Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

 

2016/0132(COD)

2.2.2017

***I

ABBOZZ TA' RAPPORT

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida, għall-idenifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodak mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (riformulazzjoni)

( COM(2016)0272 – C8-0179/2016 – 2016/0132(COD) )

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Monica Macovei

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

PR_COD_1recastingam

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  48

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI  50

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI  51

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida, għall-idenifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodak mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (riformulazzjoni)

( COM(2016)0272 – C8-0179/2016 – 2016/0132(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2016)0272 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 78(2)(e), 79(2)(c), 87(2)(a) u 88(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0179/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Diċembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[1],

–  wara li kkunsidra l-ittra ta' ... 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits ( A8-0000/2017 ),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu 1:

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida għall-idenifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (riformulazzjoni)

dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida għall-idenifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (riformulazzjoni)

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni tinkludi DubliNet u r-responsabbiltà operattiva ta' eu-LISA fl-Artikolu 5(5) li jiddeskrivi l-arkitettura tal-Eurodac, li mill-aspett operattiv mhijiex korretta. Ikun aħjar li r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jiġi emendat. Għalhekk, qed titressaq emenda li tiddisponi għal kapitolu ġdid li fih it-test tal-Kummissjoni, b'dispożizzjonijiet addizzjonali li jiċċaraw ir-responsabbiltà operattiva (ara l-Emenda 59). It-test huwa relatat ma' emenda f'parti mhix kodifikata.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-bijometriċi jikkostitwixxu element importanti biex tkun stabbilita l-identità eżatta ta' dawn il-persuni. Huwa meħtieġ li titwaqqaf sistema għat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' tagħhom u tax-xbiha tal-wiċċ .

(5)  Il-bijometriċi jikkostitwixxu element importanti biex tkun stabbilita l-identità eżatta ta' dawn il-persuni. Huwa meħtieġ li titwaqqaf sistema għat-tqabbil tad-data bijometrika tagħhom .

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Or. en

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Biex jgħin lill-Istati Membri jegħlbu l-isfidi relatati ma' nuqqas ta' konformità mal-proċess tat-teħid tal-marki tas-swaba', dan ir-Regolament jippermetti wkoll il-paragun tal-immaġni tal-wiċċ mingħajr il-marki tas-swaba' bħala l-aħħar possibbiltà, fejn ikun impossibbli li jittieħdu l-marki tas-swaba' ta' persuni ċittadini ta' pajjiż terz jew mingħajr stat minħabba li l-marki tas-swaba' tiegħu jew tagħha huma danneġġati, b'mod intenzjonali jew le, jew amputati. L-Istati Membri jinħtieġ li jeżawrixxu l-isforzi tagħhom kollha biex jiżguraw li l-marki tas-swaba' jkunu jistgħu jittieħdu mis-suġġett tad-data qabel ma jagħmlu paragun fejn jużaw ix-xbiha tal-wiċċ biss fejn in-nuqqas ta' konformità bażata fuq raġunijiet mhux relatati mal-kundizzjonijiet tas-swaba' tal-individwu hija mogħtija. Meta jintużaw ix-xbihat tal-wiċċ flimkien mad-data tal-marki tas-swaba', dan jippermetti għal tnaqqis tal-marki tas-swaba' reġistrati filwaqt li jippermetti l-istess riżultat f'termini ta' preċiżjoni tal-identifikazzjoni.

(10)  Biex jgħin lill-Istati Membri jegħlbu l-isfidi, fejn ikun impossibbli li jittieħdu l-marki tas-swaba' ta' persuni ċittadini ta' pajjiż terz jew ta' persuni apolidi minħabba li l-marki tas-swaba' tiegħu jew tagħha huma danneġġati, b'mod intenzjonali jew le, jew amputati, dan ir-Regolament jippermetti wkoll li jsir paragun tal-immaġni tal-wiċċ mingħajr il-marki tas-swaba'. L-Istati Membri jinħtieġ li jeżawrixxu l-isforzi tagħhom kollha biex jiżguraw li l-marki tas-swaba' jkunu jistgħu jittieħdu mis-suġġett tad-data qabel ma jagħmlu paragun fejn jużaw ix-xbiha tal-wiċċ biss.

Or. en

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma għandhomx id-dritt li joqogħdu fl-Unjoni, skont id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inklużi l-protezzjoni tar-refuġjati u l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem, u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115/KE26, huwa parti essenzjali tal-isforzi komprensivi biex jittrattaw il-migrazzjoni u, b'mod partikolari, biex inaqqsu u jiskoraġġixxu l-migrazzjoni irregolari. Biex tiżdied l-effettività tas-sistema tal-Unjoni biex jiġu ritornati ċittadini ta' pajjiżi terzi li qed jirrisjedu illegalment hija meħtieġa sistema biex tinżamm il-fiduċja pubblika fis-sistema tal-ażil u l-migrazzjoni tal-Unjoni, u jinħtieġ li timxi id f'id mal-isforzi biex jiġu protetti dawk li jetieġu protezzjoni.

(11)  Ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi li ma għandhomx id-dritt li joqogħdu fl-Unjoni, skont id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inklużi l-protezzjoni tar-refuġjati u l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem, u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115/KE26, huwa parti essenzjali tal-isforzi komprensivi biex jittrattaw il-migrazzjoni u, b'mod partikolari, biex inaqqsu u jiskoraġġixxu l-migrazzjoni irregolari. Biex tiżdied l-effettività tas-sistema tal-Unjoni biex jiġu ritornati ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi li qed jirrisjedu illegalment hija meħtieġa sistema biex tinżamm il-fiduċja pubblika fis-sistema tal-ażil u l-migrazzjoni tal-Unjoni, u jinħtieġ li timxi id f'id mal-isforzi biex jiġu protetti dawk li jetieġu protezzjoni.

__________________

__________________

26 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.

26 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.

Or. en

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri jesperjenzaw diffikultajiet fl-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li qed jirrisjedu illegalment li jużaw mezzi frodulenti biex jevitaw li jiġu identifikati u biex ifixklu l-proċeduri ta' dokumentazzjoni mill-ġdid fid-dawl ta' ritorn u riammissjoni. Huwa għalhekk essenzjali li jiġi żgurat li informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiż terz jew persuni bla stat li jinstabu li qed jirrisjedu illegalment fl-UE tinġabar u tiġi trażmessa lill-Eurodac u tiġi mqabbla ma' dik miġbura u trażmessa għall-finijiet biex tiġi stabbilita l-identità ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u ċittadini ta' pajjiżi terzi maqbuda f'relazzjoni ma' qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, sabiex jiġu faċilitati l-identifikazzjoni u r-ridokumentazzjoni tagħhom u biex jiġu żgurati r-ritorn u r-riammissjoni tagħhom, u biex jitnaqqas il-frodi tal-identità. Dan jinħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tat-tul tal-proċeduri amministrattivi meħtieġa biex jiġi żgurat ir-ritorn u r-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz li qed jirrissjedu illegalment, inkluż il-perjodu li fih jistgħu jinżammu f'detenzjoni amministrattiva waqt li qed jistennew li jiġu mkeċċija. Jinħtieġ li jippermetti wkoll l-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi ta' tranżitu, fejn ċittadini ta' pajjiż terz residenti illegalment jistgħu jiġu riammessi.

(12)  L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri jesperjenzaw diffikultajiet fl-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi li qed jirrisjedu illegalment li jużaw mezzi frodulenti biex jevitaw li jiġu identifikati u biex ifixklu l-proċeduri ta' dokumentazzjoni mill-ġdid fid-dawl ta' ritorn u riammissjoni. Huwa għalhekk essenzjali li jiġi żgurat li informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiż terz jew persuni bla stat li jinstabu li qed jirrisjedu illegalment fl-UE tinġabar u tiġi trażmessa lill-Eurodac u tiġi mqabbla ma' dik miġbura u trażmessa għall-finijiet biex tiġi stabbilita l-identità ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi maqbuda f'relazzjoni ma' qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, sabiex jiġu faċilitati l-identifikazzjoni u r-ridokumentazzjoni tagħhom u biex jiġu żgurati r-ritorn u r-riammissjoni tagħhom, u biex jitnaqqas il-frodi tal-identità. Dan jinħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tat-tul tal-proċeduri amministrattivi meħtieġa biex jiġi żgurat ir-ritorn u r-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz jew persuni apolidi li qed jirrissjedu illegalment, inkluż il-perjodu li fih jistgħu jinżammu f'detenzjoni amministrattiva waqt li qed jistennew li jiġu mkeċċija. Jinħtieġ li jippermetti wkoll l-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi ta' tranżitu, fejn ċittadini ta' pajjiż terz jew persuni apolidi residenti illegalment jistgħu jiġu riammessi.

Or. en

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-futur tal-politika tar-ritorn, il-Kunsill approva l-inizjattiva mħabbra mill-Kummissjoni biex jesplora estensjoni tal-ambitu u l-iskop tal-Eurodac biex jippermetti l-użu ta' data għall-fini tar-ritorn27. L-Istati Membri jinħtieġ li jkollhom l-għodod neċessarja għad-dispożizzjoni tagħhom biex ikunu jistgħu jaqbdu l-migrazzjoni illegali u l-movimenti sekondarji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li qed jirrisjedu fl-Unjoni illegalment. Għaldaqstant, id-data fil-Eurodac jinħtieġ li tkun disponibbli, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, biex tiġi mqabbla mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri.

(13)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-futur tal-politika tar-ritorn, il-Kunsill approva l-inizjattiva mħabbra mill-Kummissjoni biex jesplora estensjoni tal-ambitu u l-iskop tal-Eurodac biex jippermetti l-użu ta' data għall-fini tar-ritorn27. L-Istati Membri jinħtieġ li jkollhom l-għodod neċessarja għad-dispożizzjoni tagħhom biex ikunu jistgħu jaqbdu l-migrazzjoni illegali u l-movimenti sekondarji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi li qed jirrisjedu fl-Unjoni illegalment. Għaldaqstant, id-data fil-Eurodac jinħtieġ li tkun disponibbli, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, biex tiġi mqabbla mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri.

