:

1. Meta l-kummerċjant, jew persuna involuta fir-riklamar jew il-kummerċjalizzazzjoni għall-kummerċjant, jagħmlu dikjarazzjoni qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, lill-parti l-oħra jew pubblikament, dwar il-karatteristiċi ta’ dak li għandu jiġi pprovdut minn dak il-kummerċjant skont il-kuntratt, id-dikjarazzjoni tiġi inkorporata bħala kundizzjoni kuntrattwali ħlief jekk:

Or. en

(Ara l-emenda għall-paragrafu 2.)

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 2 ġie integrat fil-paragrafu 1 sabiex tiġi ssimplifikata l-istruttura tal-Artikolu.

 

Emenda  120

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 69 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dikjarazzjoni magħmula minn persuna involuta fir-reklamar jew fil-kummerċjalizzazzjoni għall-kummerċjant titqies li tkun saret mill-kummerċjant.

imħassar

Or. en

(Ara l-emenda għall-paragrafu 1.)

 

Emenda  121

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 70

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 70

imħassar

Dmir li tinġibed l-attenzjoni għal kundizzjonijiet kuntrattwali mhux innegozjati individwalment

 

1. Il-kundizzjonijiet kuntrattwali pprovduti minn parti waħda u mhux innegozjati individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7 jistgħu jiġu invokati kontra l-parti l-oħra biss jekk il-parti l-oħra kienet taf dwarhom, jew jekk il-parti li tipprovdihom ħadet passi raġjonevoli biex tiġbed l-attenzjoni tal-parti l-oħra dwarhom, qabel jew meta ġie konkluż il-kuntratt.

 

2. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur mhux biżżejjed li l-kundizzjonijiet kuntrattwali jinġiebu għall-attenzjoni tal-konsumatur permezz ta’ sempliċi referenza għalihom f’dokument tal-kuntratt, anke jekk il-konsumatur jiffirma d-dokument.

 

3. Il-partijiet ma jistgħux jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-paragrafu 76a, it-test ġie emendat)

 

Emenda  122

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 71

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 71

imħassar

Ħlasijiet addizzjonali f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur

 

1. F’kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, kundizzjoni kuntrattwali li tobbliga lill-konsumatur biex jagħmel kwalunkwe ħlas flimkien mar-remunerazzjoni ddikjarata għall-obbligu kuntrattwali prinċipali tal-kummerċjant, b’mod partikolari fejn tkun ġiet inkorporata bl-użu ta’ għażliet predefiniti li l-konsumatur huwa meħtieġ li jirrifjuta biex jevita l-ħlas addizzjonali, ma jorbtux lill-konsumatur ħlief jekk, qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt, il-konsumatur ikun ta espressament il-kunsens tiegħu għall-ħlas addizzjonali. Jekk il-konsumatur ikun għamel il-ħlas addizzjonali, il-konsumatur jista jirkuprah.

 

2. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-paragrafu 76b)

 

Emenda  123

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 74 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-partijiet ma jistgħux jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.

2. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sabiex ma tiġix limitata wisq il-libertà ta' kuntratt fi tranżazzjoni B2B, l-Artikolu 74 għandu jkun obbligatorju biss fit-tranżazzjonijiet B2C.

 

Emenda  124

Proposta għal regolament

Anness I – Titolu II – Parti III – Kapitolu 7 – Taqsima 2 (ġdida) – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima 2: Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti bejn il-kummerċjanti u l-konsumaturi

Or. en

 

Emenda  125

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 76a (ġdid)) – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 76a

 

Obbligu li tinġibed l-attenzjoni għal kundizzjonijiet kuntrattwali mhux innegozjati individwalment

Or. en

 

 

 

Emenda  126

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 76a – paragrafu 1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1. Il-kundizzjonijiet kuntrattwali pprovduti minn kummerċjant u mhux innegozjati individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7 jistgħu jiġu invokati kontra konsumatur biss jekk il-konsumatur kienet taf dwarhom, jew jekk il-kummerċjant ħa passi raġjonevoli biex jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur dwarhom, qabel jew meta ġie konkluż il-kuntratt.

Or. en

(Ara l-emenda għall-paragrafu 70(1))

Ġustifikazzjoni

Jidher biżżejjed li jiġi previst obbligu li tinġibed l-attenzjoni għal kundizzjonijiet kuntrattwali mhux innegozjati individwalment fil-kuntratti B2C. Dan jieħu kont tat-tħassib dwar l-applikazzjoni ta' din ir-regola anki fil-kuntratti B2B.

 

Emenda  127

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 76a – paragrafu 2 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-kundizzjonijiet kuntrattwali huma meqjusa li ma nġibux suffiċjentement għall-attenzjoni tal-konsumatur sakemm mhumiex:

 

(a) ippreżentati b’mod adatt li jiġbed l-attenzjoni ta’ konsumatur għall-eżistenza tagħhom; u

 

(b) mogħtija lil konsumatur jew imqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu minn kummerċjant b'mod li jipprovdi lill-konsumatur b'opportunità li jifhimhom qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt.

Or. en

(Ara l-emenda għall-paragrafu 70(2), it-test ġie emendat)

Ġustifikazzjoni

Inqtal li l-Artikolu 70(2) jistipula biss liema imġiba mhijiex suffiċjenti sabiex il-kundizzjonijiet kuntrattwali jinġiebu għall-attenzjoni tal-konsumatur. It-test propost huwa intiż sabiex jiddeskrivi x’għandu jsir sabiex jiġi sodisfatt dan l-obbligu: kummerċjant li jipprovdi kundizzjonijiet kuntrattwali mhux negozjati individwalment jista’ jinvoka dawn il-kundizzjonijiet kontra l-konsumatur biss jekk huwa ppreżenthom b’mod adatt li jiġbed l-attenzjoni ta’ konsumatur għall-eżistenza tagħhom, li jippermetti lill-konsumatur jifhimhom qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt.

 

Emenda  128

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 76a – paragrafu 3 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3. Il-kundizzjonijiet kuntrattwali ma jitqisux li nġiebu għall-attenzjoni tal-konsumatur b’mod suffiċjenti permezz ta’ sempliċi referenza għalihom f’dokument tal-kuntratt, anke jekk il-konsumatur jiffirma d-dokument.

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 70(2))

 

 

Emenda  129

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 76a – paragrafu 4 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effetti tiegħu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-paragrafu 70(3)

 

Emenda  130

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 76b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 76b

 

Ħlasijiet addizzjonali f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur

 

1. F’kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, kundizzjoni kuntrattwali li tobbliga lill-konsumatur biex jagħmel kwalunkwe ħlas flimkien mar-remunerazzjoni ddikjarata għall-obbligu kuntrattwali prinċipali tal-kummerċjant, b’mod partikolari fejn tkun ġiet inkorporata bl-użu ta’ għażliet predefiniti li l-konsumatur huwa meħtieġ li jirrifjuta biex jevita l-ħlas addizzjonali, ma jorbtux lill-konsumatur ħlief jekk, qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt, il-konsumatur ikun ta espressament il-kunsens tiegħu għall-ħlas addizzjonali. Jekk il-konsumatur ikun għamel il-ħlas addizzjonali, il-konsumatur jista jirkuprah.

 

2. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.

Or. en

(Ara l-emenda għall-paragrafu 71.)

 

 

Emenda  131

Proposta għal regolament

Anness I − Artikolu 86 − paragrafu 1 − punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tkun ta’ natura tali li l-użu tagħha jiddevja ferm minn prattika kummerċjali tajba, kontra l-bona fidi u n-negozjar ġust.

(b) tkun ta’ natura tali li l-użu tagħha jiddevja ferm minn użanzi kummerċjali, kontra l-bona fidi u n-negozjar ġust.

Or. en

 

Emenda  132

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 88 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-parti li ma tkunx tista’ twettaq l-obbligi għandha dmir li tiżgura li notifika tal-impediment u tal-effett tiegħu fuq il-kapaċità li twettaq l-obbligi tasal għand il-parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed wara li l-ewwel parti ssir, jew seta’ jkun mistenni li saret, konxja minn dawn iċ-ċirkustanzi. Il-parti l-oħra hija intitolata għad-danni għal kwalunkwe telf li jirriżulta minn ksur ta’ dan id-dmir.

3. Il-parti li ma tkunx tista’ twettaq l-obbligi għandha dmir li tiżgura li notifika tal-impediment u tal-effett tiegħu fuq il-kapaċità li twettaq l-obbligi tasal għand il-parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed wara li l-ewwel parti ssir, jew seta’ jkun mistenni li saret, konxja minn dawn iċ-ċirkustanzi. Il-parti l-oħra hija intitolata għad-danni taħt il-Kapitolu 16 għal kwalunkwe telf li jirriżulta minn ksur ta’ dan id-dmir.

Or. en

 

Emenda  133

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 89 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-parti leża ma assumietx, u ma setax jiġi raġonevolment meqjus li assumiet, ir-riskju ta’ dik il-bidla fiċ-ċirkustanzi.

(c) il-parti leża, abbażi tal-bidla ta’ ċirkustanzi, ma assumietx, u ma setax jiġi raġonevolment meqjus li assumiet, ir-riskju ta’ dik il-bidla fiċ-ċirkustanzi.

Or. en

 

 

Emenda  134

Proposta għal regolament

Anness I − Artikolu 91 − paragrafu 1 − punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jittrasferixxi l-proprjetà tal-merkanzija, inkluż il-mezz tanġibbli li fuqu ġie pprovdut il-kontenut diġitali;

(b) jittrasferixxi jew jintrabat li jittrasferixxi l-proprjetà tal-merkanzija, inkluż il-mezz tanġibbli li fuqu ġie pprovdut il-kontenut diġitali;

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-addizzjoni tiċċara, fid-dawl tal-Artikolu 91a l-ġdid dwar iż-żamma ta’ titlu, li l-proprjetà ma għandhiex tiġi trasferita immedjatament (li telimina kull żamma ta’ titlu).

 

Emenda  135

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 91a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 91a

 

Żamma ta’ titlu

 

Jekk kien hemm qbil fuq kwalsola relatata maż-żamma ta’ titlu, il-bejjiegħ mhuwiex obbligat jittrasferixxi s-sjieda tal-merkanzija sakemm ix-xerrej ikun wettaq l-obbligu ta’ ħlas tal-prezz kif miftiehem f’dik il-klawsola.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-addizzjoni ta' klawsola relatata maż-żamma ta’ titolu tissodisfa bżonn prattiku. Il-formulazzjoni proposta tikkjarifika li l-klawsoli relatati maż-żamma ta’ titoli jistgħu jiġu miftiehma meta l-partijiet jaqblu li japplikaw CESL għall-kuntratt tagħhom. B'mod simili għall-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Ħlas Tard, it-test propost huwa limitat għall-aspett tal-obbligu tal-klawsola relatata maż-żamma ta’ titlu, filwaqt li l-liġi tal-proprjetà sostantiva tibqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

 

Emenda  136

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 95 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn iż-żmien tal-kunsinna ma jistax jiġi ddeterminat b’mod ieħor, il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jridu jiġi kkonsenjati mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt.

