Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

 

2016/0224(COD)

12.5.2017

***I

ABBOZZ TA' RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE

( COM(2016)0467 – C8‑0321/2016 – 2016/0224(COD) )

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Laura Ferrara

 

PR_COD_1amCom

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE

( COM(2016)0467 – C8‑0321/2016 – 2016/0224(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2016)0224 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0321/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Ċek, is-Senat Taljan u l-Kamra tad-Deputati Rumena, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhux konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016[1],

  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8‑0000/2017 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-applikant għandu jingħata opportunità effettiva li jippreżenta l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu lill-awtorità determinanti. Għal din ir-raġuni, l-applikant għandu, soġġett għal eċċezzjonijiet limitati, igawdi mid-dritt li jinstema' permezz ta' intervista personali dwar l-ammissibilità jew fuq il-merti tal-applikazzjoni tiegħu, kif xieraq. Sabiex id-dritt għal intervista personali jkun effettiv, l-applikant għandu jkun assistit minn interpretu u għandu jingħata l-opportunità li jipprovdi l-ispjegazzjonijiet tiegħu rigward ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tiegħu b'mod komprensiv. L-applikant għandu jingħata żmien biżżejjed biex jipprepara u jikkonsulta mal-konsulent legali tiegħu, u jista' jiġi assistit mill-konsulent legali tiegħu matul l-intervista. L-intervista personali għandha titwettaq taħt kundizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità xierqa u minn persunal imħarreġ kif xieraq u kompetenti, inkluż fejn ikun meħtieġ, persunal minn awtoritajiet minn Stati Membri oħra jew esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. L-intervista personali tista' ma ssirx biss fejn l-awtorità determinanti tkun se tieħu deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni jew tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f'sikktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll. Minħabba li l-intervista personali hija parti essenzjali mill-eżami tal-applikazzjoni, l-intervista għandha tkun irreġistrata u l-applikanti u l-konsulenti legali tagħhom għandhom jingħataw aċċess għar-reġistrazzjoni, kif ukoll għar-rapport jew it-traskrizzjoni tal-intervista qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, jew fil-każ ta' proċedura aċċellerata ta' eżami, fl-istess żmien li tittieħed id-deċiżjoni.

(13)  L-applikant għandu jingħata opportunità effettiva li jippreżenta l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu lill-awtorità determinanti. Għal din ir-raġuni, l-applikant għandu, soġġett għal eċċezzjonijiet limitati, igawdi mid-dritt li jinstema' permezz ta' intervista personali dwar l-ammissibilità jew fuq il-merti tal-applikazzjoni tiegħu, kif xieraq. Sabiex id-dritt għal intervista personali jkun effettiv, l-applikant għandu jkun assistit minn interpretu u minn medjatur kulturali, fejn ikun possibbli u meħtieġ, u għandu jingħata l-opportunità li jipprovdi l-ispjegazzjonijiet tiegħu rigward ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tiegħu b'mod komprensiv. L-applikant għandu jingħata żmien biżżejjed biex jipprepara u jikkonsulta mal-konsulent legali tiegħu, u jista' jiġi assistit mill-konsulent legali tiegħu matul l-intervista. L-intervista personali għandha titwettaq taħt kundizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità xierqa u minn persunal imħarreġ kif xieraq u kompetenti, inkluż fejn ikun meħtieġ, persunal minn awtoritajiet minn Stati Membri oħra jew esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. L-intervista personali tista' ma ssirx biss fejn l-awtorità determinanti tkun se tieħu deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni jew tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f'sikktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll. Minħabba li l-intervista personali hija parti essenzjali mill-eżami tal-applikazzjoni, l-intervista għandha tkun irreġistrata u l-applikanti u l-konsulenti legali tagħhom għandhom jingħataw aċċess għar-reġistrazzjoni, kif ukoll għar-rapport tal-intervista qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti. F'każ li l-applikant ikun applikant li jeħtieġ garanziji proċedurali speċjali skont l-Artikoli 19 sa 22, l-applikant għandu jkollu l-possibbiltà li jipprovdi dawn l-ispeċifikazzjonijiet fi żmien raġonevoli wara l-intervista personali.

Or. it

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti li jkun żgurat rikonoxximent korrett ta' bżonnijiet ta' protezzjoni internazzjonali diġà f'dan l-istadju tal-proċedura amministrattiva billi jipprovdu informazzjoni ta' kwalità tajba u appoġġ legali li jwassal għal teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u ta' kwalità aħjar. Għal dan l-għan, aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali għandhom ikunu parti integrali mill-proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali. Sabiex tkun żgurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-applikant, b'mod partikolari d-dritt għal difiża u l-prinċipju ta' ġustizzja, u biex tkun żgurata l-ekonomija tal-proċedura, l-applikanti għandhom, fuq talba tagħhom u soġġett għal kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, jingħataw assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas matul il-proċedura amministrattiva u fil-proċedura tal-appell. L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandhom jingħataw minn persuni li huma kompetenti biex jipprovduhom skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

(14)  Huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti li jkun żgurat rikonoxximent korrett ta' bżonnijiet ta' protezzjoni internazzjonali diġà f'dan l-istadju tal-proċedura amministrattiva billi jipprovdu informazzjoni ta' kwalità tajba u appoġġ legali li jwassal għal teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u ta' kwalità aħjar. Għal dan l-għan, aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali għandhom ikunu parti integrali mill-proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali. Sabiex tkun żgurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-applikant, b'mod partikolari d-dritt għal difiża u l-prinċipju ta' ġustizzja, u biex tkun żgurata l-ekonomija tal-proċedura, l-applikanti għandhom, fuq talba tagħhom u soġġett għal kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, jingħataw assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas matul il-proċedura amministrattiva u fil-proċedura tal-appell. L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandhom ikunu pprovduti mill-mument li fih l-applikant ikun wera x-xewqa li jitlob il-protezzjoni u għandhom jingħataw minn persuni li huma kompetenti biex jipprovduhom skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

Or. it

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Applikanti li jiġu identifikati bħala li jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali għandhom ikunu pprovduti b'appoġġ xieraq, inkluż ħin biżżejjed, sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji kollha għall-aċċess effettiv tagħhom għall-proċeduri u għall-preżentazzjoni tal-elementi meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali. Fejn ma jkunx possibbli li jingħata appoġġ xieraq fil-qafas ta' proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, applikant li jinħtieġ garanziji proċedurali speċjali għandu jkun eżentat minn dawk il-proċeduri. Il-bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali ta' tip li jkun jista' jimpedixxi l-applikazzjoni ta' proċeduri aċċellerati jew fuq il-fruntieri għandu jfisser ukoll li l-applikant jingħata garanziji addizzjonali f'każijiet fejn l-appell tiegħu ma jkollux effett sospensiv awtomatiku, bil-għan li r-rimedju jkun effettiv fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

(17)  Applikanti li jiġu identifikati bħala li jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali għandhom ikunu pprovduti b'appoġġ xieraq, inkluż ħin biżżejjed, sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji kollha għall-aċċess effettiv tagħhom għall-proċeduri u għall-preżentazzjoni tal-elementi meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali. Fejn ma jkunx possibbli li jingħata appoġġ xieraq fil-qafas ta' proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, applikant li jinħtieġ garanziji proċedurali speċjali għandu jkun eżentat minn dawk il-proċeduri. Il-minorenni għandhom dejjem ikunu eżentati mill-proċedura fuq il-fruntieri.

Or. it

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-proċedura komuni tistandardizza l-limiti ta' żmien għal individwu biex jaċċedi għall-proċedura, għall-eżami tal-applikazzjoni mill-awtorità determinanti kif ukoll għall-eżami tal-appelli tal-ewwel livell mill-awtoritajiet ġudizzjarji. Filwaqt li numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet simultanji jista' jirriskja l-ittardjar tal-aċċess għall-proċedura u l-eżami tal-applikazzjonijiet, jista' jkun meħtieġ grad ta' flessibilità biex dawk il-limiti ta' żmien jiġu estiżi b'mod eċċezzjonali. Madankollu, biex ikun żgurat proċess effettiv, l-estensjoni ta' dawk il-limiti ta' żmien għandha ssir bħala l-aħħar soluzzjoni: l-Istati Membri għandhom jirrevedu b'mod regolari l-ħtiġijiet tagħhom biex tinżamm sistema tal-asil effiċjenti, inkluż bit-tħejjija ta' pjanijiet ta' kontinġenza fejn ikun meħtieġ, u filwaqt li jitqies li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tipprovdi lill-Istati Membri bl-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa. Fejn l-Istati Membri jipprevedu li mhux se jkunu jistgħu jissodisfaw il-limiti ta' żmien, huma għandhom jitolbu l-assistenza mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Fejn ma ssirx din it-talba, u minħabba l-pressjoni sproporzjonata s-sistema tal-asil fi Stat Membru ssir ineffettiva sal-punt li tipperikola l-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, l-Aġenzija tista', abbażi ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tieħu miżuri biex tappoġġja lil dak l-Istat Membru.

(21)  Il-proċedura komuni tistandardizza l-limiti ta' żmien għal individwu biex jaċċedi għall-proċedura, għall-eżami tal-applikazzjoni mill-awtorità determinanti kif ukoll għall-eżami tal-appelli tal-ewwel livell mill-awtoritajiet ġudizzjarji. Filwaqt li numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet simultanji jista' jirriskja l-ittardjar tal-aċċess għall-proċedura u l-eżami tal-applikazzjonijiet, jista' jkun meħtieġ grad ta' flessibilità biex dawk il-limiti ta' żmien jiġu estiżi b'mod eċċezzjonali. Madankollu, biex ikun żgurat proċess effettiv, l-estensjoni ta' dawk il-limiti ta' żmien għandha ssir bħala l-aħħar soluzzjoni: l-Istati Membri għandhom jirrevedu b'mod regolari l-ħtiġijiet tagħhom biex tinżamm sistema tal-asil effiċjenti, inkluż bit-tħejjija ta' pjanijiet ta' kontinġenza fejn ikun meħtieġ, u filwaqt li jitqies li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tipprovdi lill-Istati Membri bl-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa. Fejn l-Istati Membri jipprevedu li mhux se jkunu jistgħu jissodisfaw il-limiti ta' żmien, huma għandhom jitolbu l-assistenza mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil.

Or. it

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-applikant għandu jkun infurmat sew dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu fil-ħin u b'ilsien li jifhem, jew li huwa mistenni li jifhem b'mod raġonevoli. B'kunsiderazzjoni għall-fatt li fejn, pereżempju, l-applikant jirrifjuta li jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali billi ma jipprovdix l-elementi meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjoni u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu jew l-immaġni ta' wiċċu, jew jonqos milli jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu fil-limitu ta' żmien stabbilit, l-applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala abbandunata, huwa neċessarju li l-applikant ikun infurmat dwar il-konsegwenzi jekk ma jikkonformax ma' dawn l-obbligi. F'dawn il-każijiet l-applikazzjoni tista' fil-fatt tiġi rrifjutata la l-applikant irrinunzja għaliha.

(25)  L-applikant għandu jkun infurmat sew dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu fil-ħin, b'mod konċiż u aċċessibbli faċilment permezz ta' lingwaġġ ċar u sempliċi u f'lingwa li huwa jifhem. Huwa neċessarju li l-applikant ikun infurmat dwar il-konsegwenzi jekk ma jikkonformax ma' dawn l-obbligi.

Or. it

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-persunal tal-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet għandu jkollhom għarfien xieraq u għandhom jirċievu t-taħriġ neċessarju fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali, inkluż bl-appoġġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Huma għandhom jingħataw ukoll il-mezzi xierqa u l-istruzzjonijiet biex iwettqu il-kompiti tagħhom b'mod effettiv.

(26)  Biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-persunal tal-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet għandu jkollhom għarfien xieraq u għandhom ikunu rċevew it-taħriġ neċessarju fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali, inkluż bl-appoġġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Huma għandhom jingħataw ukoll il-mezzi xierqa u l-istruzzjonijiet biex iwettqu il-kompiti tagħhom b'mod effettiv.

Or. it

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Sabiex ikun faċilitat l-aċċess għall-proċedura fil-punti tal-qsim tal-fruntiera u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni, l-informazzjoni dwar il-possibilità li ssir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun disponibbli. Komunikazzjoni bażika neċessarja biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jifhmu jekk il-persuni jiddikjaraw ix-xewqa tagħhom li jirċievu l-protezzjoni internazzjonali għandha tkun żgurata permezz ta' arranġamenti għall-interpretazzjoni.

(27)  Sabiex ikun faċilitat l-aċċess għall-proċedura fil-punti tal-qsim tal-fruntiera u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni, l-informazzjoni dwar il-possibilità li ssir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun disponibbli. Komunikazzjoni bażika neċessarja biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jifhmu jekk il-persuni jiddikjaraw ix-xewqa tagħhom li jirċievu l-protezzjoni internazzjonali għandha tkun żgurata permezz ta' arranġamenti għall-interpretazzjoni. Il-persunal li jipprovdi servizzi ta' interpretazzjoni għandu jkollu għarfien xieraq u għandu jkun rċieva t-taħriġ neċessarju fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali.

Or. it

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Biex ikun żgurat li minorenni mhux akkompanjati jkollhom aċċess effettiv għall-proċedura, dejjem għandu jinħatar kustodju għalihom. Il-kustodju għandu jkun persuna jew rappreżentant ta' organizzazzjoni maħtur biex jassisti u jmexxi lill-minorenni matul il-proċedura bil-għan li jissalvagwardja l-aħjar interessi tat-tfal kif ukoll il-benesseri ġenerali tagħhom. Fejn ikun meħtieġ, il-kustodju għandu jeżerċita l-kapaċità legali għall-minorenni. Sabiex jipprovdu appoġġ effettiv għall-minorenni mhux akkompanjati, il-kustodji ma għandhomx ikunu responsabbli għal numru sproporzjonat ta' minorenni mhux akkompanjati fl-istess ħin. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli għall-appoġġ, is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-kustodji fit-twettieq tal-kompiti tagħhom. Minorenni mhux akkompanjat għandu jippreżenta applikazzjoni f'ismu stess jew permezz tal-kustodju tiegħu. Sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-garanziji proċedurali ta' minorenni mhux akkompanjat, il-limitu ta' żmien sabiex dan jippreżenta applikazzjoni għandu jibda minn meta jinħatar il-kustodju tiegħu u dawn jiltaqgħu. Fejn il-kustodju ma jippreżentax l-applikazzjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit, il-minorenni mhux akkompanjat għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu bl-assistenza tal-awtorità determinanti. Il-fatt li minorenni mhux akkompanjat jagħżel li jippreżenta applikazzjoni f'ismu stess ma għandux jipprekludih milli jiġi assenjat kustodju.

