Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
18.1.2017
***I
ABBOZZ TA' RAPPORT
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni).
( COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Sophia in 't Veld
(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_COD_1recastingam
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 37
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni).
( COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2016)0465 ),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0323/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Taljan, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjun ta' ... 2017,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[1],
– wara li kkunsidra l-ittra ta' […] tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ( A8-0000/2017 ),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17. | imħassar |
Or. en
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta kun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett. | (12) Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar jenħtieġ li tkun limitata għall-finijiet u għat-tul meħtieġa għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġuni ta' dan it-tip tista' tkun, pereżempju, li applikant ikollu bżonn jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendi żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet oħrajn ta' dan it-tip jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol jiġu obbligati jivvjaġġaw minħabba raġunijiet essenzjali ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jiġu obbligati jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji li jkunu qed jiffosterjawhom. |
Or. en
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' residenza legali. Applikant li ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu aktarx li, wara li jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin ], ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni u konsegwentement aktarx li jaħrab. Għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | (13) L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' permanenza jew residenza legali. |
Or. en
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-applikanti huma meħtieġa jkunu preżenti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. F'każ li applikant jaħrab mill-Istat Membru u, mingħajr awtorizzazzjoni, jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | (14) L-applikanti huma marbutin jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. Meta applikant jaħrab u jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil li taħdem tajjeb, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun marbut li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. |
Or. en
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Il-fatt li applikant ikun ħarab preċedentement lejn Stat Membru ieħor huwa fatt importanti meta jiġi vvalutat ir-riskju li l-applikant jista' jaħrab. Sabiex jiġi żgurat li l-applikant ma jerġax jaħrab u jibqa' għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ladarba l-applikant jintbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed. | imħassar |
Or. en
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, minħabba proċessar malajr u monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, minħabba l-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew sabiex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex: japplika fl-Istat Membru tal-ewwel dħul irregolari jew legali; jibqa' fl-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti; jew f'każijiet fejn l-applikant ikun intbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku. | (16) Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, għall-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, jew biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab meta jkun ġie stabbilit mill-awtoritajiet rilevanti li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, jenħtieġ li l-Istati Membri, meta meħtieġ, ikunu jistgħu jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex jibqa' fl-Istat Membru fejn ikun marbut ikun preżenti, jew, f'każijiet fejn l-applikant ikun intbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun marbut ikun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. Meta l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku. |
Or. en
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Meta jkun hemm raġunijiet biex jitqies li jkun hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri għandhom jitolbu li l-applikanti jirraportaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' spiss skont kemm meħtieġ sabiex isir monitoraġġ tal-applikant b'tali mod li ma jaħrabx. Sabiex jiskoraġġixxu lill-applikanti milli jaħarbu, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi wkoll jagħtu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, meta l-applikant ikun intitolat għal dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, in natura biss. | (17) Meta jkun hemm raġunijiet biex jitqies li jkun hemm riskju li applikant jista' jaħrab, jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri, abbażi ta' deċiżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji, jirrikjedu li l-applikanti jirraportaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-frekwenza meħtieġa sabiex isir monitoraġġ tal-applikant b'tali mod li ma jaħrabx. Sabiex jiskoraġġixxu lill-applikanti milli jaħarbu, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi wkoll jagħtu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, meta l-applikant ikun intitolat għal dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, in natura biss. Jenħtieġ ukoll li l-applikanti jiġu pprovduti bil-possibbiltà ta' appell kontra d-deċiżjonijiet li jirrikjedulhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti. |