1. Fejn iż-żmien tal-kunsinna ma jistax jiġi ddeterminat b’mod ieħor, il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jridu jiġi kkonsenjati fi żmien raġjonevoli wara li jkun ġie konkluż il-kuntratt.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-bidla proposta tallinja d-dispożizzjoni mal-Artikolu 33(c) tal-CISG. Id-dispożizzjoni għal kuntratti B2C fil-paragrafu 2 li tiffissa skadenza għal kunsinna ta’ tletin ġurnata tibqa’ l-istess.

 

Emenda  137

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 98

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 98

imħassar

Effett fuq it-trasferiment tar-riskju

 

L-effett tal-kunsinna fuq it-trasferiment tar-riskju huwa rregolat mill-Kapitolu 14.

 

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni tiddikjara l-ovvju u mhijiex neċessarja.

 

Emenda  138

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 100 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jkollhom tali kwalitajiet u kapaċitajiet ta’ prestazzjoni kif ix-xerrej jista’ raġonevolment jistenna. Meta jiġi determinat dak li jista’ jistenna konsumatur mill-kontenut diġitali għandu jiġi kkunsidrat jekk il-kontenut diġitali ġiex ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz jew le.

(g) jkollhom tali kwalitajiet u kapaċitajiet ta’ prestazzjoni kif ix-xerrej jista’ raġonevolment jistenna skont l-Artikolu 5(2). Meta jiġi determinat dak li jista’ jistenna konsumatur mill-kontenut diġitali għandu jiġi kkunsidrat jekk il-kontenut diġitali ġiex ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz jew le jew kwalunkwe prestazzjoni bħala korrispettiv ieħor.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-riferenza għall-Artikolu 5 tiċċara li dak li jista’ jistenna konsumatur għandu jiġi definit minn din id-dispożizzjoni. Ir-riferenza għal “prestazzjoni bħala korrispettiv” hija bidla konsegwenzjali għal bidliet proposti fl-Artikolu 107.

 

Emenda  139

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 102 – subparagrafi 3 u 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. F'kuntratti bejn negozji, il-paragrafu 2 ma japplikax fejn ix-xerrej kien jaf jew kien mistenni li jkun jaf dwar id-drittijiet jew pretensjonijiet ibbażati fuq il-proprjetà intellettwali fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt.

3. Il-paragrafu 2 ma japplikax

 

(a) f'kuntratti bejn negozji, fejn ix-xerrej kien jaf jew kien mistenni li jkun jaf dwar id-drittijiet jew pretensjonijiet ibbażati fuq il-proprjetà intellettwali fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt.

4. F'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, il-paragrafu 2 ma japplikax fejn il-konsumatur kien jaf dwar id-drittijiet jew pretensjonijiet ibbażati fuq il-proprjetà intellettwali fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt.

(b) f'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, fejn il-konsumatur kien jaf dwar id-drittijiet jew pretensjonijiet ibbażati fuq il-proprjetà intellettwali fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-istruttura tal-Artikolu.

 

Emenda  140

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 103

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 103

imħassar

Limitazzjoni fuq il-konformità tal-kontenut diġitali

 

Il-kontenut diġitali ma jitqiesx li ma jikkonformax mal-kuntratt għall-unika raġuni li kontenut diġitali aġġornat sar disponibbli wara l-konklużjoni tal-kuntratt.

 

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni pjuttost tiżgwida milli tikkjarifika. L-Artikolu 100 huwa d-dispożizzjoni ġenerali applikabbli fid-determinazzjoni tal-konformità u n-nuqqas ta’ konformità.

 

Emenda  141

Proposta għal regolament

Anness 1 – Artikolu 106 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mill-bejjiegħ, ix-xerrej jista’ jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji li ġejjin:

1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mill-bejjiegħ, ix-xerrej jista', meta jiġu sodisfatti r-rekwiżiti speċifiċi għar-rimedji rispettivi, jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji li ġejjin:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika li l-paragrafu 1 huwa l-unika dispożizzjoni ġenerali li telenka r-rimedji possibbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq. Ir-rekwiżiti speċifiċi għar-rimedji rispettivi japplikaw.

 

Emenda  142

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 106 – paragrafu 3 – punt a – kliem introduttorju u punt i (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) id-drittijiet tax-xerrej mhumiex soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-bejjiegħ; u

(a) id-drittijiet tax-xerrej mhumiex soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-bejjiegħ, ħlief meta

 

(i) dawn jirrigwardaw merkanizija jew kontenut diġitali, li huma manifatturati, prodotti jew modifikati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew li huma ċarament personalizzati; or

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kif is-CESL hija proposta, il-konsumatur għandu d-dritt jittermina kuntratt immedjatament minħabba in-nuqqas ta’ konformità mhux insinifikanti (Artikolu 114(2)) fil-każijiet kollha ta’ bejgħ ta’ merkanzija jew provvista ta’ kontenut diġitali, iżda huwa għandu jippermetti d-dritt ta’ ssanar fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizzi relatat (Artikolu 155(2)). Dan iwassal għal riżultati diversi mhux suġġetti għad-dritt ta’ ssanar tax-xerrej fil-każijiet ta’ kuntratti ta’ bejgħ li fattwalment ukoll fihom element ta’ servizz, bħall-bejgħ ta’ merkanzija manifatturata skont ordni jew merkanzija personalizzata (pereżempju libsa magħmula minn ħajjat) jew kontenut diġitali. Il-bidla proposta twettaq l-aġġustament neċessarju.

 

Emenda  143

Proposta għal regolament

Anness I − Artikolu 106 − paragrafu 3 − punt a – punt ii (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Alternattiva 1 [Emenda alternattiva għall-emendi fl-Artikolu 119 u l-Artikolu 174(1) sa (1b)]

 

(ii) il-konsumatur jinnotifika l-kummerċjant dwar in-nuqqas ta’ konformità aktar minn sitt xhur wara li r-riskju jkun għadda lill-konsumatur.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija parti minn għadd ta’ emendi li jirrigwardaw diversi alternattivi li r-rapporteurs jixtiequ li jkun hemm diskussjoni dwarhom fir-rigward tal-aġġustamenti fuq il-bilanċ bejn id-dritt tax-xerrej li jtemm il-kuntratt u d-dritt ta’ ssanar tal-bejjiegħ. Ir-rapporteurs jixtiequ jenfasizzaw li dawn il-possibbiltajiet huma proposti b’mod alternattiv u bl-ebda mod mhuma kumulattivi. Din l-emenda tintroduċi skadenza ta’ sitt xhur wara li r-riskju jkun għadda lix-xerrej, u wara li jiskadi t-terminu x-xerrej jkollu jaċċetta l-issanar.

 

Emenda  144

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 106 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-bejjiegħ ikun skużat, ix-xerrej jista’ jirrikorri għal kwalunkwe wieħed mir-rimedji msemmija fil-paragrafu 1 ħlief li jeżiġi t-twettiq u d-danni.

4. Jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-bejjiegħ ikun skużat, ix-xerrej jista’ jirrikorri għal kwalunkwe wieħed mir-rimedji msemmija fil-paragrafu 1 ħlief li jitlob għad-danni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur taħt is-CESL ma għandux jaqa’ taħt l-istandard minimu tad-Direttiva dwar il-Bejgħ lill-Konsumatur (Artikolu 3(5)), li jkun il-każ kieku l-bejjiegħ ikun jista’ jirrifjuta t-tiswija jew it-tibdil fil-każ li l-kunsinna tal-merkanzija mhux konformi tiġi skużata.

 

Emenda  145

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 107

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Limitazzjoni ta’ rimedji għall-kontenut diġitali li ma jkunx ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz

Limitazzjoni ta’ rimedji għall-kontenut diġitali li ma jkunx ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz jew kwalunkwe prestazzjoni bħala korrispettiv

 

- 1. Fejn il-kontenut diġitali jkun ipprovdut inkambju għall-prestazzjoni bħala korrispettiv minflok il-ħlas ta’ prezz, ix-xerrej jista’ jirrikorri għal kwalunkwe rimedju msemmi fl-Artikolu 106(1) ħlief għat-tnaqqis fil-prezz taħt il-punt (d).

Fejn il-kontenut diġitali ma jkunx ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz, ix-xerrej ma jistax jirrikorri għar-rimedji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 106(1). Ix-xerrej jista’ biss jitlob id-danni taħt il-punt (e) tal-Artikolu 106(1) għal telf jew ħsara kkawżata lill-proprjetà tax-xerrej, inkluż ħardwer, softwer u dejta, permezz tan-nuqqas ta’ konformità tal-kontenut diġitali fornut, ħlief għal kwalunkwe qligħ li x-xerrej ikun ġie mċaħħad minnu minħabba dan id-dannu.

1. Fejn il-kontenut diġitali ma jkunx ipprovdut inkambju għal kwalunkwe prestazzjoni bħala korrispettiv, ix-xerrej ma jistax jirrikorri għar-rimedji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 106(1). Ix-xerrej jista’ biss jitlob id-danni taħt il-punt (e) tal-Artikolu 106(1) għal telf jew ħsara kkawżata lill-proprjetà tax-xerrej, inkluż ħardwer, softwer u dejta, permezz tan-nuqqas ta’ konformità tal-kontenut diġitali fornut, ħlief għal kwalunkwe qligħ li x-xerrej ikun ġie mċaħħad minnu minħabba dan id-dannu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Is-CESL tkopri wkoll każijiet fejn il-kontenut diġitali mhuwiex provdut għall-ħlas ta’ prezz (Artikolu 5(b)). L-Artikolu 107 kif propost, mandankollu, jillimita r-rimedji tax-xerrej wisq u ma jiħux kont tal-każijiet fejn ix-xerrej ma jħallasx flus iżda jrid xorta jwettaq prestazzjoni bħala korrispettiv, bħall-għoti ta' data personali. Il-paragrafu 1 jippermetti r-rikors f'dawn il-każijiet għar-rimedji kollha taħt is-CEFL, ħlief għal tnaqqis fil-prezz (peress li l-ebda flus ma tħallsu). Il-paragrafu 2 iżżomm il-limitazzjoni tar-rimedji għad-danni, iżda dan biss f’każijiet fejn il-kontenut ikun ġie provdut verament b’xejn.

 

Emenda  146

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 109 – paragrafu 4 – punt -a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) jekk ix-xerrej huwa konsumatur, ir-rimedji tax-xerrej mhumiex suġġetti għad-dritt ta’ ssanar mill-bejjiegħ taħt il-punt (a) tal-Artikolu 106(3);

Or. en

(Bidla konsegwenzjali għall-emenda għall-Artikolu 106(3)(a))

 

Emenda  147

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 109 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-bejjiegħ għandu perjodu raġonevoli biex jissalva l-kuntratt meta l-pagamenti ma jkunux ġew irrispettati.

5. Il-bejjiegħ għandu perjodu raġonevoli biex jissalva l-kuntratt meta l-pagamenti ma jkunux ġew irrispettati. F’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur, il-perjodu raġonevoli ma għandux jeċċedi 30 ġurnata.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jidher xieraq li tiġi ffissata skadenza għad-dritt ta’ ssanar fil-kuntratti B2C. Il-perjodu ta’ tletin ġurnata jikkorrispondi għall-perjodu previst għall-kunsinna fil-kuntratti B2C (Artikolu 95(2)).