(29)  Biex ikun żgurat li minorenni mhux akkompanjati jkollhom aċċess effettiv għall-proċedura, dejjem għandu jinħatar kustodju għalihom. Il-kustodju għandu jkun persuna jew rappreżentant ta' organizzazzjoni maħtur biex jassisti u jmexxi lill-minorenni matul il-proċedura bil-għan li jissalvagwardja l-aħjar interessi tat-tfal kif ukoll il-benesseri ġenerali tagħhom. Fejn ikun meħtieġ, il-kustodju għandu jeżerċita l-kapaċità legali għall-minorenni. Sabiex jipprovdu appoġġ effettiv għall-minorenni mhux akkompanjati, il-kustodji ma għandhomx ikunu responsabbli għal numru sproporzjonat ta' minorenni mhux akkompanjati fl-istess ħin u fi kwalunkwe każ mhux aktar minn għoxrin. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli għall-appoġġ, is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-kustodji fit-twettieq tal-kompiti tagħhom. Minorenni mhux akkompanjat għandu jippreżenta applikazzjoni f'ismu stess jew permezz tal-kustodju tiegħu. Sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-garanziji proċedurali ta' minorenni mhux akkompanjat, il-limitu ta' żmien sabiex dan jippreżenta applikazzjoni għandu jibda minn meta jinħatar il-kustodju tiegħu u dawn jiltaqgħu. Fejn il-kustodju ma jippreżentax l-applikazzjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit, il-minorenni mhux akkompanjat għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu bl-assistenza tal-awtorità determinanti. Il-fatt li minorenni mhux akkompanjat jagħżel li jippreżenta applikazzjoni f'ismu stess ma għandux jipprekludih milli jiġi assenjat kustodju.

Or. it

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Sabiex ikunu garantiti d-drittijiet tal-applikanti, deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jittieħdu abbażi tal-fatti, oġġettivament, b'mod imparzjali u fuq bażi individwali wara eżami fil-fond li jikkunsidra l-elementi kollha pprovduti mill-applikant u ċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant. Biex ikun żgurat eżami rigoruż ta' applikazzjoni, l-awtorità determinanti għandha tikkunsidra informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata relatata mas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tal-applikant li tinkiseb mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u sorsi oħra bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati. L-awtorità determinanti għandha tikkunsidra wkoll kull analiżi komuni rilevanti ta' informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Kull posponiment tal-konklużjoni tal-proċedura għandu jkun kompletament konformi mal-obbligi tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) u mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, mingħajr preġudizzju għall-effiċjenza u l-ġustizzja tal-proċedura skont dan ir-Regolament.

(30)  Sabiex ikunu garantiti d-drittijiet tal-applikanti, deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jittieħdu abbażi tal-fatti, oġġettivament, b'mod imparzjali u fuq bażi individwali wara eżami fil-fond li jikkunsidra l-elementi kollha pprovduti mill-applikant u ċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant. Biex ikun żgurat eżami rigoruż ta' applikazzjoni, l-awtorità determinanti għandha tikkunsidra informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata relatata mas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tal-applikant li tinkiseb mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u sorsi oħra bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi oħra. L-awtorità determinanti għandha tikkunsidra wkoll kull analiżi komuni rilevanti ta' informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Kull posponiment tal-konklużjoni tal-proċedura għandu jkun kompletament konformi mal-obbligi tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) u mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, mingħajr preġudizzju għall-effiċjenza u l-ġustizzja tal-proċedura skont dan ir-Regolament.

Or. it

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta' eżami adegwat u komplet ta' applikazzjoni għal protezzjonin internazzjonali, huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti li tittieħed deċiżjoni kemm jista' jkun malajr. Il-limiti ta' żmien massimi għat-tul tal-proċedura amministrattiva kif ukoll għall-ewwel livell ta' appell għandhom ikunu stabbiliti biex tkun standardizzata l-proċedura għal protezzjoni internazzjonali. B'dan il-mod, l-applikanti għandhom ikunu jistgħu jirċievu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom fl-iqsar żmien possibbli fl-Istati Memrbi kollha, biex b'hekk tkun żgurata proċedura rapida u effiċjenti.

(33)  Mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta' eżami adegwat u komplet ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti li tittieħed deċiżjoni kemm jista' jkun malajr. Il-limiti ta' żmien massimi għat-tul tal-proċedura amministrattiva kif ukoll għall-ewwel livell ta' appell għandhom ikunu stabbiliti biex tkun standardizzata l-proċedura għal protezzjoni internazzjonali. B'dan il-mod, l-applikanti għandhom ikunu jistgħu jirċievu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom fl-iqsar żmien possibbli fl-Istati Membri kollha, biex b'hekk tkun żgurata proċedura rapida u effiċjenti. Ir-razzjonalizzazzjoni tal-proċedura ma għandhiex tippreġudika bl-ebda mod eżami dettaljat u individwali tal-mertu tat-talba għall-protezzjoni.

Or. it

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Qabel ma jkun determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament ta' Dublin)29, l-ewwel Stat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għandu jeżamina l-ammissibilità ta' dik l-applikazzjoni meta pajjiż li mhux Stat Membru jitqies bħala l-ewwel pajjiż tal-asil jew pajjiż terz bla periklu għall-applikant. Barra minn hekk, applikazzjoni għandha titqies li hija inammissibbli meta din tkun applikazzjoni sussegwenti mingħajr elementi rilevanti jew sejbiet ġodda, jew meta applikazzjoni separata minn konjuġi, sieħeb jew minorenni akkompanjat ma tkunx meqjusa bħala ġustifikata.

imħassar

__________________

 

29 ĠU L [...], [...], p. [...].

 

Or. it

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Il-kunċett tal-ewwel pajjiż tal-asil għandu jkun applikat bħala raġuni għal inammissibilità fejn wieħed jista' jassumi b'mod raġonevoli li pajjiż ieħor jista' protezzjoni skont l-istndards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew l-applikant jista' jingħata protezzjoni suffiċjenti f'dak il-pajjiż. B'mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx jeżaminaw il-merti ta' applikazzjoni fejn pajjiż ta' asil preċedenti jkun ta lill-applikant l-istatus ta' rifuġjat jew inkella protezzjoni suffiċjenti. L-Istati Membri għandhom jipproċedu fuq dik il-bażi biss fejn huma jkunu sodisfatti, inkluż, fejn ikun meħtieġ jew xieraq, abbażi ta' assigurazzjonijiet miksuba mill-pajjiż terz ikkonċernat, li l-applikant ikun gawda u se jkompli jgawdi minn protezzjoni f'dak il-pajjiż skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew inkella gawda u se jkompli jgawdi protezzjoni suffiċjenti, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal residenza legali, aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, faċilitajiet ta' akkoljenza, saħħa u edukazzjoni, u d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

(36)  L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kunċett tal-ewwel pajjiż tal-asil bħala raġuni għal inammissibilità fejn wieħed jista' jassumi b'mod raġonevoli li pajjiż ieħor jista' protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jeżaminawx il-merti ta' applikazzjoni fejn pajjiż ta' asil preċedenti jkun ta lill-applikant l-istatus ta' rifuġjat. L-Istati Membri għandhom jipproċedu fuq dik il-bażi biss fejn huma jkunu sodisfatti, inkluż, fejn ikun meħtieġ jew xieraq, abbażi ta' assigurazzjonijiet miksuba mill-pajjiż terz ikkonċernat, li l-applikant ikun gawda u se jkompli jgawdi minn protezzjoni f'dak il-pajjiż skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal residenza legali, aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, faċilitajiet ta' akkoljenza, saħħa u edukazzjoni, u d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

Or. it

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat bħala raġuni għal inammissibilità fejn l-applikant, minħabba konnessjoni ma' dak il-pajjiż terz inkluż wieħed li jkun għadda minnu, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li jfittex protezzjoni f'dak il-pajjiż, u hemm raġunijiet biex ikun ikkunsidrat li l-appikant se jiddaħħal jew jerġa' jiddaħħal mill-ġdid f'dak il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jipproċedu fuq dik il-bażi biss fejn huma jkunu sodisfatti, inkluż, fejn ikun meħtieġ jew xieraq, abbażi ta' assigurazzjonijiet miksuba mill-pajjiż terz ikkonċernat, li l-applikant ikun gawda u se jkompli jgawdi minn protezzjoni f'dak il-pajjiż skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, jew se jgawdi protezzjoni suffiċjenti, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal residenza legali, aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, faċilitajiet ta' akkoljenza, saħħa u edukazzjoni, u d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

(37)  L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu bħala raġuni għal inammissibilità fejn l-applikant, minħabba konnessjoni ma' dak il-pajjiż terz jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li jfittex protezzjoni f'dak il-pajjiż, u hemm raġunijiet biex ikun ikkunsidrat li l-applikant se jiddaħħal jew jerġa' jiddaħħal mill-ġdid f'dak il-pajjiż. Din il-konnessjoni ma tistax tiġi dedotta mis-sempliċi tranżitu tal-applikant mit-territorju tal-pajjiż inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jipproċedu fuq dik il-bażi biss fejn huma jkunu sodisfatti li f'dak il-pajjiż l-applikant se jkollu l-possibbiltà li jirċievi protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951. Il-kunċett ta' pajjiż terz sigur jista' jiġi applikat biss fir-rigward ta' pajjiżi li rratifikaw u applikaw il-Konvenzjoni ta' Ġinevra mingħajr limitazzjonijiet territorjali.

Or. it

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 38

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun eżaminata fuq il-merti tagħha biex ikun determinat jekk applikant jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (Ir-Regolament dwar il-Kwalifika). Mhux meħtieġ li jkun hemm eżami fuq il-merti ta' fejn applikazzjoni għandha tkun iddikjarata inammissibbli skont dan ir-Regolament. Madankollu, fejn minn valutazzjoni prima facie jkun ċar li applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, l-applikazzjoni tista' tkun irrifjutata għal dik ir-raġuni mingħajr ma tiġi eżaminata l-ammissibilità tagħha.

(38)  Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun eżaminata fuq il-merti tagħha biex ikun determinat jekk applikant jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (Ir-Regolament dwar il-Kwalifika). Mhux meħtieġ li jkun hemm eżami fuq il-merti ta' fejn applikazzjoni għandha tkun iddikjarata inammissibbli skont dan ir-Regolament. Madankollu, fejn minn valutazzjoni prima facie jkun ċar li applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi u/jew l-applikazzjoni hija fondata b'mod ċar, l-applikazzjoni tista' tkun irrifjutata u/jew aċċettata għal dawk ir-raġunijiet mingħajr ma tiġi eżaminata l-ammissibilità tagħha.

Or. it

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  L-eżami ta' applikazzjoni għandu jkun aċċellerat u jitlesta f'mhux aktar minn xahrejn f'dawk il-każijiet fejn applikazzjoni hija manifestament mingħajr bażi minħabba li hija talba abużiva, inkluż fejn applikant ikun ġej minn pajjiż ta' oriġini bla periklu jew applikant jagħmel applikazzjoni biss biex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta' deċiżjoni ta' tneħħija, jew fejn ikun hemm tħassib serju ta' sigurtà nazzjonali jew pubblika, fejn l-applikant ma japplikax għal protezzjoni internazzjoni fl-ewwel Stat Membru tad-dħul jew fl-Istat Membru ta' residenza legali, jew fejn applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun qed tiġi eżaminata u li għamel applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor mingħajr dokument ta' residenza jittieħed lura skont ir-Regolament ta' Dublin. Fil-każ imsemmi l-aħħar, l-eżami tal-applikazzjoni ma għandux ikun aċċellerat jekk l-applikant ikun jista' jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għalfejn ikun telaq lejn Stat Membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni, ikun ippreżenta applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew inkella ma kienx disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, bħal pereżempju f'każ li hu ma kienx infurmat sew u fil-ħin dwar l-obbligi tiegħu. Barra minn hekk, proċedura aċċellerata ta' eżami tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss fiċ-ċirkostanzi limitati stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(39)  L-eżami ta' applikazzjoni għandu jkun aċċellerat u jitlesta f'mhux aktar minn xahrejn f'dawk il-każijiet fejn applikazzjoni hija manifestament mingħajr bażi minħabba li hija talba abużiva, inkluż fejn applikant ikun ġej minn pajjiż ta' oriġini bla periklu jew fejn ikun hemm tħassib serju ta' sigurtà nazzjonali jew pubblika. Barra minn hekk, proċedura aċċellerata ta' eżami tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss fiċ-ċirkostanzi limitati stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Or. it

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 40

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Ħafna applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jsiru fil-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu ta' Stat Membru qabel ma tittieħed deċiżjoni rigward id-dħul tal-applikant. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu eżami dwar l-ammissibilità jew eżami fuq il-merti li jippermettu li dawn l-applikazzjonijiet jiġu deċiżi f'dawk il-postijiet f'ċirkostanzi definiti sew. Il-proċedura fuq il-fruntiera ma għandhiex tieħu aktar minn erba' ġimgħat u wara dak il-perjodu l-applikanti għandhom jitħallew jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru. Huwa biss fejn numru sproporzjonat ta' applikanti jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom fuq il-fruntieri jew f'żona ta' tranżitu li tista' tiġi applikata proċedura fuq il-fruntiera f'postijiet viċin il-fruntiera jew iż-żona ta' tranżitu. Proċedura fuq il-fruntiera tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss fiċ-ċirkostanzi limitati stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(40)  Ħafna applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jsiru fil-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu ta' Stat Membru qabel ma tittieħed deċiżjoni rigward id-dħul tal-applikant. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu eżami dwar l-ammissibilità jew eżami fuq il-merti li jippermettu li dawn l-applikazzjonijiet jiġu deċiżi f'dawk il-postijiet f'ċirkostanzi definiti sew. Il-proċedura fuq il-fruntiera ma għandhiex tieħu aktar minn erba' ġimgħat u wara dak il-perjodu l-applikanti għandhom jitħallew jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru. Huwa biss fejn numru sproporzjonat ta' applikanti jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom fuq il-fruntieri jew f'żona ta' tranżitu li tista' tiġi applikata proċedura fuq il-fruntiera f'postijiet viċin il-fruntiera jew iż-żona ta' tranżitu. Proċedura fuq il-fruntiera ma tistax tkun applikata għal minorenni.

