Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

 

2016/0131(COD)

7.9.2016

***I

ABBOZZ TA' RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010

( COM(2016)0271 – C8-0174/2016 – 2016/0131(COD) )

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Péter Niedermüller

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  57

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010

( COM(2016)0271 – C8-0174/2016 – 2016/0131(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2016)0271 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 78(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0174/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits ( A8-0000/2016 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tiżgura approċċ aktar strutturat u l-produzzjoni effiċjenti tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Huwa meħtieġ għall-Aġenzija li tiġbor l-informazzjoni u tħejji r-rapporti li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini permezz tal-użu ta' netwerks Ewropej għall-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jinħolqu sinerġiji ma' rapporti nazzjonali. Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata konverġenza fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija, l-Aġenzija jinħtieġ li, flimkien mal-Istati Membri, tmexxi u tiżviluppa analiżi komuni li jipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi tal-oriġini.

(11)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jinħtieġ li tiżgura approċċ aktar strutturat u produzzjoni simplifikata tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Huwa meħtieġ għall-Aġenzija li tiġbor l-informazzjoni u tħejji r-rapporti li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini permezz tal-użu ta' netwerks Ewropej għall-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jinħolqu sinerġiji ma' rapporti nazzjonali. Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata konverġenza fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija, l-Aġenzija jinħtieġ li, flimkien mal-Istati Membri, tmexxi u tiżviluppa analiżi komuni li tipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi tal-oriġini. Din l-analiżi komuni għandha tiġi żviluppata f'konsultazzjoni mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), kif ukoll b'rispett sħiħ għal, u f'konformità mal-linji gwida tal-UNHCR l-aktar riċenti dwar l-eliġibilità għall-valutazzjoni tal-bżonnijiet ta' protezzjoni ta' dawk li jfittxu l-asil minn pajjiżi tal-oriġini speċifiċi. Din l-analiżi komuni għandha tqis ukoll id-dokumenti ta' pożizzjoni tal-UNHCR speċifiċi għall-pajjiż/is-sitwazzjoni, fejn ikunu disponibbli. Fejn ikun hemm kunflitt bejn l-analiżi komuni u l-gwida tal-UNHCR, din tal-aħħar għandha titqies bir-reqqa mill-Istati Membri meta jeżaminaw applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali skont ir-responsabilità superviżorja tal-UNHCR kif stabbilit fil-paragrafu 8 tal-Istatut tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, moqri flimkien mal-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati (Konvenzjoni tal-1951) u l-Artikolu II tal-Protokoll tal-1967 dwar l-istatus tar-refuġjati (il-Protokoll tal-1967).

Or. en

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, jinħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu li jissorvelja u jivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA, li l-Istati Membri jikkonformaw mal-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-ażil u biex tivverifika l-funzjonament tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri. Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni jinħtieġ li jkunu komprensivi u jinħtieġ li jiġu bbażati, b'mod partikolari, fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet. L-Aġenzija jinħtieġ li tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Bord tat-Tmexxija, li min-naħa tiegħu jinħtieġ li jadotta r-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jinħtieġ li jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw nuqqasijiet serji, li mbagħad għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija bħala rakkomandazzjonijiet.

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għar-responsabilità tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, jinħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu li jissorvelja u jivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA, li l-Istati Membri jikkonformaw mal-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-asil u biex tivverifika l-funzjonament tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri. Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni jinħtieġ li jkunu komprensivi u jinħtieġ li jiġu bbażati, b'mod partikolari, fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, il-UNHCR u korpi ta' monitoraġġ tat-Trattati dwar id-drittijiet tal-bniedem rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u mekkaniżmi ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, l-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet. L-Aġenzija jinħtieġ li tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Bord tat-Tmexxija, li min-naħa tiegħu jinħtieġ li jadotta r-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jinħtieġ li jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw nuqqasijiet serji, li mbagħad għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija bħala rakkomandazzjonijiet.

Or. en

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 16 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16 a)  Esperti mibgħuta f'timijiet ta' appoġġ għall-asil għandhom ikunu kkonkludew b'suċċess it-taħriġ tematiku u speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u l-funzjonijiet tagħhom, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali. Esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess għandhom ikunu involuti fl-analiżi tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali biss meta jkunu jistgħu jipprovaw esperjenza rilevanti ta' mill-inqas sena bħala operatur soċjali fl-amministrazzjoni tal-asil ta' Stat Membru jew bħala uffiċjal tal-protezzjoni tal-UNHCR. Kwalunkwe attività mwettqa minn membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil għandha tikkonforma bis-sħiħ mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), b'mod partikolari l-Artikolu 18 dwar id-dritt għall-asil.

Or. en

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  F'żoni partikolari tal-fruntieri esterni fejn l-Istati Membri jiffaċċjaw pressjonijiet migratorji sproporzjonati kkaratterizzati minn flussi kbar ta' wasliet migratorji mħallta, imsejħa żoni hotspot, l-Istati Membri jinħtieġ li jkunu jistgħu joqogħdu fuq aktar tisħiħ tekniku u operazzjonali permezz ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni magħmula minn timijiet ta' esperti mill-Istati Membri skjerati permezz tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-Europol jew aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija jinħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħha fit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-Kummissjoni u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni.

(20)  F'żoni partikolari tal-fruntieri esterni fejn l-Istati Membri jiffaċċjaw pressjonijiet migratorji sproporzjonati kkaratterizzati minn flussi kbar ta' wasliet migratorji mħallta, imsejħa żoni hotspot, l-Istati Membri jinħtieġ li jkunu jistgħu joqogħdu fuq aktar tisħiħ tekniku u operazzjonali permezz ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni magħmula minn timijiet ta' esperti mill-Istati Membri skjerati permezz tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Europol jew aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-Aġenzija jinħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħha fit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-Kummissjoni u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni. Kwalunkwe attività mwettqa minn membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil għandha tikkonforma bis-sħiħ mal-Karta, b'mod partikolari l-Artikolu 18 dwar id-dritt għall-asil.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Unjoni Ewropea għandha tinbidel għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta fit-test.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li żżomm djalogu mill-qrib mas-soċjetà ċivili bil-ħsieb tal-iskambju ta' informazzjoni u l-akkomunament tal-konoxxenza fil-qasam tal-ażil. L-Aġenzija jinħtieġ li twaqqaf Forum Konsultattiv li jinħtieġ li jikkostitwixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni u tal-akkomunament tal-konoxxenza. Il-Forum Konsultattiv jinħtieġ li jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f'materji koperti minn dan ir-Regolament.

(25)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jinħtieġ li żżomm djalogu mill-qrib mas-soċjetà ċivili bil-ħsieb ta' skambju ta' informazzjoni u l-akkomunament tal-konoxxenza fil-qasam tal-asil. L-Aġenzija jinħtieġ li twaqqaf Forum Konsultattiv li jinħtieġ li jikkostitwixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni u tal-akkomunament tal-konoxxenza. Il-Forum Konsultattiv jinħtieġ li jiggwida lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f'materji koperti minn dan ir-Regolament.