Or. en
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Id-deċiżjonijiet kollha li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment tal-applikant jeħtieġ li jkunu bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, filwaqt li titqies kull ħtieġa ta' akkoljenza speċjali ta' applikanti u l-prinċipji ta' proporzjonalità. L-applikanti jridu jkunu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità. | (18) Jenħtieġ li kwalunkwe restrizzjoni fuq il-libertà ta' moviment tal-applikant tkun ibbażata fuq deċiżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji, li tkun tqis l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, inkluż kull ħtieġa ta' akkoljenza speċjali ta' applikanti u l-prinċipju ta' proporzjonalità. Jenħtieġ li l-applikanti jiġu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità. Jenħtieġ ukoll li jiġu pprovduti bil-possibbiltà ta' appell kontra tali deċiżjonijiet. |
Or. en
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Fid-dawl ta' konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, it-tifsira ta' ħarba għandha tiġi definita li tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritjaiet rilevanti, inkluż billi jitlaq mit-territorju fejn l-applikant ikun meħtieġ li jkun preżenti. | (19) Fid-dawl tal-konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, jenħtieġ li jiġi ddefinit li t-tifsira ta' ħarba tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanza fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti. |
Or. en
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tkun applikata skont il-prinċipju sottostanti li persuna m'għandiex tinżamm f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. L-applikanti jistgħu jiġu detenuti biss taħt Ö iċ- Õ ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar stipulati fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' tali detenzjoni. Id-detenzjoni tal-applikanti skont din id-Direttiva għandha tkun ordnata bil-miktub biss minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi u jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, inkluż fil-każijiet fejn il-persuna tkun diġà detenuta meta tagħmel l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Meta applikant jinżamm detenut huwa għandu jkollu aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħar-rimedju ġudizzjarju quddiem awtorità ġudizzjarja nazzjonali. | (20) Jenħtieġ li d-detenzjoni tal-applikanti tkun applikata skont il-prinċipju sottostanti li jenħtieġ li persuna ma tinżammx f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. L-applikanti jistgħu jiġu detenuti biss taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar ħafna li qed jiġu stipulati fid-Direttiva u b'mod soġġeti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' tali detenzjoni. Jenħtieġ li d-detenzjoni tal-applikanti skont din id-Direttiva tkun ordnata bil-miktub biss mill-awtoritajiet ġudizzjarji li jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, inkluż fil-każijiet fejn il-persuna tkun diġà detenuta meta tagħmel l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni li timponi detenzjoni tinkludi riferiment għall-kunsiderazzjoni tal-alternattivi disponibbli u r-raġunijiet li minħabba fihom ma setgħux jiġu applikati effettivament. Meta applikant jinżamm detenut, jenħtieġ li jkollu aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħar-rimedju ġudizzjarju. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Peress li l-abbozz ta' rapport jinkludi emendi għat-test propost rigward l-obbligi ta' rappurtar li jillimitaw it-teħid ta' deċiżjonijiet rilevanti għall-awtoritajiet ġudizzjarji biss, hemm bżonn tiġi emendata wkoll il-parti mit-test rigward it-tipi ta' deċiżjonijiet li jistgħu jordnaw id-detenzjoni, u li għalihom, bħala l-aktar miżura restrittiva tal-libertà ta' moviment, id-deċiżjoni għandha wkoll, a fortiori, tittieħed mill-awtoritajiet ġudizzjarji waħedhom, inkella l-koerenza interna tat-test tista' titfixkel.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà tagħhom u għall-kura fiżika u emozzjonali tagħhom u pprovduta b'mod li tħeġġeġ l-iżvilupp ġenerali tagħhom. | (30) Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll konformità sħiħa mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa. Hemm bżonn li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà tagħhom, b'mod partikolari billi jiġu pprovduti akkomodazzjoni tajba għat-tfal, il-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali u ta' dik abbażi ta' sess, kura fiżika u emozzjonali u edukazzjoni, u li dan kollu jiġi pprovdut b'mod li jħeġġeġ l-iżvilupp ġenerali tagħhom. |
Or. en