Or. it

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 43

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Fejn applikant jew jirtira espliċitament l-applikazzjoni tiegħu bir-rieda tiegħu stess, jew ma jikkonformax mal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin) jew id-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) u b'hekk jirtira b'mod impliċitu l-applikazzjoni tiegħu, l-applikazzjoni ma għandhiex tkun eżaminata aktar u għandha tkun irrifjutata bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, u kull applikazzjoni fl-Istati Membri mill-istess applikant wara din id-deċiżjoni għandha titqies bħala applikazzjoni sussegwenti. Madankollu, l-irtirar impliċitu ma għandux ikun awtomatiku: l-applikant għandu jingħata l-opportunità li jirrapporta lill-awtorità determinanti u juri li n-nuqqas ta' konformità ma' dawk l-obbligi kien dovut għal ċirkostanzi li hu ma kellux kontroll fuqhom.

(43)  Fejn applikant jew jirtira espliċitament l-applikazzjoni tiegħu bir-rieda tiegħu stess, l-applikazzjoni ma għandhiex tkun eżaminata aktar u għandha tkun irrifjutata bħala espliċitament irtirata jew abbandunata.

Or. it

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 43a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43a)  L-irtirar impliċitu ma għandux ikun awtomatiku u ma għandux iwassal għaċ-ċaħda awtomatika tal-applikazzjoni iżda jwassal għal sospensjoni temporanja tagħha. L-applikant għandu jingħata l-opportunità konkreta li jirrapporta lill-awtorità determinanti u juri li n-nuqqas ta' konformità ma' dawk l-obbligi kien dovut għal ċirkostanzi li huwa ma kellux kontroll fuqhom. F'dan il-każ l-eżami tal-applikazzjoni għandu jitkompla.

Or. it

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 44

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Fejn applikant jagħmel applikazzjoni sussegwenti mingħajr ma jippreżenta evidenza jew sejbiet ġodda li jżidu b'mod sinifikanti l-possibilità li hu jikkwalifika bħala benefiċjaarju ta' protezzjoni intenazzjonali jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti kienet irrifjutata bħala inammissibbli, dik l-applikazzjoni sussegwenti ma għandhiex tkun soġġetta għal proċedura tal-eżami ġdida sħiħa. F'dawk il-każijiet, wara eżami preliminari, applikazzjonijiet għandhom ikunu miċħuda bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija mingħajr sustanza jew abużiva li ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess, skont il-prinċipju res judicata. L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, madankollu, l-intervista personali tista' ma ssirx f'dawk il-każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi jew sejbiet ġodda rilevanti jew ikun ċar li hija mingħajr sustanza u mingħajr ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. F'każ ta' applikazzjonijiet sussegwenti, jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għad-dritt tal-individwu li jibqa' fit-territorju ta' Stat Membru wara li applikazzjoni sussegwenti tiġi rrifjutata bħala inammissibbli jew mingħajr bażi, jew fil-każ tat-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet sussegwenti oħra, hekk kif applikazzjoni ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li kienet irrifjutat applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi.

(44)  Fejn applikant jagħmel applikazzjoni sussegwenti mingħajr ma jippreżenta evidenza jew sejbiet ġodda jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti kienet irrifjutata bħala inammissibbli, dik l-applikazzjoni sussegwenti ma għandhiex tkun soġġetta għal proċedura tal-eżami ġdida sħiħa. F'dawk il-każijiet, wara eżami preliminari, applikazzjonijiet għandhom ikunu miċħuda bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija mingħajr sustanza jew abużiva skont il-prinċipju res judicata. L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, madankollu, l-intervista personali tista' ma ssirx f'dawk il-każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi jew sejbiet ġodda rilevanti jew ikun ċar li hija mingħajr sustanza.

Or. it

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 45

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Kunsiderazzjoni ewlenija fir-rigward ta' jekk applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhiex bażi soda jew le hija s-sigurtà tal-applikant fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu. B'kunsiderazzjoni għall-fatt li r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) għandu l-għan li jikseb livell għoli ta' konverġenza rigward il-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji komuni biex pajjiżi terzi jiġu indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu; fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-kunċett tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu bħala għodda essenzjali li tappoġġja l-ipproċessar rapidu ta' applikazzjonijiet li x'aktarx huma mingħajr bażi, dan ir-Regolament jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

(45)  Kunsiderazzjoni ewlenija fir-rigward ta' jekk applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhiex bażi soda jew le hija s-sigurtà tal-applikant fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu. B'kunsiderazzjoni għall-fatt li r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) għandu l-għan li jikseb livell għoli ta' konverġenza rigward il-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji komuni biex pajjiżi terzi jiġu indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu; fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-kunċett tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu bħala għodda essenzjali li tappoġġja l-ipproċessar rapidu ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, dan ir-Regolament jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Or. it

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 47

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Fir-rigward tal-indikazzjoni ta' pajjiżi terzi mingħajr periklu fil-livell tal-Unjoni, dan ir-Regolament jipprevedi li għandu jkun hemm tali indikazzjoni. Pajjiżi terzi għandhom ikunu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni permezz ta' emenda għal dan ir-Regolament abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u wara li titwettaq valutazzjoni dettaljata bbażata fuq l-evidenza li tinvolvi riċerka sostantiva u konsultazzjoni wiesgħa ma' Stati Membri u partijiet konċernati rilevanti.

imħassar

Or. it

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 48

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  It-twaqqif ta' lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu u lista komuni tal-UE għal pajjiżi terzi bla periklu għandu jindirizza wħud mid-diverġenzi eżistenti bejn il-listi nazzjonali tal-Istati Membri ta' pajjiżi bla periklu. Filwaqt li l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li japplikaw jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi minbarra dawk indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew dawk li jkunu jidhru fil-lista komuni tal-UE bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu, l-istabbiliment ta' tali indikazzjoni jew lista komuni għandu jiżgura li l-kunċett jiġi applikat mill-Istati Membri kollha b'mod uniformi fir-rigward ta' applikanti li l-pajjiżi tagħhom ta' oriġini jkunu fuq il-lista komuni jew li għandhom konnessjoni ma' pajjiż terz bla periklu. Dan għandu jiffaċilita l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-proċeduri u b'hekk jiġu skoraġġuti wkoll il-movimenti sekondarji ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. Għal dik ir-raġuni, il-possibilità li jintużaw listi jew indikazzjonijiet nazzjonali għandha tiġi fi tmiemha fi żmien perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(48)  It-twaqqif ta' lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu u l-eliminazzjoni definittiva tal-listi nazzjonali tal-Istati Membri ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jiżguraw li l-kunċett jiġi applikat mill-Istati Membri kollha b'mod uniformi fir-rigward ta' applikanti li l-pajjiżi tagħhom ta' oriġini jkunu fuq il-lista komuni u jekk il-fażijiet proċedurali u l-iskadenzi jkunu armonizzati, dan jista' biss iwassal għall-konverġenza totali tal-proċeduri tal-asil fl-UE, b'mod partikolari fil-każ ta' proċeduri aċċelerati. Għal dik ir-raġuni, il-possibilità li jintużaw listi jew indikazzjonijiet nazzjonali għandha tiġi fi tmiemha fi żmien perjodu ta' tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Or. it

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 48a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48a)  Matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-listi nazzjonali tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu u l-listi komuni tal-UE huma konsistenti bejniethom. Pajjiż irtirat jew sospiż mil-lista komuni tal-Unjoni Ewropea ma għandux jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali.

Or. it

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 48b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48b)  Minn żmien għal żmien, il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi u l-possibbiltà li tipproponi pajjiżi ta' oriġini bla periklu biex jiżdiedu mal-lista komuni tal-UE abbażi ta' sensiela ta' sorsi ta' informazzjoni li jkollha disponibbli, b'mod partikolari r-rapporti tas-SEAE u l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, mill-Aġenzija Ewropea għall-Asil, l-UNHCR, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali jew internazzjonali. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha mbagħad tfassal proposta biex twessa' l-lista komuni tal-UE tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Anki l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposti għall-inklużjoni, is-sospensjoni u/jew l-esklużjoni ta' pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Or. it

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 48c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48c)  Bl-għan li jiġu armonizzati l-listi nazzjonali tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu, matul il-perjodu tranżitorju ta' tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament, l-Istati Membri jistgħu jibagħtu proposti lill-Kummissjoni biex jiżdiedu ċerti pajjiżi fil-lista komuni tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-proposti fi żmien sitt xhur minn meta jiġu ppreżentati, abbażi ta' sensiela ta' sorsi ta' informazzjoni li jkollha disponibbli, b'mod partikolari r-rapporti tas-SEAE u l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, mill-Aġenzija Ewropea għall-Asil, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali jew internazzjonali. Jekk pajjiż terz jista' jiġi miżjud mal-lista, il-Kummissjoni mbagħad tippreżenta proposta biex twessa' l-lista komuni tal-UE tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Or. it

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 50

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Għall-finijiet ta' valutazzjoni sostanzjata, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra varjetà ta' sorsi ta' informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż b'mod partikolari r-Rapporti ta' Progress Annwali għal pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi kandidati mill-Kunsill Ewropea, rapporti regolari mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-informazzjoni mill-Istati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' testendi s-sospensjoni tal-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur, bil-possibilità li dik l-estensjoni tiġġedded darba. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hija u tħejji l-atti delegati u tfassalhom, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jintbagħtu fl-istess ħin, b'mod f'waqtu u kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(50)  Għall-finijiet ta' valutazzjoni sostanzjata, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra varjetà ta' sorsi ta' informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż b'mod partikolari r-Rapporti ta' Progress Annwali għal pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi kandidati mill-Kunsill Ewropea, rapporti regolari mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-informazzjoni mill-Istati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali governattivi u mhux governattivi oħrajn rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' testendi s-sospensjoni tal-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur, bil-possibilità li dik l-estensjoni tiġġedded darba. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hija u tħejji l-atti delegati u tfassalhom, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jintbagħtu fl-istess ħin, b'mod f'waqtu u kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Or. it

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 51

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Meta jiskadu l-perjodu ta' validità tal-att delegat u l-estensjonijiet tiegħu, mingħajr ma jkun ġie adottat att delegat ġdid, l-indikazzjoni tal-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma għandhiex tibqa' sospiża. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda proposta għat-tneħħija tal-pajjiż terz mil-listi.

(51)  Meta jiskadu l-perjodu ta' validità tal-att delegat u l-estensjonijiet tiegħu, mingħajr ma jkun ġie adottat att delegat ġdid, l-indikazzjoni tal-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma għandhiex tibqa' sospiża. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat sabiex terġa' ddaħħal lill-pajjiż terz inkwistjoni fil-lista komuni tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Or. it

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 52

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, għandha tirrieżamina regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jkunu tneħħew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jewpajjiżi terzi bla periklu, inkluż fejn Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa jqis, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li wara tibdil fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż terz, jerġa' jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u jista' jkun indikat bħala pajjiż bla periklu. F'dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jindikaw biss lil dak il-pajjiż terz bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu jew pajjiż terz bla periklu fil-livell nazzjonali sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal dik l-indikazzjoni. Fejn il-Kummissjoni tqis li dawn il-kundizzjonijiet huma sodisfatti, tista' tipproponi emenda għall-indikazzjoni ta' pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew għal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu sabiex iżżid il-pajjiż terz.

(52)  Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, għandha tirrieżamina regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jkunu tneħħew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, inkluż fejn Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa jqis, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li wara tibdil fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż terz, jerġa' jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u jista' jkun indikat bħala pajjiż bla periklu. F'dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jindikaw biss lil dak il-pajjiż terz bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal dik l-indikazzjoni. Fejn il-Kummissjoni tqis li dawn il-kundizzjonijiet huma sodisfatti, tista' tipproponi emenda għal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu sabiex iżżid il-pajjiż terz.

Or. it

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 53

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Fir-rigward ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tal-20 ta' Lulju 2015, fejn l-Istati Membri qablu li għandha tingħata prijorità lil valutazzjoni mill-Istati Membri kollha tas-sigurtà tal-Balkani tal-Punent, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil organizzat, fit-2 ta' Settembru 2015, laqgħa fil-livell ta' esperti mal-Istati Membri fejn intlaħaq kunsens wiesa' li l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo*30, l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għandhom jiġu meqjusa bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu fis-sens ta' dan ir-Regolament.

imħassar

__________________

 

30 * Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

 

Or. it

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 62

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62)  Fir-rigward tat-Turkija, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tad-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'94 minn 2 899 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' inċidenti ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta' ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom ikunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 23,1 % (310) ta' applikazzjonijiet għall-asil minn ċittadini tat-Turkija kellhom bażi soda. Stat Membru wieħed indika lit-Turkija bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu. It-Turkija ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. Dak iż-żmien il-valutazzjoni kienet li t-Turkija kienet tissodisfa l-kriterji politiċi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-21-22 ta' Ġunju 1993 relatati mal-istabilità ta' istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi; it-Turkija se jkollha tkompli tissodisfa dawk il-kriterji, sabiex issir membru skont ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-Rapport ta' Progress Annwali.

imħassar

Or. it

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 63

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(63)  Fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja, u b'mod partikolari fid-dawl tar-reviżjoni regolari tal-istatus li għandha titwettaq abbażi tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali huma infurmati kif mistħoqq dwar rikunsiderazzjoni possibbli tal-istatus tagħhom u li qed jingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjoni tagħhom, fi żmien raġonevoli, permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub u f'intervista personali, qabel ma l-awtoritajiet jieħdu deċiżjoni motivata biex jirtiraw l-istatus tagħhom.