__________________

__________________

27 Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar ir-ritorn, COM(2015) 453 final.

27 Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar ir-ritorn, COM(2015) 453 final.

Or. en

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Sistemi tal-Informazzjoni aktar Qawwija u aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà28 tisħaq dwar il-ħtieġa li tittejjeb l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni bħala objettiv fit-tul, kif identifikat ukoll mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill. Il-Komunikazzjoni tipproponi li twaqqaf Grupp ta' Esperti dwar is-Sistemi tal-Informazzjoni u l-Interoperabbiltà biex tkun ittrattata l-fattibbiltà legali u teknika tal-kisba tal-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni għall-fruntieri u s-sigurtà. Dan il-grupp jinħtieġ li jevalwa n-neċessità u l-proporzjonalità biex tiġi stabbilita l-interoperabbiltà tas-Sistemi tal-Informazzjoni ta' Schengen (Schengen Information Systems , SIS) u s-Sistemi tal-Informazzjoni dwar il-Visa (Visa Information Systems, VIS), u jeżamina jekk hemmx bżonn li jiġi rivedut il-qafas legali għall-aċċess għall-infurzar tal-liġi għall-EURODAC.

(14)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Sistemi tal-Informazzjoni aktar Qawwija u aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà28 tisħaq dwar il-ħtieġa li tittejjeb l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni bħala objettiv fit-tul, kif identifikat ukoll mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill. Il-Komunikazzjoni tipproponi li twaqqaf Grupp ta' Esperti dwar is-Sistemi tal-Informazzjoni u l-Interoperabbiltà biex tkun ittrattata l-fattibbiltà legali u teknika tal-kisba tal-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni għall-fruntieri u s-sigurtà. Dan il-grupp jinħtieġ li jevalwa n-neċessità u l-proporzjonalità biex tiġi stabbilita l-interoperabbiltà tas-Sistemi tal-Informazzjoni ta' Schengen (Schengen Information Systems (SIS)) u s-Sistemi tal-Informazzjoni dwar il-Visa (Visa Information Systems (VIS)), u bażijiet ta' data oħra rilevanti fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. B'mod partikolari, għandha tiġi vvalutata l-kwistjoni ta' jekk għandhiex tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn l-EURODAC u bażi ta' data tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (Entry-Exist-System (EES)) biex ikunu jistgħu jsiru konsultazzjoni bejn is-sistemi u t-trasferiment awtomatiku mill-EES għall-Eurodac tad-data taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew tal-persuni apolidi li jkunu qabżu d-durata massima tal-permanenza awtorizzata tagħhom. Peress li bħalissa hemm nuqqas ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar deċiżjonijiet ta' ritorn, il-Grupp ta' Esperti dwar is-Sistemi ta' Informazzjoni u l-Interoperabilità għandu wkoll jivvaluta l-benefiċċji potenzjali tar-reġistrazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' ritorn u miżuri oħra relatati mat-tneħħija fl-Eurodac.

__________________

__________________

28 COM(2016) 205 final

28 COM(2016) 0205

Or. en

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  It-talbiet għal tqabbil ta' data tal-Eurodac min-naħa tal-Europol għandhom ikunu aċċettati permessi biss f'każijiet speċifiċi, f'ċirkustanzi speċifiċi u b'kondizzjonijiet stretti.

(19)  L-aċċess għat-tqabbiliet mad-data tal-Eurodac min-naħa tal-Europol għandhom ikunu aċċettati permessi biss f'każijiet speċifiċi, f'ċirkustanzi speċifiċi u b'kondizzjonijiet stretti.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux kodifikat) li jiddisponi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda wkoll il-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Madankollu, il-kontroll ex ante attwali minn awtorità indipendenti ta' verifika ta' kull aċċess għall-Eurodac mill-unità operattiva tal-Europol jagħmilha estremament diffiċli biex tiġi implimentata minħabba raġunijiet ġuridiċi, ta' protezzjoni tad-data u tekniċi. It-tħassir ta' dan ir-rekwiżit huwa kontrobilanċjat b'paragrafu 3b ġdid fl-Artikolu 22 li jsaħħaħ l-obbligu ta' konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data u mal-mekkaniżmi ta' kontroll previsti fih.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jiġu permessi talbiet għat-tqabbil ta' data ta' marki tas-swaba' mad-data tal-Eurodac għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati serji oħra u s-salvagwardji meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dritt fundamentali tar-rispett għall-ħajja privata tal-individwi li tiġi pproċessata d-data personali tagħhom fil-Eurodac. Ir-rigorożità ta' dawk il-kundizzjonijiet tirrifletti l-fatt li l-bażi tad-data tal-Eurodac tirreġistra data ta' marki tas-swaba' ta' persuni li ma jkunux preżunti li kkommettew reat serju jew reat marbut mat-terroriżmu.

(22)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jiġu permessi talbiet għat-tqabbil ta' data bijometrika jew alfanumerika mad-data tal-Eurodac għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati serji oħra u s-salvagwardji meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dritt fundamentali tar-rispett għall-ħajja privata tal-individwi li tiġi pproċessata d-data personali tagħhom fil-Eurodac. Ir-rigorożità ta' dawk il-kundizzjonijiet tirrifletti l-fatt li l-bażi tad-data tal-Eurodac tirreġistra data bijometrika jew alfanumerika ta' persuni li ma jkunux preżunti li kkommettew reat serju jew reat marbut mat-terroriżmu. Huwa rikonoxxut li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Europol mhux dejjem ikollhom id-data bijometrika tal-awtur jew tal-vittma li tiegħu/tagħha jkunu qed jinvestigaw il-każ, u dan jista' jfixkel l-abbiltà tagħhom li jivverifikaw ma' bażijiet tad-data tat-tqabbil bijometriku bħalma hu l-Eurodac. Sabiex jingħata kontribut ulterjorment għal investigazzjonijiet ta' dawk l-awtoritajiet u tal-Europol, għandha tkun permessa t-tfittxija bbażata fuq data alfanumerika fl-Eurodac f'każijiet bħal dawn, b'mod partikolari fejn dawk l-awtoritajiet u l-Europol jista' jkollhom evidenza tad-dettalji personali jew dokument tal-identità tal-persuna kriminali suspettata jew tal-vittma.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont il-proposta, l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-Europol ma jistgħux jitolbu tqabbil ma' data alfanumerika speċifika, li hija ta' ħsara kbira għall-investigazzjonijiet, speċjalment fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, meta jkunu qed jippruvaw jistabbilixxu l-postijiet u d-dati tad-dħul fl-UE ta' persuni suspettati li għalihom tkun magħrufa identità użata, iżda li għalihom ma jkun hemm disponibbli l-ebda marka tas-swaba'. F'dan il-kuntest, u għall-fatt li l-Artikolu 1.1(c) tal-proposta jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, ikun essenzjali li l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-Europol ikollhom aċċess għad-data kollha li tinsab fl-Eurodac sabiex iwettqu b'mod xieraq il-kompiti taghom.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Hemm bżonn ukoll li l-Istati Membri jkunu mitluba li jieħdu u jittrażmettu fil-pront id-data dwar il-marki tas-swaba' ta' kull applikant għall-protezzjoni internazzjonali u ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li jinqabdu b'konnessjoni ma' qsim irregolari ta' fruntieri esterni ta' Stat Membru jew jekk jinstabu li qed jirrisjedu illegalment fi Stat Membru , jekk ikunu minn sitt snin ‘il fuq .

(24)  Hemm bżonn ukoll li l-Istati Membri jkunu mitluba li jieħdu u jittrażmettu fil-pront id-data bijometrika ta' kull applikant għall-protezzjoni internazzjonali u ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li jinqabdu b'konnessjoni ma' qsim irregolari ta' fruntieri esterni ta' Stat Membru jew jekk jinstabu li qed jirrisjedu illegalment fi Stat Membru , jekk ikunu minn sitt snin ‘il fuq .

Or. en

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  L-Istati Membri jinħtieġ li jirreferu għad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tar-Regolament Eurodac rigward l-obbligi li jittieħdu l-marki tas-swaba' adottat mill-Kunsill fl-20 ta' Lulju 201534, li jistabbilixxi l-istrateġija dwar l-aħjar prattiki biex jittieħdu l-marki tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi irregolari. Meta l-liġi nazzjonali ta' Stat Membru tippermetti għat-teħid tal-marki tas-swaba' bil-forza bħala l-aħħar miżura, dawn il-miżuri jridu jirrispettaw bis-sħiħ il-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali. Ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu meqjusa persuni vulnerabbli u minuri ma għandhomx jiġu furzati jagħtu l-marki tas-swaba' jew ix-xbiha tal-wiċċ, ħlief f'ċirkostanzi ġustifikati li huma permessi skont il-liġi nazzjonali.

(30)  L-Istati Membri jinħtieġ li jirreferu għad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tar-Regolament Eurodac rigward l-obbligi li jittieħdu l-marki tas-swaba' adottat mill-Kunsill fl-20 ta' Lulju 201534, li jistabbilixxi l-istrateġija dwar l-aħjar prattiki biex jittieħdu l-marki tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi irregolari. Meta l-liġi nazzjonali ta' Stat Membru tippermetti għat-teħid tal-marki tas-swaba' bil-forza bħala l-aħħar miżura, dawn il-miżuri jridu jirrispettaw bis-sħiħ il-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali. Ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi li jkunu meqjusa persuni vulnerabbli u minuri ma għandhomx jiġu furzati jagħtu l-marki tas-swaba' jew ix-xbiha tal-wiċċ, ħlief f'ċirkostanzi ġustifikati li huma permessi skont il-liġi nazzjonali.

__________________

__________________

34 COM(2015) 150 final, 27.5.2015

34 COM(2015)0150 final, 27.5.2015

Or. en

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Il-hits li jinkisbu mill-Eurodac għandhom jiġu vverifikati minn espert imħarreġ fil-marki tas-swaba' sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni preċiża tar-responsabbiltà taħt ir-Regolament (UE) Nru [.../...]; l-identifikazzjoni eżatta taċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna apolida u l-identifikazzjoni eżatta tal-kriminal suspettat jew il-vittma tar-reat li d-data tagħha tista' tkun maħżuna fil-Eurodac. Hits miksuba mill-Eurodac bażati fuq ix-xbiha tal-wiċċ jinħtieġ li wkoll jiġu verifikati fejn hemm dubju li r-riżultat huwa relatat mal-istess persuna.