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard u ta' disturbi mentali serji. Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Ir-riżultati tal-kontrolli mediċi ma għandhomx jinfluwenzaw il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. | (31) Jenħtieġ li l -Istati Membri jiżguraw li l-applikanti jirċievu aċċess sħiħ għall-kura tas-saħħa meħtieġa li jenħtieġ li tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza, kura fil-maternità, u trattament essenzjali ta' mard, inklużi disturbi mentali serji, bħal disturbi minn stress postrawmatiku. Sabiex tingħata tweġiba għat-tħassib relatat mas-saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u jiġu salvagwardjati s-saħħa u d-drittijiet tal-applikanti individwali, jenħtieġ li l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa jinkludi wkoll servizzi fil-qasam tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għall-applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, bi qbil mal-linji gwida li għandhom jiġu stabbiliti b'mod konġunt mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Jenħtieġ li r-riżultati tal-kontrolli mediċi ma jinfluwenzawx il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. |
Or. en
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Id-dritt ta' applikant għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali skont din id-Direttiva jista' jitnaqqas f'ċerti ċirkustanzi bħal meta applikant ikun ħarab lejn Stat Membru ieħor mill-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Madankollu, l-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikulari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikulari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Meta minorenni jkun fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-minorenni b'aċċess għal attivitajiet edukattivi xierqa sakemm jiġu trasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali. | (32) Jenħtieġ li l-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Jenħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti, b'mod partikolari dawk nisa, li jkunu esperjenzaw vjolenza sesswali jew abbażi ta' sess, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għall-kura medika, l-appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali xierqa. Tali applikanti jenħtieġ li jitqiesu bħala persuni bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. |
Or. en
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) L-ambitu tad-definizzjoni ta' membru tal-familja għandu jirrifletti r-realtà tat-tendenzi migratorji attwali, li skonthom l-applikanti ta' spiss jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu mtawwal ta' żmien fi tranżitu. Għaldaqstant, id-definizzjoni għandha tinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla fit-territorju tal-Istati Membri. | (33) L-ambitu tad-definizzjoni ta' membru tal-familja jenħtieġ li ma jkunx diskriminatorju u jenħtieġ li jirrifletti r-realtà tat-tendenzi migratorji attwali, li skonthom l-applikanti ta' spiss jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu mtawwal ta' żmien fi tranżitu. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-definizzjoni tinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla fit-territorju tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw id-definizzjoni ta' membru tal-familja bi qbil mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-ambitu tad-definizzjoni ta' familja, waqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi differenti tad-dipendeza u l-attenzjoni partikolari li għandha tingħata lill-aħjar interessi tat-tfal, tiġi ssottolinjata l-importanza li jitħarsu l-applikanti nisa, li jkunu l-vittma ta' żwieġ fit-tfulija, prekoċi jew sfurzat. Jenħtieġ li ma ssirx diskriminazzjoni kontra l-koppji mhux miżżewġin minħabba raġunijiet ta' orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru. |
Or. en
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 34
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(34) Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol ð u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli. ï | (34) Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. |
Or. en
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata. | (35) Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u l-awtosuffiċjenza tal-applikanti, jenħtieġ li jiġi pprovdut aċċess immedjat għas-suq tax-xogħol. |
Or. en
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 40a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (40a) Il-ħiliet lingwistiċi huma indispensabbli sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkollhom standard ta' għajxien adegwat, li jingħataw aċċess immedjat għas-suq tax-xogħol u li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali tagħhom, inklużi oġġetti mhux tal-ikel, jiġu salvagwardjati. It-tagħlim tal-lingwa uffiċjali jew ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat kieku jżid l-awtosuffiċjenza u ċ-ċans ta' integrazzjoni fis-soċjetà ospitanti, u jikkostitwixxi deterrent kontra movimenti sekondarji. Jenħtieġ għalhekk li jingħata aċċess effettiv għall-korsijiet lingwistiċi lill-applikanti kollha mid-data meta ssir l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali. |
Or. en
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) "ħarba"; tfisser l-azzjoni li biha applikant, sabiex jevita l-proċeduri tal-asil, jitlaq mit-territorju fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew ma jibqax għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-qorti jew tat-tribunal; | (10) "ħarba"; tfisser azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri applikabbli tal-asil u ċ-ċirkostanza fattwali li dak li jkun ma jkunx għadu disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti; |