(63)  Fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali huma infurmati kif mistħoqq dwar rikunsiderazzjoni possibbli tal-istatus tagħhom u li qed jingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjoni tagħhom, fi żmien raġonevoli, permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub u f'intervista personali, qabel ma l-awtoritajiet jieħdu deċiżjoni motivata biex jirtiraw l-istatus tagħhom.

Or. it

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 65

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65)  Sabiex applikant ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv, hu għandu jitħalla jibqa' fit-territorju ta' Stat Membru sakemm jiskadi l-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' appell tal-ewwel livell, u meta jiġi eżerċitat dan id-dritt fil-limitu ta' żmien stabbilit, sakemm joħroġ ir-riżultat tar-rimedju. Huwa biss f'każijiet limitati stabbiliti f'dan ir-Regolament li l-effett sospensiv ta' appell ma jkunx awtomatiku u fejn l-applikant ikun irid jitlob lill-qorti jew lit-tribunal jissospendi l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni ta' ritorn jew il-qorti jkollha taġixxi ex officio għal dan l-għan. Fejn issir eċċezzjoni għad-dritt għal rimedju b'effett sospensiv awtomatiku, id-drittijiet għal difiża tal-applikant għandhom ikunu garantiti b'mod adegwat billi jingħata l-interpretazzjoni u l-assistenza legali meħtieġa, kif ukoll billi l-applikant jingħata żmien biżżejjed biex iħejji u jippreżenta t-talba tiegħu quddiem il-qorti jew tribunal. Barra minn hekk, f'dan il-qafas, il-qorti jew it-tribunal għandhom ikunu jistgħu jeżaminaw id-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali f'termini ta' fatti u liġi. L-applikant għandu jingħata l-permess li jibqa' fit-territorju sakemm joħroġ ir-riżultat tal-proċedura biex jiġi deċiż jekk hu għandux jibqa' jew le. Madankollu, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien xahar.

(65)  Sabiex applikant ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv, hu għandu jitħalla jibqa' fit-territorju ta' Stat Membru sakemm jiskadi l-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' appell tal-ewwel livell, u meta jiġi eżerċitat dan id-dritt fil-limitu ta' żmien stabbilit, sakemm joħroġ ir-riżultat tar-rimedju.

Or. it

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u għal talbiet għall-asil diplomatiku jew territorjali preżentati lir-rappreżentanzi ta' Stati Membri.

imħassar

Or. it

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li japplikaw dan ir-Regolament għal applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u għal talbiet għall-asil diplomatiku jew territorjali preżentati lir-rappreżentanzi tal-Istati Membri fil-pajjiżi terzi.

Or. it

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "persuna mingħajr Stat": persuna li ebda Stat ma jqisha bħala ċittadin tiegħu fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tiegħu;

Or. it

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur għandha l-għan li timla lakuna ġuridika fid-dritt tal-UE li ma fihx definizzjoni ta' persuna mingħajr Stat. Id-definizzjoni proposta mir-rapporteur hija meħuda mill-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istatus tal-Persuni mingħajr Stat tal-1954.

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "awtorità determinanti": kwalunkwe korp semiġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, u kompetenti sabiex jieħu deċiżjonjiet fl-ewwel istanza;

(e)  "awtorità determinanti": kwalunkwe korp ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, u kompetenti sabiex jieħu deċiżjonjiet fl-ewwel istanza;

Or. it

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  "applikazzjoni sussegwenti": applikazzjoni oħra għall-protezzjoni internazzjonali li ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar applikazzjoni preċedenti, inklużi każijiet fejn l-applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata wara l-irtirar impliċitu tagħha;

(i)  "applikazzjoni sussegwenti": applikazzjoni oħra għall-protezzjoni internazzjonali li ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali u bbażata fuq l-istess elementi diġà vvalutati tal-applikazzjoni preċedenti u fil-każ ta' rtirar espliċitu;

Or. it

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tirċievi, tirreġistra u teżamina applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

(a)  teżamina applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

Or. it

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-awtorità determinanti b'mezzi xierqa, inkluż biżżejjed persunal kompetenti, biex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu jivvaluta regolarment il-ħtiġijiet tal-awtorità determinanti biex jiżgura li din dejjem tkun f'pożizzjoni li titratta l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali b'mod effettiv, b'mod partikolari meta tirċievi numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet simultanji.

2.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-awtoritàjiet determinanti b'mezzi xierqa, inkluż biżżejjed persunal kompetenti, biex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu jivvaluta regolarment il-ħtiġijiet tal-awtorità determinanti biex jiżgura li din dejjem tkun f'pożizzjoni li titratta l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali b'mod effettiv, b'mod partikolari meta tirċievi numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet simultanji.

Or. it

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 3 - subparagrafu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet li ġejjin għandu jkollhom il-kompitu li jirċievu u jirreġistraw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, kif ukoll li jinfurmaw lill-applikanti dwar fejn u kif għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:

L-awtoritajiet li ġejjin għandu jkollhom il-kompitu li jirċievu u jirreġistraw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, kif ukoll li jinfurmaw lill-applikanti dwar fejn u kif għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Dawn l-awtoritajiet fl-ebda każ ma għandhom is-setgħa li jiddeċiedu dwar il-mertu tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:

Or. it

 

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 3 - subparagrafu 1 - punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni;

(c)  l-awtoritajiet governattivi tal-immigrazzjoni;

Or. it

 

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 4 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità determinanti tal-Istat Membru responsabbli tista' tkun assistita sabiex din tirċievi, tirreġistra u teżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali:

4.  L-awtoritajiet determinanti tal-Istat Membru responsabbli jistgħu jkunu assistiti sabiex dawn jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali:

Or. it

 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  mill-esperti tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali indipendenti mniżżla f'reġistru apposta miżmum mill-Istat Membru kompetenti.

Or. it

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtorità determinanti, jew ta' kwalunkwe awtorità oħra responsabbli biex tirċievi u tirreġistra applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali skont il-paragrafu 3, ikollu l-għarfien xieraq u jkun provdut bit-taħriġ u l-istruzzjonijiet neċessarji biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafi 1 u 2, għandu għarfien adegwat u ngħata t-taħriġ meħtieġ skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Asil) u l-istruzzjonijiet neċessarji biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Or. it

 

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jissalvagwardaw il-kunfidenzjalità ta' kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul il-ħidma tagħhom.

1.  L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhom jissalvagwardaw il-kunfidenzjalità ta' kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul il-ħidma tagħhom.

Or. it

 

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-persuni allegatament awturi tal-persekuzzjoni jew ħsara serja b'mod li jirriżulta li tali awturi jiġu infurmati direttament bil-fatt li tkun saret applikazzjoni mill-applikant ikkonċernat, u li jipperikola l-integrità fiżika tal-applikant jew tad-dipendenti tiegħu, jew il-libertà u s-sigurtà tal-membri tal-familja tiegħu li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini.

(b)  jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-persuni allegatament awturi tal-persekuzzjoni jew ħsara serja.

Or. it

 

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jipprovdi d-dejta msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 27(1);

(a)  jipprovdi d-dejta msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27(1);

Or. it

 

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji neċessarji għall-eżami tal-applikazzjoni u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu u l-immaġni tal-wiċċ, u l-awtoritajiet responsabbli jkunu infurmaw sew lil dik il-persuna dwar l-obbligi tagħha u jkunu żguraw li dik il-persuna kellha opportunità effettiva biex tikkonforma ma' dawk l-obbligi, l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun irrifjutata bħala abbandunata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39.

3.  Fejn applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(1), u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu u l-immaġni tal-wiċċ, u l-awtoritajiet responsabbli jkunu infurmaw sew lil dik il-persuna dwar l-obbligi tagħha u l-konsegwenzi u jkunu żguraw li dik il-persuna kellha opportunità effettiva biex tikkonforma ma' dawk l-obbligi, l-applikazzjoni tiegħu tista' tkun irrifjutata bħala abbandunata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39. Kwalunkwe użu ta' forza fit-teħid tal-marki tas-swaba' jew tar-ritratti tal-wiċċ huwa pprojbit u sanzjonat.

Or. it

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ma għandhiex tkun awtomatika iżda leġittima, meħtieġa, adegwata u proporzjonata skont l-Artikoli 7, 8, 18, 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

 

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-applikant għandu jinforma lill-awtorità determinanti tal-Istat Membru fejn huwa meħtieġ li jkun preżenti dwar il-post tar-residenza jew l-indirizz tiegħu jew numru tat-telefon fejn jistgħu jikkuntattjawh l-awtorità determinanti jew awtoritajiet responsabbli oħra. Hu għandu jinnotifika lil dik l-awtorità determinanti bi kwalunkwe bidla. L-applikant għandu jaċċetta kull komunikazzjoni fl-aktar post ta' residenza jew indirizz reċenti li jkun indika, b'mod partikolari meta jippreżenta applikazzjoni skont l-Artikolu 28.

4.  L-applikant għandu jinforma lill-awtorità responsabbli tal-Istat Membru fejn huwa meħtieġ li jkun preżenti dwar il-post tar-residenza jew l-indirizz tiegħu jew numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika fejn tista' tikkuntattjah l-awtorità responsabbli. Hu għandu jinnotifika lil dik l-awtorità determinanti bi kwalunkwe bidla. L-applikant għandu jaċċetta kull komunikazzjoni fl-aktar post ta' residenza jew indirizz reċenti li jkun indika, b'mod partikolari meta jippreżenta applikazzjoni skont l-Artikolu 28.

Or. it

 

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Fejn ikun meħtieġ għall-eżami ta' applikazzjoni, l-awtoritajiet responsabbli jistgħu jitolbu lill-applikant jissottometti ruħu għal tfittxija jew li ssir tfittxija fuq l-oġġetti fil-proprjetà tiegħu. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tfittxija li saret għal raġunijiet ta' sigurtà, tfittxija fuq il-persuna tal-applikant skont dan ir-Regolament għandha ssir minn persuna tal-istess sess b'rispett sħiħ tal-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem u tal-integrità fiżika u psikoloġika.

7.  Fejn ikun meħtieġ għall-eżami ta' applikazzjoni, l-awtoritajiet determinanti jistgħu jitolbu lill-applikant jissottometti ruħu għal tfittxija jew li ssir tfittxija fuq l-oġġetti fil-proprjetà tiegħu. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tfittxija li saret għal raġunijiet ta' sigurtà, tfittxija fuq il-persuna tal-applikant skont dan ir-Regolament għandha ssir minn persuna tal-istess sess b'rispett sħiħ tal-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem u tal-integrità fiżika u psikoloġika.

Or. it

 

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2 - subparagrafu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-applikanti, f'ilsein li jifhmu jew li huma mistennija b'mod raġonevoli li jifhmu, dwar dan li ġej:

L-awtorità responsabbli għandha tinforma lill-applikant, f'ilsien li jifhmu, fil-qosor u b'mod faċilment aċċessibbli u b'lingwaġġ ċar u sempliċi, dwar dan li ġej:

Or. it

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tqis li l-aċċess għall-informazzjoni, il-preċiżjoni tagħha u l-ħtieġa li l-applikant għall-asil jifhem l-informazzjoni li tingħatalu huma elementi fundamentali u bażiċi tad-drittijiet tal-applikanti għall-asil skont il-liġi umanitarja internazzjonali (ara l-Kawża Rahimi vs il-Greċja).

 

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2 - subparagrafu 1 - punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  id-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura, inkluż l-obbligu li jibqgħu fit-territorju tal-Istat Membru fejn huma meħtieġa li jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin);

(c)  id-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura, inkluża l-possibbiltà li jerġa' jingħaqad ma' membri tal-familja preżenti fit-territorju ta' Stati Membri oħrajn skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin);

Or. it

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tqis li r-referenza għall-obbligu li wieħed jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament ta' Dublin mhijiex meħtieġa f'dan l-Artikolu għaliex hija superfluwa u inkluża fl-obbligi li l-applikant għandu jkun infurmat dwarhom. Iżda d-dritt li jkun infurmat dwar id-dritt li jerġa' jingħaqad ma' membri tal-familja mhux inkluż fost id-drittijiet li dwarhom għandu jkun infurmat l-applikant skont dan ir-Regolament.

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2 - subparagrafu 1 - punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  id-dritt li juża l-għajnuna legali a spejjeż tal-Istat f'kull fażi u livell tal-proċedura;

Or. it

 

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2 - subparagrafu 1 - punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  ir-riżultat tad-deċiżjoni tal-awtorità determinanti, ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, kif ukoll il-konsegwenza għal deċiżjoni li tirrifjuta li tagħti protezzjoni internazzjonali u l-mod kif wieħed jista' jikkontesta tali deċiżjoni.

(h)  ir-riżultat tad-deċiżjoni tal-awtorità determinanti, ir-raġunijiet u l-elementi kollha kkunsidrati għal dik id-deċiżjoni, kif ukoll il-konsegwenza għal deċiżjoni li tirrifjuta li tagħti protezzjoni internazzjonali u l-mod kif wieħed jista' jikkontesta tali deċiżjoni.

Or. it

 

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2 - subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tingħata fil-ħin adattat biex l-applikanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f'dan ir-Regolament u jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel paragrafu għandha tingħata meta tiġi rreġistrata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u fi kwalunkwe każ qabel l-intervista personali msemmija fl-Artikoli 10 u 11 u, fil-ħin adattat biex l-applikanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f'dan ir-Regolament u jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7.

Or. it

 

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Fejn ikun meħtieġ u possibbli, l-awtorità determinanti, għandha tipprovdi lill-applikant l-għajnuna ta' medjatur kulturali sabiex jgħinu waqt il-proċedura u b'mod partikolari, waqt l-intervista personali.

Or. it

 

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità determinanti għandha tipprovdi lill-applikanti bl-opportunità li jikkomunikaw mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati jew ma' kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tipprovdi pariri legali jew konsulenza oħra lill-applikanti skont il-liġi nazzjonali.