Or. en

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 26 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26 a)  Għandu jinħatar uffiċjal għad-drittijiet fundamentali indipendenti biex jippromwovi r-rispett tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Aġenzija, inkluż billi jfassal l-istrateġija tad-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija u jittratta l-ilmenti rċevuti mill-Aġenzija skont il-mekkaniżmu tal-ilmenti.

Or. en

 

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26 b)  Il-proċeduri operattivi u l-metodi stabbiliti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandhom jiffaċilitaw, fejn ikun rilevanti, l-involviment tal-Istati Membri, l-aġenziji tal-Unjoni u l-esperti esterni, b'mod partikolari mill-UNHCR u minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, fl-iżvilupp ta', inter alia, materjal ta' taħriġ, rapporti dwar il-pajjiż ta' oriġini, linji gwida, standards operazzjonali u l-aħjar prattiki kif imsemmi fl-Artikoli 7, 8, 9, 10, 11 u 12 ta' dan ir-Regolament.

Or. en

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Ir-Regolament (UE) Nru XXX/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istati Membri mwettaq fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sakemm tali pproċessar ikun twettaq mill-awtoritajiet kompetenti maħtura jew ta' verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra fosthom is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika.

(36)  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri mwettaq fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sakemm tali pproċessar ikun twettaq mill-awtoritajiet kompetenti maħtura jew ta' verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra fosthom is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika.

__________________

__________________

17 ĠU L […]

17 Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Or. en

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Id-Direttiva 2016/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-dejta japplikaw għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra skont dan ir-Regolament.

(37)  Id-Direttiva 2016/680/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-data japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra skont dan ir-Regolament.

__________________

__________________

18 ĠU L […]

18Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

Or. en

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 46

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Il-kompetenza għat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri dwar applikazzjonijiet individwali għal protezzjoni internazzjonali tibqa' f'idejn l-Istati Membri.

(46)  Il-kompetenza għat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri dwar applikazzjonijiet individwali għal protezzjoni internazzjonali tibqa' f'idejn l-Istati Membri. Madankollu, dan ma jeskludix l-ipproċessar konġunt tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni individwali minn Stat Membru u l-Aġenzija fuq talba tal-Aġenzija u fi ħdan il-qafas stabbilit fi pjan operattiv miftiehem bejn l-Istat Membru ospitanti u l-Aġenzija.

Or. en

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tgħin lill-Istati Membri b'taħriġ ta' esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha, qrati u tribunali, u servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet tal-ażil, inkluż l-iżvilupp ta' kurrikulu bażiku komuni.

(d)  tgħin u tipprovdi lill-Istati Membri b'taħriġ ta' esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha, qrati u tribunali, u servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet tal-asil, inkluż l-iżvilupp ta' kurrikulu bażiku komuni;

Or. en

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-ażil u servizzi nazzjonali oħra u mal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għal dawk attribwiti lil korpi rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha taħdem mill-qrib ma' dawk il-korpi u mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR).

2.  L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-asil u servizzi nazzjonali oħra u mal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għal dawk attribwiti lil korpi rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha taħdem mill-qrib ma' dawk il-korpi u mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti.

Or. en

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  Meta jiġi stabbilit li l-awtoritajiet tal-asil ta' Stati Membru, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-asil u servizzi nazzjonali oħra b'mod sistematiku jonqsu milli jwettqu l-obbligu li jikkooperaw b'rieda tajba, inkluż l-obbligu li jipprovdu informazzjoni f'waqtha u preċiża skont ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta rapport lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Kummissjoni u jinkludi tali informazzjoni fir-rapport ta' attività annwali dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni skont l-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament.

 

___________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-ġbir ta' statistika dwar ħaddiema barranin, ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23–29.

Or. en

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni mogħtija, b'mod partikolari, mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll il-UNHCR u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

L-Aġenzija għandha tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni mogħtija, b'mod partikolari, mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll il-UNHCR u organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi oħra.

Or. en

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, u għandha, b'mod partikolari, toqgħod fuq l-analiżi tar-riskju mwettqa minn din l-Aġenzija biex tiżgura l-ogħla livell ta' konsistenza u konverġenza fl-informazzjoni pprovduta miż-żewġ aġenziji.

Għal dan l-għan, l-Aġenzija għandha taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta biex tiżgura l-ogħla livell ta' konsistenza u konverġenza fl-informazzjoni pprovduta miż-żewġ aġenziji.

Or. en

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa tali taħriġ f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u, b'kooperazzjoni ma' entitajiet adatti ta' taħriġ fl-Istati Membri, inklużi istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn.

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa tali taħriġ f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u, b'kooperazzjoni ma' entitajiet adatti ta' taħriġ fl-Istati Membri, inklużi istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn, bħall-UNHCR, assoċjazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali ta' mħallfin u organizzazzjonijiet mhux governattivi oħra.

Or. en

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g a)  ir-risistemazzjoni, inkluż fir-rigward ta' missjonijiet tal-għażla, l-għoti ta' informazzjoni ta' qabel it-tluq u appoġġ ta' wara l-wasla;

Or. en

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt gb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g b)  kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali relatati mal-ġeneru, l-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali;

Or. en

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt gc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g c)  kwistjonijiet relatati mal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, id-drittijiet ta' persuni mogħtija l-protezzjoni internazzjonali u l-appoġġ għall-integrazzjoni;

Or. en

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt gd (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g d)  sensiela ta' żvilupp professjonali għall-membri ta' qrati u tribunali;

Or. en

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt ge (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g e)  kwistjonijiet rilevanti oħra, jekk ikun meħtieġ, abbażi ta' deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

Or. en

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura li l-esperti li jipparteċipaw fit-timijiet ta' appoġġ għall-ażil u r-riżerva ta' intervent għall-ażil, ikunu rċevew it-taħriġ speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u l-funzjonijiet tagħhom, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet operazzjonali mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha twettaq eżerċizzji b'mod regolari ma' dawn l-esperti skont l-iskeda tat-taħriġ u l-eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta' ħidma annwali tagħha.

7.  L-Aġenzija għandha tipprovdi l-esperti li jipparteċipaw fit-timijiet ta' appoġġ għall-asil u r-riżerva ta' intervent għall-asil bit-taħriġ speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u l-funzjonijiet tagħhom, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet operazzjonali mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha twettaq eżerċizzji b'mod regolari ma' dawn l-esperti skont l-iskeda tat-taħriġ u l-eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta' ħidma annwali tagħha.

Or. en

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tkun ċentru għall-ġbir rilevanti, kredibbli, preċiż u aġġornat ta' informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini ta' persuni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, inkluża informazzjoni speċifika għat-tfal u informazzjoni mmirata lejn persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli. Hija għandha tfassal u taġġorna regolarment rapporti u prodotti oħra li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni inklużi kwistjonijiet tematiċi speċifiċi għall-pajjiżi ta' oriġini.