 

Emenda  148

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 109 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Minkejja l-issanar, ix-xerrej iżomm id-dritt li jitlob id-danni għal dewmien kif ukoll għal kwalunkwe ħsara kkawżata jew mhux impedita mill-issanar.

7. Minkejja l-issanar, ix-xerrej iżomm id-dritt li jitlob id-danni taħt Kapitolu 16 għal dewmien kif ukoll għal kwalunkwe ħsara kkawżata jew mhux impedita mill-issanar.

Or. en

 

Emenda  149

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 110 – paragrafi 1 u 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ix-xerrej huwa intitolat li jeżiġi li l-bejjiegħ iwettaq l-obbligi tiegħu.

1. Ix-xerrej huwa intitolat li jeżiġi li l-bejjiegħ iwettaq l-obbligi tiegħu li jinkludi r-rimedjar, mingħajr ħlas, ta’ twettiq ta’ obbligi li ma jkunx konformi mal-kuntratt.

2. It-twettiq tal-obbligi li jista’ jintalab jinkludi r-rimedjar mingħajr ħlas ta’ twettiq ta’ obbligi li ma jkunx konformi mal-kuntratt.

 

Or. en

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-istruttura tad-dispożizzjoni..

 

Emenda  150

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 119 – paragrafi 1 u 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Alternattiva 2 [Emenda alternattiva għall-emendi fl-Artikolu 106(3)(a)(ii) u l-Artikolu 174(1) sa (1b)]

1. Ix-xerrej jitlef id-dritt għat-terminazzjoni taħt din it-Taqsima jekk in-notifika ta’ terminazzjoni ma tingħatax fi żmien raġonevoli minn meta rriżulta d-dritt jew minn meta x-xerrej sar, jew seta’ jkun mistenni li sar, konxju min-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.

1. Ix-xerrej jitlef id-dritt għat-terminazzjoni taħt din it-Taqsimam jekk in-notifika ta’ terminazzjoni ma tingħatax fi żmien raġonevoli minn meta rriżulta d-dritt jew minn meta x-xerrej sar, jew jekk ix-xerrej huwa kummerċjant dak il-kummerċjant seta’ jkun mistenni li sar, konxju min-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.

2. Il-paragrafu 1 ma japplikax:

2. Il-paragrafu 1 ma japplikax meta ma tkun twettqet l-ebda prestazzjoni.

(a) fejn ix-xerrej ikun konsumatur; or

 

(b)ma ġie offrut l-ebda twettiq ta’ obbligi.

 

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda li parti minn għadd ta’ emendi li jirrigwardaw diversi alternattivi li r-rapporteurs jixtiequ li jkun hemm diskussjoni dwarhom fir-rigward tal-aġġustamenti fuq il-bilanċ bejn id-dritt tax-xerrej li jtemm il-kuntratt u d-dritt ta’ ssanar tal-bejjiegħ. Ir-rapporteurs jixtiequ jenfasizzaw li dawn il-possibbiltajiet huma proposti b’mod alternattiv u bl-ebda mod mhuma kumulattivi. Din l-emenda testendi r-rekwiżit li l-avviż ta’ terminazzjoni għandu jingħata fi żmien raġonevoli wara li x-xerrej isir konxju tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ kuntratti B2C (filwaqt li ċertu livell ta’ għarfien jibqa’ rilevanti għall-kuntratti B2B biss).

 

Emenda  151

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 120 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Xerrej li jnaqqas il-prezz ma jistax jirkupra wkoll id-danni għat-telf li ġie kkumpensat b’dan il-mod imma jibqa’ intitolat għad-danni għal kwalunkwe telf ulterjuri li ġarrab.

3. Xerrej li jnaqqas il-prezz ma jistax jirkupra wkoll id-danni taħt il-Kapitolu 16 għat-telf li ġie kkumpensat b’dan il-mod imma jibqa’ intitolat għad-danni għal kwalunkwe telf ulterjuri li ġarrab.

Or. en

 

Emenda  152

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 121 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F’kuntratt bejn kummerċjanti, ix-xerrej huwa mistenni li jeżamina l-merkanzija, jew iqabbad lil xi ħadd jeżaminaha, fl-iqsar perjodu li jkun raġonevoli fiċ-ċirkustanzi, li ma jeċċedix 14-il jum mid-data tal-kunsinna tal-merkanzija, tal-fornitura tal-kontenut diġitali jew tal-fornitura tas-servizzi relatati.

1. F’kuntratt bejn kummerċjanti, ix-xerrej huwa mistenni li jeżamina l-merkanzija jew il-kontenut diġitali, jew iqabbad lil xi ħadd jeżaminaha, fl-iqsar perjodu li jkun raġonevoli fiċ-ċirkustanzi, li ma jeċċedix 14-il jum mid-data tal-kunsinna tal-merkanzija, tal-fornitura tal-kontenut diġitali jew tal-fornitura tas-servizzi relatati.

Or. en

 

Emenda  153

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 122 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F’kuntratt bejn kummerċjanti, ix-xerrej ma jistax jinvoka n-nuqqas ta’ konformità jekk ix-xerrej ma jinnotifikax lill-bejjiegħ fi żmien raġonevoli fejn jispeċifika n-natura tan-nuqqas ta’ konformità.

1. F’kuntratt bejn kummerċjanti, ix-xerrej ma jistax jinvoka n-nuqqas ta’ konformità jekk ix-xerrej ma jinnotifikax lill-bejjiegħ fi żmien raġonevoli fejn jispeċifika n-natura tan-nuqqas ta’ konformità. Madankollu, ix-xerrej jista’ xorta jnaqqas il-prezz jew jitlob għal danni, ħlief għal telf ta’ profitt, jekk huwa għandu skuża raġonevoli għan-nuqqas tiegħu li jagħti n-notifika rikjesta.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-addizzjoni tikkorrispondi għall-Artikolu 44 CISG

 

Emenda  154

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 123 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-punt (a) tal-paragrafu 1 ma japplikax għal kuntratti għall-fornitura ta’ kontenut diġitali fejn il-kontenut diġitali ma jiġix ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz.

2. Għall-kuntratti għall-fornitura ta’ kontenut diġitali

 

(a) il-punt (a) tal-paragrafu 1 ma japplikax għal kuntratti għall-fornitura ta’ kontenut diġitali fejn il-kontenut diġitali ma jiġix ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz.

 

(b) il-punt (b) tal-paragrafu 1 ma japplikax meta l-kontenut diġitali mhuwiex provdut fuq mezz tanġibbli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Jidher xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni mill-obbligu tax-xerrej li jieħu l-kunsinna f’każijiet fejn il-kontenut diġitali ma jiġix provdut fuq mezz tanġibbli. Tali kontenut diġitali jista’ jikkawża ħsara għax-xerrej; u l-bejjiegħ ma jġarrabx spejjeż ta’ ħażna. Għalhekk ix-xerrej ma għandux ikun obbligat jieħu l-kunsinna.

 

Emenda  155

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 127 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn il-bejjiegħ jaċċetta ħlas minn parti terza f'ċirkustanzi mhux koperti mill-paragrafi 1 u 2 ix-xerrej huwa meħlus mir-responsabbiltà fil-konfront tal-bejjiegħ iżda l-bejjiegħ huwa responsabbli lejn ix-xerrej għal kull telf ikkawżat b'dik l-aċċettazzjoni.

4. Fejn il-bejjiegħ jaċċetta ħlas minn parti terza f'ċirkustanzi mhux koperti mill-paragrafi 1 u 2 ix-xerrej huwa meħlus mir-responsabbiltà fil-konfront tal-bejjiegħ iżda l-bejjiegħ huwa responsabbli lejn ix-xerrej taħt il-Kapitolu 16 għal kull telf ikkawżat b'dik l-aċċettazzjoni.

Or. en

 

Emenda  156

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 131 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mix-xerrej, il-bejjiegħ jista’ jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji li ġejjin:

1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mix-xerrej, il-bejjiegħ jista', meta jiġu sodisfatti r-rekwiżiti speċifiċi għar-rimedji rispettivi, jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji li ġejjin:

Or. en

 

Emenda  157

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 131 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk in-nuqqas ta’ twettiq tax-xerrej ikun skużata, il-bejjiegħ jista’ jirrikorri għal kwalunkwe wieħed mir-rimedji msemmija fil-paragrafu 1 ħlief li jeżiġi t-twettiq u d-danni.

2. Jekk in-nuqqas ta’ twettiq tax-xerrej ikun skużat, il-bejjiegħ jista’ jirrikorri għal kwalunkwe wieħed mir-rimedji msemmija fil-paragrafu 1 ħlief li jitlob għad-danni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla tirrifletti l-adattament magħmul fl-Artikolu 106(4).

 

Emenda  158

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 143 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żmien meta r-riskju jiġi ttrasferit

Trasferiment tar-riskju f’kuntratti bejn kummerċjanti

Or. en

 

Emenda  159

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 143 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1 huwa soġġett għall-Artikoli 144, 145 u 146.

2. Jekk il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej u x-xerrej ikun konxju minn dan, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej fiż-żmien meta l-merkanzija jew il-kontenut diġitali suppost li ttieħdu, sakemm ix-xerrej ma kienx intitolat li jissospendi t-teħid tal-kunsinna skont l-Artikolu 113.

 

Jekk il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej f’post ieħor għajr il-post tan-negozju tal-bejjiegħ, ir-riskju jiġi ttrasferit meta tkun dovuta l-kunsinna u x-xerrej ikun konxju mill-fatt li l-merkanzija jew il-kontenut diġitali tqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej f’dak il-post.

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 144.)

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 3 ġew magħquda f’artikolu wieħed għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni.

 

Emenda  160

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 143 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. F’kuntratt ta’ bejgħ li jinvolvi t-trasport ta’ merkanzija, kemm jekk il-bejjiegħ ikun awtorizzat iżomm id-dokumenti li jikkontrollaw id-disponiment tal-merkanzija u kemm jekk le:

 

(a) jekk il-bejjiegħ ma jkunx marbut li jgħaddi l-merkanzija f’post partikolari, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej meta l-merkanzija tgħaddi għand l-ewwel trasportatur biex tiġi trażmessa lix-xerrej skont il-kuntratt;

 

(b) jekk il-bejjiegħ ikun marbut li jgħaddi l-merkanzija lil trasportatur f’post partikolari, ir-riskju ma jiġix ittrasferit lix-xerrej sakemm il-merkanzija ma tgħaddix għand it-trasportatur f’dak il-post.

Or. en

(Ara l-emendi għall-Artikolu 145: l-istruttura nbidlet)

 

Emenda  161

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 143 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.Fil-każ ta’ merkanzija mibjugħa fi tranżitu, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej minn meta l-merkanzija tgħaddi għand l-ewwel trasportatur jew meta l-kuntratt jiġi konkluż, skont iċ-ċirkustanzi. Ir-riskju ma jiġix trasferit lix-xerrej jekk, fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, il-bejjiegħ kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf li l-merkanzija ntilfet jew saritilha l-ħsara u ma żvelax dan lix-xerrej.