(31)  Il-hits li jinkisbu mill-Eurodac għandhom jiġu vverifikati minn espert imħarreġ fil-marki tas-swaba' sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni preċiża tar-responsabbiltà taħt ir-Regolament (UE) Nru [.../...], l-identifikazzjoni eżatta taċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna apolida u l-identifikazzjoni eżatta tal-kriminal suspettat jew il-vittma tar-reat li d-data tagħha tista' tkun maħżuna fil-Eurodac. Hits miksuba mill-Eurodac bażati fuq ix-xbiha tal-wiċċ jinħtieġ li wkoll jiġu verifikati minn uffiċjal imħarreġ skont il-prattika nazzjonali, b'mod partikolari fejn it-tqabbil isir ma' xbiha tal-wiċċ biss. Fejn isir tqabbil mal-marki tas-swaba' u max-xbiha tal-wiċċ fl-istess ħin u jitla' riżultat ta' hit għaż-żewġ settijiet ta' data bijometrika, l-Istati Membri jistgħu jiċċekkjaw u jivverifikaw ir-riżultat tax-xbiha tal-wiċċ, jekk ikun meħtieġ.

Or. en

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Il-perjodu taż-żamma għandu jkun iqsar f'ċerti sitwazzjonijiet speċjali fejn ma jkunx hemm bżonn li tinżamm data dwar marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ u kull data personali oħra għal dak it-tul ta' żmien. Id-data dwar marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ u kull data personali oħra li tappartjeni għal ċittadini ta' persuni terzi għandha titħassar immedjatament ladarba ċittadini ta' pajjiż terz jew persuni apolidi jieħdu ċittadinanza ta' Stat Membru.

(34)  Il-perjodu taż-żamma għandu jkun iqsar f'ċerti sitwazzjonijiet speċjali fejn ma jkunx hemm bżonn li tinżamm data dwar marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ u kull data personali oħra għal dak it-tul ta' żmien. Id-data dwar marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ u kull data personali oħra li tappartjeni għal ċittadini ta' pajjiżi terzi jew għal persuni apolidi għandha titħassar immedjatament ladarba ċittadini ta' pajjiż terz jew persuni apolidi jieħdu ċittadinanza ta' Stat Membru.

Or. en

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 41

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Għall-finijiet ta' protezzjoni ta' data personali, u biex jiġi eskluż tqabbil sistematiku li għandu jiġi pprojbit, l-ipproċessar ta' data tal-Eurodac għandu jsir biss f'każijiet speċifiċi u meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati serji oħra. Każ speċifiku jeżisti b'mod partikolari meta t-talba għat-tqabbil tkun relatata ma' sitwazzjoni speċifika u konkreta jew ma' periklu speċifiku u konkret assoċjat ma' reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor, jew ma' persuni speċifiċi li fil-konfront tagħhom ikun hemm raġunijiet serji għaliex wieħed jemmen li dawn ikunu se jwettqu jew wettqu reati terroristiċi jew reati serji oħra. Każ speċifiku jeżisti wkoll meta t-talba għal tqabbil tkun relatata ma' persuna li tkun il-vittma ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor. Għaldaqstant, l-awtoritajiet maħtura u l-Europol għandhom jitolbu għal tqabbil mal-Eurodac meta jkollhom raġunijiet motivati biex jemmnu li tqabbil bħal dan ikun se jipprovdi informazzjoni li tgħinhom sostanzjalment fil-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor.

(41)  Għall-finijiet ta' protezzjoni ta' data personali, u biex jiġi eskluż tqabbil sistematiku li għandu jiġi pprojbit, l-ipproċessar ta' data tal-Eurodac għandu jsir biss f'każijiet speċifiċi u meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati serji oħra. Każ speċifiku jeżisti b'mod partikolari meta t-talba għat-tqabbil tkun relatata ma' sitwazzjoni speċifika u konkreta jew ma' periklu speċifiku u konkret assoċjat ma' reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor, jew ma' persuni speċifiċi li fil-konfront tagħhom ikun hemm raġunijiet serji għaliex wieħed jemmen li dawn ikunu se jwettqu jew wettqu reati terroristiċi jew reati serji oħra. Każ speċifiku jeżisti wkoll meta t-talba għal tqabbil tkun relatata ma' persuna li tkun il-vittma ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor. Għaldaqstant, l-awtoritajiet maħtura għandhom jitolbu għal tqabbil mal-Eurodac meta jkollhom raġunijiet motivati biex jemmnu li tqabbil bħal dan ikun se jipprovdi informazzjoni li tgħinhom sostanzjalment fil-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux kodifikat) li jiddisponi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda wkoll il-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Madankollu, il-kontroll ex ante attwali minn awtorità indipendenti ta' verifika ta' kull aċċess għall-Eurodac mill-unità operattiva tal-Europol jagħmilha estremament diffiċli biex tiġi implimentata minħabba raġunijiet ġuridiċi, ta' protezzjoni tad-data u tekniċi. It-tħassir ta' dan ir-rekwiżit huwa kontrobilanċjat b'paragrafu 3b ġdid fl-Artikolu 22 li jsaħħaħ l-obbligu ta' konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data u mal-mekkaniżmi ta' kontroll previsti fih.

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 50

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)    It-trasferimenti ta' data personali miksuba minn Stat Membru taħt dan ir-Regolament mis-Sistema Ċentrali lejn kwalunkwe pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha għandha tkun ipprojbita, sabiex jiġi żgurat id-dritt għal ażil u sabiex jiġu salvagwardjati l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali milli jkollhom id-data tagħhom żvelata lil xi pajjiż terz. Dan ifisser li l-Istati Membri ma għandhomx jittrasferixxu informazzjoni miksuba mis-Sistema Ċentrali fir-rigward ta': l-isem(ismijiet); id-data tat-twelid; iċ-ċittadinanza; l-Istat Membru jew l-Istati Membri ta' oriġini jew l-Istat Membru ta' allokazzjoni; id-dettalji tad-dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar ; il-post u d-data ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; in-numru ta' referenza użat mill-Istat Membru ta' oriġini; id-data ta' meta ttieħdu l-marki tas-swaba' kif ukoll id-data ta' meta l-Istat Membru ttrażmetta jew l-Istati Membri ttrażmettew id-data lill-Eurodac; il-user ID tal-operatur; u kwalunkwe informazzjoni marbuta ma' kwalunkwe trasferiment tas-suġġett tad-data taħt ir-Regolament(UE) Nru 604/2013. Dik il-projbizzjoni għandha tkun bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jittrasferixxu data bħal din lil pajjiżi terzi li japplika għalihom ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 [ skont ir-Regolament (UE) Nru […/2016] rispettivament mar-regoli nazzjonali adottati skont id-Direttiva [2016/…/UE ], sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi bħal dawn għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(50)    It-trasferimenti ta' data personali miksuba minn Stat Membru taħt dan ir-Regolament mis-Sistema Ċentrali lejn kwalunkwe pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha għandha tkun ipprojbita, sabiex jiġi żgurat id-dritt għal ażil u sabiex jiġu salvagwardjati l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali milli jkollhom id-data tagħhom żvelata lil xi pajjiż terz. Dan ifisser li l-Istati Membri ma għandhomx jittrasferixxu informazzjoni miksuba mis-Sistema Ċentrali fir-rigward ta': l-isem(ismijiet); id-data tat-twelid; iċ-ċittadinanza; l-Istat Membru jew l-Istati Membri ta' oriġini jew l-Istat Membru ta' allokazzjoni; id-dettalji tad-dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar; il-post u d-data ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; in-numru ta' referenza użat mill-Istat Membru ta' oriġini; id-data ta' meta ttieħdu l-marki tas-swaba' kif ukoll id-data ta' meta l-Istat Membru ttrażmetta jew l-Istati Membri ttrażmettew id-data lill-Eurodac; il-user ID tal-operatur; u kwalunkwe informazzjoni marbuta ma' kwalunkwe trasferiment tas-suġġett tad-data taħt ir-Regolament(UE) Nru 604/2013. Dik il-projbizzjoni għandha tkun bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jittrasferixxu data bħal din lil pajjiżi terzi li japplika għalihom ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 [ skont ir-Regolament (UE) Nru […/2016] rispettivament mar-regoli nazzjonali adottati skont id-Direttiva [2016/…/UE ], sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi bħal dawn għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dik il-projbizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Europol li tittrasferixxu tali dejta lil kwalunkwe pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita ġewwa l-Unjoni jew barra minnha, f'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

______________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux kodifikat) li jiddisponi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda wkoll il-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Din id-dispożizzjoni tipprevedi l-possibbiltà li l-Europol tittrasmetti data miksuba mill-Eurodac lil partijiet terzi, taħt kondizzjonijiet speċifiċi u b'konformità mar-regoli applikabbli dwar ir-relazzjonijiet esterni tar-Regolament tal-Europol. Fil-fatt, waħda mill-valuri miżjuda tal-Europol huwa li toħloq sinerġiji bejn l-informazzjoni tal-infurzar tal-liġi li toriġina fi ħdan l-UE u dik li toriġina barra mill-UE. Id-dimensjonijiet interni u esterni tas-sigurtà tal-Unjoni huma interkonnessi sew.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 51

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  F'każijiet individwali, l-informazzjoni miksuba mis-Sistema Ċentrali tista' tinqasam ma' pajjiż terz sabiex tassisti bl-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz f'relazzjoni mar-ritorn tiegħu/tagħha. Il-qsim ta' kull data personali jrid ikun soġġett għal kundizzjonijiet stretti. Meta tali informazzjoni tinqasam, ebda informazzjoni ma tista' tingħata lil pajjiż terz relatata mal-fatt li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali saret minn ċittadin ta' pajjiż terz fejn il-pajjiż li l-individwu qed jintbagħat fih, huwa wkoll il-pajjiż tal-oriġini tal-individwu jew pajjiż terz fejn ikun se jintbagħat fih. Kull trasferiment ta' data lil pajjiż terz għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz irid isir skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru. […2016].