1.  L-Aġenzija għandha tkun ċentru għall-ġbir ta' informazzjoni rilevanti, kredibbli, preċiża u aġġornata dwar il-pajjiżi ta' oriġini ta' persuni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, inkluża informazzjoni speċifika għat-tfal, għall-ġeneri u għall-orjentazzjoni sesswali u informazzjoni mmirata lejn persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli u minoranzi. Hija għandha tfassal u taġġorna regolarment rapporti u prodotti oħra li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni inklużi kwistjonijiet tematiċi speċifiċi għall-pajjiżi ta' oriġini.

Or. en

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta' informazzjoni, inklużi l-analiżi tagħha tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil u informazzjoni oħra miġbura minn organizzazzjonijiet governattivi, mhux governattivi u internazzjonali, inkluż permezz tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji, korpi, uffiċċji, u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

(a)  tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta' informazzjoni, inklużi l-analiżi tagħha tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil u informazzjoni oħra miġbura minn organizzazzjonijiet governattivi, mhux governattivi u internazzjonali, bħall-UNHCR inkluż permezz tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni kkoordinati mill-Aġenzija, kif ukoll istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji, korpi, uffiċċji, u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

Or. en

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  timmaniġġa u tkompli tiżviluppa portal li jiġbor l-informazzjoni relatata mal-pajjiżi ta' oriġini;

(b)  timmaniġġja u tkompli tiżviluppa portal pubblikament aċċessibbli li jiġbor u jxerred l-informazzjoni relatata mal-pajjiżi ta' oriġini;

Or. en

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tiżviluppa format komuni u metodoloġija komuni li tinkludi termini ta' referenza, f'konformità mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil, għall-iżvilupp ta' rapporti u prodotti oħra b'informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni.

(c)  tiżviluppa format komuni u metodoloġija komuni li jinkludu termini ta' referenza, f'konformità mar-rekwiżiti tal-liġi internazzjonali u tal-Unjoni dwar l-asil bl-involviment ta' esperti esterni, b'mod partikolari mill-UNHCR, l-akkademja u organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, għall-iżvilupp ta' rapporti u prodotti oħra b'informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni.

Or. en

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Netwerks Ewropej ta' informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini

Approċċ ta' netwerk ta' informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini

Or. en

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex tippromwovi l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-kriterji ta' evalwazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,22 l-Aġenzija għandha tikkoordina l-isforzi fost l-Istati Membri biex imexxu u jiżviluppaw analiżi komuni li tipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi tal-oriġini.

1.  Biex tippromwovi l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-kriterji ta' evalwazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,22 l-Aġenzija għandha tikkoordina l-isforzi fost l-Istati Membri biex imexxu u jiżviluppaw analiżi komuni li tipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi tal-oriġini. L-Aġenzija għandha tiżgura li tali analiżi komuni tieħu kont sħiħ tal-linji gwida ta' eliġibilità tal-UNHCR l-aktar reċenti dwar il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni internazzjonali ta' dawk li jfittxu asil minn pajjiżi speċifiċi tal-oriġini u tad-dokumenti ta' pożizzjoni speċifiċi għal pajjiż/sitwazzjoni tal-UNHCR, jekk disponibbli.

__________________

__________________

22Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

22Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

Or. en

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jissottometti l-analiżi komuni lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. L-Istati Membri għandhom jintalbu jqisu dik l-analiżi komuni meta jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tagħhom biex jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet individwali.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-UNHCR u l-Forum Konsultattiv, jissottometti l-analiżi komuni lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. L-Istati Membri għandhom jintalbu jqisu dik l-analiżi komuni meta jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tagħhom biex jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet individwali.

Or. en

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha tassigura li l-analiżi komuni jinżamm taħt reviżjoni kontinwa u aġġornat sa fejn meħtieġ. Kull reviżjoni bħal din għandha bl-istess mod teħtieġ konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni u tiġi approvata mill-Bord tat-Tmexxija.

3.  L-Aġenzija għandha tassigura li l-analiżi komuni tinżamm taħt rieżami kontinwu u aġġornata kif meħtieġ. Kull reviżjoni bħal din għandha bl-istess mod teħtieġ konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, il-UNHCR u l-Forum Konsultattiv u tiġi approvata mill-Bord tat-Tmexxija.

Or. en

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta' kull xahar, jippreżentaw quddiem l-Aġenzija t-tagħrif rilevanti dwar id-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li joriġinaw minn pajjiżi terzi soġġetti għal analiżi komuni. Dik l-analiżi għandha, b'mod partikolari, tinkludi:

4.  L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta' kull xahar, jippreżentaw quddiem l-Aġenzija t-tagħrif rilevanti kollu dwar id-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li joriġinaw minn pajjiżi terzi soġġetti għal analiżi komuni. Dik l-analiżi għandha, b'mod partikolari, tinkludi:

Or. en

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c a)  data dwar it-tip ta' protezzjoni mogħtija u sommarju tal-kriterji użati għall-għoti jew ir-rifjut tal-protezzjoni internazzjonali.

Or. en

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  L-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija fil-kuntest tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu kkumpilati skont il-prinċipji ġenerali stipulati fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament u għandhom iqisu l-informazzjoni riċevuta mingħand il-UNHCR, il-korpi ta' monitoraġġ tat-trattati tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC), l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti u sorsi indipendenti u affidabbli rilevanti oħrajn.

Or. en

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha, b'inizjattiva tagħha stess jew b' talba tal-Kummissjoni, u f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tiżviluppa standards operazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards operazzjonali kif ukoll linji gwida u l-aħjar prattiki marbutin mal-implimentazzjoni tal-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ażil. L-Aġenzija għandha, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u wara l-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, tgħaddi dawk l-istandards, l-indikaturi, il-linji gwida jew l-aħjar prattiki lill-Istati Membri l-oħra.

2.  L-Aġenzija għandha, b'inizjattiva tagħha stess jew b' talba tal-Kummissjoni, u f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tiżviluppa standards operazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-asil u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards operazzjonali kif ukoll linji gwida u l-aħjar prattiki marbutin mal-implimentazzjoni tal-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-asil. Fl-iżvilupp ta' dawn il-linji gwida, l-Aġenzija għandha tikkonsulta korpi u assoċjazzjonijiet ġudizzjarji rilevanti biex tiżgura r-rispett sħiħ lejn l-indipendenza tal-ġudikatura. L-Aġenzija għandha, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u wara l-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, tgħaddi dawk l-istandards, l-indikaturi, il-linji gwida jew l-aħjar prattiki lill-Istati Membri l-oħra.

Or. en

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  L-istandards operazzjonali, l-indikaturi, il-linji gwida u l-aħjar prattiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu żviluppati b'konsultazzjoni mal-UNHCR u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fejn rilevanti.

Or. en

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha, b'talba tal-Istati Membri, tgħinhom biex japplikaw l-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prassi għas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom billi tipprovdi għarfien espert jew assistenza teknika u operazzjonali.