Or. en

(Ara l-emendi għall-Artikolu 146: it-test ġie emendat)

 

Emenda  162

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 144

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 144

imħassar

Merkanzija mqiegħda għad-dispożizzjoni tax-xerrej

 

1. Jekk il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej u x-xerrej ikun konxju minn dan, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej fiż-żmien meta l-merkanzija jew il-kontenut diġitali suppost li ttieħdu, sakemm ix-xerrej ma kienx intitolat li jissospendi t-teħid tal-kunsinna skont l-Artikolu 113.

 

2. Jekk il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej f’post ieħor għajr il-post tan-negozju tal-bejjiegħ, ir-riskju jiġi ttrasferit meta tkun dovuta l-kunsinna u x-xerrej ikun konxju mill-fatt li l-merkanzija jew il-kontenut diġitali tqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej f’dak il-post.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 143(2))

 

Emenda  163

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 145

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 145

imħassar

Trasport tal-merkanzija

 

1. Dan l-Artikolu japplika għal kuntratt ta’ bejgħ li jinvolvi t-trasport ta' merkanzija.

 

2. Jekk il-bejjiegħ ma jkunx marbut li jgħaddi l-merkanzija f’post partikolari, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej meta l-merkanzija tgħaddi għand l-ewwel trasportatur biex tiġi trażmessa lix-xerrej skont il-kuntratt.

 

3. Jekk il-bejjiegħ ikun marbut li jgħaddi l-merkanzija lil trasportatur f’post partikolari, ir-riskju ma jiġix ittrasferit lix-xerrej sakemm il-merkanzija ma tgħaddix għand it-trasportatur f’dak il-post.

 

4. Il-fatt li l-bejjiegħ ikun awtorizzat iżomm id-dokumenti li jikkontrollaw id-disponiment tal-merkanzija ma jaffettwax it-trasferiment tar-riskju.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 143(3))

 

Emenda  164

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 146

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 146

imħassar

Merkanzija mibjugħa fi tranżitu

 

1. Dan l-Artikolu japplika għal kuntratt ta’ bejgħ li jinvolvi merkanzija mibjugħa fi tranżitu.

 

2. Ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej miż-żmien meta l-merkanzija tgħaddi għand l-ewwel trasportatur. Madankollu, jekk iċ-ċirkustanzi jindikaw dan, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej meta l-kuntratt jiġi konkluż.

 

3. Jekk fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, il-bejjiegħ kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf li l-merkanzija ntilfet jew saritilha l-ħsara u ma żvelax dan lix-xerrej, it-telf jew il-ħsara jkunu b’riskju għall-bejjiegħ.

 

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 143(4))

 

 

Emenda  165

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 155 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jitlob id-danni.

(e) jitlob id-danni taħt il-Kapitolu 16.

Or. en

 

Emenda  166

Proposta għal regolament

Anness I − Artikolu 155 − paragrafu 5 − punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) b’relazzjoni għad-dritt ta’ ssanar tal-fornitur ta’ servizzi, f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur, il-perjodu raġonevoli taħt l-Artikolu 109(5) m’għandux jeċċedi 30 jum;

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu għall-issanar fil-kuntratti B2C jista’ jitħassar jekk jiżdied fid-dispożizzjoni ġenerali dwar l-issanar fil-kuntratti ta’ bejgħ, Artikolu 109(5).

 

Emenda  167

Proposta għal regolament

Anness I − Artikolu 157 − paragrafu 1 − punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jitlob l-imgħax fuq il-prezz jew id-danni.

(d) jitlob l-imgħax fuq il-prezz jew id-danni taħt il-Kapitolu 16.

Or. en

 

Emenda  168

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 172 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Restituzzjoni mal-annullament jew mat-terminazzjoni

Restituzzjoni fil-każ ta’ annullament, terminazzjoni jew invalidità

Or. en

Ġustifikazzjoni

Għadd ta’ emendi huma diretti lejn ir-riformulazzjoni tal-kapitolu dwar ir-restituzzjoni peress li ġew identifikati numru ta’ naqqasijiet. Il-proposti huma intiżi sabiex jinkisbu riżultati aktar konsistenti u bilanċjati u sabiex jiġu kkompletati u kjarifikati d-dispożizzjonijiet kif ukoll il-provvediment ta’ soluzzjonijiet prattiċi għall-fornitura ta’ kontenut diġitali meta ngħata inkambju ta’ prestazzjoni bħala korrispettiv aktar milli l-ħlas ta’ prezz.

 

Emenda  169

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 172 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn kuntratt jiġi annullat jew itterminat minn kwalunkwe waħda mill-partijiet, kull parti hija obbligata tirritorna dak li dik il-parti ('il-benefiċjarju') tkun irċeviet mingħand il-parti l-oħra.

1. Fejn kuntratt jew parti mill-kuntratt jiġi annullat jew itterminat minn kwalunkwe waħda mill-partijiet jew ikun invalidu jew mhux vinkolanti għar-raġunijiet li mhumiex l-annullament jew it-terminazzjoni, kull parti hija obbligata tirritorna dak li dik il-parti ('il-benefiċjarju') tkun irċeviet mingħand il-parti l-oħra taħt il-kuntratt affettwat jew parti minnu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifiki għal annullament jew it-terminazzjoni parzjali (ara l-Artikolu 117) u għall-każijiet fejn il-kuntratt ikun invalidu jew mhux vinkolanti peress li x-xerrej ma jkunx wettaq ċertu obbligu jew issodisfa rekwiżit speċifiku (eż. l-Artikoli 19(4), 25(2), 71(1), 72(3), 79(2), 167(3) u 170(1)).

 

Emenda  170

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 172 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Ir-restituzzjoni għandha ssir mingħajr dewmien bla bżonn u f’kull każ mhux aktar tard minn erbatax-il ġurnata min-notifika ta’ annullament jew terminazzjoni. Meta l-benefiċjarju jkun konsumatur, din l-iskadenza għandha tiġi kkunsidrata li ġiet osservata jekk il-konsumatur jieħu l-passi neċessarji qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ erbatax-il ġurnata.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika fir-rigward taż-żmien ta’ restituzzjoni. Is-soluzzjoni proposta tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju ta’ dritt għal irtirar (Artikoli 44(1) u 45(1), b’mod konformi mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur).

 

Emenda  171

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 172 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-benefiċjarju jġarrab l-ispejjeż tar-ritorn ta’ dak li ġie rċevut.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika fir-rigward tal-ispejjeż ta’ restituzzjoni. Is-soluzzjoni proposta tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju ta’ dritt għal irtirar (Artikolu 44(2), b’mod konformi mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur).

 

Emenda  172

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 172 – paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Parti tista’ tastjeni milli twettaq l-obbligu ta’ restituzzjoni, meta dik il-parti għandha interess leġittimu li tagħmel dan, pereżempju meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi determinata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ konformità.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika:

 

Emenda  173

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 172 – paragrafu 2d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ta’ restituzzjoni jew ta’ ħlas taħt dan il-Kapitolu minn parti waħda, il-parti l-oħra tista’ titlob għad-danni taħt l-Artikoli 159 sa 163.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika:

 

Emenda  174

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 172a (ġdid)) – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 172a

 

Ir-restituzzjoni ta’ kontenut diġitali u r-restituzzjoni tal-prestazzjoni bħala korrispettiv fil-każ ta’ fornitura ta’ kontenut diġitali

Or. en

 

Emenda  175

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 172a (ġdid) – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1. Il-kontenut diġitali jista’ jkun is-suġġett ta’ restituzzjoni meta:

 

(a) il-kontenut diġitali kien provdut fuq mezz tanġibbli u l-mezz għadu siġillat jew il-bejjiegħ ma ssiġillax il-mezz qabel il-kunsinna;

 

(b) huwa f’kull każ evidenti li l-benefiċjarju li bagħat lura mezz tanġibbli ma setax żamm kopja utilizzabbli tal-kontenut diġitali; jew

 

(c) il-bejjiegħ jista’, mingħajr sforz jew spiża sinifikanti, jimpedixxi kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali min-naħa tal-benefiċjarju, pereżempju billi jħassar il-kont ta' utent tal-benefiċjarju.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut diġitali jista’ jkun is-suġġett ta’ restituzzjoni meta ma jistax jintuża aktar min-naħa tax-xerrej, inkluż f’każijiet fejn il-mezz tanġibbli għadu ssiġillat, meta x-xerrej ma setax żamm kopja utilizzabbli (eż. kontenut li għadu blokkat permezz ta' miżura teknika ta' protezzjoni jew li wasal b'difett li jkun impossibbli li dan jintuża) jew meta l-bejjiegħ jista', mingħajr sforz jew spiża sinifikanti, jimpedixxi kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali mix-xerrej (eż. billi jħassar il-kont ta’ utent tal-benefiċjarju). F’dawn il-każijiet kollha ix-xerrej ma għandux ikun obbligat iħallas il-valur monetarju.

 

Emenda  176

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 172a (ġdid) – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. Il-benefiċjarju tal-kontenut diġitali provdut fuq mezz tanġibbli li jista' jkun is-suġġett ta' restituzzjoni skont il-paragrafu 1(a) u (b) għandu jiġi kkunsidrat li ssodisfa l-obbligu ta' restituzzjoni meta jibgħat lura l-mezz tanġibbli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar x’għandu jagħmel il-benefiċjarju ta’ kontenut diġitali provdut fuq mezz tanġibbli li jista' jkun is-suġġett ta' restituzzjoni (eż. billi jibgħat lura s-CD).

 

Emenda  177

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 172a (ġdid) – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3. Meta l-kontenut diġitali huwa provdut inkambju ta’ prestazzjoni bħala korrispettiv li mhuwiex il-ħlas ta' prezz bħall-għoti ta' data personali, u dik il-prestazzjoni bħala korrispettiv ma tistax tiġi ritornata, il-benefiċjarju tal-prestazzjoni bħala korrispettiv għandu jżomm lura milli jagħmel użu ulterjuri ta’ dak li ġie rċevut, pereżempju billi jħassar id-data personali rċevuta.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Għall-każijiet fejn il-kontenut diġital huwa provdut inkambju ta’ prestazzjoni bħala korrispettiv li mhuwiex il-ħlas ta' prezz bħall-għoti ta' data personali huwa importanti li jiġi ċċarat x’għandu jagħmel il-bejjiegħ f’każ ta’ restituzzjoni: ġeneralment, huwa jikseb id-data personali, informazzjoni oħra relatata max-xejjer jew benefiċċji mill-użu tax-xerrej tal-prodott diġitali, jiġifieri dak li kiseb ma jistax jiġi ritornat. Huwa għandu mandankollu jżomm lura milli jagħmel użu ulterjuri ta’ dak li kiseb (eż id-data personali) ladarba l-kuntratt kien annullat jew terminat.

 

Emenda  178

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 173 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn dak li ġie riċevut, inklużi l-frottijiet fejn dan ikun rilevanti, ma jistax jiġi ritornat, jew, fil-każ ta’ kontenut diġitali irrispettivament minn jekk ġiex ipprovdut jew le fuq mezz tanġibbli, il-benefiċjarju jrid iħallas il-valur monetarju tiegħu. Fejn ir-ritorn huwa possibbli imma jikkawża sforz jew spiża irraġonevoli, il-benefiċjarju jista’ jagħżel li jħallas il-valur monetarju, sakemm dan ma jagħmilx ħsara lill-interessi patrimonjali tal-parti l-oħra.