4.  L-awtorità determinanti għandha tipprovdi lill-applikanti bl-opportunità li jikkomunikaw mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati jew ma' kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tipprovdi pariri legali jew konsulenza oħra lill-applikanti skont il-liġi nazzjonali. Dan għandu jseħħ anki meta l-applikant ikun jinsab fil-faċilitajiet ta' detenzjoni jew li jinsabu f'punti ta' qsim tal-fruntieri.

Or. it

 

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-applikanti, u fejn applikabbli, l-kustodji, il-konsulenti legali jew konsulenti oħra tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(2)(e) meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjonijiet u għall-informazzjoni mogħtija mill-esperti msemmija fl-Artikolu 33(3), fejn l-awtorità determinanti tkun ikkunsidrat dik l-informazzjoni bl-iskop li tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom.

5.  L-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-applikanti, u fejn applikabbli, l-kustodji, il-konsulenti legali jew konsulenti oħra tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(2) (b), (c) u (e) meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjonijiet u għall-informazzjoni mogħtija mill-esperti msemmija fl-Artikolu 33(3), fejn l-awtorità determinanti tkun ikkunsidrat dik l-informazzjoni bl-iskop li tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom.

Or. it

 

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-applikanti fi żmien raġonevoli dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar l-applikazzjoni tagħhom. Fejn l-applikant ikun qed jiġi rrapreżentat minn kustodju, konsulent legali jew konsulent ieħor, l-awtorità determinanti tista' tagħżel li tinnotifika lil dan bid-deċiżjoni minflok lill-applikant.

6.  L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-applikanti fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar l-applikazzjoni tagħhom. Fejn l-applikant ikun qed jiġi rrapreżentat minn kustodju, konsulent legali jew konsulent ieħor, l-awtorità determinanti għandha tinnotifika anki lil dan bid-deċiżjoni.

Or. it

 

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dritt li jibqgħu ma għandux ikun jikkostitwixxi dritt għal permess ta' residenza u ma għandux jagħti lill-applikant id-dritt li jivvjaġġa lejn it-territorju ta' Stati Membri oħra mingħajr awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza).

2.  Id-dritt li jibqgħu jikkostitwixxi dritt għall-permess ta' residenza temporanju għal talba għall-asil. Waqt l-eżami tal-applikazzjoni l-applikant ma għandux id-dritt li jivvjaġġa lejn it-territorju ta' Stati Membri oħra mingħajr awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza).

Or. it

 

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 3 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri jistgħu jirrevokaw id-dritt tal-applikant li jibqa' fit-territorju tagħhom matul proċedura amministrattiva fejn:

3.  L-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri responsabbli jistgħu jirrevokaw id-dritt tal-applikant li jibqa' fit-territorju tagħhom matul proċedura amministrattiva fejn:

Or. it

 

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Stat Membru jista' jestradixxi applikant f'pajjiż terz skont il-paragrafu 3(b) biss fejn l-awtorità determinanti hija sodisfatta li deċiżjoni ta' estradizzjoni mhux se tirriżulta f'refoulement diretta jew indiretta fi ksur tal-obbligi ta' dak l-Istat Membru skont il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni.

4.  Stat Membru jista' jestradixxi jew ikeċċi applikant f'pajjiż terz skont il-paragrafu 3(b) biss fejn l-awtorità determinanti hija sodisfatta li deċiżjoni ta' estradizzjoni jew l-ordni ta' tkeċċija mhumiex se jirriżultaw f'refoulement diretta jew indiretta fi ksur tal-obbligi ta' dak l-Istat Membru skont il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni.

Or. it

 

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fl-intervista għall-ammissibilità, l-applikant għandu jingħata opportunità li jipprovdi raġunijiet għalfejn ir-raġunijiet għall-ammissibilità previsti fl-Artikolu 36(1) ma jkunux applikabbli għaċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Or. it

 

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta' intervista sostantiva dwar l-applikazzjoni tiegħu.

1.  Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta' intervista sostantiva dwar l-applikazzjoni tiegħu. Din l-intervista tista' ssir fl-istess ħin tal-intervista dwar l-ammissibbiltà.

Or. it

 

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fl-intervista sostantiva, l-applikant għandu jingħata opportunità adegwata biex jippreżenta l-elementi meħtieġa biex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), u għandu jipprovdi l-elementi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu b'mod kemm jista' jkun komplet. L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jagħti spjegazzjoni dwar l-elementi meħtieġa li jistgħu jkunu nieqsa jew kull inkonsistenza jew kuntradizzjoni fl-istqarrijiet tal-applikant.

2.  Fl-intervista sostantiva, l-applikant għandu jingħata l-opportunità biex jippreżenta l-elementi meħtieġa biex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), u għandu jipprovdi l-elementi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu b'mod kemm jista' jkun komplet. L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jagħti spjegazzjoni dwar l-elementi meħtieġa li jistgħu jkunu nieqsa jew kull inkonsistenza jew kuntradizzjoni fl-istqarrijiet tal-applikant.

Or. it

 

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Persuna li twettaq intervista sostantiva ta' applikazzjoni ma għandhiex tilbes uniformi militari jew waħda tal-infurzar tal-liġi.

imħassar

Or. it

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur sempliċement ċaqalqet dan il-punt għall-Artikolu 12 peress li dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-intervisti personali kollha kemm dwar l-ammissibbiltà kif ukoll dawk sostantivi.

 

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-persuna li tagħmel intervista personali dwar l-ammissibbiltà u/jew intervista sostantiva ta' applikazzjoni ma għandhiex tilbes uniformi militari jew waħda tal-pulizija.

Or. it

 

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn applikazzjonijiet simultanji għal protezzjoni internazzjonali minn numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat jagħmluha diffiċli fil-prattika biex l-awtorità determinanti twettaq intervisti personali fil-ħin għal kull applikant, l-awtorità determinanti tista' tiġi assistita mill-persunal ta' awtoritajiet ta' Stati Membri oħra msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) u esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Eworpea għall-Asil imsemmija fl-Artikolu 5(4)(b), biex iwettqu dawn l-intervisti.

imħassar

Or. it

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur temmen li huwa żejjed li wieħed isemmi hawn il-possibilità li l-awtorità determinanti tista' tkun assistita mill-persunal ta' awtoritajiet ta' Stati Membri oħra msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) u minn esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, peress li din il-possibilità hija diġà attribwita lill-awtorità kompetenti mill-Artikolu 5(4) ta' dan ir-regolament.

 

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-persuna li tagħmel l-intervista għandha tkun kompetenti sabiex tieħu kont taċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inkluż l-oriġini kulturali, l-età, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u l-vulnerabbiltà tal-applikant. Il-persunal li jintervista lill-applikanti għandu jkollu ukoll għarfien ġenerali miksub ta' problemi li jistgħu jaffettwaw b'mod ħażin il-kapaċità tal-applikanti li jiġu intervistati, bħal indikazzjonijiet li l-persuna setgħet ġiet ittorturata fil-passat.

6.  Il-persuna li tagħmel l-intervista għandha tkun kompetenti sabiex tieħu kont taċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet ġenerali tal-pajjiż ta' oriġini, l-oriġini kulturali, l-età, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u l-vulnerabbiltà tal-applikant. Il-persunal li jintervista lill-applikanti għandu jkollu ukoll għarfien ġenerali miksub ta' problemi li jistgħu jaffettwaw b'mod ħażin il-kapaċità tal-applikanti li jiġu intervistati, bħal indikazzjonijiet li l-persuna setgħet ġiet ittorturata fil-passat.

Or. it

 

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 8 - subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-intervista personali għandu jkun provdut interpretu li jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista. Il-komunikazzjoni għandha ssir fl-ilsien li jippreferi l-applikant ħlief jekk ikun hemm ilsien ieħor li huwa jifhem u li bih huwa jkun kapaċi jikkomunika b'mod ċar.

Għall-intervista personali għandu jkun provdut interpretu u medjatur kulturali, jekk ikun meħtieġ u possibbli, li jkunu kapaċi jiżgura komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista. L-interpreti u l-medjaturi rċevew minn qabel taħriġ speċifiku msemmi fl-Artikolu 7(5), tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil) li jinkludi wkoll l-elementi elenkati fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. L-intervista għandha ssir fl-ilsien li jippreferi l-applikant ħlief jekk ikun hemm ilsien ieħor li huwa jifhem u li bih huwa jkun kapaċi jikkomunika b'mod ċar. Fejn mitlub mill-applikant, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li dawk li jintervistaw u l-interpreti u l-medjatur ikunu tal-istess sess bħall-applikant, sakemm dan ikun possibbli u l-awtorità determinanti ma jkollhiex raġunijiet biex temmen li tali talba hija bbażata fuq raġunijiet li mhumiex relatati ma' diffikultajiet min-naħa tal-applikant biex jippreżenta r-raġunijiet tal-applikazzjoni tiegħu b'mod komprensiv.

Or. it

 

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità determinanti jew kwalunkwe awtorità oħra jew esperti li jassistuha jew li jwettqu l-intervista personali għandhom iħejju rapport fil-fond u fattwali li jinkludi l-element sostantivi kollha jew traskrizzjoni ta' kull intervista personali.

1.  L-awtorità determinanti jew kwalunkwe awtorità oħra jew esperti li jassistuha jew li jwettqu l-intervista personali għandhom iħejju rapport li jinkludi l-element sostantivi kollha ta' kull intervista personali.

Or. it

 

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-intervista personali għandha tkun irreġistrata bl-użu ta' mezzi tal-awdjo jew awdjoviżivi għar-reġistrazzjoni. L-applikant għandu jkun infurmat minn qabel dwar din ir-reġistrazzjoni.

2.  L-intervista personali għandha tkun irreġistrata bl-użu ta' mezzi tal-awdjo jew awdjoviżivi għar-reġistrazzjoni. L-applikant għandu jkun infurmat minn qabel dwar din ir-reġistrazzjoni u dwar l-użu li se jsir minnha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-applikanti li jeħtieġu garanziji proċedurali.

Or. it

 

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jagħmel kummenti u/jew jipprovdi kjarifiki oralment jew bil-miktub dwar kwalunkwe traduzzjoni ħażina jew kull informazzjoni żbaljata li jidhru fir-rapport jew it-traskrizzjoni, meta tintemm l-intervista personali jew f'limitu ta' żmien speċifiku qabel id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti. Għal dan il-għan, l-applikant għandu jkun infurmat dwar il-kontenut kollu tar-rapport, jew l-elementi sostantivi tat-traskrizzjoni jekk meħtieġ bl-assistenza ta' interpretu. Wara, l-applikant għandu jintalab jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jew it-traskrizzjoni jirriflettu b'mod tajjeb l-intervista personali.

3.  L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jagħmel kummenti u/jew jipprovdi kjarifiki oralment jew bil-miktub dwar kwalunkwe traduzzjoni ħażina jew kull informazzjoni żbaljata li jidhru fir-rapport, meta tintemm l-intervista personali jew f'limitu ta' żmien speċifiku qabel id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti. Għal dan il-għan, l-applikant għandu jkun infurmat dwar il-kontenut kollu tar-rapport, jekk meħtieġ bl-assistenza ta' interpretu. Wara, l-applikant għandu jintalab jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jirrifletti b'mod tajjeb l-intervista personali u jingħata l-possibbiltà li jżid, jikkoreġi u jivverifika l-inklużjoni ta' dawn iż-żidiet u/jew korrezzjonijiet fir-rapport tal-intervista.

Or. it

 

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn applikant jirrifjuta li jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jew it-traskrizzjoni jirrifletti b'mod tajjeb l-intervista personali, ir-raġunijiet ta' dan ir-rifjut tiegħu għandhom jitniżżlu fil-fajl tal-applikant. Dak ir-rifjut ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

4.  Fejn applikant jirrifjuta li jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jirrifletti b'mod tajjeb l-intervista personali, ir-raġunijiet ta' dan ir-rifjut tiegħu għandhom jitniżżlu fil-fajl tal-applikant. Dak ir-rifjut ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

Or. it

 

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-applikanti u l-konsulenti legali tagħhom jew konsulenti oħra għandu jkollhom aċċess għal dan ir-rapport jew it-traskrizzjoni u r-reġistrazzjoni, qabel ma l-awtorità determinanti tieħu d-deċiżjoni tagħha.

5.  L-applikanti u l-konsulenti legali tagħhom jew konsulenti oħra għandu jkollhom aċċess għal dan ir-rapport u r-reġistrazzjoni, qabel ma l-awtorità determinanti tieħu d-deċiżjoni tagħha, anki fil-każ li l-applikazzjoni tiġi eżaminata bi proċedura aċċelerata ta' eżami.

Or. it

 

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fejn l-applikazzjoni hija eżaminata skont il-proċedura aċċellerata ta' eżami, l-awtorità determinanti tista' tagħti aċċess għar-rapport jew it-traskrizzjoni tar-reġistrazzjoni fl-istess ħin li fih tittieħed id-deċiżjoni.

imħassar

Or. it

 

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħżnu jew ir-reġistrazzjoni jew it-traskrizzjoni għal għaxar snin mid-data ta' deċiżjoni finali. Ir-reġistrazzjoni għandha titħassar meta jiskadi dan il-perjodu jew fejn ikun jirrigwradja persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi dak il-perjodu hekk kif l-Istat Membru isir konxju li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

7.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħżnu r-reġistrazzjoni għal għaxar snin mid-data ta' deċiżjoni finali. Ir-reġistrazzjoni għandha titħassar meta jiskadi dan il-perjodu jew fejn ikun jirrigwradja persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi dak il-perjodu hekk kif l-Istat Membru isir konxju li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

Or. it

 

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikanti għandu jkollhom id-dritt li jikkonsultaw, b'mod effettiv, konsulent legali jew konsulent ieħor, li jkun ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali, dwar materji relatati mal-applikazzjonijiet tagħhom fl-istadji kollha tal-proċedura.