3.  L-Aġenzija għandha, b'talba tal-Istati Membri, tgħinhom biex japplikaw l-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki għas-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom billi tipprovdi għarfien espert jew assistenza operazzjonali u teknika f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament.

Or. en

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi mekkaniżmu biex:

1.  L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, għandha tistabbilixxi mekkaniżmu biex:

Or. en

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tissorvelja l-implimentazzjoni u tevalwa l-aspetti kollha tas-SEKA fl-Istati Membri, partikolarment is-sistema ta' Dublin, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, il-proċeduri tal-ażil, l-applikazzjoni ta' kriterji li jiddeterminaw il-ħtiġijiet ta' protezzjoni u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija lil persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali mill-Istati Membri, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, is-salvagwardji tal-protezzjoni tat-tfal u l-ħtiġijiet ta' persuni vulnerabbli;

(a)  tissorvelja l-implimentazzjoni u tevalwa l-aspetti kollha tas-SEKA fl-Istati Membri, partikolarment is-sistema ta' Dublin, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, id-detenzjoni ta' dawk li jfittxu asil, il-proċeduri tal-asil, inkluża l-għajnuna legali, l-applikazzjoni ta' kriterji li jiddeterminaw il-ħtiġijiet ta' protezzjoni u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija lil persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali mill-Istati Membri, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, is-salvagwardji tal-protezzjoni tat-tfal u l-ħtiġijiet ta' persuni vulnerabbli u r-risistemazzjoni;

Or. en

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tirċievi data anonimizzata mis-sistemi tal-IT rilevanti tal-UE, bħall-EURODAC, il-VIS, is-SIS II u d-Dħul/Ħruġ f'ħin reali.

Or. en

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tista', b'mod partikulari, tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet.

L-Aġenzija għandha, b'mod partikulari, tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet, valutazzjonijiet ipprovduti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, il-UNHCR u korpi li jissorveljaw it-trattat dwar id-drittijiet tal-bniedem rilevanti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti u mekkaniżmi ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa.

Or. en

 

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha tivvaluta kemm l-Istati Membri huma lesti li jilqgħu l-isfidi mill-possibbiltà ta' pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil u l-akkoljenza. L-Aġenzija tista' titlob lill-Istati Membri jagħtuha l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom għal miżuri li jridu jittieħdu biex jittrattaw din il-pressjoni sproporzjonata possibbli u għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex iħejju u jirrevedu l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom, fejn meħtieġ.

3.  L-Aġenzija għandha tivvaluta kemm l-Istati Membri huma lesti li jilqgħu l-isfidi mill-possibilità ta' pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-asil u l-akkoljenza. L-Aġenzija tista' titlob lill-Istati Membri jagħtuha l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom għal miżuri li jridu jittieħdu biex jittrattaw din il-pressjoni sproporzjonata possibbli u għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex iħejju u jirrieżaminaw l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom, skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament, fejn meħtieġ.

Or. en

 

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord tat-Tmexxija għandu, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, ifassal il-programm għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza f'kull wieħed mill-Istati Membri, jew fl-Istati Membri kollha fuq bażi tematika jew aspetti speċifiċi tas-sistemi ta' ażil. Dak il-programm għandu jifforma parti minn programmazzjoni pluriennali u annwali msemmija fl-Artikolu 41.

L-Aġenzija għandha, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tfassal il-programm għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri. Dak il-programm għandu jifforma parti minn programmazzjoni pluriennali u annwali msemmija fl-Artikolu 41 ta' dan ir-Regolament, kif spjegat hawn taħt:

Or. en

 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a)  il-programmazzjoni pluriennali għandha telenka l-Istati Membri li s-sistemi ta' asil u akkoljenza tagħhom għandhom jiġu mmonitorjati kull sena, u dan jiżgura li kull Stat Membru jiġi mmonitorjat tal-anqas darba f'kull perjodu ta' ћames snin.

Or. en

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Article 14 – paragraph 1 – subparagraph 1 – point b (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b)  il-programm ta' ħidma annwali għandu jelenka l-Istati Membri li għandhom ikunu mmonitorjati fis-sena ta' wara skont il-programmazzjoni pluriennali u barra minn hekk kwalunkwe valutazzjoni tematika fi Stat Membru wieħed jew aktar, li hi meqjusa neċessarja, fis-sena ta' wara bbażata fuq analiżi tal-informazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jinkludi indikazzjoni ta' fiex jikkonsisti l-monitoraġġ u skeda għal kwalunkwe żjarat fil-post.

Or. en

 

Emenda    45

Proposta għal regolament

Article 14 – paragraph 1 – subparagraph 1 – point c (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c)  L-Aġenzija tista' tibda eżerċizzju ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tas-sistemi tal-asil jew tal-akkoljenza ta' Stat Membru fuq inizjattiva tiegħu stess jew b'talba tal-Kummissjoni kull meta jkun hemm tħassib serju rigward il-funzjonament ta' kwalunkwe aspett tas-sistemi tal-akkoljenza jew tal-asil ta' Stat Membru.

Or. en

 

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programmazzjoni pluriennali għandha telenka l-Istati Membri li s-sistemi ta' ażil u akkoljenza tagħhom għandha tiġi mmonitorjata kull sena, u dan jiżgura li kull Stat Membru għandu jiġi mmonitorjat tal-anqas darba f'kull perjodu ta' ћames snin.

imħassar

Or. en

 

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programm ta' ħidma annwali għandu jelenka l-Istati Membri li għandhom ikunu solveljati fis-sena ta' wara skont l-ipprogrammar pluriennali u l-evalwazzjonijiet tematiċi. Dan għandu jinkludi indikazzjoni ta' fiex jikkonsisti l-monitoraġġ u skeda għal kwalunkwe żjarat fil-post.

imħassar

Or. en

 

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programm ta' ħidma annwali jista' jiġi adattat, jekk meħtieġ, f'konformità mal-Artikolu 41.

imħassar

Or. en

 

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tista' tibda eżerċizzju ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tas-sistemi tal-ażil jew tal-akkoljenza ta' Stat Membru fuq inizjattiva tagħha stess jew b'talba tal-Kummissjoni kull meta jkun hemm tħassib serju rigward tal-funzjonament ta' kwalunkwe aspett tas-sistemi tal-akkoljenza jew tal-ażil ta' Stat Membru.

imħassar

Or. en

 

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha twaqqaf gruppi ta' esperti għal kull eżerċizzju ta' monitoraġġ, inklużi ż-żjarat fil-post kif meħtieġ. It-timijiet ta' esperti jkun magħmul minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess u rappreżentanti tal-Kummissjoni. It-tim ta' esperti għandu jkun responsabbli għat-tfassil ta' rapport ibbażat fuq is-sejbiet taż-żjarat fil-post u informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

2.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi gruppi ta' esperti għal kull eżerċizzju ta' monitoraġġ, inklużi ż-żjarat fil-post kif meħtieġ. It-timijiet ta' esperti jistgħu jkunu magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess u rappreżentanti tal-Kummissjoni. It-tim ta' esperti għandu jkun responsabbli għat-tfassil ta' rapport ibbażat fuq is-sejbiet taż-żjarat fil-post u informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri kif ukoll esperti tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-UNHCR.