(51)  F'każijiet individwali, l-informazzjoni miksuba mis-Sistema Ċentrali tista' tinqasam ma' pajjiż terz sabiex tassisti bl-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz f'relazzjoni mar-ritorn tiegħu/tagħha. Il-qsim ta' kull data personali jrid ikun soġġett għal kundizzjonijiet stretti. Meta tali informazzjoni tinqasam, ebda informazzjoni ma tista' tingħata lil pajjiż terz relatata mal-fatt li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali saret minn ċittadin ta' pajjiż terz jew minn persuna apolida fejn il-pajjiż li l-individwu qed jerġa' jiġi ammess fih, huwa wkoll il-pajjiż tal-oriġini tal-individwu jew pajjiż terz ieħor fejn ikun se jerġa' jiġi ammess. Kull trasferiment ta' data lil pajjiż terz għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew ta' persuna apolida irid isir skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru. [679/2016].

Or. en

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tassisti fil-kontroll tal-immigrazzjoni illegali lejn u movimenti sekondarji fl-Unjoni u bl-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment għad-determinazzjoni ta' miżuri xierqa li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri, inkluża t-tneħħija u r-ripatriazzjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni.

(b)  tassisti fil-kontroll tal-immigrazzjoni illegali lejn u movimenti sekondarji fl-Unjoni u bl-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u ta' persuni apolidi residenti illegalment għad-determinazzjoni ta' miżuri xierqa li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri, inklużi miżuri ta' tneħħija, ripatrijazzjoni u ritorni għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-persuni apolidi residenti illegalment.

Or. en

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) jistgħu jitolbu t-tqabbil tad-data dwar il-marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ ma' dawk maħżuna fis-Sistema Ċentrali għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra .

(c)  tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri jistgħu jitolbu t-tqabbil tad-data bijometrika u alfanumerika ma' dik maħżuna fis-Sistema Ċentrali għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) jista' jwettaq tqabbil mad-data tal-Eurodac għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-għan li jippermetti lill-Europol juża d-data tal-Eurodac biex iwettaq it-tqabbiliet huwa differenti mill-għan tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi. L-Europol m'għandux setgħat koerċittivi tal-infurzar tal-liġi. Il-mandat tal-Europol mhuwiex li jipprevjenti, jirrintraċċa jew jinvestiga reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra iżda li jagħti appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri biex jagħmlu dan huma. Għalhekk, hija meħtieġa indikazzjoni separata tal-għan tal-ipproċessar tad-data tal-Eurodac mill-Europol.

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-teħid tal-marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ ta' minorenni mill-età ta' sitt snin għandha ssir b'mod ħafif għat-tfal u b'mod sensittiv minn uffiċjali mħarrġa speċifikament biex jiġbru l-marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ ta' minorenni. Il-minorenni għandhom jiġu infurmati b'mod adatt għall-età tagħhom bl-użu ta' fuljetti u / jew infografika u / jew dimostrazzjonijiet speċifikament imfassla biex jispjegaw il-proċedura tat-teħid tal-marki tas-swaba u x-xbiha tal-wiċċ u għandhom ikunu akkumpanjati minn adult responsabbli, gwardjan jew rappreżentant fil-ħin li jitteħdulhom il-marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ. F'kull ħin l-Istati Membri jridu jirrispettaw id-dinjità u l-integrità fiżika tal-minorenni matul il-proċedura tat-teħid tal-marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ.

2.  It-teħid ta' data bijometrika ta' minorenni mill-età ta' sitt snin għandha ssir b'mod ħafif għat-tfal u b'mod sensittiv minn uffiċjali mħarrġa speċifikament biex jiġbru l-marki tas-swaba' u jieħdu x-xbiha tal-wiċċ ta' minorenni. Il-minorenni għandhom jiġu infurmati b'mod adatt għall-età tagħhom, kemm oralment u kemm bil-miktub, bl-użu ta' fuljetti u / jew infografika u / jew dimostrazzjonijiet speċifikament imfassla biex jispjegaw il-proċedura tat-teħid tal-marki tas-swaba u x-xbiha tal-wiċċ u għandhom ikunu akkumpanjati minn adult responsabbli, gwardjan jew rappreżentant legali fil-ħin li tkun qed titteħdilhom id-data bijometrika. F'kull ħin l-Istati Membri jridu jirrispettaw id-dinjità u l-integrità fiżika tal-minorenni matul il-proċedura tat-teħid tal-marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ.

Or. en

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jintroduċu sanzjonijiet amministrattivi, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, għal nuqqas ta' konformità mal-proċess tal-marki tas-swaba' u t-teħid tax-xbiha tal-wiċċ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. F'dan il-kuntest, id-detenzjoni għandha tintuża biss bħala l-aħħar alternattiva sabiex tiġi determinata jew verifikata l-identità ta' ċittadin ta' pajjiż terz.

3.  L-Istati Membri għandhom jintroduċu sanzjonijiet amministrattivi, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, għal nuqqas ta' konformità mal-proċess tal-marki tas-swaba' u t-teħid tax-xbiha tal-wiċċ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. F'dan il-kuntest, id-detenzjoni għandha tintuża biss bħala l-aħħar alternattiva sabiex tiġi determinata jew verifikata l-identità ta' ċittadin ta' pajjiż terz.

Or. en

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(oa)   "data bijometrika" tfisser data dwar il-marki tas-swaba' u dwar ix-xbieha tal-wiċċ;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Emenda orizzontali 2 u li hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-loġika interna tat-test.

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ob (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ob)   "data alfanumerika" tfisser data rappreżentata minn ittri, ċifri, karattri speċjali, spazji u marki tal-punteġġatura;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Emenda 9 u li hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-loġika interna tat-test.

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt oc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(oc)   “dokument ta' residenza” tfisser dokument ta' residenza kif definit fil-punt (...) tal-Artikolu tar-Regolament ... [COD(2016)0133; Dublin IV];

Or. en

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni ġdida introdotta għal terminu użat f'test mhux kodifikat (Artikolu 19(5)) biex tiġi żgurata l-loġika interna tat-test.

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(od)   "dokument ta' kontroll tal-interface" tfisser dokument tekniku li jispeċifika r-rekwiżiti meħtieġa li għandhom jiġu rispettati mill-punti ta' aċċess nazzjonali msemmija fl-Artikolu 4(3) bl-għan li jkunu jistgħu jikkomunikaw b'mod elettroniku mas-Sistema Ċentrali, b'mod partikolari billi jagħtu dettalji dwar il-forma u l-kontenut possibbli tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn is-Sistema Ċentrali u l-Punti ta' Aċċess Nazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni ġdida introdotta għal terminu użat f'test mhux kodifikat (Artikolu 23(2)) biex tiġi żgurata loġika interna tat-test.

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni tal-EURODAC se tkun qed tuża n-network eżistenti "Servizzi Siguri Trans Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet" (Secure Trans European Services for Telematics between Administrations, TESTA). Għandu jiġi stabbilit netwerk virtwali privat separat iddedikat għall-EURODACfuq in-netwerk virtwali privat eżistenti TESTA biex tiġi żgurata s-separazzjoni loġika tad-data tal-EURODAC minn data oħra.

2.  L-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni tal-EURODAC se tkun qed tuża n-network eżistenti "Servizzi Siguri Trans Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet" (Secure Trans European Services for Telematics between Administrations, TESTA). Sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, id-data personali trażmessa lill-Eurodac jew minnha jenħtieġ li tkun kriptata.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tiżgura l-kunfidenzjalità tad-data (kif inhu l-każ illum il-ġurnata, iżda din hija iktar espliċita) mingħajr il-ħtieġa li nimxu lejn netwerk virtwali privat dedikat apposta. Il-paragrafu inizjali ġie ammess mill-Kummissjoni bħala kontradittorju għall-intenzjonijiet ta' Kummissjoni, peress li għadhom għaddejja diskussjonijiet tekniċi dwar is-suġġett bejn il-Kummissjoni u eu-LISA. L-emenda tippermetti li l-infrastruttura tal-komunikazzjoni jew tibqa' fuq in-netwerk tal-Eurodomain fuq Testa, jew temigra lejn netwerk iddedikat fuq Testa kif inhu l-każ tas-SIS II, il-VIS (fuq id-disponibbiltà u valutazzjoni tal-impatt minn eu-LISA, iżda dawn m'għandhomx jiġu trattati f'dan ir-Regolament).

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet bħal dawn, il-miżuri tas-sigurtà, il-kontroll tal-aċċess u attivitajiet ta' lloggjar fl-ambjent ta' ttestjar għandhom ikunu ugwali għal dawk tas-sistema ta' produzzjoni tal-Eurodac. Data personali reali adottata għall-ittestjar għandha ssir anonima b'tali mod li s-suġġett tad-data ma jibqax aktar identifikabbli.

F'każijiet bħal dawn, il-miżuri tas-sigurtà, il-kontroll tal-aċċess u attivitajiet ta' lloggjar fl-ambjent ta' ttestjar għandhom ikunu ugwali għal dawk tas-sistema ta' produzzjoni tal-Eurodac. Data personali reali adottata għall-ittestjar għandha ssir anonima b'tali mod li s-suġġett tad-data ma jibqax aktar identifikabbli. Wara li jkun intlaħaq l-għan tal-ittestjar, tali data personali reali għandha titħassar b'mod permanenti mill-ambjent tal-ittestjar.

Or. en

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kanal separat ta' trażmissjoni elettronika sigura bejn l-awtoritajiet tal-Istat Membri magħruf bħala n-network ta' komunikazzjoni "DubliNet" imwaqqaf skont [l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003] għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 32, 33 u 46 tar-Regolament (UE) Nru. […/…] għandu wkoll ikun mħaddem u mmexxi minn eu-LISA.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-proposta inkludiet DubliNet u r-responsabbiltà operattiva ta' eu-LISA fl-Artikolu 5(5) li jiddisponi għall-ġestjoni operattiva tal-Eurodac, li ma kenitx korretta għalkollox (ara wkoll l-Emenda 58 rilevanti). It-test rilevanti b'dispożizzjonijiet addizzjonali dwar ir-responsabbiltà operattiva qed jitressaq bħala emenda għar-Regolament 1077/2011 (ara l-Emenda 59).