1. Fejn dak li ġie riċevut, inkluż il-frott fejn dan ikun rilevanti, ma jistax jiġi ritornat, il-benefiċjarju jrid iħallas il-valur monetarju tiegħu. Fejn ir-ritorn huwa possibbli imma jikkawża sforz jew spiża irraġonevoli, il-benefiċjarju jista’ jagħżel li jħallas il-valur monetarju, sakemm dan ma jagħmilx ħsara lill-interessi patrimonjali tal-parti l-oħra.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-parti mħassra tad-dispożizzjoni mhijiex neċessarja jekk l-Artikolu 172a l-ġdid jiġi introdott.

 

Emenda  179

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 173 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fejn il-benefiċjarju jkun kiseb sostitut fi flus jew in natura inkambju għal merkanzija jew għal kontenut diġitali meta l-benefiċjarju kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf bir-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni, il-parti l-oħra tista’ tagħżel li titlob is-sostitut jew il-valur monetarju tas-sostitut. Benefiċjarju li kiseb sostitut fi flus jew in natura inkambju għal merkanzija jew għal kontenut diġitali meta l-benefiċjarju ma kienx jaf u ma setax ikun mistenni li jkun jaf bir-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni jista’ jagħżel li jirritorna l-valur monetarju tas-sostitut jew is-sostitut.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-Paragrafu 5 tħassar peress li jkun hemm eżiti differenti jekk xerrej li ma jistax jirritorna l-merkanzija (eż. insterqet, ingħatat bħala rigal jew ġiet totalment distrutta) ikollu jħallas il-valur tal-merkanzija (paragrafu 1) filwaqt li xerrej li jbigħ il-merkanzija taħt il-valur tas-suq għandu jagħti biss l-irkavat tal-bejgħ. Fiż-żewġ każijiet ix-xerrej għandu jkun obbligat iħallas il-valur monetarju.

 

Emenda  180

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 173 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fil-każ ta’ kontenut diġitali li ma jiġix fornut bi ħlas ta’ prezz, ma ssir l-ebda restituzzjoni.

6. Fil-każ ta’ kontenut diġitali li ma jiġix fornut bi ħlas ta’ prezz, iżda inkambju ta’ prestazzjoni bħala korrispettiv li mhijiex il-ħlas ta' prezz jew mingħajr prestazzjoni bħala korrispettiv, u l-kontenut diġitali ma jistax jiġi kkunsidrat li jista’ jkun is-suġġett ta’ restituzzjoni taħt l-Artikolu 172a(1), il-benefiċjarju tal-kontenut diġitali mhuwiex obbligat li jħallas il-valur monetarju tiegħu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika meħtieġa. Jekk ix-xerrej kiseb kontenut diġitali mingħajr ma ħallas prezz monetarju, hu ma għandux, f’sitwazzzjoni ta’ restituzzjoni, ikun obbligat li jħallas il-valur monetarju tiegħu issa.

 

Emenda  181

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 173 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Meta l-kontenut diġitali huwa fornut inkambju ta’ prestazzjoni bħala korrispettiv li mhijiex il-ħlas ta' prezz u dik il-prestazzjoni bħala korrispettiv ma tistax tiġi ritornata, il-benefiċjarju mhuwiex obbligat li jħallas il-valur monetarju tiegħu. Dan japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 172a(3).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika meħtieġa. Ħafna drabi mhuwiex possibbli li jiġi ritornat dak li ġie riċevut inkambju għal kontenut diġitali u huwa wkoll diffiċli, ġieli impossibbli, li jiġi stabbilit il-valur monetarju tal-prestazzjoni bħala korrispettiv. F’tali każ, is-soluzzjoni l-aktar xierqa għall-ibbilanċjar tad-drittijiet tal-partijiet tkun li l-ebda parti għall-kuntratt ma għandha tħallas valur monetarju għal dak li rċeviet. Dan għandu ovvjament japplika mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-benefiċjarju taħt l-Artikolu 172a(3) li jżomm lura milli jagħmel użu aktar ta’ dak li kiseb (eż. id-data personali)

 

Emenda  182

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 174 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħlas għall-użu u l-imgħax fuq il-flus riċevuti

Ħlas għall-użu u l-imgħax fuq il-flus riċevuti u l-valur imnaqqas

Or. en

 

Emenda  183

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 174 – paragrafi 1 u 1b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Alternattiva 3 [Emenda alternattiva għall-emendi fl-Artikolu 106(1)(3)(a)(ii) u l-Artikolu 119]

1. Benefiċjarju li għamel użu mill-merkanzija jrid iħallas lill-parti l-oħra l-valur monetarju ta’ dak l-użu għal kwalunkwe perjodu fejn:

1. Meta kuntratt jiġi annullat, benefiċjarju li għamel użu mill-merkanzija, il-kontenut diġitali jew il-frott irid iħallas lill-parti l-oħra l-valur monetarju ta’ dak l-użu għal kwalunkwe perjodu fejn:

(a) il-benefiċjarju kkawża r-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni;

(a) il-benefiċjarju kkawża r-raġuni għall-annullament; jew

(b) il-benefiċjarju, qabel ma beda dak il-perjodu, kien konxju mir-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni; jew

(b) il-benefiċjarju, qabel ma beda dak il-perjodu, kien konxju mir-raġuni għall-annullament.

(c) fid-dawl tan-natura tal-merkanzija, tan-natura u tal-ammont tal-użu u tad-disponibbiltà ta’ rimedji għajr it-terminazzjoni, ikun inekwu li l-benefiċjarju jitħalla jagħmel użu mingħajr ħlas tal-merkanzija għal dak il-perjodu.

 

 

1a. Meta kuntratt jiġi terminat, benefiċjarju li għamel użu mill-merkanzija, il-kontenut diġitali jew il-frott jeħtieġ li jħallas lill-parti l-oħra l-valur monetarju ta’ dak l-użu. Il-benefiċjarju jista’ jnaqqas l-ispejjeż imġarrba għar-ritorn tal-merkanzija, il-kontenut diġitali jew il-frott tagħhom mill-ħlas għall-użu.

 

1b. Il-valur monetarju tal-użu huwa l-ammont li l-benefiċjarju ffranka billi uża l-merkanzija, il-kontenut diġitali jew il-frott tagħhom.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda li parti minn għadd ta’ emendi li jirrigwardaw diversi alternattivi li r-rapporteurs jixtiequ li jkun hemm diskussjoni dwarhom fir-rigward tal-aġġustamenti fuq il-bilanċ bejn id-dritt tax-xerrej li jtemm il-kuntratt u d-dritt ta’ ssanar tal-bejjiegħ. Ir-rapporteurs jixtiequ jenfasizzaw li dawn il-possibbiltajiet huma proposti b’mod alternattiv u bl-ebda mod mhuma kumulattivi. Din l-emenda tippermetti lill-bejjiegħ li jitlob ħlas għall-użu tal-merkanzija jekk ix-xerrej jiddeċiedi jittermina l-kuntratt minflok li jinvoka d-drittijiet anqas estensivi tiegħu, jiġifieri sostituzzjoni jew tiswija. Il-paragrafi 1a u 1b iżidu l-kjarifiki neċessarji.

 

 

Emenda  184

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 174 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, benefiċjarju mhuwa obbligat iħallas għall-użu tal-merkanzija riċevuta jew l-imgħax fuq il-flus riċevuti fl-ebda ċirkustanza għajr iċ-ċirkustanzi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

3. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, benefiċjarju mhuwa obbligat iħallas għall-użu tal-merkanzija, il-kontenut diġitali jew l-frott tagħhom jew l-imgħax fuq il-flus riċevuti fl-ebda ċirkustanza għajr iċ-ċirkustanzi stabbiliti fil-paragrafi 1, 1a u 2.

Or. en

 

Emenda  185

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 174 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-benefiċjarji huwa responsabbli taħt l-Artikoli 159 sa 163 għal kull valur imnaqqas tal-merkanzija, il-kontenut diġitali jew l-frott tagħhom safejn dak it-tnaqqis fil-valur jeċċedi d-deprezzament li jirriżulta mill-użu regolari.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni kienet proposta peress li jkun hemm riżultati differenti jekk xerrej li ma jistax jirritorna l-merkanzija (eż. insterqet, ingħatat bħala rigal jew ġiet totalment distrutta) ikollu jħallas il-valur monetarju kollu tal-merkanzija (Artikolu 173(1)) filwaqt li fejn kien hemm ħsara kbira fuq il-merkanzija u għalhekk il-valur tagħha naqas b’mod sinifikanti iżda mandankollu li tista’ tkun is-suġġett ta' restituzzjoni, ix-xerrej jeħtieġ biss li jirritorna l-merkanzija bil-ħsara (Artikolu 172(1) u(2)). Ix-xerrej ikollu jħallas id-danni fl-aħħar każ.

 

Emenda  186

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 174 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Il-ħlas għall-użu jew il-valur imnaqqas ma għandux jeċċedi l-prezz miftiehem għall-merkanzija jew il-kontenut diġitali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Peress li l-ebda parti ma għandha tibbenefika mir-restituzzjoni, il-ħlas għall-użu jew il-valur imnaqqas huwa ristrett għall-prezz miftiehem għall-merkanzija jew il-kontenut diġitali.

 

Emenda  187

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 174 – paragrafu 3c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c. Fil-każ ta’ kontenut diġitali li ma jiġix fornut bi ħlas ta’ prezz, iżda inkambju ta’ prestazzjoni bħala korrispettiv li mhijiex il-ħlas ta' prezz jew mingħajr prestazzjoni bħala korrispettiv, il-benefiċjarju tal-kontenut diġitali mhuwiex obbligat li jħallas għall-użu jew il-valur imnaqqas.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika meħtieġa. Fil-każ li kontenut diġitali jiġi fornut mhux inkambju ta’ prezz, il-benefiċjarju ma għandux ikun mistenni jħallas għall-użu jew il-valur imnaqqas.

 

Emenda  188

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 174 – paragrafu 3d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3d. Meta l-kontenut diġitali jiġi fornut inkambju ta’ prestazzjoni bħala korrispettiv li mhijiex il-ħlas ta’ prezz, il-benefiċjarju tal-prestazzjoni bħala korrispettiv ma għandux l-obbligu jħallas għall-użu jew il-valur imnaqqas ta’ dak li ġie rċevut. Dan japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 172a(3).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika meħtieġa. Id-dispożizzjoni proposta tilħaq bilanċ bejn l-interessi tal-bejjiegħ u x-xerrej. Fejn ix-xerrej mhuwiex obbligat li jħallas għall-użu jew il-valur imnaqqas, il-bejjiegħ ma għandux jiġi obbligat li jagħmel dan. Dan għandu ovvjament japplika mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-benefiċjarju tal-prestazzjoni bħala korrispettiv taħt l-Artikolu 172a(3) li jżomm lura milli jagħmel użu aktar ta’ dak li kiseb (eż. id-data personali).