__________________ | __________________ |
32 ĠU C […], […], p. […]. | 32 ĠU C […], […], p. […]. |
Or. en
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi ddefiniti mid-dritt nazzjonali, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab; | (11) "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet speċifiċi f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u speċifiċi, bi qbil mal-linji gwida tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u mad-dritt nazzjonali, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab, imma ma jinkludux kriterji bħal sempliċement li l-persuna hija applikant fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], jew in-nazzjonalità tal-persuna, li huma ta' natura ġenerali; |
Or. en
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili ï . | (13) "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, nisa mhux f'koppja, tfajliet adolexxenti, familji mmexxija minn nisa, persuni lesbjani, bisesswali, transġeneru u intersesswali, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, vittmi ta' żwieġ fit-tfulija, prekoċi jew sfurzat, persuni li ma jemmnux, apostati u minoranzi reliġjużi, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali, inklużi disturbi minn stress postrawmatiku, u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, immotivata minn preġudizzju, sesswali jew abbażi ta' sess, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili. |
Or. en
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti ð malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw ï l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. | 1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti ð malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw ï l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jindikaw fl-informazzjoni pprovduta, liema kundizzjonijiet ta' akkoljenza l-applikanti huma intitolati għalihom, il-konsegwenzi ta' ħarba, ir-raġunijiet għad-detenzjoni, ir-raġunijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza, id-dritt ta' appell kontra d-detenzjoni jew deċiżjonijiet relatati mas-sostituzzjoni, it-tnaqqis jew l-irtirar tal-kundizzjonijiet tal-akkoljenza. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw ukoll lill-applikanti dwar il-proċeduri relevanti tal-asil, u d-drittijiet mogħtija wara li jkunu ngħataw l-istatus ta' refuġjat. |
Or. en
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u tintuża formola standard li tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u f'lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija bil-fomm u adattata għall-ħtiġijiet tal-minorenni. | 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub, b'mod konċiż, trasparenti, jinftiehem u faċilment aċċessibbli, u jintuża lingwaġġ ċar u sempliċi u formola standard li tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u f'lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Din għandha tinkludi informazzjoni rilevanti dwar iċ-ċirkostanzi personali li jistgħu jirriżultaw fi ħtiġijiet speċjali ta' akkoljenza jew jekk hemmx bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali kif previsti f'din id-Direttiva u f[ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Fejn tkun meħtieġa, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija oralment u f'għamla viżwali permezz ta' filmati jew stampi u għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet tal-minorenni jew persuni bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ibbażata fuq il-formulazzjoni proposta fil-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament EURODAC riformulat.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. | L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti b'dokument tal-ivvjaġġar mingħajr dewmien, meta jkun hemm bżonn il-preżenza tal-applikant fi Stat ieħor, b'mod partikolari għal raġunijiet bħal meta applikant jeħtieġ li jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor għat-trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal pereżempju żjarat lil qraba li huma morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba. Raġunijiet oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa li jagħmlu vjaġġi essenzjali għal raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula ta' studju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. |
Or. en
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – test introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: | 2. L-Istati Membri jistgħu, fejn meħtieġ, jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku bħal ċentru ta' akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew binjiet oħra li jiġu addattati biex jakkomodaw l-applikanti, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi definiti mil-liġi nazzjonali u ta' deċiżjoni mill-awtoritajiet ġudizzjarji, għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
Or. en
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) għall-ipproċessar rapidu u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din ir-raġuni tista' tiġi applikata mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għall-applikanti ġodda kollha li jkunu qegħdin jipproċessaw, iżda n-neċessità tagħha ma ġiex ippruvata.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) biex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, b'mod partikulari: | (d) biex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab fejn ikun ġie stabbilit mill-awtoritajiet rilevanti li hemm riskju ta' ħarba, b'mod partikulari: |