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtorità ta' verifika għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet għat-talba għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' mad-data tal-Eurodac jiġu ssodisfati.

2.   L-awtorità ta' verifika għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet għat-talba għat-tqabbil ta' data bijometrika jew alfanumerika mad-data tal-Eurodac jiġu ssodisfati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont il-proposta, l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-Europol ma jistgħux jitolbu tqabbil ma' data alfanumerika speċifika, li hija ta' ħsara kbira għall-investigazzjonijiet, speċjalment fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, meta jkunu qed jippruvaw jistabbilixxu l-postijiet u d-dati tad-dħul fl-UE ta' persuni suspettati li għalihom tkun magħrufa identità użata, iżda li għalihom ma jkun hemm disponibbli l-ebda marka tas-swaba'. F'dan il-kuntest, u għall-fatt li l-Artikolu 1.1(c) tal-proposta jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, ikun essenzjali li l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-Europol ikollhom aċċess għad-data kollha li tinsab fl-Eurodac sabiex iwettqu b'mod xieraq il-kompiti taghom.

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Hija biss l-awtorità ta' verifika li għandha tkun awtorizzata li tressaq talbiet għal tqabbil tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali.

Hija biss l-awtorità ta' verifika li għandha tkun awtorizzata li tressaq talbiet għal tqabbil tad-data bijometrika u alfanumerika lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont il-proposta, l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-Europol ma jistgħux jitolbu tqabbil ma' data alfanumerika speċifika, li hija ta' ħsara kbira għall-investigazzjonijiet, speċjalment fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, meta jkunu qed jippruvaw jistabbilixxu l-postijiet u d-dati tad-dħul fl-UE ta' persuni suspettati li għalihom tkun magħrufa identità użata, iżda li għalihom ma jkun hemm disponibbli l-ebda marka tas-swaba'. F'dan il-kuntest, u għall-fatt li l-Artikolu 1.1(c) tal-proposta jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, ikun essenzjali li l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-Europol ikollhom aċċess għad-data kollha li tinsab fl-Eurodac sabiex iwettqu b'mod xieraq il-kompiti taghom.

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), il-Europol għandu jaħtar unità speċjalizzata b'uffiċjali tal-Europol li huma debitament awtorizzati li jaġixxu bħala l-awtorità ta' verifika tiegħu, li għandha taġixxi b'mod indipendenti mill-awtorità maħtura msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu meta twettaq il-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament, u ma għandhiex tirċievi struzzjonijiet mill-awtorità maħtura fir-rigward tal-eżitu tal-verifika. L-unità għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet għat-talba għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ mad-data tal-Eurodac ikunu ssodisfati. Il-Europol għandu jistabbilixxi, bi ftehim ma' kwalunkwe Stat Membru, il-Punt ta' Aċċess Nazzjonali ta' dak l-Istat Membru li jikkomunika t-talbiet tagħha għal tqabbil tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ mas-Sistema Ċentrali.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda 8. Barra minn hekk, bħalissa, id-dipendenza tal-Europol mill-infrastruttura teknika ta' Stat Membru sabiex ikollu aċċess għad-data tal-Eurodac toħloq riskji bla bżonn u ladarba tiġi użata, tkun ineffiċjenti u timxi bil-mod. Is-sistema tal-Istat Membru li tgħaqqad lill-Europol mal-Eurodac ikollha bżonn tissodisfa r-rekwiżiti stretti ta' sigurtà tad-data tal-Europol. Fil-preżent, il-konnessjoni mal-Eurodac permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali Netherlandiż ma rnexxilhiex tiġi stabbilita minħabba kwistjonijiet li nqalgħu mil-lat tekniku u fir-rigward tas-sigurtà tad-data.

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 (1)(c), il-Europol għandu jistabbilixxi unità operattiva li tkun awtorizzata titlob tqabbil mad-data tal-Eurodac permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali stabbilit tagħha. L-awtorità maħtura għandha tkun unità operattiva tal-Europol li jkollha kompetenza tiġbor, taħżen, tipproċessa, tanalizza u tikkondividi informazzjoni biex tappoġġa u ssaħħaħ azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati serji oħra li jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tal-Europol.

2.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), il-Europol għandu jistabbilixxi unità operattiva li tkun awtorizzata twettaq tqabbil mad-data tal-Eurodac. L-awtorità maħtura għandha tkun unità operattiva tal-Europol li jkollha kompetenza tiġbor, taħżen, tipproċessa, tanalizza u tikkondividi informazzjoni biex tappoġġa u ssaħħaħ azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati serji oħra li jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tal-Europol.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux kodifikat) li jiddisponi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda wkoll il-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Id-dipendenza tal-Europol mill-infrastruttura teknika ta' Stat Membru sabiex ikollu aċċess għad-data tal-Eurodac toħloq riskji bla bżonn u ladarba tiġi użata, tkun ineffiċjenti u timxi bil-mod. Is-sistema tal-Istat Membru li tgħaqqad lill-Europol mal-Eurodac ikollha bżonn tissodisfa r-rekwiżiti stretti ta' sigurtà tad-data tal-Europol. Fil-preżent, il-konnessjoni mal-Eurodac permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali Netherlandiż ma rnexxilhiex tiġi stabbilita minħabba kwistjonijiet li nqalgħu mil-lat tekniku u fir-rigward tas-sigurtà tad-data.

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-data statistika għal persuni msemmija fil-paragrafu 1 minn (a) sa (h) għandha tkun pubblikata u disponibbli għall-pubbliku kull xahar. Fl-aħħar ta' kull sena, id-data statistika tas-sena għall-persuni msemmija fil-paragrafu 1 minn (a) sa (h) għandha tiġi ppubblikata u ssir disponibbli għall-pubbliku minn eu-LISA . L-istatistiċi għandu jkollhom analiżi dettaljata tad-data għal kull Stat Membru.

2.  Id-data statistika għall-persuni msemmija fil-paragrafu 1 minn (a) sa (h) għandha tkun imqassma skont is-sess u l-età sabiex wieħed jifhem kif kemm minorenni huma affettwati u għandha tiġi pubblikata u ssir disponibbli għall-pubbliku kull xahar. Fl-aħħar ta' kull sena, id-data statistika tas-sena għall-persuni msemmija fil-paragrafu 1 minn (a) sa (h) għandha tiġi ppubblikata u ssir disponibbli għall-pubbliku minn eu-LISA. L-istatistiċi għandu jkollhom analiżi dettaljata tad-data għal kull Stat Membru.

Or. en

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'talba tal-Kummissjoni, eu-LISA għandha tipprovdilha l-istatistika dwar aspetti speċifiċi għall-finijiet ta' riċerka u analiżi mingħajr ma tippermetti għall-identifikazzjoni individwali kif ukoll għall-possibbiltà li tipproduċi statistika skont il-paragrafu 1. Dawn l-istatistiki għandhom ikunu kondiviżi ma' Aġenziji oħra tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni jekk ikunu relevanti għall-implimentazzjoni tal-ħidmiet tagħhom.

3.  Fuq talba tal-Kummissjoni, eu-LISA għandha tipprovdilha l-istatistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll l-istatistika mfassla skont il-paragrafu 1, u, fuq talba, tqegħidha għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

 

Eu-LISA għandha wkoll tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali fis-siti tekniċi tagħha li jkun fihom id-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, għall-finijiet ta' analiżi, li ma jippermettix l-identifikazzjoni ta' individwi iżda li jippermettix lil eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, li jkunu ġew elenkati bħala awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 28(2), jiksbu rapporti u statistika personalizzata. Eu-LISA għandha tagħti aċċess żgurat għar-repożitorju ċentrali permezz tat-TESTA, filwaqt li tiddisponi għall-kontroll tal-aċċess u tal-profili speċifiċi tal-utenti li jintużaw biss għall-fini ta' rappurtar u statistika. L-aċċess jista' jingħata wkoll lill-utenti awtorizzati ta' Aġenziji oħra tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni jekk tali aċċess ikun relevanti għall-implimentazzjoni tal-ħidmiet tagħhom.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Eu-LISA ilha tipprovdi statistika definita minn qabel. Madankollu, hemm bżonn ta' għadd ta' statistiki ad hoc, kemm ta' natura teknika (eż. kejl tal-prestazzjoni u d-disponibbiltà tas-sistema) kif ukoll ta' natura kummerċjali li ma jistgħux jiġu inklużi f'lista eżawrjenti minħabba li huma rilevanti bil-kundizzjonijiet ta' kuljum (eż. kriżi) u bl-interess jew ir-rilevanza akbar għall-partijiet ikkonċernati ta' dan ir-regolament (Kummissjoni, Stati Membri, Aġenziji oħra tal-ĠAI) taħt ċerti ċirkostanzi bħalma huma r-reġistrazzjonijiet ta' kull ġimgħa fil-Hotspots, żieda fil-frekwenza ta' ċerti statistiċi predefiniti eċċ..

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-data tal-marki tas-swaba' tista' tittieħed u tiġi trażmessa mill-membri tat-Timijiet tal-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] jew minn esperti dwar l-ażil tal-Istat Membri meta jwettqu l-ħidmiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat skont [ir-Regolament dwar il-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE] u [r-Regolament (UE) Nru. 439/2010].

3.  Fejn mitlub mill-Istat Membru kkonċernat, id-data bijometrika tista' tittieħed u tiġi trażmessa mill-membri tat-Timijiet tal-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] jew minn esperti dwar l-ażil tal-Istat Membri meta jwettqu l-ħidmiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat skont ir-Regolament (UE) . 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.).