Or. en

 

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat l-abbozz tar-rapport tal-grupp ta' esperti lill-Istat Membru kkonċernati, li għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv għandu mbagħad jibgħat l-abbozz tar-rapport, b'kont meħud tal-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat, lill-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rapport ta' monitoraġġ u jibagħtu lill-Kummissjoni.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat l-abbozz tar-rapport tal-grupp ta' esperti lill-Istat Membru kkonċernat, li għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv għandu mbagħad jiffinalizza l-abbozz tar-rapport wara li jkun qies il-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat u jgħaddih lill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.

Or. en

 

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fir-rapport ta' monitoraġġ. L-Istat Membru konċernat għandu jingħata xahar żmien biex jikkummenta dwar l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet. Wara li jikkunsidra dawn il-kummenti, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rakkomandazzjonijiet u għandu jistieden lill-Istat Membru konċernat biex ifassal pjan ta' azzjoni li jiddeskrivi l-miżuri biex jirrimedjaw xi nuqqasijiet.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fir-rapport ta' monitoraġġ. L-Istat Membru kkonċernat għandu jingħata xahar żmien biex jikkummenta dwar l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet u għaxart ijiem fil-każ tas-sitwazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1. Wara li jikkunsidra dawn il-kummenti, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rakkomandazzjonijiet u għandu jistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex ifassal pjan ta' azzjoni li jiddeskrivi l-miżuri biex jirrimedja kwalunkwe nuqqas.

Or. en

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Aġenzija bi pjan ta' azzjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4. Dan l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u minn hemm 'il quddiem ikompli jagħmel dan kull xahar għal perjodu massimu ta' sitt xhur.

5.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Aġenzija bi pjan ta' azzjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 u ħmistax-il jum fil-każ tas-sitwazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1. Dan l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u 45 jum fil-każ tas-sitwazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1. Minn hemm 'il quddiem għandu jkompli jagħmel dan kull xahar għal perjodu massimu ta' sitt xhur.

Or. en

 

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

(c)  tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali inkluż permezz tal-ipproċessar konġunt, jekk mitluba mill-Istat Membru kkonċernat;

Or. en

 

Emenda    55

Proposta għal regolament

Article 16 – paragraph 3 – point j a (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(j a)  tipprovdi għajnuna lill-qrati u t-tribunali tal-Istati Membri kkonċernati billi tibgħat imħallfin b'għarfien espert fil-liġi tal-asil minn Stati Membri oħra;

Or. en

 

Emenda    56

Proposta għal regolament

Article 16 – paragraph 3 – point j b (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(j b)  tassisti fil-mekkaniżmu ta' riferiment, l-identifikazzjoni u s-salvagwardji ta' gruppi vulnerabbli, inklużi l-vittmi ta' trawma, il-persekuzzjoni relatata mal-ġeneru jew l-orjentament sesswali, ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u l-vittmi tat-traffikar, u bl-għoti ta' assistenza xierqa għal dawn il-gruppi vulnerabbli.

Or. en

 

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultat ta' miżuri operazzjonali u tekniċi u għandu jittrażmetti rapporti ta' evalwazzjoni dettaljati lill-Bord tat-Tmexxija fi żmien 60 jum mit-tmiem ta' dawn il-miżuri. L-Aġenzija għandha tagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawn ir-riżultati li għandu jkun inkluż fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 65.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, abbażi ta' skema ta' rappurtar u evalwazzjoni li għandha punti ta' riferiment u indikaturi għall-evalwazzjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u b'kont meħud, fejn disponibbli, ta' informazzjoni minn aġenziji u korpi oħrajn tal-Unjoni u minn sorsi oħra, bħalma huma l-UNHCR u organizzazzjonijiet mhux governattivi, jevalwa r-riżultat ta' miżuri operazzjonali u tekniċi u għandu jittrażmetti rapporti ta' evalwazzjoni dettaljati lill-Bord tat-Tmexxija fi żmien 60 jum mit-tmiem ta' dawn il-miżuri. L-Aġenzija għandha tagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawn ir-riżultati li għandha tkun inkluża fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 65.

Or. en

 

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhomjikkontribwixxu għat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jipproponu esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-timijiet ta' appoġġ għall-asil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jipproponu esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa. Membri esperti ta' qrati u tribunali għandhom ikunu maħtura minn korpi ġudizzjarji rilevanti.

Or. en

 

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti li jikkontribwixxu jkunu jaqblu mal-profili u n-numri deċiżi mill-Bord tat-Tmexxija. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini iżda f'kullkaż dan ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti li jikkontribwixxu jkunu jaqblu mal-profili u n-numri deċiżi mill-Bord tat-Tmexxija. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini iżda f'kull każ dan ma għandux ikun ta' inqas minn 60 jum.

Or. en

 

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva ta' intervent għall-ażil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jipproponu esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini iżda f'kullkaż dan ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva ta' intervent għall-asil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jipproponu esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini iżda f'kull każ dan ma għandux ikun ta' inqas minn 60 jum.

Or. en

 

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  L-Aġenzija tista' tivverifika jekk l-esperti proposti mill-Istati Membri jikkorrispondux għall-profili u l-kwalifiki definiti u għandhom jiddeċiedu dwar l-esperti li għandhom jintagħżlu mir-riżerva ta' intervent għall-asil. L-Aġenzija tista' titlob lill-Istat Membru biex ineħħi espert mir-riżerva ta' intervent għall-asil fejn dawn ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfatti jew f'każ ta' mġiba ħażina jew ta' ksur tar-regoli applikabbli għall-iskjerament.

Or. en

 

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c a)  il-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' timijiet ta' appoġġ għall-asil, fejn dawn it-timijiet iridu jkunu mobbli;

Or. en

 

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  deskrizzjoni ddettaljata u ċara tal-kompiti u struzzjonijiet speċjali għat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil, inklużi bażijiet ta' dejta nazzjonali u Ewropej li huma awtorizzati li jikkonsultaw, u t-tagħmir li jistgħu jużaw jew iġorru fl-Istat Membru ospitanti;

(e)  deskrizzjoni dettaljata u ċara tal-kompiti u r-responsabilitajiet, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u istruzzjonijiet speċjali għat-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil, inklużi bażijiet ta' data nazzjonali u Ewropej li huma awtorizzati li jikkonsultaw, u t-tagħmir li jistgħu jużaw jew iġorru fl-Istat Membru ospitanti;

Or. en

 

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  skema ta' rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta' riferiment għar-rapport ta' evalwazzjoni u s-sottomissjoni tad-dejta finali tar-rapport ta' evalwazzjoni finali;

(i)  skema ta' rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta' riferiment għar-rapport ta' evalwazzjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u d-data finali tas-sottomissjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni finali;

Or. en

 

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  il-modalitajiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(j)  il-modalitajiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali f'żoni fejn dawn l-atturi għandhom mandati simili;

Or. en

 

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt k

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  proċeduri li bihom persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, vittmi tat-traffikar ta' bnedmin, minorenni mhux akkumpanjati u persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli jiġu ggwidati lejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal assistenza xierqa.