Or. en
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- għall-applikanti li ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkunu għamlu applikazzjoni hemm; jew | - għall-applikanti li deliberatament ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] sabiex jiġu evitata l-proċeduri tal-asil applikabbli, u jkunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkunu għamlu applikazzjoni hemm; jew |
Or. en
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. | 3. Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri jistgħu, meta meħtieġ u b'mod proporzjonat u fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab. |
Or. en
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, f'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment maħsuba li jifhmu, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni. | 8. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, f'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment maħsuba li jifhmu b'mod konċiż, trasparenti, jinftiehem u faċilment aċċessibbli, u jintuża lingwaġġ ċar u sempliċi, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ibbażata fuq il-formulazzjoni proposta fil-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament EURODAC riformulat.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri m'għandhomx iżommu persuna f'detenzjoni għall-unika raġuni li hija applikant. | 1. L-Istati Membri m'għandhomx iżommu persuna f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa/hija applikant jew fuq il-bażi tan-nazzjonalità tal-applikant. Id-detenzjoni għandha tkun ibbażata fuq deċiżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji, għandha tkun strettament meħtieġa biex jiżgura t-twettiq ta' obbligu speċifiku u konkret fuq l-applikant, għandha tintemm hekk kif l-obbligu speċifiku u konkret jkun ġie ssodisfat, u ma għandiex tkun ta' natura punittiva. |
|
|
Or. en
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) sabiex tittieħed deċiżjoni, fil-kuntest ta' proċedura ð fuq il-fruntiera skont l-Artikolu [41] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] ï, fuq id-dritt tal-applikant sabiex jidħol fit-territorju; | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dawk li jfittxu l-asil li għandhom id-dritt li jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri ma jistgħux jinżammu detenuti għal raġunijiet ta' immigrazzjoni. Artikolu 5 (1), punt (b) (KEBD) "detenzjoni biex tissodisfa obbligu legali" ma tapplikax.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tiġi ordnata bil-miktub minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi. L-ordni tad-detenzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet fil-fatt u bi dritt li fuqhom hija bbażata. | Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tiġi ordnata bil-miktub minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi. L-ordni tad-detenzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet fil-fatt u bi dritt li fuqhom hija bbażata u għandha tinkludi referenza għall-kunsiderazzjoni tal-alternattivi disponibbli u r-raġunijiet għaliex ma jkunux jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Peress li l-abbozz ta' rapport jinkludi l-emendi sabiex it-test propost dwar l-obbligi ta' rappurtar li jillimita t-teħid ta' deċiżjonijiet rilevanti biss għal awtoritajiet ġudizzjarji, huwa neċessarju li tiġi emendata wkoll parti mit-test rigward it-tipi ta' deċiżjonijiet li jistgħu jordnaw id-detenzjoni, u li għalihom, bħala l-aktar miżura restrittiva ta' libertà ta' moviment, id-deċiżjoni għandha wkoll, a fortiori, tittieħed mill-awtoritajiet ġudizzjarji waħedhom, inkella l-koerenza interna tat-test tista' tiċċajpar. Din il-ġustifikazzjoni tapplika wkoll għall-emendi 33,34 u 35 għall-istess raġuni.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta d-detenzjoni tiġi ordnata minn awtoritajiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu eżami ġudizzjarju rapidu tal-legalità tad-detenzjoni li jiġi mwettaq ex officio u/jew fuq talba tal-applikant. Meta jitwettaq ex officio tali eżami għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli mill-bidu tad-detenzjoni. Meta jitwettaq fuq talba tal-applikant, huwa għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli wara t-tnedija tal-proċedimenti rilevanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fil-liġi nazzjonali l-perjodu li fih għandhom jitwettqu l-eżami ex officio u/jew l-eżami fuq talba tal-applikant. | imħassar |
Meta, b'riżultat tal-eżami ġudizzjarju, id-detenzjoni tinstab li kienet illegali, l-applikant ikkonċernat għandu jinħeles minnufih. |
|
Or. en
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-detenzjoni għandha tiġi eżaminata minn awtorità ġudizzjarja f'intervalli raġonevoli ta' żmien, ex officio u/jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat, b'mod partikolari kull meta din tkun għal perjodu estiż, iqumu ċirkostanzi relevanti jew issir disponibbli informazzjoni ġdida li jista' jkollha effett fuq il-legalità tad-detenzjoni. | Id-detenzjoni għandha tiġi eżaminata minn awtorità ġudizzjarja f'intervalli raġonevoli ta' żmien, ex officio u/jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat, b'mod partikolari kull meta din tkun għal perjodu estiż, iqumu ċirkostanzi relevanti jew issir disponibbli informazzjoni ġdida li jista' jkollha effett fuq il-legalità tad-detenzjoni. Meta, b'riżultat tal-eżami ġudizzjarju, id-detenzjoni tinstab li kienet illegali, l-applikant ikkonċernat għandu jinħeles minnufih. |