Or. en

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – punt sa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(sa)   dettalji tal-membri tal-familja (pereżempju l-isem u n-numru tal-passaport jew tal-karta tal-identifikazzjoni), u indikazzjoni partikolari fejn il-persuna hija minorenni mhux akkumpanjata.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-aħjar interess tat-tfal għandu jkun parti essenzjali ta' dan ir-Regolament. Din l-emenda hija marbuta mal-Artikolu 2 (test mhux kodifikat).

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-data tal-marki tas-swaba' tista' tittieħed u tiġi trażmessa mill-membri tat-Timijiet tal-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] meta jwettqu l-ħidmiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat skont [ir-Regolament dwar il-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE].

7.  Fejn ikun mitlub mill-Istat Membru kkonċernat, id-data bijometrika tista' tittieħed u tiġi trażmessa mill-membri tat-Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta meta jwettqu l-ħidmiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat skont ir-Regolament (UE) 2016/1624.

Or. en

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  In-nuqqas ta' konformità mal-limitu tal-ħin ta' 72 siegħa msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma għandux jeħles lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jitrażmettu l-marki tas-swaba' lis-Sistema Ċentrali. Meta l-kundizzjoni tat-truf tas-swaba' ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba' ta' kwalità li tassigura tqabbil xieraq skont l-Artikolu 26, l-Istat Membru ta' oriġini għandu jerġa' jieħu l-marki tas-swaba' tal-persuni maqbudin kif deskritt fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jibgħathom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu ttieħdu b'suċċess.

4.  In-nuqqas ta' konformità mal-limitu tal-ħin ta' 72 siegħa msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma għandux jeħles lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jitrażmettu d-data bijometrika lis-Sistema Ċentrali. Meta l-kundizzjoni tat-truf tas-swaba' ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba' ta' kwalità li tassigura tqabbil xieraq skont l-Artikolu 26, l-Istat Membru ta' oriġini għandu jerġa' jieħu l-marki tas-swaba' tal-persuni maqbudin kif deskritt fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jibgħathom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu ttieħdu b'suċċess.

Or. en

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Kapitolu 5 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PROĊEDURA GĦALL-PARAGUN TA' DATA GĦAL APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI NAZZJONALI U ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI LI JINQABDU JAQSMU L-FRUNTIERIA B'MOD IRREGOLALARI JEW LI JKUNU QED JIRRESJIEDU ILLEGALMENT FIT-TERRITORJU TAL-ISTAT MEMBRU

PROĊEDURA GĦALL-PARAGUN TA' DATA GĦAL APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI U ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI U PERSUNI APOLIDI LI JINQABDU JAQSMU L-FRUNTIERIA B'MOD IRREGOLALARI JEW LI JKUNU QED JIRRESJIEDU ILLEGALMENT FIT-TERRITORJU TA' STAT MEMBRU

Or. en

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Fejn ikun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4) . Meta tasal lura hit negattiva, id-data msemmija fl-Artikolu 12, 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

3.  Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini wara proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 26(4). Fejn ikun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikoli 12, 13(2) u 14(2) flimkien ma', fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4) . Meta jasal lura riżultat negattiv, id-data msemmija fl-Artikoli 12, 13(2) u 14(2) ma għandhiex tiġi trażmessa.

Or. en

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Meta l-kundizzjoni tal-marki tas-swaba' ma tippermettix għat-teħid tal-marki tas-swaba' ta' kwalità suffiċjenti li tippermetti paragun xieraq skont l-Artikolu 26 jew fejn persuna msemmija skont l-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1) tirrifjuta li tikkonforma mal-proċess tat-teħid tal-marki tas-swaba', Stat Membru jista' jwettaq tqabbil tax-xbiha tal-wiċċ bħala l-aħħar alternattiva.

(1)  Meta l-kundizzjoni tal-marki tas-swaba' ma tippermettix it-teħid tal-marki tas-swaba' ta' kwalità suffiċjenti li tippermetti paragun xieraq skont l-Artikolu 26 , Stat Membru għandu jwettaq tqabbil tad-data dwar ix-xbiha tal-wiċċ .

Or. en

 

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikoli 6(1) u 8(2) jistgħu jippreżentaw talba elettronika motivata kif huwa previst fl-Artikolu 21(1) flimkien man-numru ta' referenza użat minnhom, lill-awtorità ta' verifika għat-trażmissjoni għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba' u x-xbiha tal-wiċċ lis-Sistema Ċentrali permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali. Wara li tirċievi talba bħal din, l-awtorità ta' verifika għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-talba għal tqabbil imsemmi fl-Artikolu 21 jew 22, kif xieraq, ikunux issodisfati.

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikoli 6(1) u 8(2) jistgħu jippreżentaw talba elettronika motivata kif huwa previst fl-Artikolu 21(1) flimkien man-numru ta' referenza użat minnhom, lill-awtorità ta' verifika għat-trażmissjoni għat-tqabbil tad-data bijometrika jew alfanumerika lis-Sistema Ċentrali permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali. Wara li tirċievi talba bħal din, l-awtorità ta' verifika għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-talba għal tqabbil imsemmi fl-Artikolu 21 jew 22, kif xieraq, ikunux issodisfati.

Or. en

 

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 21 or 22 għat-talba għal tqabbil ikunu sodisfati, l-awtorità ta' verifika għandha tittrażmetti t-talba għal tqabbil lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali li jipproċessaha għas-Sistema Ċentrali skont l-Artikoli 15 u 16 għall-finijiet ta' tqabbil mad-data tal-marki tas-swaba' u xbiha tal-wiċċ trażmessa lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikoli 10(1), 13 (1) u 14(1) .

2.  Fejn il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 21 or 22 għat-talba għal tqabbil ikunu sodisfati, l-awtorità ta' verifika għandha tittrażmetti t-talba għal tqabbil lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali li jipproċessaha għas-Sistema Ċentrali skont l-Artikoli 15 u 16 għall-finijiet ta' tqabbil mad-data bijometrika jew alfanumerika trażmessa lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikoli 10(1), 13 (1) u 14(1) .

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda 9.

 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura jistgħu jissottomettu talba elettronika motivata għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba' mad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali fl-ambitu tas-setgħat tagħhom biss jekk it-tqabbil mal-bażijiet tad-data li ġejjin ma jwasslux sabiex tiġi stabbilita l-identità tas-suġġett tad-data:

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtoritajiet maħtura jistgħu jissottomettu talba elettronika motivata għat-tqabbil tad-data bijometrika jew alfanumerika mad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali fl-ambitu tas-setgħat tagħhom biss jekk it-tqabbil mal-bażijiet tad-data li ġejjin ma jwasslux sabiex tiġi stabbilita l-identità tas-suġġett tad-data:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda 9.

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal tiftix bid-data tal-marki tas-swaba' jew tax-xbiha tal-wiċċ .

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom jitwettqu b'data bijometrika jew alfanumerika.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda 9.

 

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtorità maħtura tal-Europol tista' tippreżenta talba elettronika motivata għat-tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba' mad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali fil-limiti tal-mandat tal-Europol u fejn hu meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol biss jekk it-tqabbil ma' data dwar marki tas-swaba' maħżuna fi kwalunkwe sistema ta' pproċessar ta' informazzjoni li tkun teknikament u legalment aċċessibbli mill-Europol ma jkunx wassal sabiex tiġi stabbilita l-identità tas-suġġett tad-data u fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

1.  Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), l-awtorità maħtura tal-Europol għandu jkollha d-dritt li taċċessa u tfittex direttament għat-tqabbil mad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali fil-limiti tal-mandat tagħha u fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux kodifikat) li jiddisponi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda wkoll l-infurzar tal-liġi. Madankollu, il-kontroll ex ante attwali minn awtorità indipendenti ta' verifika ta' kull aċċess għall-Eurodac mill-unità operattiva tal-Europol jagħmilha estremament diffiċli biex tiġi implimentata minħabba raġunijiet ġuridiċi, ta' protezzjoni tad-data u tekniċi. It-tħassir ta' dan ir-rekwiżit huwa kontrobilanċjat b'paragrafu 3b ġdid fl-Artikolu 22 li jsaħħaħ l-obbligu ta' konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data u mal-mekkaniżmi ta' kontroll previsti fih.

 

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tqabbil ikun meħtieġ f'każ speċifiku (jiġifieri tqabbil sistematiku ma jitwettaqx); u

(b)  it-tqabbil ikun meħtieġ f'każ speċifiku u jitwettaq biss għall-iskop li jiġi identifikat jekk l-informazzjoni fis-Sistema Ċentrali tkunx taqbel mal-informazzjoni proċessata mill-Europol.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux kodifikat) li jiddisponi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda wkoll l-infurzar tal-liġi. Madankollu, il-kontroll ex ante attwali minn awtorità indipendenti ta' verifika ta' kull aċċess għall-Eurodac mill-unità operattiva tal-Europol jagħmilha estremament diffiċli biex tiġi implimentata minħabba raġunijiet ġuridiċi, ta' protezzjoni tad-data u tekniċi. It-tħassir ta' dan ir-rekwiżit huwa kontrobilanċjat b'paragrafu 3b ġdid fl-Artikolu 22 li jsaħħaħ l-obbligu ta' konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data u mal-mekkaniżmi ta' kontroll previsti fih.

 

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jikkunsidra li t-tqabbil jikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' kwalunkwe mir-reati kriminali kkonċernati. Tali motivazzjonijiet raġonevoli jeżistu b'mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor jaqgħu fil-kategorija koperta b'dan ir-Regolament.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Artikolu (1)(c) tal-proposta (mhux kodifikat) li jiddisponi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda wkoll l-infurzar tal-liġi.

 

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal paragun ta' data tal-marki tas-swaba' u tax-xbiha tal-wiċċ .

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont il-proposta, l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-Europol ma jistgħux jitolbu tqabbil ma' data alfanumerika speċifika, li hija ta' ħsara kbira għall-investigazzjonijiet, speċjalment fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, meta jkunu qed jippruvaw jistabbilixxu l-postijiet u d-dati tad-dħul fl-UE ta' persuni suspettati li għalihom tkun magħrufa identità użata, iżda li għalihom ma jkun hemm disponibbli l-ebda marka tas-swaba'. F'dan il-kuntest, u għall-fatt li l-Artikolu 1.1(c) tal-proposta jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, ikun essenzjali li l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-Europol ikollhom aċċess għad-data kollha li tinsab fl-Eurodac sabiex iwettqu b'mod xieraq il-kompiti taghom.