(k)  proċeduri li bihom persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, vittmi tat-traffikar ta' bnedmin, minorenni mhux akkumpanjati u persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli jiġu identifikati u ggwidati lejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal assistenza xierqa.

Or. en

 

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Fi Stati Membri fejn il-UNHCR huwa operattiv u għandu l-kapaċità li jikkontribwixxi għal talba għal assistenza teknika u operazzjonali, l-Aġenzija għandha tikkonsulta u tikkoordina mal-UNHCR fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjan operazzjonali.

Or. en

 

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara li jinforma lill-Istat Membru ospitanti, jissospendi jew ittemm l-iskjerament tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu l-miżuri operazzjonali u tekniċi ma jibqgħux jiġu sodisfati jew jekk il-pjan operazzjonali ma jiġix rispettat mill-Istat Membru ospitanti.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara li jinforma lill-Istat Membru ospitanti, jissospendi jew itemm l-iskjerament tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu l-miżuri operazzjonali u tekniċi ma jibqgħux jiġu ssodisfati jew jekk il-pjan operazzjonali ma jiġix rispettat mill-Istat Membru ospitanti jew jekk wara li jkun ikkonsulta l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, hu jew hi jqis li hemm ksur tad-drittijiet fundamentali jew tal-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali li huma ta' natura serja jew li aktarx jippersisti.

Or. en

 

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-esperti tar-riżerva ta' intervent għall-ażil għandhom jiġu skjerati f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 basta iżda li l-esperti li għandhom jiġu skjerati minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali jsir qbil dwarha mid-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru li jitlob assistenza. L-Istat Membru ma jistax jinvoka l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 17(6).

2.  L-esperti tar-riżerva ta' intervent għall-asil għandhom jiġu skjerati f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 basta iżda li l-esperti għandhom ikunu disponibbli għall-iskjerament minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali mid-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru li jitlob assistenza. L-Istat Membru ma jistax jinvoka l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 17(6).

Or. en

 

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 7 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7 a.  L-Aġenzija tista' tidħol fi ftehimiet ta' stennija ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi li joffru l-kapaċità u l-ħila esperta teknika tagħhom sabiex jikkomplementaw il-kapaċità tal-Aġenzija li tipprovdi appoġġ operazzjonali. Fejn meħtieġ, l-Aġenzija tista' tibgħat esperti minn dawn l-organizzazzjonijiet sakemm esperti xierqa tal-Istati Membri jkunu disponibbli. Qabel ma jiġu mibgħuta, esperti minn dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jieħdu sehem f'taħriġ speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u l-funzjonijiet tagħhom organizzat mill-Aġenzija skont l-Artikolu 7(7) ta' dan ir-Regolament.

Or. en

 

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a)  trasport intern bejn ir-reġjuni differenti tal-Istat Membru ospitanti;

Or. en

 

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f a)  il-kiri tal-karozzi u l-ispejjeż kollha relatati, bħall-assigurazzjoni, il-karburant u l-pedaġġi;

Or. en

 

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f b)  spejjeż ta' komunikazzjoni;

Or. en

 

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f c)  spejjeż ta' interpretazzjoni.

Or. en

 

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar il-ħatra ta' Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Aġenzija. Dawn il-miżuri għandhom ikunu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

2.  Għandu jinħatar Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament mill-Aġenzija. Dawn il-miżuri għandhom ikunu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Or. en

 

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dejta personali tiġi kanċellata hekk malli tkun trażmessa lill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew użata għall-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil. Il-perjodu ta' ħażna għandu f'kull każ ma jaqbiżx 30 jum wara d-data li fiha l-Aġenzija tiġbor jew tirċievi dik id-dejta. B'riżultat ta' analiżi ta' informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil, id-dejta ma għandhiex tippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna fiżika fi kwalunkwe ħin.

3.  Id-dejta personali tiġi mħassra hekk malli tkun trażmessa lill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew użata għall-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil. Il-perjodu ta' ħażna għandu f'kull każ ma jaqbiżx 60 jum wara d-data li fiha l-Aġenzija tiġbor jew tirċievi dik id-data. B'riżultat ta' analiżi ta' informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil, id-data ma għandhiex tippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna fiżika fi kwalunkwe ħin.

Or. en

 

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c a)  uffiċjal għad-drittijiet fundamentali

Or. en

 

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u d-Deputat Direttur Eżekuttiv, jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuqu jew fuqha u, meta jkun meħtieġ, jestendi l-mandat tiegħu/tagħha jew itemmlu/itemmilha l-mandat mill-uffiċċju f'konformità mal-Artikoli 45 u 47;

imħassar

Or. en

 

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt w

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(w)  jadotta r-rapport annwali tat-tim ta' esperti li jwettqu eżerċizzju ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 14(3).

imħassar

Or. en

 

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Direttur Eżekuttiv

Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv u l-viċi Direttur Eżekuttiv

Or. en

 

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun membru tal-persunal u għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjiegi ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni.

1.   Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv, li għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv, għandhom ikunu membri tal-persunal u għandhom jiġu ngaġġati bħala aġenti temporanji tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjiegi ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni.

Or. en

 

 

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta' selezzjoni miftuħa u trasparenti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar abbażi ta' mertu u ta' ħiliet dokumentati ta' amministrazzjoni u tat-tmexxija, kif ukoll abbażi tal-esperjenza relevanti tiegħu fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-ażil.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, bi qbil komuni, jaħtru d-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv fuq bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni wara li l-kariga tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ġurnali oħrajn jew siti tal-internet kif ikun xieraq.

Or. en

 

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija tkun rappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

imħassar

Or. en

 

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv għandhom jinħatru abbażi ta' mertu, indipendenza u ħiliet dokumentati ta' amministrazzjoni u tat-tmexxija, kif ukoll abbażi tal-esperjenza rilevanti tiegħu fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-asil.

Or. en

 

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 b.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid.

Or. en

 

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 c.  Minbarra sostituzzjoni normali jew mewt, il-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandhom jintemmu fil-każ ta' riżenja. Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv jistgħu jitkeċċew mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta' dmirijiethom jew jekk jinstabu ħatja ta' kondotta ħażina serja.

Or. en

 

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija jista' jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.

imħassar

Or. en

 

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-Aġenzija.