Or. en
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-każijiet ta' eżami ġudizzjarju tal-ordni tad-detenzjoni previst fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għandhom aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas. Dan għandu jinkludi, tal-anqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f'isem l-applikant. | Fil-każijiet ta' eżami ġudizzjarju tal-ordni tad-detenzjoni previst fil-paragrafu 5, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għandhom aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas. Dan għandu jinkludi, tal-anqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f'isem l-applikant. |
Or. en
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjoni kienet ippreżentata. |
Or. en
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru. | imħassar |
Or. en
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 15 a |
| korsijiet tal-lingwa |
| L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti b'aċċess effettiv għall-korsijiet tal-lingwa b'xejn mid-data meta l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet ippreżentata. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti li jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' korsijiet bħal dawn, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(4) u (5). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur iqis li l-awtosuffiċjenza u l-possibilitajiet ta' integrazzjoni fis-soċjetà ospitanti tal-applikanti jiżdiedu tassew jekk dawn ikollhom aċċess għal korsijiet ta' lingwa meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali. Bħala għodda għall-għoti effettiv ta' aċċess immedjat għas-suq tax-xogħol u titjib tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, kif ukoll biex jiskoraġġixxu movimenti sekondarji, li huwa l-għan iddikjarat tal-proposta tal-Kummissjoni, il-ħiliet lingwistiċi huma indispensabbli. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom ikollhom l-obbligu li jipprovdu lill-applikanti kollha aċċess għall-korsijiet tal-lingwa tagħhom mid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Meta akkomodazzjoni tkun ipprovduta fi djar, din tipprovdi standard adegwat tal-għajxien u tieħu waħda jew għaqda tal-forom li ġejjin: | 1. Fejn akkomodazzjoni tkun ipprovduta fi djar, din għandha tipprovdi standard adegwat tal-għajxien, bl-għan li jiġu adattati għall-applikanti, kont meħud tas-sitwazzjonijiet u tal-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom matul il-proċedura ta' applikazzjoni sabiex jiġi evitat ċaqliq bejn id-diversi postijiet ta' akkomodazzjoni, u għandha tieħu waħda jew għaqda tal-forom li ġejjin: |
Or. en
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal- applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali meta jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali. | 3. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal- applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali meta jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali. Barra mill-età u s-sess, l-Istati Membri għandhom ukoll iqisu d-diversità (l-approċċ età, ġeneru, diversità). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Biex tiġi żgurata l-konformità mal-approċċ età, ġeneru, diversità tal-UNHCR, ir-rapporteur iżid id-dimensjoni tad-diversità. Għal iżjed informazzjoni: https://emergency.unhcr.org/entry/51771/age-gender-and-diversity-agd
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakki u vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk u l-fastidju sesswali meta tiġi pprovduta akkomodazzjoni. | 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakki u vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk u l-fastidju sesswali kif ukoll il-forom kollha ta' vjolenza mwettqa abbażi ta' preġudizzju u motiv diskriminatorju relatat mal-karatteristiċi personali tal-vittmi kif imsemmi fl-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a meta tiġi pprovduta akkomodazzjoni. |
| 1a Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57). |
Or. en
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. | Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess sħiħ għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha li fihom is-sikurezza tagħhom tkun garantita u l-bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza tagħhom ikunu identifikati, reġistrati u ssodisfati. |
Or. en
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 17a | imħassar |
Kundizzjonijiet ta' akkoljenza fi Stat Membru għajr dak li fih l-applikant ikun meħtieġ ikun preżenti |
|
1. Applikant ma għandux ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 fi kwalunwe Stat Membru għajr dak li fih ikun meħtieġ ikun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. |
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' għajxien dinjituż għall-applikanti kollha. |
|
3. Sakemm minorenni jiġi trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom jipprovdulu aċċess għall-attivitajiet edukattivi xierqa. |
|
Or. en
Ġustifikazzjoni
Irrilevanti, billi distinzjoni bejn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u t-trattament dinjituż mhijiex meħtieġa.