1.  L-applikanti għandu jkollhom id-dritt li jikkonsultaw, b'mod effettiv, konsulent legali jew konsulent ieħor, li jkun ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali, dwar materji relatati mal-applikazzjonijiet tagħhom fl-istadji kollha tal-proċedura u malli tintwera r-rieda li tinkiseb protezzjoni internazzjonali.

Or. it

 

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq talba tal-applikant, l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċedura amministrattiva prevista fil-Kapitolu III u fil-proċedura tal-appell prevista fil-Kapitolu V.

1.  Fuq talba tal-applikant, l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċedura amministrattiva prevista fil-Kapitolu III u fil-proċedura tal-appell prevista fil-Kapitolu V mill-aktar fis possibbli wara li tkun intweriet ir-rieda li tinkiseb protezzjoni internazzjonali u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn jumejn wara li dan ikun seħħ.

Or. it

 

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  assistenza fit-tħejjija tal-applikazzjoni u l-intervista personali, inkluża parteċipazzjoni fl-intervista personali kif meħtieġ;

(b)  assistenza fit-tħejjija tal-applikazzjoni, l-intervista personali, u l-parteċipazzjoni fl-intervista personali;

Or. it

 

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-applikazzjoni titqies li ma għandhiex prospett tanġibbli ta' suċċess;

imħassar

Or. it

 

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 15 - paragrafu 5 - subparagrafu 1 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-appell jitqies li ma għandux prospett tanġibbli ta' suċċess;

imħassar

Or. it

 

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 15 - paragrafu 5 - subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn tittieħed deċiżjoni li ma tingħatax assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas minn awtorità li mhix qorti jew tribunal minħabba li jkun meqjus li l-appell ma għandux prospett tanġibbli ta' suċċess, l-applikant għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra dik id-deċiżjoni, u għal dak il-għan hu se jkun intitolat li jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

imħassar

Or. it

 

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spiża mħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk id-deċiżjoni biex isiru tali spejjeż tkun ittieħdet abbażi ta' informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.

4.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spiża mħallsa jekk id-deċiżjoni biex isiru tali spejjeż tkun ittieħdet abbażi ta' informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.

Or. it

 

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn l-applikanti jkunu ġew identifikati bħala applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali, dawn għandhom jingħataw appoġġ adegwat sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu konformi mal-obbligi ta' dan ir-Regolament matul il-proċedura kollha għall-protezzjoni internazzjonali.

2.  Fejn l-applikanti jkunu ġew identifikati bħala applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali, dawn għandhom jingħataw appoġġ adegwat, anki billi jiġi pprovdut medjatur kulturali, fejn meħtieġ u possibbli sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu konformi mal-obbligi ta' dan ir-Regolament matul il-proċedura kollha għall-protezzjoni internazzjonali.

Or. it

 

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 22 - paragrafu 5 - subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet responsabbli ma għandhomx jgħabbu lill-kustodju b'numru sproporzjonat ta' minorenni mhux akkompanjati fl-istess ħin, minħabba li dan jista' jwassal biex hu ma jkunx jista' jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv.

L-awtoritajiet responsabbli ma għandhomx jgħabbu lill-kustodju b'numru sproporzjonat ta' minorenni mhux akkompanjati fl-istess ħin, u fi kwalunkwe każ mhux aktar minn għoxrin, minħabba li dan jista' jwassal biex hu ma jkunx jista' jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv.

Or. it

 

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fejn, skont id-dikjarazzjoni tal-applikant, evidenza ta' dokumenti disponibbli jew indikazzjonijiet rilevanti oħrajn, hemm dubju dwar jekk il-minorenni mhux akkumpanjat għandux anqas minn 18-il sena jew le, l-awtoritajiet determinanti jistgħu jordnaw valutazzjoni psikosoċjali minn professjonisti kwalifikati biex tiġi stabbilita l-età tal-applikant waqt eżami ta' applikazzjoni.

 

Il-valutazzjoni tal-età ma għandhiex tkun ibbażata biss fuq id-dehra fiżika jew fuq l-imġiba tal-applikant.

Or. it

 

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Eżamijiet mediċi jistgħu jintużaw biex tkun determinata l-età ta' minorenni mhux akkompanjati fil-qafas ta' eżami ta' applikazzjoni fejn, wara dikjarazzjonijiet mill-applikant jew indikazzjonijiet oħra rilevanti inkluż valutazzjoni psikoloġika, ikun hemm dubji dwar jekk l-applikant għandux anqas minn 18-il sena jew le. Fejn ir-riżultat tal-eżami mediku ma jkunx konklużiv, jew jinkludi firxa ta' etajiet ta' anqas minn 18-il sena, l-Istati Membri għandhom jassumu li l-applikant huwa minorenni.

1.  Eżamijiet mediċi jistgħu jintużaw biex tkun determinata l-età ta' minorenni mhux akkompanjati fil-qafas ta' eżami ta' applikazzjoni, jekk ikun għad fadal xi dubji dwar l-età tal-minorenni mhux akkumpanjat wara l-proċedura msemmija fil-paragrafu 1. L-eżami mediku għandu jsir biss bħala l-aħħar miżura. Fejn ir-riżultat tal-eżami mediku ma jkunx konklużiv, jew jinkludi firxa ta' etajiet ta' anqas minn 18-il sena, l-Istati Membri għandhom jassumu li l-applikant huwa minorenni.

Or. it

 

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn l-eżamijiet mediċi jintużaw biex tkun determinata l-età tal-minorenni mhux akkompanjati, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-minorenni mhux akkompanjati jiġu infurmati, qabel l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, u f'ilsien li huma jistgħu jifhmu jew hu mistenni b'mod raġonevoli li jifhmu, bil-possibilità li l-età tagħhom tiġi ddeterminata permezz ta' eżami mediku. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-metodu tal-eżami u l-konsegwenzi eventwali tar-riżultat tal-eżami mediku għall-eżami tal-applikazzjoni, kif ukoll dwar il-possibilità u l-konsegwenzi ta' rifjut min-naħa tal-minorenni mhux akkompanjat, jew tal-kustodju tiegħu, illi joqgħod għal eżami mediku.

4.  Fejn l-eżamijiet mediċi jintużaw biex tkun determinata l-età tal-minorenni mhux akkompanjati, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-minorenni mhux akkompanjati jiġu infurmati, qabel l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, u f'ilsien li huma jistgħu jifhmu, bil-possibilità li l-età tagħhom tiġi ddeterminata permezz ta' eżami mediku. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-metodu tal-eżami u l-konsegwenzi eventwali tar-riżultat tal-eżami mediku għall-eżami tal-applikazzjoni, kif ukoll dwar il-possibilità u l-konsegwenzi ta' rifjut min-naħa tal-minorenni mhux akkompanjat, jew tal-kustodju tiegħu, illi joqgħod għal eżami mediku. Id-dokumenti kollha dwar l-eżami mediku għandhom ikunu inklużi fil-fajl tal-applikant.

Or. it

 

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Ir-rifjut mill-minorenni mhux akkompanjati jew il-kustodji tagħhom li jwettqu eżami mediku jista' jitqies biss bħala suppożizzjoni konfutabbli li l-applikant mhuwiex minorenni u dan ma għandux iwaqqaf lill-awtorità deteminanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

5.  Ir-rifjut mill-minorenni mhux akkompanjati jew il-kustodji tagħhom li jwettqu eżami mediku jista' jitqies biss bħala suppożizzjoni konfutabbli li l-applikant mhuwiex minorenni u dan ma għandux ikun l-unika raġuni biex tiġi rrifjutata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

Or. it

 

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 25 - paragrafu 1 - subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha ssir meta ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jesprimu xewqa għall-protezzjoni internazzjonali lill-uffiċjali ta' awtorità determinanti jew awtoritajiet oħra msemmija fl-Artikolu 5(3) jew (4).

Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha ssir meta ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jesprimu xewqa għall-protezzjoni internazzjonali lill-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5.

Or. it

 

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn applikazzjonijiet simultanji għall-protezzjoni internazzjonali minn numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat jagħmluha diffiċli fil-prattika biex l-applikazzjonijiet jiġu rreġistrati fi żmien tlett ijiem ta' xogħol minn meta tkun saret l-applikazzjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jestendu dak il-limitu ta' żmien għal għaxart ijiem ta' xogħol.

3.  Fejn applikazzjonijiet simultanji għall-protezzjoni internazzjonali minn numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat jagħmluha diffiċli fil-prattika biex l-applikazzjonijiet jiġu rreġistrati fi żmien tlett ijiem ta' xogħol minn meta tkun saret l-applikazzjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jestendu dak il-limitu ta' żmien għal sebat ijiem ta' xogħol.

Or. it

 

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-applikazzjoni fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data meta l-applikazzjoni tiġi rreġistrata sakemm jingħata opportunità effettiva li jagħmel dan f'dak il-limitu ta' żmien.

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-applikazzjoni fi żmien ħmistax-il jum ta' xogħol mid-data meta l-applikazzjoni tiġi rreġistrata sakemm jingħata opportunità effettiva li jagħmel dan f'dak il-limitu ta' żmien.

Or. it

 

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 28 - paragrafu 4 - subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità responsabbli li tirċievi u tirreġistra applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandha tinforma lill-applikant li wara li tittieħed id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, hu jista' jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu, u li ma setax ikun konxju dwarhom fi stadju aktar bikri jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

L-awtorità responsabbli li tirċievi u tirreġistra applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandha tinforma lill-applikant li wara li tittieħed id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, hu jista' jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

Or. it

 

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 30 - paragrafu 3 - subparagrafu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn hemm indikazzjonijiet li ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat miżmuma f'faċilitajiet ta' detenzjoni jew li jinsabu f'punti ta' qsim tal-fruntieri, inklużi żoni ta' tranżitu fil-fruntieri esterni, jistgħu jinħtieġu protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħtuhom informazzjoni dwar il-possibilità li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fejn:

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat miżmuma f'faċilitajiet ta' detenzjoni jew li jinsabu f'punti ta' qsim tal-fruntieri, inklużi żoni ta' tranżitu fil-fruntieri esterni, dwar il-possibilità li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fejn:

Or. it

 

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  jista' jkun li l-persuna tkun teħtieġ garanziji proċedurali skont l-Artikoli 19 u 20;

Or. it

 

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex ikunu disponibbli servizzi ta' interpretazzjoni li jiffaċilitaw l-aċċess għall-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali.

2.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex ikunu disponibbli servizzi ta' interpretazzjoni u, jekk ikun meħtieġ u possibbli, ta' medjazzjoni kulturali li jiffaċilitaw l-aċċess għall-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali.

Or. it

 

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn applikant ma jippreżentax applikazzjoni f'isem il-konjuġi jew is-sieħeb tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 fi żmien l-għaxart ijiem ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 28(1), il-konjuġi jew is-sieħeb għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu f'ismu fi żmien perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol ieħor li jibda mill-iskadenza tal-ewwel perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol. Fejn il-konjuġi jew is-sieħeb xorta waħda ma jippreżentax l-applikazzjoni tiegħu fi żmien dawn l-għaxart ijiem ta' xogħol addizzjonali, l-applikazzjoni għandha tkun irrifjutrata bħala abbandunata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39.

3.  Fejn applikant ma jippreżentax applikazzjoni f'isem il-konjuġi jew is-sieħeb tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 fi żmien il-ħmistax-il jum ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 28(1), il-konjuġi jew is-sieħeb għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu f'ismu fi żmien perjodu ta' ħmistax-il jum ta' xogħol ieħor li jibda mill-iskadenza tal-ewwel perjodu ta' ħmistax-il jum ta' xogħol. Fejn il-konjuġi jew is-sieħeb xorta waħda ma jippreżentax l-applikazzjoni tiegħu fi żmien dawn il-ħmistax-il jum ta' xogħol addizzjonali, l-applikazzjoni għandha tkun irrifjutrata bħala abbandunata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39.

Or. it

 

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn applikant ma jippreżentax applikazzjoni f'isem adult dipendenti tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 fi żmien l-għaxart ijiem ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 28(1), l-awtorità determinanti għandha tippreżenta applikazzjoni f'isem dak l-adult dipendenti jekk, abbażi ta' valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, tkun tal-opinjoni li l-adult dipendenti jista' jinħtieġ protezzjoni internazzjonali.

4.  Fejn applikant ma jippreżentax applikazzjoni f'isem adult dipendenti tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 fi żmien ħmistax-il jum ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 28(1), l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandha tippreżenta applikazzjoni f'isem dak l-adult dipendenti jekk, abbażi ta' valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, tkun tal-opinjoni li l-adult dipendenti jista' jinħtieġ protezzjoni internazzjonali.

Or. it

 

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Fejn adult responsabbli għall-minorenni akkompanjat ma jippreżentas applikazzjoni f'isem il-minorenni fi żmien l-għaxart ijiem ta' xogħol previsti fl-Artikolu 28(1), il-minorenni għandu jkun infurmat dwar il-possibilità li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu f'ismu u jingħata l-opportunità li jagħmel dan fi żmien perjodu ieħor ta' għaxart ijiem ta' xogħol li jibda mill-iskadenza tal-ewwel perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol jekk hu jkollu l-kapaċità li jaġixxi fi proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Fejn il-konjuġi jew is-sieħeb xorta waħda ma jippreżentax l-applikazzjoni tiegħu fi żmien dawn l-għaxart ijiem ta' xogħol addizzjonali, l-applikazzjoni għandha tkun irrifjutrata bħala abbandunata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39.

9.  Fejn adult responsabbli għall-minorenni akkompanjat ma jippreżentax applikazzjoni f'isem il-minorenni fi żmien il-ħmistax-il jum ta' xogħol previsti fl-Artikolu 28(1), il-minorenni għandu jkun infurmat dwar il-possibilità li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu f'ismu u jingħata l-opportunità li jagħmel dan fi żmien perjodu ieħor ta' ħmistax-il jum ta' xogħol li jibda mill-iskadenza tal-ewwel perjodu ta' ħmistax-il jum ta' xogħol jekk hu jkollu l-kapaċità li jaġixxi fi proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Fejn il-minorenni ma jippreżentax l-applikazzjoni tiegħu fi żmien dawn il-ħmistax-il jum ta' xogħol addizzjonali, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandha tippreżenta applikazzjoni f'isem il-minorenni jekk, abbażi ta' valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, tkun tal-opinjoni li l-minorenni jista' jinħtieġ protezzjoni internazzjonali.