 

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-ipproċessar tal-informazzjoni miksub mill-Europol mit-tqabbil mad-data tal-Eurodac għandu jkun suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru ta' oriġini. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tinkiseb permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol ta' dak l-Istat Membru.

3.  L-ipproċessar tal-informazzjoni miksub mill-Europol mit-tqabbil mad-data tal-Eurodac għandu jkun suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru ta' oriġini.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta tal-Kummissjoni, jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu lil hinn mis-sempliċi implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Id-dipendenza tal-Europol mill-infrastruttura teknika ta' Stat Membru sabiex ikollu aċċess għad-data tal-Eurodac toħloq riskji bla bżonn u ladarba tiġi użata, tkun ineffiċjenti u timxi bil-mod. Is-sistema tal-Istat Membru li tgħaqqad lill-Europol mal-Eurodac ikollha bżonn tissodisfa r-rekwiżiti stretti ta' sigurtà tad-data tal-Europol. Fil-preżent, il-konnessjoni mal-Eurodac permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali Netherlandiż ma rnexxilhiex tiġi stabbilita minħabba kwistjonijiet li nqalgħu mil-lat tekniku u fir-rigward tas-sigurtà tad-data.

 

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Europol jista' jitlob informazzjoni ulterjuri mill-Istat Membru kkonċernat skont ir-Regolament (UE) 2016/794.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux kodifikat) li jiddisponi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda wkoll il-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Id-diċitura hija meħuda mill-Artikolu 41(4) tad-Deċiżjoni tas-SIS għall-finijiet ta' alinjament.

 

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  L-ipproċessar ta' data personali b'riżultat tal-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq b'konformità mal-miżuri ta' salvagwardja tal-protezzjoni tad-data previsti fir-Regolament (UE) 2016/794. L-Europol għandu jżomm rekords tat-tiftixiet kollha u tal-aċċess kollu għas-Sistema Ċentrali u għandu jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data maħtur skont ir-Regolament (UE) 2016/794 u għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux kodifikat) li jiddisponi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda wkoll il-finijiet ta' infurzar tal-liġi. L-Europol għandu jkollu aċċess simplifikat u dirett għad-data tal-EURODAC u jevita proċeduri mhux meħtieġa li sempliċement se jmajnaw il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-kompiti tiegħu. Il-paragrafu 3b li jirriżulta mill-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Europol, qed jiddaħħal hawnhekk biex isaħħaħ ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data u biex jikkontrobilanċja t-tneħħija tar-rekwiżit ta' sistema ta' kontroll b'żewġ livelli (sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità tal-verifika)

 

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 c.  Id-Direttur Eżekuttiv tal-Europol għandu debitament jawtorizza għadd limitat ta' uffiċjali tal-Europol biex ikollhom aċċess għas-Sistema Ċentrali jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux kodifikat) li jiddisponi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda wkoll il-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Din id-diċitura hija meħuda mill-Artikolu 17(3) tar-Regolament dwar l-Europol u għandha l-għan li tillimita l-aċċess għad-data tal-Eurodac biss għal għadd ristrett ta' uffiċjali debitament awtorizzati tal-Europol, skont il-prinċipju tal-ħtieġa ta' tagħrif.

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 22d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 d.  Data personali miksuba b'riżultat ta' tfittxija fis-Sistema Ċentrali m'għandhiex tiġi trasferita lil ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita ġewwa l-Unjoni jew barra minnha, jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' tagħhom, sakemm tali trasferiment ma jkunx strettament meħtieġ u proporzjonat f'każijiet individwali li jaqgħu fil-mandat tal-Europol. Kwalunkwe trasferiment bħal dan għandu jsir skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/794 u soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru ta' oriġini.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda marbuta mal-Artikolu 1(1)(c) tal-proposta (mhux kodifikat) li jiddisponi li l-Eurodac se sservi mhux biss l-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, iżda wkoll il-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Dan il-paragrafu jipprevedi l-possibbiltà li l-Europol jittrażmetti d-data miksuba mill-Eurodac lil partijiet terzi, taħt kondizzjonijiet speċifiċi u f'konformità mar-regoli applikabbli dwar ir-relazzjonijiet esterni tal-Europol. Fil-fatt, waħda mill-valuri miżjuda tal-Europol huwa li toħloq sinerġiji bejn l-informazzjoni tal-infurzar tal-liġi li toriġina fi ħdan l-UE u dik li toriġina barra mill-UE. Id-dimensjonijiet interni u esterni tas-sigurtà tal-Unjoni huma interkonnessi sew.

 

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-riżultati tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mwettqa skont l-Artikolu 15 għandhom jiġu minnufih iċċekkjati fl-Istat Membru li jirċevihom minn espert tal-marki tas-swaba' kif definit f'konformità mar-regoli nazzjonali, imħarreġ speċifikament fit-tipi differenti ta' tqabbil ta' marki tas-swaba' stipulati f'dan ir-Regolament. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

4.  Ir-riżultati tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mwettqa skont l-Artikolu 15 għandhom jiġu minnufih iċċekkjati fl-Istat Membru li jirċevihom minn espert tal-marki tas-swaba' kif definit f'konformità mar-regoli nazzjonali, imħarreġ speċifikament fit-tipi differenti ta' tqabbil ta' marki tas-swaba' stipulati f'dan ir-Regolament. Fejn is-Sistema Ċentrali tibgħat lura hit abbażi kemm tad-data tal-marki tas-swaba' u kemm tad-data tax-xbieha tal-wiċċ, l-Istati Membri jistgħu jiċċekkjaw u jivverifikaw ir-riżultat tat-tqabbil tad-data tax-xbieha tal-wiċċ jekk ikun meħtieġ. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-paraguni għandhom ikunu bbażati fuq id-data tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ.

 

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riżultat tat-tqabbil tad-data tax-xbiha tal-wiċċ imwettaq skont l-Artikolu 16 għandu jiġi ċċekkjat u verifikat immedjatament fl-Istat Membru riċeventi. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

Ir-riżultat tat-tqabbil tad-data tax-xbiha tal-wiċċ imwettaq skont l-Artikolu 16 għandu jiġi ċċekkjat u verifikat immedjatament fl-Istat Membru riċeventi, minn esperti mħarrġin apposta, fejn meħtieġ, u f'konformità mar-regoli nazzjonali tiegħu. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

Or. en

 

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn persuna koperta bl-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14(1) tkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni b'mod adattat għall-età

Fejn persuna koperta bl-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14(1) tkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dik il-persuna tifehm għall-proċedura billi jipprovdu l-informazzjoni b'mod adattat għall-età, kemm oralment u kemm bil-miktub, bl-użu ta' fuljetti, infografika, dimostrazzjonijiet, jew kombinazzjoni ta' dawn it-tlieta, li huma speċifikament imfassla biex jispjegaw lill-minorenni l-proċedura tat-teħid tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-aħjar interess tat-tfal għandu jkun parti essenzjali ta' dan ir-Regolament. Din l-emenda hija marbuta mal-Artikolu 2 (test mhux kodifikat).

 

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament, id-data personali relatata ma' persuni msemmija fl-Artikoli 10(1), 13(2), 14(1) miksuba minn Stat Membru wara hit għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) jew (b) tista' tiġi trasferita jew magħmula disponibbli lil pajjiż terz skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru […/2016], jekk tkun meħtieġa bħala prova tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiż terz għall-fini tar-ritorn, meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet biss.

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament, id-data personali relatata ma' persuni msemmija fl-Artikoli 10(1), 13(2), 14(1) miksuba minn Stat Membru wara hit għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) jew (b) tista' tiġi trasferita jew magħmula disponibbli lil pajjiż terz skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 2016/679, jekk tkun meħtieġa bħala prova tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiż terz jew ta' persuni apolidi għall-fini tar-ritorn, meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet biss.

Or. en

 

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 40a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 40a

 

Il-ġestjoni operattiva ta' DubliNet u kompiti relatati

 

1.   Eu-LISA għandha topera u timmaniġġja kanal separat ta' trażmissjoni elettronika sigura bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri magħruf bħala n-netwerk ta' komunikazzjoni ‘DubliNet' stabbilit permezz tal-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/20031a għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 32, 33 u 46 tar-Regolament (UE) Nru... [Dublin IV].

 

2.   It-tmexxija operattiva ta' DubliNet għandha tikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tiegħu, ħamest ijiem fil-ġimgħa waqt il-ħinijiet normali tax-xogħol.

 

3.   eu-LISA għandha tkun responsabbli tal-kompiti li ġejjin relatati ma' DubliNet:

 

(a)   l-għoti ta' appoġġ tekniku lill-Istati Membri permezz ta' helpdesk ħamest ijiem fil-ġimgħa waqt il-ħinijiet normali tax-xogħol, inkluż fir-rigward ta' problemi li jikkonċernaw il-komunikazzjoni, il-kriptaġġ u d-dekriptaġġ tal-posta elettronika, u problemi li jirriżultaw mill-iffirmar tal-formoli.

 

(b)   l-għoti ta' servizzi ta' sigurtà tal-IT;

 

(c)   il-ġestjoni, ir-reġistrazzjoni u t-tiġdid taċ-ċertifikati diġitali użati għall-kriptaġġ u l-iffirmar tal-messaġġi bil-posta elettronika ta' DubliNet;

 

(d)   l-evoluzzjoni teknika ta' DubliNet;

 

(e)   materji kuntrattwali.