Minorenni għandu dejjem ikollu aċċess sħiħ għall-edukazzjoni. Mhuwiex ċar xi tfisser 'xieraq' f'dan il-kuntest.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Rigward l-applikanti li huma meħtieġa jkunu preżenti fit-territorju skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2: | 1. Rigward l-applikanti l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2, u fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji: |
Or. en
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkun ivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkun għamel applikazzjoni hemm; jew | imħassar |
Or. en
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. | imħassar |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Diġà hemm dispożizzjonijiet li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment wara ħarba u li ma jkunux applikaw għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru responsabbli.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) jirreferi lil applikanti għand tabib jew psikoloġista għal valutazzjoni ulterjuri tal-istat psikoloġiku u fiżiku tagħhom meta jkun hemm indikazzjonijiet li l-applikanti setgħu kienu vittma ta' tortura, stupru jew forma serja oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali u li dan jista' jaffettwa l-ħtiġijiet ta' akkoljenza tal-applikant; u | (c) jirreferi lil applikanti għand tabib jew psikoloġista għal valutazzjoni ulterjuri tal-istat psikoloġiku u fiżiku tagħhom meta jkun hemm indikazzjonijiet li l-applikanti setgħu kienu vittma ta' tortura, stupru jew forma serja oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, motivata mill-preġudizzju jew vjolenza sesswali u abbażi tas-sess u li dan jista' jaffettwa l-ħtiġijiet ta' akkoljenza tal-applikant. u u |
Or. en
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu soġġetti għal ħsara abbażi tas-sess tagħhom, tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza oħra jirċievu t-trattament meħtieġ għad-danni kkawżati b'tali atti b'mod partikolari aċċess għal servizzi ta' trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu soġġetti għal vjolenza sesswali u u abbażi tas-sess tagħhom u forom oħra ta' vjolenza motivata mill-preġudizzju tagħhom, tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza oħra jirċievu t-trattament meħtieġ għad-danni kkawżati b'tali atti b'mod partikolari aċċess għal servizzi ta' trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti. |
Or. en
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 29 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu Ewropew tal-asil żviluppat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fit-taħriġ tal-persunal tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil]. | 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu Ewropew tal-asil żviluppat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fit-taħriġ tal-persunal tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil], jenfasizzaw l-importanza li jiġu identifikati b'mod attiv l-ħtiġijiet speċjali ta' akkoljenza (approċċ età, ġeneru, diversità) u l-prevenzjoni adegwata u l-attivitajiet ta' rispons għall-vjolenza sesswali u abbażi tas-sess u l-vjolenza motivata mill-preġudizzju mid-data meta l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet ippreżentata. |
Or. en
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sa mhux aktar tard minn [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u mill-inqas ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa. | Sa mhux aktar tard minn [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u mill-inqas ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa. |
Or. en
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem. | L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull tliet snin minn dak iż-żmien 'il quddiem. |
Or. en
NOTA SPJEGATTIVA
Fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li kienet tinkludi tibdil ta' xi direttivi f'regolamenti armonizzati bis-sħiħ u għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza l-Kummissjoni pproponiet riformulazzjoni tad-direttiva eżistenti b'xi armonizzazzjoni ulterjuri. Ir-rapporteur tilqa' l-għażla ta' dan l-istrument legali mill-Kummissjoni iżda tqis li hija meħtieġa aktar armonizzazzjoni fi ħdan id-direttiva.
L-elementi ewlenin tal-proposta riformulata tal-Kummissjoni għandhom l-għan li jnaqqsu applikanti għall-asil li jitilqu mill-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tagħhom (movimenti sekondarji) billi tipproponi miżuri punittivi u tiżdied l-integrazzjoni ta' applikanti għall-asil. L-abbozz ta' rapport tar-rapporteur jiffoka wkoll fuq it-tnaqqis ta' movimenti sekondarji iżda huwa msejjes fuq inċentivi u mhux fuq miżuri ta' punizzjoni. Fir-rigward tal-integrazzjoni, ir-rapporteur tipproponi aċċess għall-korsijiet tal-lingwa u għas-suq tax-xogħol mill-ewwel jum tal-applikazzjoni, biex jiżdiedu l-awtonomija u l-opportunitajiet ta' integrazzjoni tal-applikanti fis-soċjetà ospitanti. Element kruċjali ieħor f'dan l-abbozz ta' rapport għandu l-għan li jiżgura li d-drittijiet fundamentali tal-applikanti kollha għal asil jiġu salvagwardjati u biex dan jinkiseb, ir-rapporteur tikkjarifika d-dispożizzjonijiet għal applikanti bi bżonnijiet speċifiċi.
It-tnaqqis tal-movimenti sekondarji
Ir-rapporteur ma taqbilx mal-approċċ ta' punizzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni imma taċċetta li jeħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex jiġu diżinċentivati applikanti għall-asil milli jħallu l-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tagħhom. Ir-rapporteur hija tal-fehma li d-dispożizzjoni ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza ta' kwalità għolja, fuq l-istess livell madwar l-UE, se jkunu l-iktar fattur importanti biex jiġu evitati movimenti sekondarji.