Or. it

 

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-każ ta' minorenni mhux akkompanjat, il-perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni previst fl-Artikolu 28(1) għandu jibda jgħodd biss mill-mument li jinħatar kustodju għall-minorenni mhux akkompanjat u dan ikun iltaqa' miegħu. Fejn il-kustodju ma jippreżentax applikazzjoni f'isem il-minorenni mhux akkompanjat fi żmien dawk l-għaxart ijiem ta' xogħol, l-awtorità determinanti għandha tippreżenta applikazzjoni f'isem il-minorenni mhux akkompanjat jekk, abbażi ta' valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, tkun tal-opinjoni li l-minorenni mhux akkompanjat jista' jinħtieġ protezzjoni internazzjonali.

2.  Fil-każ ta' minorenni mhux akkompanjat, il-perjodu ta' ħmistax-il jum ta' xogħol għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni previst fl-Artikolu 28(1) għandu jibda jgħodd biss mill-mument li jinħatar kustodju għall-minorenni mhux akkompanjat u dan ikun iltaqa' miegħu. Fejn il-kustodju ma jippreżentax applikazzjoni f'isem il-minorenni mhux akkompanjat fi żmien dawk il-ħmistax-il jum ta' xogħol, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandha tippreżenta applikazzjoni f'isem il-minorenni mhux akkompanjat jekk, abbażi ta' valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, tkun tal-opinjoni li l-minorenni mhux akkompanjat jista' jinħtieġ protezzjoni internazzjonali.

Or. it

 

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jekk l-attivitajiet li kien involut fihom l-applikant minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini kinux imwettqa mill-applikant għall-għan waħdieni jew ewlieni li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, sabiex jiġi stmat jekk dawk l-attivitajiet jesponux lill-applikant għal persekuzzjoni jew ħsara serja jekk jiġi ritornat lejn dak il-pajjiż;

imħassar

Or. it

 

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jekk l-applikant ikun mistenni b'mod raġonevoli li japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta' pajjiż ieħor fejn ikun jista' jiddikjara ċ-ċittadinanza.

imħassar

Or. it

 

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet għandu jkollu għarfien suffiċjenti dwar l-istandards rilevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-asil u dwar ir-rifuġjati; Huma għandu jkollhom il-possibilità li jitolbu parir, meta jkun meħtieġ, minn esperti dwar kwistjonijiet partikolari, bħal pereżempju kwistjonijiet mediċi, kulturali, reliġjużi u dwar it-tfal jew relatati mal-ġeneru. Fejn ikun meġtieġ, huma jistgħu jippreżentaw talbiet lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, skont l-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

3.  Il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet għandu jkollu għarfien suffiċjenti dwar l-istandards rilevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-asil u dwar ir-rifuġjati u għandu jkun lesta t-taħriġ meħtieġ imsemmi fir-Regolament (UE) XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil). Huma għandu jkollhom il-possibilità li jitolbu parir, meta jkun meħtieġ, minn esperti dwar kwistjonijiet partikolari, bħal pereżempju kwistjonijiet mediċi, kulturali, reliġjużi u dwar it-tfal jew relatati mal-ġeneru. Fejn ikun meġtieġ, huma jistgħu jippreżentaw talbiet lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, skont l-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

Or. it

 

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 33 - paragrafu 5 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jista jingħata prijorità b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II, b'mod partikolari fejn:

5.  Eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jista jingħata prijorità b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II, b'mod partikolari fejn l-applikant għandu bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza fis-sens tal-Artikolu 20 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza), jew ikun jinħtieġ garanziji proċedurali speċjali msemmija fl-Artikoli 19 sa 22 ta' dan ir-Regolament.

Or. it

 

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-applikazzjoni aktarx tkun iġġustifikata;

imħassar

Or. it

 

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-applikant għandu bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza fis-sens tal-Artikolu 20 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza), jew ikun jinħtieġ garanziji proċedurali speċjali, b'mod partikolari fil-każ ta' minorenni mhux akkompanjati.

imħassar

Or. it

 

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità determinanti tista' tipposponi l-konklużjoni tal-proċedura tal-eżami meta ma jkunx mistennija b'mod raġonevoli li tiddeċiedi fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 40(4) fir-rigward tal-proċedura aċċellerata ta' eżami minħabba sitwazzjoni inċerta fil-pajjiż ta' oriġini li tkun mistennija li tkun temporanja. F'dawk il-każijiet, l-awtorità determinanti għandha:

imħassar

(a)  twettaq reviżjonijiet tas-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż ta' oriġini tal-inqas kull xaharejn;

 

(b)  tinforma lill-applikanti kkonċernati fi żmien raġonevoli bir-raġunijiet għall-posponiment.

 

L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fi żmien raġonevoli dwar il-posponiment tal-proċeduri għal dak il-pajjiż ta' oriġini. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura ta' eżami fi żmien 15-il xahar minn meta ssir l-applikazzjoni.

 

Or. it

 

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant mingħajr dewmien f'ilsien li jifhem jew raġonevolment hu mistenni li jifhem.

1.  Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant mingħajr dewmien f'ilsien li jifhem.

Or. it

 

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f'dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista' jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub, sakemm mhux diġà pprovduta lill-applikant b'xi mod ieħor.

2.  Fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f'dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista' jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u ż-żmien li għandu biex jagħmel dan, għandha tingħata bil-miktub, sakemm mhux diġà pprovduta lill-applikant b'xi mod ieħor.

Or. it

 

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 44 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż;

imħassar

Or. it

 

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-pajjiż terz mingħajr periklu għall-applikant skont l-Artikolu 45 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż;

imħassar

Or. it

 

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhomx japplikaw għal benefiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja li jkun ġie risistemat skont proċedura mħaffa b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni).37 .

imħassar

__________________

 

37 ĠU L [...], [...], p. [...].

 

Or. it

 

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta awtorità determinanti prima facie tqis li applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, din ma għandhiex tkun obbligata li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni.

5.  Meta awtorità determinanti prima facie tqis li applikazzjoni tista' tiġi aċċettata bħala manifestament iġġustifikata skont l-Artikolu 40(1)(-a) ta' dan ir-Regolament u/jew irrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, din ma għandhiex tkun obbligata li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni.

Or. it

 

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità determinanti għandha tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a), (b), (c), (d) u (e).

3.  L-awtorità determinanti tista' tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(b).

Or. it

 

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 39 - paragrafu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala abbandunata meta:

1.  L-awtorità determinanti tista' tirrifjuta applikazzjoni bħala abbandunata meta:

Or. it

 

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-applikant ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 28 minkejja li kellu opportunità effettiva biex jagħmel dan;

(a)  ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 28 minkejja li kellu opportunità effettiva biex jagħmel dan;

Or. it

 

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa sabiex l-applikazzjoni tiġi eżaminata u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu u l-immaġni ta' wiċċu skont l-Artikolu 7(3);

(c)  jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji msemmija fl-Artikolu 27(1)(a) u (b), u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu u l-immaġni ta' wiċċu skont l-Artikolu 7(3);

Or. it

 

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-applikant ma jattendix għal intervista personali għalkemm hu kien meħtieġ jagħmel dan skont l-Artikoli 10 sa 12;

(d)  ma jattendix għal intervista personali għalkemm hu kien meħtieġ jagħmel dan skont l-Artikoli 10 sa 12;

Or. it

 

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-applikant ikun abbanduna l-post ta' residenza tiegħu, mingħajr ma jkun informa lill-awtoritajiet kompetenti jew mingħajr awtorizzazzjoni kif previst fl-Artikolu 7(4);

(e)  ikun abbanduna l-post ta' residenza tiegħu, mingħajr ma jkun informa lill-awtoritajiet kompetenti jew mingħajr awtorizzazzjoni kif previst fl-Artikolu 7(4);

Or. it

 

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-applikant ikun naqas milli jikkonforma b'mod ripetut mad-dmirijiet tar-rapportar imposti fuqu skont l-Artikolu 7(5).

(f)  ikun naqas milli jikkonforma b'mod ripetut mad-dmirijiet tar-rapportar imposti fuqu skont l-Artikolu 7(5).

Or. it

 

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub.

2.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni tista' tkun irrifjutata b'mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub.

Or. it

 

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni.

3.  Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u jitlob li l-proċedura titkompla, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni. Nuqqas ta' konformità ieħor mad-dispożizzjonijie tal-paragrafu 1 għandu jwassal għar-rifjut definittiv tal-applikazzjoni.

Or. it

 

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b'mod impliċitu.

4.  Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b'mod impliċitu.

Or. it

 

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn applikazzjoni tiġi rtirata b'mod impliċitu mill-applikant, l-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala abbandunata jew bħala mingħajr bażi fejn l-awtorità determinanti tkun, fl-istadju li fih l-applikazzjoni tiġi rtirata impliċitament, diġà sabet li l-applikant ma jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

imħassar

Or. it

Ġustifikazzjoni

It-tneħħija ta' dan il-paragrafu tiżgura l-konsistenza mal-emenda proposta fl-Artikolu 42(3).

 

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  l-applikazzjoni aktarx tkun iġġustifikata;

Or. it

 

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-applikant ikun għamel rappreżentazzjonijiet li b'mod ċar kienu inkonsistenti u kontradittorji li jkunu foloz jew manifestament improbabbli jew insuffiċjenti li jikkontradixxu informazzjoni vverfikata kif xieraq dwar il-pajjiż ta' oriġini, li konsegwentement jwasslu biex it-talba tiegħu ma tkunx tidher konvinċenti fir-rigward ta' jekk jikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika);

(b)  l-applikant ikun għamel rappreżentazzjonijiet li b'mod ċar kienu inkonsistenti u kontradittorji jew li jkunu foloz li jikkontradixxu informazzjoni vverfikata kif xieraq dwar il-pajjiż ta' oriġini, li konsegwentement jwasslu biex it-talba tiegħu ma tkunx tidher konvinċenti fir-rigward ta' jekk jikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika);

Or. it

 

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni;

(c)  l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih dokumenti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni;

Or. it

 

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-applikant qed jagħmel applikazzjoni sempliċiment biex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta' deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fit-tkeċċija tiegħu minn territorju ta' Stat Membru;

imħassar

Or. it

 

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-applikant ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), sakemm hu ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom;

imħassar

Or. it

 

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti, fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija bla sustanza jew abużiva li din ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess.

imħassar

Or. it

 

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-awtorità determinanti tista', b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, taċċelera l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, f'każijiet fejn:

 

(a)  pajjiż terz jitqies li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 44 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż;

 

(b)  pajjiż terz jitqies li huwa pajjiż terz mingħajr periklu għall-applikant skont l-Artikolu 45 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż.

Or. it

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tqis li l-applikazzjoni tal-kunċetti ta' pajjiż terz bla periklu u l-ewwel pajjiż tal-asil ma tistax twassal għal proċedura ta' ammissibbiltà peress li teskludi eżami individwali tal-mertu tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Barra minn hekk mhux xieraq li l-applikazzjoni tagħhom tkun magħmula obbligatorja fil-kuntest tal-liġi Ewropew dwar l-asil. Abbażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-rapporteur tipproponi li tħalli lill-Istati Membri jagħżlu jekk japplikawx dawn il-kunċetti jew le u fuq kollox li ma jipprekludux l-eżami tal-mertu tal-applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali li joħolqu proċedura aċċelerata u mhux ta' ammissibbiltà.

 

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika għal benefiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja li jkun ġie risistemat skont proċedura aċċelerata b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni).

Or. it

 

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien xahrejn minn meta tiġi preżentata l-applikazzjoni. Bħala eċċezzjoni, fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu (1)(d), l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien tmint ijiem ta' xogħol.

2.  L-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta' eżami fi żmien xahrejn minn meta tiġi preżentata l-applikazzjoni.

Or. it

 

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Jekk l-awtorità determinanti ma jirnexxielhiex tikkonkludi l-proċedura aċċelerata ta' eżami fl-iskadenza speċifikata fil-paragrafu 2, l-applikazzjoni għandha tiġi eżaminata skont id-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan ir-Regolament.

Or. it

 

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47;

(a)  l-applikazzjoni aktarx tkun iġġustifikata;

Or. it

 

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fil-każijiet ta' wasliet li jinvolvu numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni mingħajr Stat li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu, li jagħmluha diffiċli fil-prattika li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 f'dawn il-postijiet, il-proċeduri fuq il-funtiera jistgħu jiġu wkoll applikati f'postijiet qrib il-fruntiera jew iż-żona ta' tranżitu.

4.  Fil-każijiet ta' wasliet li jinvolvu numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni mingħajr Stat li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu, li jagħmluha diffiċli fil-prattika li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 f'dawn il-postijiet, il-proċeduri fuq il-funtiera jistgħu jiġu wkoll applikati f'postijiet qrib il-fruntiera jew iż-żona ta' tranżitu. It-termini msemmija fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw ukoll f'dawn iċ-ċirkostanzi.

Or. it

 

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 41 - paragrafu 5 - subparagrafu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċedura fuq il-fruntiera tista' tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) biss fejn:

Il-proċedura fuq il-fruntiera ma tistax tkun applikata għal minorenni.

Or. it

 

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 41 - paragrafu 5 - subparagrafu 1 - punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47;

imħassar

Or. it

 

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 41 - paragrafu 5 - subparagrafu 1 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-applikant ikun jista' għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali;

imħassar

Or. it

 

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 41 - paragrafu 5 - subparagrafu 1 - punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  hemm raġunijiet ġustifikati li wieħed iqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għall-applikant skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45;

imħassar

Or. it

 

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 41 - paragrafu 5 - subparagrafu 1 - punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni;

imħassar

Or. it

 

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 41 - paragrafu 5 - subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt (d) għandu jiġi applikat biss fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed iqis li l-applikant ikun qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x'aktarx iwasslu għal deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u sakemm l-applikant ikun ingħata opportunità effettiva biex jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għall-azzjonijiet tiegħu.

imħassar

Or. it

 

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Applikazzjoni sussegwenti għandha tkun soġġetta għal eżami preliminari fejn l-awtorità determinanti għandha tistabbilixxi jekk hemmx elementi jew sejbiet ġodda rilevanti li tqajmu jew li ġew ippreżentati mill-applikant li b'mod sinifikanti jżidu l-probabilità li l-applikant jikkwalifika bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irrifjutata bħala inammissibbli.