4.  Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv u tad-Direttur Eżekuttiv huwa ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Viċi Direttur Eżekuttiv u d-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

Or. en

 

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux iktar minn ħames snin.

imħassar

Or. en

 

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi t-tul tal-kariga tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel kull estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb għal mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.

imħassar

Or. en

 

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra ta' selezzjoni għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu ġenerali.

imħassar

Or. en

 

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

imħassar

Or. en

 

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Il-Bord tat-Tmexxija jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li jkollhom drittijiet tal-vot.

imħassar

Or. en

 

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 5 – punt o

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)  jissottomettu abbozzi ta' rapporti u abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ lill-Istat Membru kkonċernat u sussegwentement lill-Bord tat-Tmexxija skont l-Artikolu 14(3) u (4);

(o)  jissottomettu abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ lill-Istat Membru kkonċernat u sussegwentement lill-Bord tat-Tmexxija skont l-Artikolu 14(4) ta' dan ir-Regolament;

Or. en

 

Emenda    95

Proposta għal regolament

Article 46 – paragraph 5 – point u a (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(u a)  il-ħatra ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali.

Or. en

 

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 47

 

Test oriġinali

Emenda

Artikolu 47

imħassar

Viċi Direttur Eżekuttiv

 

1.   Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv.

 

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45 għandhom japplikaw għal Viċi Direttur Eżekuttiv.

 

Or. en

 

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 47 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 47a

 

Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali

 

1.   Uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkun maħtur mid-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Bord ta' Tmexxija u l-Forum Konsultattiv. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkun responsabbli għat-tfassil tal-istrateġija tad-drittijiet fundamentali, il-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Aġenzija.

 

2.   L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha bħala uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u għandu jirrapporta direttament lid-Direttur Eżekuttiv u jikkoopera mal-Bord ta' Tmexxija u l-Forum Konsultattiv. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jirrapporta fuq bażi regolari u b'hekk jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali.

 

3.   L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jiġi kkonsultat dwar il-pjanijiet operazzjonali mfassla skont l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, b'rabta mal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

Or. en

 

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni u l-metodi ta' ħidma tal-Forum Konsultattiv, inklużi gruppi ta' konsultazzjoni f'iffokar ġeografiku jew tematiku, u l-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Forum Konsultattiv.

Bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni tal-Forum Konsultattiv, filwaqt li jikkunsidra l-għarfien, l-għarfien espert, id-diversità tal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u r-rilevanza tal-attivitajiet tal-Aġenzija, kif ukoll il-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Forum Konsultattiv. Il-Forum Konsultattiv għandu, wara li jikkonsulta lill-Bord Amminstrattiv u lid-Direttur Eżekuttiv, jiddefinixxi l-metodi ta' ħidma tiegħu.

Or. en

 

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Forum Konsultattiv għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f'materji relatati mal-ażil, b'konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi f'oqsma identifikati bħala prijoritajiet għall-ħidma tal-Aġenzija.

4.  Il-Forum Konsultattiv għandu jiggwida lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f'materji relatati mal-asil, b'konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi f'oqsma identifikati bħala prijoritajiet għall-ħidma tal-Aġenzija.

Or. en

 

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 54 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 54a

 

Protezzjoni tad-Drittijiet Fundamentali u Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali

 

1.   L-Agenzija għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta, id-dritt internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Protokoll tal-1967, in-normi ġuridiċi adottati fil-kuntest tas-SEKA u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tagħha.

 

2. Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment u timplimenta Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali, inkluż mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

 

3.   L-Aġenzija għandha, fit-twettiq tal-kompiti tagħha, tqis il-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati, il-persuni b'diżabilità, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, il-persuni li jeħtieġu assistenza medika, persuni li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u persuni oħrajn f'sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli. L-Aġenzija għandha fl-attivitajiet kollha tagħha tagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet tat-tfal u tiżgura li l-aħjar interessi tat-tfal jiġu rispettati.

Or. en

 

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 54b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 54b

 

Kodiċi ta' Kondotta

 

1.   L-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment Kodiċi ta' Kondotta applikabbli għall-esperti kollha involuti f'operazzjonijiet ta' appoġġ ikkoordinati mill-Aġenzija. Il-Kodiċi ta' Kondotta għandu jistabbilixxi l-proċeduri maħsuba sabiex jiggarantixxu l-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali mmirati b'mod partikolari lejn it-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati u persuni oħra li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli, kif ukoll persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali. Il-Kodiċi ta' Kondotta għandu japplika għall-persuni kollha li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija.

 

2.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa u taġġorna regolarment il-Kodiċi ta' Kondotta tagħha f'kooperazzjoni mal-Forum Konsultattiv.

Or. en

 

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 54c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 54c

 

Mekkaniżmu ta' lment

 

1.   L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex toħloq mekkaniżmu ta' lment skont dan l-Artikolu biex timmonitorja u tiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

 

2.   Kwalunkwe persuna li tkun direttament affettwata mill-azzjonijiet tal-persunal involut f'attivitajiet operazzjonali bl-involviment jew mal-involviment tal-Aġenzija, u li tqis lilha nnifisha li kienet is-suġġett ta' ksur ta' drittijiet fundamentali tagħha minħabba dawk l-azzjonijiet, jew kwalunkwe parti li tirrappreżenta lil tali persuna, tista' tressaq ilment, bil-miktub, lill-Aġenzija.

 

3.   Għandhom ikunu ammissibbli biss ilmenti sostanzjati li jinvolvu ksur konkret tad-drittijiet fundamentali. Ilmenti li huma anonimi, malizzjużi, frivoli, vessatorji, ipotetiċi jew mhux preċiżi għandhom ikunu esklużi mill-mekkaniżmu ta' lment.

 

4.   L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkun responsabbli biex jittratta l-ilmenti li jaslu għand l-Aġenzija skont id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Għal dan l-għan, l-uffiċjal għad-drittijiet fndamentali għandu jirrieżamina l-ammissibilità ta' lment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jgħaddi l-ilmenti rreġistrati kollha lid-Direttur Eżekuttiv, jgħaddi l-ilmenti li jikkonċernaw lil membri tat-timijiet lill-Istat Membru ta' domiċilju, jinforma lill-awtorità rilevanti jew lill-korp kompetenti għad-drittijiet fundamentali fi Stat Membru, u jirreġistra u jiżgura s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru.

 

5.   Skont id-dritt għal amministrazzjoni tajba, jekk ilment ikun ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom ikunu infurmati li lment ġie rreġistrat, li tkun inbdiet valutazzjoni u li tweġiba tista' tkun mistennija malli ssir disponibbli. Jekk ilment jiġi mgħoddi lil awtoritajiet jew korpi nazzjonali, l-ilmentatur għandu jiġi pprovdut bid-dettalji ta' kuntatt tagħhom. Jekk ilment ma jkunx ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom ikunu informati bir-raġunijiet u, jekk ikun possibbli, ipprovduti b'aktar possibilitajiet biex jiġi indirizzat it-tħassib tagħhom.

 

Kwalunkwe deċiżjoni għandha tkun bil-miktub u motivata.