 

Emenda  189

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 175 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn benefiċjarju jkun ġarrab nefqa fuq il-merkanzija jew il-kontenut diġitali, il-benefiċjarju huwa intitolat għal kumpens sa fejn dik in-nefqa kienet ta’ benefiċċju għall-parti l-oħra bil-kundizzjoni li n-nefqa saret meta l-benefiċjarju ma kienx jaf u ma setax ikun mistenni li jkun jaf bir-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni.

1. Fejn benefiċjarju jkun ġarrab nefqa fuq il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jew il-frott tagħhom, il-benefiċjarju huwa intitolat għal kumpens sa fejn dik in-nefqa kienet ta’ benefiċċju għall-parti l-oħra bil-kundizzjoni li n-nefqa saret meta l-benefiċjarju ma kienx jaf u ma setax ikun mistenni li jkun jaf bir-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika:

 

Emenda  190

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 175 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Benefiċjarju li kien jaf jew li seta’ jkun mistenni li kien jaf bir-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni huwa intitolat għal kumpens biss għan-nefqa li kienet meħtieġa sabiex ikunu protetti l-merkanzija jew il-kontenut diġitali ħalli ma jintilfux jew ma jonqsilhomx il-valur, bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju ma kellu l-ebda opportunità li jistaqsi għal parir mingħand il-parti l-oħra.

2. Benefiċjarju li kien jaf jew li seta’ jkun mistenni li kien jaf bir-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni huwa intitolat għal kumpens biss għan-nefqa li kienet meħtieġa sabiex ikunu protetti l-merkanzija jew il-kontenut diġitali, jew il-frott tagħhom ħalli ma jintilfux jew ma jonqsilhomx il-valur, bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju ma kellu l-ebda opportunità li jistaqsi għal parir mingħand il-parti l-oħra.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika:

 

Emenda  191

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 177

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludi l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.

Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludi l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom, qabel ma tingħata notifika ta’ annullament jew terminazzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-partijiet għandhom ikunu jistgħu jidderogaw mir-regoli ta’ restituzzjoni wara li tingħata n-notifika ta’ annullament jew terminazzjoni. Dan jista’ jkun importanti għalihom sabiex jilħqu ftehim amikevoli.

 

Emenda  192

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 178

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dritt li jiġi infurzat it-twettiq ta’ obbligu, u kwalunkwe dritt anċillari għal tali dritt, huwa soġġett għal preskrizzjoni bl-iskadenza ta’ perjodu ta’ żmien skont dan il-Kapitolu.

Id-dritt li jiġi infurzat it-twettiq ta’ obbligu, u kwalunkwe dritt anċillari għal tali dritt, inkluż kull rimedju għal nuqqas ta’ twettiq ħlief għas-sospensjoni tat-twettiq huwa soġġett għal preskrizzjoni bl-iskadenza ta’ perjodu ta’ żmien skont dan il-Kapitolu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika li r-rimedji għal nuqqas ta’ twettiq huma suġġetti għal preskrizzjoni. Il-formulazzjoni hija konformi mal-Artikolu 185 li madankollu tirregola biss l-effetti tal-preskrizzjoni. Ir-regoli dwar il-preskrizzjoni ma jikkonċernawx il-garanziji kummerċjali kif definiti fl-Artikolu 2(s).

 

Emenda  193

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 179 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-perjodu t-twil ta' preskrizzjoni huwa ta’ għaxar snin jew, fil-każ ta’ dritt għad-danni minħabba korrimenti personali, ta’ tletin sena.

2. Il-perjodu t-twil ta' preskrizzjoni huwa ta’ sitt snin jew, fil-każ ta’ dritt għad-danni minħabba korrimenti personali, ta’ tletin sena.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' preskrizzjoni ta' 10 snin xpruna reazzjonijiet kritiċi, filwaqt li oħrajn, fosthom il-Kummissjoni, jispjegaw li r-rilevanza prattika tiegħu hija limitata. Sabiex jitnaqqsu l-preokkupazzjonijiet, u filwaqt li jaqblu li l-effetti prattiċi għall-perjodu t-twil huma limitati, ir-rapporteurs jipproponu perjodu ta’ sitt snin, li huma jemmnu li hija soluzzjoni adegwata fid-dawl tal-perjodi ta’ preskrizzjoni twal fis-seħħ fl-Istati Membri.

 

Emenda  194

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 179 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-preskrizzjoni tibda tiddekorri meta wieħed mill-perjodi jiskadi, skont liema wieħed jiskadi l-ewwel.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tar-relazzjoni bejn iż-żewġ perjodi ta’ preskrizzjoni.

 

Emenda  195

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 183a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 183a

 

Sospensjoni f'każ ta' forza maġġuri,

 

1. Il-preskrizzjoni tal-perjodu l-qasir tiġi sospiża għall-perjodu li matulu l-kreditur ikun impedit milli jressaq proċedimenti sabiex jinvoka d-dritt minn impediment li mhuwiex fil-kontroll tal-kreditur u li l-kreditur ma setax raġjonevolment ikun mistenni li jevita jew jegħleb.

 

2. Il-paragrafu 1 japplika biss jekk l-impediment jirriżulta, jew jissussisti, fl-aħħar sitt xhur tal-perjodu ta’ preskrizzjoni.

 

3. Meta t-tul jew in-natura tal-impediment huma tali li ma jkunx raġonevoli li l-kreditur jiġi mistenni jressaq proċedimenti sabiex jinvoka d-dritt fil-parti tal-perjodu ta’ preskrizzjoni li trid tibda tiddekorri hekk kif tintemm is-sospensjoni, il-perjodu ta' preskrizzjoni ma jiskadix qabel ma jgħaddu sitt xhur minn meta jitneħħa l-impediment.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-addizzjoni ta’ regola tal-forza maġġuri ġenerali hija konformi mal-Artikolu III.-7.303 DCFR. L-Artikolu 183 (l-inkapaċità ta’ kreditur) u l-prinċipju ġenerali ta’ bona fidi u tranżazzjoni ġusta ma jidhrux suffiċjenti sabiex jiġu evitati riżultati ibsin b’mod mhux raġonevoli ta’ impedimenti li jimpedixxu t-tressiq f’waqtu ta’ proċedimenti taħt l-Artikolu 181. Peress li d-dispożizzjoni hija applikabbli biss għall-perjodu l-qasir ta’ preskrizzjoni, l-effett fuq iċ-ċertezza legali huwa limitat.

 

 

Emenda  196

Proposta għal regolament

Titolu III (ġdid) – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Titolu III

 

Miżuri ta' akkumpanjament

Or. en

 

Emenda  197

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 186a (ġdid) – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 186a

 

Komunikazzjoni ta' sentenzi li jinterpretaw dan ir-Regolament

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sentenzi finali tal-qrati tagħhom li jinterpretaw ir-regoli ta’ dan ir-Regolament jiġu kkomunikati mingħajr dewmien bla bżonn lill-Kummissjoni.

Or. en

 

Emenda  198

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 186a (ġdid) – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema li tippermetti li ssir konsultazzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna s-sentenzi msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll sentenzi rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dik is-sistema għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Għandha tkun kompletament sistematizzata u faċli li tikkonsultaha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-bażi ta’ data hija strument importanti sabiex jiġi promoss fehim komun tal-applikazzjoni tas-CESL. Għalhekk l-użu tagħha għandu jkun sempliċi u faċli għall-utent.

 

Emenda  199

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 186a (ġdid) – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3. Is-sentenzi li huma kkomunikati taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu akkompanjati minn sommarju standard tas-sentenza li jkun fih it-taqsimiet li ġejjin:

 

(a) il-kwistjoni u l-artikolu/i kkonċernati tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ;

 

(b) sommarju fil-qosor tal-fatti;

 

(c) sommarju qasir tal-argumenti prinċipali

 

(d) id-deċiżjoni; u

 

(e) r-raġunijiet għas-sentenza, billi jiġi dikjarat b’mod ċar il-prinċipju deċiż.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi solvuta l-kwistjoni tad-differenzi fl-approċċ għas-sentenzi mill-UE kollha u sabiex il-bażi ta’ data tkun tista’ topera b’mod effiċjenti u b’mod razzjonali, mudell standard tas-sommarju tas-sentenza għandu jiġi introdott li mbagħad jista’ jiġi inkorporat fil-bażi ta’ data b’editjar minimu. Dan is-sommarju għandu jakkompanja s-sentenza. Għandu jkun espress fil-qosor u b’mod ċar, biex b’hekk ikun faċilment aċċessibbli u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ traduzzjoni, u l-kontenut għandu jkun kif propost.

 

Emenda  200

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 186b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 186b

 

Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

 

1. F’kuntratti bejn konsumatur u kummerċjant, il-partijiet huma mħeġġa jikkunsidraw iressqu tilwim li jirriżulta minn kuntratt li huma ddeċidew li jibbażaw fuq l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ quddiem Entità għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim kif definita fl-Artikolu 4(e) tad-[Direttiva dwar l-ADR tal-konsumatur].

 

2. Dan l-Artikolu ma jeskludix jew ma jillimitax id-dritt tal-partijiet li jresqqu l-każ tagħhom f'kull mument quddiem qorti minflok ma jressqu t-tilwim tagħhom quddiem entità għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ostaklu addizjonali għall-kummerċ transkonfinali huwa n-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ rimedju effiċjenti u bi spejjeż baxxi. Id-Direttiva l-ġdida dwar l-ADR tal-konsumatur tiżgura kif xieraq kopertura fl-UE kollha tal-ADR. Meta jirrikorru għal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ, b’mod partikolari kummerċjanti, huma għandhom jikkunsidraw li jsolvu t-tilwim li jirriżulta minn dak il-kuntratt permezz ta’ entità għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim eżistenti kif definita fl-Artikolu 4(e) tad-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumatur. Dan ma għandux jaffettwa l-aċċess tal-partijiet għall-ġustizzja.

 

Emenda  201

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 186c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 186c

 

Żvilupp ta’ “mudell Ewropew ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali”

 

1. Kemm jista’ jkun malajr u tal-anqas fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta’ esperti sabiex jgħinuha fl-iżvilupp ta’ “mudell Ewropew ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali” bbażat fuq il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, u komplimentari għaliha, kif ukoll fil-promozzjoni tal-applikazzjoni prattika tagħha

 

2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha, bl-għajnuna tal-Grupp ta’ Esperti, sabiex tippreżenta l-ewwel mudell Ewropew ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali fi żmien [xxx] mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

 

3. Il-Grupp Espert imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonsisti f’membri li jirrapreżentaw b’mod partikolari l-interessi tal-utenti tal-Liġi Komuni dwar il-Bejgħ tal-Unjoni Ewropea. Jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi subgruppi għal oqsma separati tal-attività kummerċjali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-ħtieġa li jiġu prodotti mudelli kuntrattwali standard madwar l-UE b'mod parallel mas-CESL għandha tiġi mfakkra. Mudelli kuntrattwali standard – b'mod partikolari minħabba l-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta' Ruma I – ma jaħdmux fil-kuntest legali attwali. Ir-rapporteurs huma konvinti li tali mudelli kuntrattwali, direttament disponibbli, se jkunu kruċjali għas-suċċess tas-CESL, u jħeġġu lill-Kummissjoni biex tibda taħdem fuqhom malajr kemm jista' jkun u b'mod pararllel mal-proċess leġiżlattiv li għaddej. Huma jemmnu li referenza espressa għalih hija meħtieġa fit-test operattiv.