2.  Applikazzjoni sussegwenti għandha tkun soġġetta għal eżami preliminari fejn l-awtorità determinanti għandha tistabbilixxi jekk hemmx elementi jew sejbiet ġodda rilevanti li tqajmu jew li ġew ippreżentati mill-applikant jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irrifjutata bħala inammissibbli.

Or. it

 

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. L-intervista personali tista' ma ssirx f'każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda jew li tkun ċar li hija mingħajr sustanza jew ma ma għandha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess.

3.  L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. L-intervista personali tista' ma ssirx f'każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda.

Or. it

Ġustifikazzjoni

L-irtirar espliċitu u impliċitu ma jistax jiġi kkunsidrat fost il-każijiet ta' applikazzjoni sussegwenti peress li qatt ma jkun seħħ eżami veru dwar il-mertu.

 

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3 - subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-paragrafu 3 ma tippreġudikax eżami adegwat u sħiħ tal-applikazzjoni u ma tapplikax meta applikazzjoni tkun ġiet miċħuda wara rtirar espliċitu jew impliċitu tal-applikazzjoni skont l-Artikoli 38 u 39.

Or. it

Ġustifikazzjoni

L-irtirar espliċitu u impliċitu ma jistax jiġi kkunsidrat fost il-każijiet ta' applikazzjoni sussegwenti peress li qatt ma jkun seħħ eżami veru dwar il-mertu.

 

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-applikant ma kienx kapaċi, minħabba ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, li jippreżenta dawk l-elementi jew is-sejbiet matul il-proċedura fil-kuntest tal-applikazzjoni preċedenti, sakemm ma jitqiesx li mhuwiex raġonevoli li ma jitteħidx kont ta' dawk l-elementi jew sejbiet.

(b)  l-applikant ma kienx kapaċi, minħabba ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, li jippreżenta dawk l-elementi jew is-sejbiet matul il-proċedura fil-kuntest tal-applikazzjoni preċedenti.

Or. it

 

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedura ġdida kif stabbilit fil-paragrafu 4, l-awtorità determinanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli, jew bħala manifestament mingħajr bażi fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija mingħajr sustanza jew abużiva li ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess.

5.  Fejn ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedura ġdida kif stabbilit fil-paragrafu 4, l-awtorità determinanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli.

Or. it

 

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 43

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 43

imħassar

Eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju f'applikazzjonijiet sussegwenti

 

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' nonrefoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju tagħhom u jagħtu deroga mill-Artikolu 54(1), meta:

 

(a)  applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità determinanti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

 

(b)  it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi.

 

Or. it

 

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 44 - paragrafu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Pajjiż terz għandu jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari sakemm:

1.  Pajjiż terz jista' jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari sakemm:

Or. it

 

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil jista' jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni l-assigurazzjoni li dawk l-awtoritajiet se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu ser jibbenefika immedjatament minn waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil ma jistax jiġi applikat.

Or. it

 

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 45 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pajjiż terz għandu jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu sakemm:

Pajjiż terz jista' jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu sakemm:

Or. it

 

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 45 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 - punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  teżisti l-possibilità li tingħata protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, jew protezzjoni suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 44(2) kif xieraq.

(e)  teżisti l-possibilità li wieħed jitlob il-protezzjoni internazzjonali u, jekk jiġi rikonoxxut bħala rifuġjat, li jingħata protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra mingħajr ebda limitu ġeografiku.

Or. it

 

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 45 - paragrafu 2 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat:

2.  Stat Membru jista' japplika l-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu meta l-pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu skont l-Artikolu 50.

Or. it

 

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu skont l-Artikolu 50;

imħassar

Or. it

 

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn pajjiż terz ikun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni, inkella

imħassar

Or. it

 

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  f'każijiet individwali relatati ma' applikant speċifiku.

imħassar

Or. it

 

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikun hemm konnessjoni bejn l-applikant u l-pajjiż terz inkwistjoni li abbażi tagħha ikun raġonevoli għal dik il-persuna li tmur f'dak il-pajjiż, inkluż minħabba li l-applikant ikun għadda in tranżitu minn dak il-pajjiż terz li jkun ġeografikament viċin tal-pajjiż ta' oriġini tal-applikant;

(a)  ikun hemm konnessjoni bejn l-applikant u l-pajjiż terz inkwistjoni li abbażi tagħha ikun raġonevoli għal dik il-persuna li tmur f'dak il-pajjiż;

Or. it

 

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jista' jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni l-assigurazzjoni li dawk l-awtoritajiet se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu ser jibbenefika immedjatament minn waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1(e).

5.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu ma jistax jiġi applikat.

Or. it

 

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 6 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tinforma lill-applikant dwar dan;

(a)  tinforma lill-applikant dwar dan bil-miktub;

Or. it

 

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 46

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 46

imħassar

Indikazzjoni ta' pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni

 

1.  Pajjiżi terzi għandhom jiġu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1).

 

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jiġu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 45(1).

 

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

 

Or. it

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu għandu jitħassar kif meħtieġ biex jiġi limitat il-kamp ta' applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu li l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun fakultattiva. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur ma tara ebda bżonn li telenka lista tal-pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, l-artikolu inkwistjoni ma jgħid xejn dwar il-proċedura biex tiġi adottata lista komuni bħal din.

 

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll organizzazzjonijiet oħra rilevanti, u għandu jikkunsidra l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

2.  Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi oħra rilevanti, u għandu jikkunsidra l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

Or. it

 

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-inklużjoni ta' pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Or. it

 

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jew li huma sospiżi minn din il-lista skont l-Artikolu 49 bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(2). Hija għandha żżomm lill-Parlament Ewropew informat sew u fi żmien xieraq.

Or. it

 

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 49 - titlu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sospensjoni u tneħħija tal-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu

Sospensjoni u tneħħija ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu

Or. it

 

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'każ ta' tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45 jew l-Artikolu 47 u, jekk il-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta att delegat li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur.

1.  F'każ ta' tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 u, jekk il-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta att delegat li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur. Malli jkun possibbli u, fi kwalunkwe każ, qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u tirrakkomandalhom biex ma japplikawx il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu fuq livell nazzjonali fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz.

Or. it

 

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni kontinwament f'dak il-pajjiż terz, filwaqt li tqis fost l-oħrajn informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar tibdil sussegwenti fis-sitwazzjni ta' dak il-pajjiż.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni kontinwament f’dak il-pajjiż terz, filwaqt li tqis is-sorsi ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(2).

Or. it

 

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn il-Kummissjoni tkun adottat att delegat skont il-paragrafu 1 li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni ta' dak l-att delegat għandha tippreżenta proposta, b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emenda ta' dan ir-Regolament biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mill-indikazzjoni ta' pajjiżi terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

3.  Fejn il-Kummissjoni tkun adottat att delegat skont il-paragrafu 1 li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni ta' dak l-att delegat għandha tippreżenta proposta, b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emenda ta' dan ir-Regolament biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Or. it

 

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta tali proposta ma tiġix ippreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tal-att delegat kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-att delegat li jissospendi l-pajjiż terz mill-indikazzjoni tiegħu bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma għandux jibqa' jkollu effett. Meta tali proposta tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li testedni l-validità ta' dak l-att delegat għal perjodu ta' sitt xhur, bil-possibilità li testendi dan il-perjodu darba.

4.  Meta tali proposta tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li testendi l-validità ta' dak l-att delegat għal perjodu ta' sitt xhur, bil-possibilità li testendi dan il-perjodu darba. Meta tali proposta ma tiġix ippreżentata fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat sabiex terġa' ddaħħal lill-pajjiż terz inkwistjoni fil-lista komuni tal-UE tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Or. it

 

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għas-sospensjoni u/jew it-tneħħija ta' pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Or. it

 

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 50 - titlu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Indikazzjoni ta' pajjiżi terzi bħala pajjiżi terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali

Indikazzjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali

Or. it

 

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għal perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk indikati fil-livell tal-Unjoni jew li jinsabu fuq il-lista komuni tal-UE fl-Anness 1, għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

1.  Għal perjodu ta' tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk indikati fil-livell tal-Unjoni jew li jinsabu fuq il-lista komuni tal-UE fl-Anness 1, għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

Or. it

 

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta pajjiż terz ikun sospiż milli jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta' pajjiż terz tkun ġiet sospiża mil-lista komuni tal-UE fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 49(1), l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali, u lanqas ma għandhom japplikaw il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

2.  Meta l-preżenza ta' pajjiż ta' oriġini tkun ġiet sospiża mil-lista komuni tal-UE fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 49(1), l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali.

Or. it

 

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 50 - paragrafu 3 - subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta pajjiż terz ma jibqax indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE fl-Anness I għal dan ir-Regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa jqis li, wara tibdil fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż, dan jerġa' jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1) u fl-Artikolu 47.

Meta pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa jqis li, wara tibdil fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż, dan jerġa' jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47.

Or. it

 

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 50 - paragrafu 3 - subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-notifika għandha tinkludi valutazzjoni sostanzjata tal-fatt li dak il-pajjiż jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1) u fl-Artikolu 47, inkluża spjegazzjoni tat-tibdil speċifiku fis-sitwazzjoni tal-pajjiż terz, li jiżgura li l-pajjiż jissodisfa għal darb'oħra dawk il-kundizzjonijiet.

In-notifika għandha tinkludi valutazzjoni sostanzjata tal-fatt li dak il-pajjiż jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47, inkluża spjegazzjoni tat-tibdil speċifiku fis-sitwazzjoni tal-pajjiż terz, li jiżgura li l-pajjiż jissodisfa għal darb'oħra dawk il-kundizzjonijiet.

Or. it

 

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 50 - paragrafu 3 - subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru tan-notifika jista' jindika biss lil dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal din l-indikazzjoni.

L-Istat Membru tan-notifika jista' jindika biss lil dak il-pajjiż terz bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal din l-indikazzjoni.

Or. it

 

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil dwar il-pajjiżi terzi li huma indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali immedjatament wara tali indikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija darba fis-sena dwar il-pajjiżi terzi bla periklu l-oħra li għalihom jiġi applikat il-kunċett fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil dwar il-pajjiżi terzi li huma indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali immedjatament wara tali indikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija darba fis-sena dwar il-pajjiżi terzi bla periklu l-oħra li għalihom jiġi applikat il-kunċett fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

Or. it

 

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-applikant jista' jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu u li hu ma setax kien konxju tagħhom fi stadju aktar bikri jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

L-applikant jista' jressaq elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu.

Or. it

 

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 53 - paragrafu 6 - subparagrafu 1 - punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fi żmien ġimgħa fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

(a)  fi żmien ġimagħtejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

Or. it

 

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 53 - paragrafu 6 - subparagrafu 1 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fi żmien ġimgħatejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrfijuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

imħassar

Or. it

 

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 - subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jtawlu l-limitu ta' żmien speċifikat f'dan il-paragrafu jekk iċ-ċirkostanzi individwali tal-applikazzjoni jkunu jeħtieġu li jsir hekk.

Or. it

 

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 53 - paragrafu 6 - subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu reviżjoni ex officio ta' deċiżjonijiet li jittieħdu skont proċedura fuq il-fruntiera.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu reviżjoni ex officio ta' deċiżjonijiet li jittieħdu skont proċedura fuq il-fruntiera.

Or. it

 

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 53 - paragrafu 6 - subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti ta' żmien previsti f'dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali jekk l-applikant ikun introduċa talba għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Il-limiti ta' żmien previsti f'dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant. Jekk l-applikant ikun introduċa talba għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas skont l-Artikolu 15, dawn il-limiti ta' żmien jibdew jgħoddu mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali.

Or. it

 

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qorti jew tribunal għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli jew le, jew fuq talba tal-applikant jew filwaqt li jaġixxu ex officio, fejn id-dritt tal-applikant li jibqa' fl-Istat Membru jiġi terminat bħala konsegwenza ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-kategoriji ta' deċiżjonijiet li ġejjin:

imħassar

(a)  deċiżjoni li tqis li applikazzjoni hija manifestament mingħajr bażi jew li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja fil-każijiet soġġetti għal proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera;

 

(b)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a) u (c);

 

(c)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata skont l-Artikolu 38 jew l-Artikolu 39 rispettivament.

 

Or. it

 

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qorti jew tribunal għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli jew le sakemm:

imħassar

(a)  l-applikant għandu l-interpretazzjoni u l-għajnuna legali neċessarja u żmien biżżejjed biex iħejji t-talba u jippreżenta lill-qorti jew lit-tribunal l-argumenti favur li jingħatalu/jingħatalha d-dritt li jibqa'/tibqa' fit-territorju sakemm joħroġ l-eżitu tar-rimedju;

 

(b)  fil-qafas tal-eżami ta' talba biex jibqa' fit-territorju ta' Stat Membru responsabbli, il-qorti jew it-tribunal jeżaminaw id-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali f'termini ta' fatti u liġi.

 

Or. it

 

Emenda    186

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikant jibqa' fit-territorju tagħhom sa meta joħroġ ir-riżultat tal-proċedura kemm jekk l-applikant jista' jibqa' fit-territorju u kemm jekk le. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-appell.

imħassar

Or. it

 

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Applikant li jippreżenta appell ieħor kontra l-ewwel deċiżjoni ta' appell jew deċiżjonijiet ta' appell sussegwenti ma għandux ikollu d-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru sakemm qorti jew tribunal ma jiddeċidux mod ieħor fuq talba tal-applikant jew filwaqt li jaġixxu ex officio. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-appell sussegwenti.

imħassar

Or. it

 

[1] Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
[2] Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.