 

6.   Fil-każ ta' lment reġistrat li jikkonċerna membru tal-persunal tal-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiżgura segwitu xieraq, b'konsultazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, inklużi miżuri dixxiplinarji kif ikun meħtieġ. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lura f'qafas ta' żmien determinat lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali dwar is-sejbiet u s-segwitu mogħti mill-Aġenzija lil ilment, inklużi l-miżuri dixxiplinarji kif meħtieġ.

 

Jekk ilment ikun relatat ma' kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinvolvi lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jistabbilixxu, bil-miktub, memorandum ta' qbil li jispeċifika t-tqassim tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-ilmenti milqugħa.

 

7.   Fil-każ ta' lment reġistrat li jikkonċerna espert ta' Stat Membru ospitanti jew membru tat-timijiet, inklużi membri sekondati tat-timijiet jew esperti nazzjonali sekondati, l-Istat Membru ta' oriġini għandu jiżgura segwitu xieraq, inkluż miżuri dixxiplinarji kif meħtieġ jew miżuri oħrajn skont il-liġi nazzjonali. L-Istat Membru rilevanti għandu jirrapporta lura lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali dwar is-sejbiet u s-segwitu għal ilment fi żmien perjodu determinat, u jekk meħtieġ, f'intervalli regolari minn dak iż-żmien 'il quddiem. L-Aġenzija għandha tagħti segwitu lill-kwistjoni jekk l-ebda rapport ma jasal mill-Istat Membru rilevanti.

 

8.   F'każ li espert mibgħut mill-Aġenzija jew espert nazzjonali sekondat jinstab li kiser id-drittijiet fundamentali jew l-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali, l-Aġenzija għandha titlob lill-Istat Membru jneħħi lill-espert jew lill-espert nazzjonali sekondat immedjatament mill-attività tal-Aġenzija jew mir-riżerva ta' reazzjoni rapida.

 

9.   L-uffiċjal għad-drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord ta' Tmexxija dwar is-sejbiet u s-segwitu għall-ilmenti mill-Aġenzija u l-Istati Membri. L-Aġenzija, fir-rapport annwali tagħha, għandha tinkludi informazzjoni dwar il-mekkaniżmu ta' lment.

Or. en

 

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta' Aġenzija Ewropea għall-Asil għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rwol tal-EASO u tiżviluppaha f'aġenzija li tista' tassumi rwol ġdid fl-implimentazzjoni tas-SEKA u preżenza aktar qawwija fl-operazzjonijiet. Ir-rapporteur jemmen li, sabiex dan jinkiseb, huwa essenzjali li l-EASO tiġi trasformata f'aġenzija kompluta tal-UE bil-mezzi u l-mandat meħtieġa biex tgħin lill-Istati Membri f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, iżda wkoll biex tipprovdi l-esperjenza operazzjonali meħtieġa u l-assistenza teknika lill-Istati Membri, biex tkun tista' tirrinforza u tikkomplementa s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza ta' Stat Membru, inkluż l-appoġġ għal distribuzzjoni ġusta u sostenibbli ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-SEKA. B'mod aktar ġenerali, huwa importanti li l-Aġenzija tingħata mandat li jikkorrispondi għall-għan aħħari tat-tisħiħ tas-SEKA. Barra minn hekk, peress li r-Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tidħol fis-seħħ dalwaqt, ir-rapporteur jemmen li Aġenzija tal-Asil daqstant b'saħħitha u operazzjonali hija kruċjali fil-ġestjoni tal-kriżi attwali.

Ir-rapporteur jilqa' u jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li timmira li żżid b'mod sinifikanti l-irwol tal-EASO f'kooperazzjoni prattika, l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-asil, l-iżgurar ta' konverġenza akbar tas-SEKA, il-promozzjoni tad-dritt internazzjonali u tal-Unjoni dwar l-istandards operazzjonali tal-asil, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tas-SEKA u biex tipprovdi aktar assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri.

Ir-rapporteur jappoġġja l-fehma li l-kapaċità operazzjonali tal-Aġenzija hija tassew kruċjali. L-Aġenzija għandu jkollha riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani li jkunu xierqa għall-kompiti l-ġodda tagħha, b'mod partikolari l-isfidi attwali tal-flussi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa, u magħmula disponibbli b'mod effiċjenti. Din il-kapaċità għandha tkun ibbażata fuq il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri.

Ir-rapporteur jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u korpi u aġenziji Ewropej oħra, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta strateġikament, operazzjonalment u teknikament. Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi relazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Aġenzija u l-UNHCR u huwa tal-opinjoni li tali kooperazzjoni tkun ta' benefiċċju kbir. Ġie propost ukoll li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-Aġenzija u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, inklużi assoċjazzjonijiet tal-imħallfin.

Ir-rapporteur jemmen li t-taħriġ huwa wieħed mill-aktar kompiti importanti tal-Aġenzija. Ir-rapporteur jipproponi li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tat-taħriġ offrut mill-aġenzija u jintagħmel aktar flessibbli u adattabbli għall-ħtiġijiet attwali. Għalhekk, il-Bord ta' Amministrazzjoni qed jingħata l-possibilità li jintroduċi suġġetti ġodda.

Ir-rapporteur jilqa' r-rwol tal-Aġenzija fil-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri mal-aspetti kollha tas-SEKA. Ir-rapporteur jemmen li l-Istati Membri kollha jeħtiġilhom ikunu mmonitorjati darba kull 5 snin fl-aspetti kollha tas-SEKA. Dan jista' jiġi interpretat ukoll bħala miżura preventiva, peress li n-nuqqasijiet ikunu jistgħu jiġu identifikati u korretti fil-ħin. Ir-riżultat ta' dawn il-valutazzjonijiet għandu jipprovdi stampa ċara dwar il-funzjonament ġenerali tas-SEKA.

Barra minn din il-valutazzjoni ġenerali, ir-rapporteur jemmen li teħtieġ il-possibilità ta' valutazzjoni/monitoraġġ li għandha tiġi deċiża fuq bażi annwali. Huwa propost li din il-valutazzjoni għandha tiġi marbuta mal-analiżi ta' informazzjoni mħejjija mill-Aġenzija skont l-Artikolu 4. Il-valutazzjoni annwali tista' ssir f'wieħed jew aktar Stati Membri, skont l-analiżi ta' informazzjoni mwettqa mill-Aġenzija msemmija hawn fuq.

Il-Kummissjoni pproponiet li tippermetti lill-Aġenzija tniedi eżerċizzju ta' monitoraġġ fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni. Ir-rapporteur jappoġġja din l-idea, iżda dan il-monitoraġġ għandu jsir biss f'każijiet speċifiċi, fejn l-avvenimenti f'xi Stati Membri jagħtu lok għal tħassib serju rigward il-funzjonament ta' xi aspetti ta' dik is-sistema ta' asil tal-Istati Membri u jista' jipperikola t-tħaddim tas-SEKA jekk ma jsirx b'mod f'waqtu.

Ir-rapporteur jipproponi li l-Aġenzija tfassal strateġija għad-drittijiet fundamentali mħejjija mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, li se jkun responsabbli wkoll għall-mekkaniżmu tal-ilmenti.