 

Emenda  202

Proposta għal regolament

Titolu IV (ġdid) – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Titolu IV

 

Dispożizzjonijiet finali

Or. en

 

Emenda  203

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 186d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 186d

 

Reviżjoni

 

1. Sa … [erba' (4) snin mid-data ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dwar il-livell ta’ aċċettazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-punt sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħha jkunu taw lok għal litigazzjoni u dwar il-qagħda attwali li tikkonċerna differenzi fil-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur bejn il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u l-liġi nazzjonali. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ġenerali komprensiva tal-ġurisprudenza tal-qrati nazzjonali li tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

 

2. Sa … [ħames (5) snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dettaljat li jirrevedi l-operat ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tqis fost affarijiet oħrajn, il-ħtieġa biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni fir-rigward tal-kuntratti bejn in-negozji, l-iżviluppi tas-suq u l-iżviluppi teknoloġiċi fir-rigward tal-kontenut diġitali u l-iżviluppi tal-acquis tal-Unjoni fil-futur. Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll jekk il-limitazzjoni ta’ kuntratti mill-bogħod, b’mod partikolari l-kuntatti onlajn, tibqax xierqa jew jekk kamp ta’ applikazzjoni usa’, inklużi kuntratti onlajn, jistax ikun fattibbli.

Or. en

(Ara l-emendi għall-Artikolu 15: it-test ġie emendat)

 

Emenda  204

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 186e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 186e

 

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

 

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/20041, jiżdied il-punt li ġej:

 

'18. Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ (ĠU L ***, ***, p. **).'

 

__________________

 

1 ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament 2006/2004/KE jistabbilixxi sistema ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur armonizzata. Peress li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tinkludi sett komplet ta’ regoli vinkolanti u armonizzati dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, ir-Regolament għandu jkun kopert ukoll mir-Regolament 2006/2004/KE.

 

 

 

Emenda  205

Proposta għal regolament

Anness I – Artikolu 186f (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 186f

 

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

 

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

2. Għandu japplika minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

 

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri.

Or. en

(Ara l-emenda għall-Artikolu 16.)

 

DIKJARAZZJONI TA' SPJEGAZZJONI

 

 

I. Introduzzjoni

 

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ (CESL) ( COM(2011)0635 ) hija inizjattiva innovattiva ta' importanza ewlenija għall-konsumaturi u n-negozji fis-suq intern. Hija l-frott tal-inizjattiva tal-liġi kuntrattwali Ewropea – immirata biex tindirizza l-problemi fis-suq intern maħluqa minn liġijiet kuntrattwali nazzjonali diverġenti – li ilha tiġi diskussa għal ħafna snin, bil-Parlament ripetutament jagħti gwida u appoġġ[2], l-iktar riċenti fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2011 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni[3].

 

Insegwitu tad-dokument ta’ ħidma tagħhom ta’ Ottubru 2012, ir-rapporteurs issa qed jippreżentaw l-emendi tagħhom flimkien f’abbozz ta’ rapport. Huma jixtiequ jenfasizzaw li dan id-dokument huwiex dokument eżawrjenti, iżda jidentifika dawk il-punti li r-rapporteurs jixtiequ jressqu għal aktar diskussjonijiet, u huma preżentati f’forma ta’ emendi.

 

Ir-rapporteurs jixtiequ, b’mod partikolari, jirringrazzjaw il-European Law Insistute għad-dikjarazzjoni tiegħu dwar il-proġett[4], kif ukoll l-esperti u l-persuni interessati li taw input fl-avvenimenti organizzati mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Dipartiment tal-Politika C fl-2012 [5], li kollha kienu sorsi utli għax-xogħol tar-rapporteurs.

 

Din id-dikjarazzjoni ta’ spjegazzjoni tenfasizza l-bidliet prinċipali fl-abbozz ta’ rapport. Ġustifikazzjonijiet dettaljati ġew provduti għall-emendi individwali.

 

II. Kwistjonijiet

 

B’mod ġenerali, ir-rapporteurs jimmiraw għat-titjib tat-test sabiex ikun aktar faċli għall-utent, aktar ċar u aktar koerenti mal-acquis.

 

1. Struttura

Id-diviżjoni tal-proposta f’regolament “chapeau” u anness ħolqot ħafna konfużjoni. Ir-rapporteurs għalhekk jipproponu li r-regolament u l-anness jiġu amalgamati, sabiex jinkiseb strument wieħed konsolidat u integrat.

 

Ir-rapporteurs huma wkoll konxji tal-fatt li aktar bidliet profondi għall-istruttura tas-CESL kienu mixtieqa. B’mod aktar speċifiku, intqal li l-Parti IV dwar l-obbligi u r-rimedji tal-partijiet għandha tiġi ristrutturata sabiex issir aktar faċli għall-utent. Ir-rapporteurs setgħu tassew jaħsbu f’struttura li tiġbor tal-anqas l-obbligu tax-xerrej u l-bejjiegħ u r-rimedji tax-xerrej u l-bejjiegħ. Madankollu, wara riflessjoni, u sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol dwar l-abbozz ta’ rapport u l-emendi li se jitressqu, huma żammu lura milli jipproponu tali arranġamenti mill-ġdid li kienu jinvolvu konsegwenzi kbar fit-test. Meta kien fattibbli li titjieb l-istruttura f’unitajiet żgħar, kemm f’dispożizzjoni jew taqsima jeq kapitolu, il-proposti korrispondenti saru.

 

2. Kamp ta' applikazzjoni

Jekk il-CESL għandhiex tkun limitata għal transazzjonijiet onlajn jew transazzjonijiet mill-bogħod tibqa’ kwistjoni diffiċli. Wara kunsiderazzjoni bir-reqqa, ir-rapporteurs jipproponu f’dan l-istadju li s-CESL tiġi offruta lil kuntratti mill-bogħod biss. It-terminu “kuntratti mill-bogħod” ġie propost peress li diġà intuża fl-acquis (Direttiva dwar il-Bejgħ mill-Bogħol, Direttiva dwar il-Kummerċjalizzazzjoni mill-Bogħod ta’ Servizzi Finanzjarji, Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur).

Il-qasam prinċipali mmirat huwa s-settur tal-bejgħ fuq l-internet li qed jikber b'mod rapidu, fejn l-idea ta' strument fakultattiv kienet sostnuta bil-qawwi, anki minn inħawi aktar riluttanti fir-rigward ta’ użu usa’ ta’ tali strument.

Huwa ovvju li s-CESL, bħala sett wieħed ta' regoli wiesgħa tal-UE, hija l-għodda ideali għall-kummerċ elettroniku. L-abbozz ta' rapport huwa intiż sabiex jiftaħ id-dibattitu fuq dan. Huwa deliberatament ma jipprovdix adattament sħiħ tas-CESL għall-kummerċ mill-bogħod. Dan ikun jeħtieġ aktar xogħol u analiżi, li r-riżultati tiegħu jistgħu jiġu integrati fil-proċess leġiżlattiv li għaddej bħalissa. Madankollu ċerti elementi diġà ġew miżjuda f’dan l-istadju bil-ħsieb li s-CESL tintuża għall-kuntratti mill-bogħod, pereżempju fir-rigward tal-kontenut diġitali u l-cloud computing.

 

Għal dak li jikkonċerna l-kamp ta’ applikazzjoni materjali, ir-rapporteurs proponew soluzzjoni aktar prattika u faċli għall-utent għall-kuntratti bi skop imħallat u kuntratti b'element ta' kreditu.

 

3. Relazzjoni mar-Regolament ta' Ruma I

Peress li r-relazzjoni mar-Regolament ta’ Ruma I, b’mod partikolari l-Artikolu 6 hija kwistjoni kruċjali għall-funzjonament tas-CESL, ir-rapporteurs ppruvaw jikkjarifikaw din il-kwistjoni permess ta’ emendi kemm għall-premessi kif ukoll għall-artikoli. L-għan huwa, l-ewwel, biex is-CESL tiġi kwalifikata b’mod ċar bħala t-tieni reġim fi ħdan l-ordni ġuridiku ta' kull Stat Membru (ara l-emendi għall-Artikolu 1 u l-Artikolu 11(1)); it-tieni, sabiex ikun ċar ħafna li l-ftehim li tintuża s-CESL ma jridx jiġi konfuż ma' għażla bejn żewġ ordnijiet ġuridiċi, iżda huwa "għażla bejn żewġ sistemi differenti fi ħdan l-istess ordni ġuridiku nazzjonali” (ara l-emendi għall-Premessa 10). It-tielet, ir-rapporteurs ħassew li huwa neċessarju li jippreċiżaw ir-raġunijiet il-għala l-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Ruma I ma għandux rilevanza prattika, jiġifieri “għaliex kieku dan jammonta għal tqabbil bejn id-dispożizzjonijiet mandatorji ta’ żewġ sistemi kuntrattwali identiċi tal-liġi dwar il-bejgħ” (ara l-emenda għall-Premessa 12).

 

4. Ir-referenzi għal-liġi nazzjonali

Ir-rapporteurs jemmnu li huwa importanti, fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, li jistipulaw b’mod ċar fil-parti operattiva tas-CESL, liema oqsma huma koperti, u wkoll li tiġi provduta lista ta' kwistjonijiet li mhumiex koperti (ara l-emenda li tintroduċi Artikolu 11a ġdid). Fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti, jista' jagħti l-każ li jkunu neċessarji aġġustamenti waqt il-proċedura leġiżlattiva, partikolarment jekk l-adattament tas-CESL għall-kuntratti mill-bogħod, b’mod partikolari kuntratti onlajn, hekk jeħtieġ.

 

5. Bona fidi u tranżazzjoni ġusta

Ir-rapporteurs jemmnu li l-prinċipju ta’ bona fidi u tranżazzjoni ġusta huma strument importanti sabiex jinstabu soluzzjonijiet ekwi fuq bażi ta’ każ b’każ. Madankollu, huma kkunsidraw bir-reqqa t-tħassib li tqajjem, inkluż iżda mhux biss mill-aspett ta' common law, fejn dan il-prinċipju ma jeżistix. Għalhekk huma jipproponu bidliet u kjarifiki għad-definizzjoni (ara l-emenda għall-Artikolu 2b)) u għall-espressjoni tal-prinċipju ġenerali bħala tali (ara l-emenda għall-Artikolu 2 tal-Anness I) Id-definizzjoni proposta oriġinarjament ġiet interpretata bħala li timpedixxi l-partijiet milli jkunu “ibsin fin-negozju” li qajjem ċertu tħassib fil-kuntratti B"B. Sabiex jiġi kjarifikat li dan mhuwiex intiż, il-formulazzjoni proposta tistipula li l-ebda parti ma għandha tabbuża d-drittijiet tagħha, li għandu jkun fl-ispirtu ta’ “bona fidi u tranżazzjoni ġusta”. Il-bidla hija wkoll relevanti għall-Artikolu 86 dwar kontroll ta’ abbużi tal-B2B u għandha ttaffi t-tħassib relatat li l-partijiet ta’ kuntratt jistgħu ma jitħallewx isegwu l-interessi tagħhom stess meta jinnegozjaw. Barra minn hekk, ir-rapporteurs jemmnu li l-prinċipju ta’ bona fidi u tranżazzjoni ġusta fi ħdan is-CESL għandu jkun limitat għall-hekk imsejħa funzjoni “tarka” ta’ dak il-prinċipju biss, jiġifieri, li parti li kisret xi kundizzjoni tiġi impedita milli teżerċita jew tibbaża ruħha fuq dritt, rimedju jew difiża, u 'l hekk imsejħa funzjoni “xabla”, jiġifieri dritt għad-danni, għandha titħassar.