L-abbozz ta' rapport iżomm il-possibbiltà li l-libertà ta' moviment tiġi ristretta f'ċerti każijiet speċifiċi għall-prevenzjoni ta' moviment sekondarju, iżda dawn il-każijiet ġew limitati u għadd ta' salvagwardji, bħal stħarriġ ġudizzjarju, ġew miżjuda. Ir-rapporteur tiċċara d-definizzjoni ta' ħarba u tneħħi l-possibilità li jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta' akkoljenza ta' livell aktar baxx (standard ta' ħajja dinjituż). L-abbozz ta' rapport jillimita bil-kbir l-użu tad-detenzjoni u dan se jkun possibbli biss bl-ogħla salvagwardji u taħt kondizzjonijiet stretti.
Integrazzjoni
Ir-rapporteur tqis li l-awtosuffiċjenza u l-possibilitajiet ta' integrazzjoni fis-soċjetà ospitanti tal-applikanti jiżdiedu tassew jekk dawn ikollhom aċċess għal korsijiet ta' lingwa mill-ewwel jum tal-proċedura.
Il-Kummissjoni tipproponi li l-perjodu massimu għal aċċess għas-suq tax-xogħol minn applikanti jitnaqqas minn disa' xhur għal sitt xhur. Ir-rapporteur tipproponi li jiġi previst aċċess immedjat għas-suq tax-xogħol u li titneħħa l-possibilità li jintuża test tas-suq tax-xogħol. Il-proposta tar-rapporteur se tfisser li, fil-każ ta' applikanti li l-applikazzjonijiet tagħhom x'aktarx se tintlaqa', se jkunu aktar awtosuffiċjenti mill-bidu nett minħabba li se jkunu jistgħu jiġu integrati b'mod effettiv, jitgħallmu l-lingwa tal-post, u jikkontribwixxu għas-soċjetà li tilqagħhom fi ħdanha.
Ir-rapporteur tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għal trattament ugwali tal-applikanti għall-asil ma' ċittadini tal-UE fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tal-edukazzjoni, tat-taħriġ vokazzjonali u tar-rikonoxximent ta' diplomi. Barra minn hekk, ir-rapporteur tipproponi li l-Istati Membri għandhom jipprovdu korsijiet tal-lingwa mill-bidu tal-proċedura ta' applikazzjoni biex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni għall-applikant fl-Istat Membru fejn ikun qed jgħix.
Biex tiżdied l-integrazzjoni u l-istabbiltà għall-applikanti, ir-rapporteur tintroduċi l-obbligu għall-Istati Membri biex isibu akkomodazzjoni xierqa mill-bidu nett biex b'hekk jiġi evitat li l-applikant jiġi alloġġat f'diversi ċentri ta' akkoljenza u ta' akkomodazzjoni temporanja.
Nissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali
Ir-rapporteur temmen li l-applikanti kollha għall-asil għandhom ikunu siguri matul il-proċess ta' applikazzjoni tagħhom u fattur biex dan jinkiseb hu billi jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-applikanti kollha jiġu mħarsa fi ħdan il-proċess ta' akkoljenza. Miżuri addizzjonali huma meħtieġa biex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali ta' applikanti bi bżonnijiet speċjali u r-rapporteur tilqa' l-proposti tal-Kummissjoni għal regoli speċifiċi għal applikanti bi bżonnijiet speċjali, li huma ċċarati ulterjorment fl-abbozz ta' rapport.
Ir-rapporteur tenfasizza l-importanza ta' identifikazzjoni rapida ta' persuni bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza u ta' monitoraġġ matul il-proċedura ta' applikazzjoni, taħriġ ta' persunal fuq l-identifikazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza, kundizzjonijiet ta' akkoljenza tat-tfal kif ukoll aċċess sħiħ għall-kura tas-saħħa neċessarja, inklużi s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi u tas-saħħa mentali.
Barra minn hekk, il-proposta tar-rapporteur tenfasizza l-obbligi tal-Istati Membri skont il-liġi internazzjonali, il-valuri komuni tal-UE kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) biex tipprevjeni u tiġġieled kontra l-vjolenza sesswali u dik abbażi tas-sess, kif ukoll il-forom l-oħra kollha ta' reati ta' mibegħda meta jkunu qed jiġu pprovduti servizzi ta' akkomodazzjoni.