 

6. Rimedji tax-xerrejja

Ir-rapporteurs ikkunsidraw bir-reqqa s-sistema ta’ rimedji tal-konsumatur offruti mis-CESL. Waħda mill-kwistjonijiet prinċipali hija li bilanċ aqwa fir-rigward tal-għażla libera tar-rimedji, fid-dawl tan-nuqqas ta’ ssanar mill-bejjiegħ, in-nuqqas ta’ rekwiżit li tingħata notifika ta’ terminazzjoni f’ċertu terminu ta’ żmien u l-prinċipju ġenerali tan-nuqqas ta’ ħlas għall-użu. Huma jixtiequ jfakkru l-livell għoli ħafna ta’ protezzjoni tal-konsumatur offrut mis-CESL, li tmur lilhinn mill-acquis, u b’mod partikolari d-Direttiva dwar il-Bejgħ lill-Konsumatur. Dan il-livell jilħaq kważi kompletament, jew anki jmur lilhinn, il-liġijiet nazzjonali, li huwa importanti peress li l-evitar tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta' Ruma I (ara aktar ’il fuq taħt 3) huwa mixtieq biss jekk l-għan tiegħu – li jiggarantixxi li l-konsumatur huwa protett daqs kemm ikun taħt il-liġi tiegħu stess – huwa żgurat b'mod differenti. Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjoni fl-Artikolu 174(1)(c) tal-Anness li, billi tippermetti klejm għall-użu meta l-użu b’xejn ikun inekwu, jidher li kienet intiża sabiex tikkoreġi l-abbużi rigward terminazzjoni mingħajr ħlas għall-użu, mhijiex ċara u jista’ jagħti l-każ li żżomm il-konsumaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Jidher preferibbli, anki fl-interessi tal-konsumaturi, li jkun hemm regoli ċari, filwaqt li jinżamm fil-prinċipju l-livell tal-protezzjoni tal-konsumatur provdut.

 

F’dan il-kuntest, ir-rapporteurs jixtiequ li jiġu diskussi tliet alternattivi sabiex ikun hemm aktar bilanċ bejn id-dritt tal-konsumatur għat-terminazzjoni u d-dritt tal-bejjiegħ għall-issanar, li huwa ġustifikat sabiex jiġu limitati l-inċertezzi deskritti. Ir-rapporteurs jixtiequ jenfasizzaw li dawn il-possibbiltajiet huma proposti b’mod alternattiv u bl-ebda mod mhuma kumulattivi.

- Bħala l-ewwel alternattiva, wieħed jista’ jintroduċi terminu ta’ skadenza ta’ sitt xhur wara li r-riskju jkun għadda lix-xerrej, u wara li jiskadi t-terminu x-xerrej ikollu jaċċetta l-issanar (ara l-possibbiltà għal emenda għall-Artikolu 106(3)(a)(ii)). Ir-rapporteurs huma konxji li d-Direttiva dwar il-Bejgħ lill-Konsumatur, fl-Artikolu 5(2) tagħha, tipprovdi possibbiltà għall-Istati Membri li jintroduċu rekwiżit ta' notifika f’terminu ta’ xahrejn li jibda jiddekorri mid-data ta' skoperta, u li din il-possibbiltà mhijiex użata mill-Istati Membri kollha. Min-naħa l-oħra, jista’ jiġi argumentat bis-sod li jiġu privileġġati l-ewwel sitt xhur wara l-kunsinna li fihom ix-xerrej jibbenefika f’kull każ minn taqlib tal-oneru ta’ prova fir-rigward tal-eżistenza tan-nuqqas ta’ konformità fiż-żmien il-kunsinna. Limitazzjoni tal-għażla libera ta’ rimedji għall-perjodu ta’ wara dawk is-sitt xhur tista’ tiġi kkunsidrata li għandha effett limitat, peress li f’kull każ isir aktar diffiċli għax-xerrej li jipprova n-nuqqas ta’ konformità wara 6 xhur.

- Bħala t-tieni alternattiva, rekwiżit jista’ jiġi introdott li l-konsumatur għandu jagħti notifika ta’ terminazzjoni fi żmien raġonevoli wara l-ewwel darba li jsir jaf b’nuqqas ta’ twettiq. Wara, id-dritt ta’ terminazzjoni jkun mitluf, u l-konsumatur ikollu rikors għal drittijiet oħra li huma anqas estensivi, bħal sostituzzjoni jew tiswija. Huwa minnu li dan jirrappreżenta restrizzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta’ terminazzjoni tal-konsumatur. Min-naħa l-oħra, jista’ jiġi argumentat li f’kull każ dan ikun fl-interess tal-konsumaturi li jeżerċita d-dritt ta’ terminazzjoni tiegħu kemm jista’ jkun malajr wara li hu jsir konxju min-nuqqas ta’ twettiq, speċjalment peress li l-kapaċità tiegħu li jipprova n-nuqqas ta’ twettiq tiddeterjora maż-żmien.

- Bħala t-tielet alternattiva, fl-aħħar nett, obbligu jista’ jiġi introdott għall-konsumatur biex iħallas għall-użu f’każijiet fejn huwa jittermina l-kuntratt (għall-kuntrarju ta’ każijiet ta’ annullament, fejn ir-raġuni għalfejn jintemm il-kuntratt tidher anqas fl-isfera ta’ parti waħda, ara l-emenda għall-Artikolu 174(1) sa (1b)). Taħt din il-fakultà, il-konsumatur xorta jkollu għażla libera ta’ rimedji, iżda l-bejjiegħ ikun jista’ jitlob ħlas għall-użu tal-merkanzija jekk ix-xerrej jiddeċiedi jittermina l-kuntratt minflok li jinvoka d-drittijiet anqas estensivi tiegħu, jiġifieri sostituzzjoni jew tiswija. Fil-prattika dan ifisser li, meta ċertu perjodu skada mill-kunsinna tal-merkazija, ikun ekonomikament aktar raġonevoli għax-xerrej li jinvoka waħda mir-rimedji l-oħra (eż. tiswija jew sostituzzjoni jew tnaqqis tal-prezz). Għandu jiġi rikonoxxut madankollu li l-kalkolu ta’ użu mhuwiex dejjem faċli;

 

Ir-rapporteurs jemmnu li wieħed minn dawn l-adattamenti għandu jsir. Huma ppruvaw jiġbru fil-qosor b’mod miftuħ il-merti u l-iżvantaġġi li huma jaraw f’kull waħda minn dawn il-possibbiltajiet u jitolbu li jkun hemm diskussjoni fuq din il-bażi.

 

7. Restituzzjoni

Ir-rapporteurs ressqu proposta għar-riformulazzjoni u r-ristrutturar tar-regoli ta’ restituzzjoni. L-għan huwa li tiġi provduta soluzzjoni li tilħaq bilanċ vijabbli bejn iż-żewġ naħat, sabiex ikun ċar u prevedibbli għall-konsumaturi dak li għandhom iħallsu jew iħallsu lura sabiex ikunu fiduċjużi meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

 

8. Kontenut diġitali

Fir-rigward tal-kontenut diġitali, ir-rapporteur jipproponi, b’mod partikolari, soluzzjoni għall-każijiet fejn il-kontenut diġitali mhuwiex imħallas bi flus, imma pereżempju b'data personali. Il-protezzjoni tax-xerrej hija estiża għal dawn il-każijiet, peress li huwa għandu jkollu l-firxa wiesgħa ta’ rimedji disponibbli għalih (ħlief għal tnaqqis fil-prezz, peress li hu ma ħallasx flus). Barra minn hekk, dispożizzjonijiet speċifiċi għar-restituzzjoni huma proposti għal dawn il-każijiet.

 

9. Preskrizzjoni

Ir-rapporteurs huma konxji li l-perjodu ta' preskrizzjoni ta' 10 snin xpruna reazzjonijiet kritiċi, filwaqt li oħrajn, fosthom il-Kummissjoni, jispjegaw li r-rilevanza prattika tiegħu hija limitata. Sabiex jitnaqqsu l-preokkupazzjonijiet, u filwaqt li jaqblu li l-effetti prattiċi għall-perjodu t-twil huma limitati, ir-rapporteurs jipproponu perjodu ta’ sitt snin, li huma jemmnu li hija soluzzjoni adegwata fid-dawl tal-perjodi ta’ preskrizzjoni twal fis-seħħ fl-Istati Membri. Huma pproponew xi kjarifiki addizzjonali għall-kapitolu dwar il-preskrizzjoni.

 

10. Miżuri ta' akkumpanjament

Ir-rapporteurs ipproponew numru ta’ dispożizzjonijiet addizzjonali sabiex jistabbilixxu miżuri ta’ akkumpanjament fil-parti operattiva tat-test. dan jikkonċerna l-bażi ta’ data ta’ sentenzi, ir-rabta mas-soluzzjoni alternattiva ta' tilwim, kif ukoll it-tfassil ta' mudelli ta’ kuntratti standard madwar l-UE.

 

C. Konklużjoni

 

Hija l-fehma tar-rapporteurs li s-CESL għandha l-vantaġġi kbar potenzjali għall-konsumaturi u n-negozji fis-suq intern, b'mod partikolari fl-era diġitali, u toffri opportunità li ma għandhiex tintilef. Ir-rapporteurs jistiednu l-kollegi jikkunsidraw aktar l-emendi mressqa peress li dawn l-emendi, fil-fehma tagħhom, jistgħu jiżguraw is-suċċess ta’ dan l-istrument. Huma jittamaw ukoll li dawn il-kwistjonijiet jiġu diskussi aktar.

 

 

 

 

[1] ĠU C 181, 21.6.2012, p.75.
[2] Riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 1989 (ĠU C 158, 26.6.1989, p. 400), tas-6 ta' Mejju 1994 (ĠU C 205, 25.7.1994, p. 518), tal-15 ta' Novembru 2001 (ĠU 140 E, 13.6.2002, p. 538), tat-2 ta' Settembru 2003 (ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 95), tat-23 ta' Marzu (ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 109), tas-7 ta' Settembru 2006 (ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 247), tat-12 ta' Diċembru 2007 (ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 364), tat-3 ta' Settembru 2008 (ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 31).
[3] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar l-għażliet tal-politiki għall-progress lejn Liġi Kuntrattwali Ewropea għall-konsumaturi u n-negozji ( P7_TA-PROV(2011)0262 .
[4] http://www.europeanlawinstitute.eu/fileadmin/user_upload/p_eli/Publications/S-2-2012_Statement_on_the_Proposal_for_a_Regulation_on__a_Common_European_Sales_Law.pdf.
[5]http://www.europarl.europa.eu/committees/en/juri/events.html#menuzone.