 

4.   L-Aġenzija għandha tiżgura, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li f'kull mument jintużaw għal DubliNet l-aqwa teknoloġiji u tekniki disponibbli u l-aktar sikuri, soġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

 

_________________

 

1a Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-proposta inizjali kienet inkludiet DubliNet u r-responsabbiltà operattiva ta' eu-LISA fl-Artikolu li jiddeskrivi l-arkitettura tal-Eurodac, li ma kenitx korretta għalkollox. Dan il-kapitolu ġdid, li fih test rilevanti b'deskrizzjonijiet addizzjonali li jiċċaraw "responsabbiltà operattiva" xi tfisser, issa huwa inkluż bħala emenda tar-Regolament li jistabbilixxi eu-LISA.

 

 

Emenda    59

Proposta għal regolament

Kapitolu VIIIa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

KAPITOLU VIIIa

 

EMENDI GĦAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1077/2011

 

Artikolu 40b

 

Ir-Regolament 1077/2011 huwa emendat kif ġej:

 

(1)   Fl-Artikolu 1(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"L-Aġenzija għandha wkoll tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva ta' kanal separat ta' trażmissjoni elettronika sigura bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, magħruf bħala n-netwerk ta' komunikazzjoni "DubliNet" stabbilit bl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003, għall-iskambju ta' informazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru..." *[Dublin IV].

 

_____________

 

* Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3).".

 

(2)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 5a

 

Kompiti relatati ma' DubliNet

 

1.   B'rabta ma' DubliNet, l-Aġenzija għandha twettaq:

 

(a)   il-kompiti mogħtija lilha mill-Artikolu [...] tar-Regolament (UE) Nru ... [Eurodac];

 

(b)   il-kompiti relatati ma' taħriġ fir-rigward tal-użu tekniku ta' DubliNet.".

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda 58.

 

 

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sal- […] il-Europol għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-awtorità maħtura tiegħu, bl-awtorità ta' verifika tiegħu u bil-Punt ta' Aċċess Nazzjonali li jkun stabbilixxa, u għandu jinnotifika mingħajr dewmien kwalunkwe emenda li ssirilhom.

2.  Sa [...], il-Europol għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-awtorità maħtura tiegħu, u għandu jinnotifika kwalunkwe emenda li ssirilhom mingħajr dewmien.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda 8. Barra minn hekk, bħalissa, id-dipendenza tal-Europol mill-infrastruttura teknika ta' Stat Membru sabiex ikollu aċċess għad-data tal-Eurodac toħloq riskji bla bżonn u ladarba tiġi użata, tkun ineffiċjenti u timxi bil-mod. Is-sistema tal-Istat Membru li tgħaqqad lill-Europol mal-Eurodac ikollha bżonn tissodisfa r-rekwiżiti stretti ta' sigurtà tad-data tal-Europol. Fil-preżent, il-konnessjoni mal-Eurodac permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali Netherlandiż ma rnexxilhiex tiġi stabbilita minħabba kwistjonijiet li nqalgħu mil-lat tekniku u fir-rigward tas-sigurtà tad-data.

 

 

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta attwali għat-tieni riformulazzjoni tal-Eurodac hija parti mill-ewwel pakkett ta' proposti għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA), imressqa mill-Kummissjoni f'Mejju 2016, b'reazzjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati tal-2015. Il-proposta tappoġġja l-implimentazzjoni prattika tas-sistema riformata ta' Dublin u tadatta u ssaħħaħ is-sistema Eurodac sabiex ikunu jistgħu jintlaqgħu l-isfidi attwali tal-immigrazzjoni.

 

Il-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati li għaddejja bħalissa żvelat nuqqasijiet serji fis-SEKA eżistenti, fejn qed naraw l-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri spiss jesperjenzaw diffikultajiet biex jidentifikaw liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza illegali, li jużaw mezzi qarrieqa biex jevitaw qarrieqa biex jevitaw l-identifikazzjoni tagħhom u biex jisfrattaw il-proċeduri għad-dokumentazzjoni mill-ġdid bil-ħsieb tar-ritorn u r-riammissjoni tagħhom. Ir-Rapporteur, għalhekk, tilqa' l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Eurodac, li tkun tippermetti lill-Istati Membri jittrażmettu u jqabblu data dwar ċittadini ta' pajjiż terz jew persuni apolidi illegalment residenti li ma jitolbux ażil u li jista' jkun li jiċċirkolaw fi ħdan l-Unjoni mingħajr ma' jinqabdu. B'dan il-mod, is-sistema tal-Eurodac mhix se tibqa' sservi biss għall-fini li tgħin biex jiġi ddeterminat liema Stat Membru huwa responsabbli taħt ir-Regolament ta' Dublin iżda se ssir ukoll sistema li tiddisponi għal skopijiet aktar wiesgħa tal-immigrazzjoni, inklużi miżuri ta' tneħħija u ta' ripatrijazzjoni.

 

Il-proposta tal-Kummissjoni tenfasizza wkoll li t-tqabbil tad-data ma' dawk maħżuna fis-Sistema Ċentrali jista' jintuża għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur tenfasizza l-importanza tal-aċċess tal-infurzar tal-liġi għall-Eurodac, u tipproponi ġabra ta' emendi mmirati biex l-Europol jiġi aġevolat fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. L-Europol bħalissa mhuwiex kapaċi jagħmel konnessjoni minħabba diffikultajiet tekniċi u l-kundizzjonijiet stretti previsti fir-Regolament li hemm fis-seħħ. L-emendi proposti, li għandhom l-għan li jagħtu aċċess simplifikat u dirett tal-Europol għall-Eurodac, huma kontrobilanċjati b'emendi biex jissaħħu r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data wkoll proposti mir-Rapporteur.

 

Il-proposta tal-Kummissjoni tippermetti li jsir it-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' u tax-xbieha tal-wiċċ flimkien u tax-xbieha tal-wiċċ separatament taħt kondizzjonijiet definiti. Din ir-regola tapplika wkoll għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Għalhekk, skont il-proposta tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-Europol ma jkunux jistgħu jitolbu tqabbil ma' data alfanumerika speċifika, ħaġa li tkun ta' ħsara kbira għall-investigazzjonijiet, speċjalment fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u b'mod partikolari meta jkunu qed jippruvaw jistabbilixxu l-postijiet u d-dati tad-dħul fl-UE ta' persuni suspettati li għalihom tkun magħrufa identità użata, imma li għalihom ma jkun hemm disponibbli l-ebda marka tas-swaba'. F'dan il-kuntest, ir-Rapporteur tipproponi li jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Europol jitħallew iwettqu tqabbil abbażi ta' data alfanumerika, b'mod partikolari fejn jista' jagħti l-każ li jkollhom evidenza tad-dettalji personali jew tad-dokumenti ta' identità tal-persuna kriminali suspettata jew tal-vittma.

 

Element importanti ieħor fil-proposta tal-Kummissjoni huwa li l-età li fiha jittieħdu l-marki tas-swaba' tat-tfal titbaxxa għal sitt snin. Ir-Rapporteur tilqa' b'mod favorevoli din il-proposta peress li din tiffaċilita l-ittraċċar tal-minorenni mhux akkumpanjati f'każijiet fejn huma separati mill-familji tagħhom jew jiskappaw mill-istituzzjonijiet ta' kura. Din tkun ta' għajnuna kritika wkoll biex jinżamm insegwiment tat-tfal vulnerabbli u biex dawn jiġu protetti mill-isfruttament jew mill-kuntrabandu tal-bnedmin. Bl-għan li jiġu żgurati l-benessri u l-aħjar interess tal-minorenni, għall-minorenni nfushom jeħtieġ li jifhmu l-proċedura. Għalhekk, biex tiġi ffaċilitata l-proċedura, ir-Rapporteur tintroduċi l-obbligu li l-informazzjoni tingħata b'mod adattat għall-età, kemm oralment u kemm bil-miktub, bl-użu ta' fuljetti, infografika, dimostrazzjonijiet jew kombinazzjoni ta' dawn it-tlieta, li jkunu speċifikament maħsuba biex jispjegaw il-proċedura lill-minorenni. Bil-ħsieb li jiżdied il-potenzjal tas-sistema biex tirrintraċċa u tgħaqqad mill-ġdid lill-membri tal-familja mitlufa, u jekk fil-verżjoni futura tal-Eurodac tiġi inkluża data alfanumerika addizzjonali ta' dawk li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, ir-Rapporteur tipproponi li jiġu rreġistrati wkoll ir-rabtiet tal-familja u indikazzjoni partikolari jekk minorenni mhumiex akkumpanjati.

 

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tipproponi titjibiet fir-rigward tal-kanal ta' trażmissjoni elettronika sigura bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni magħruf bħala DubliNet u fir-rigward tal-ġestjoni operattiva tiegħu minn eu-LISA. Din id-dispożizzjoni hija trasferita f'artikolu separat u l-kompiti ta' eu-LISA marbuta mat-tmexxija operattiva ta' DubliNet huma ċċarati. Emenda korrispondenti tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 dwar eu-LISA wkoll qed tiġi proposta biex tirrifletti din l-emenda.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

 

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, it-12 ta' Jannar 2017

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-EURODAC għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013] li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida, għall-idenifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjedu illegalment dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-EURODAC mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (riformulat)

COM(2016)0272 tal-4.5.2016 – 2016/0132(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu iktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzzjoni ta' atti legali, u b'mod partikulari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa' fil-31 ta' Mejju u fis-7 ta' Lulju 2016 sabiex janalizza, fost oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.

 

F'dawk il-laqgħat, eżami tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jerġa' jfassal ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja rriżulta fil-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li stabbilixxa, bi ftehim komuni, dan li ġej:

 

1. Il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati bidliet sostantivi:

- fl-ewwel kunsiderazzjoni, iż-żieda proposta ta' referenza għall-Artikolu 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

- fil-Premessa 46, iż-żieda tal-kliem "u l-migrazzjoni";

- fl-Artikolu 9(1)(b), iż-żieda tal-kelma "sussegwentement";

- it-test kollu tal-Artikolu 15;

- fl-Artikolu 26(6), it-tħassir propost tal-kliem finali "skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013";

- fl-Artikolu 37(2), is-sostituzzjoni proposta tal-kliem "riskju serju" b'"riskju reali".

2. Fit-Titolu tal-Artikolu 14, il-kelma "Paragun" kellha tiġi mmarkata bl-"ingassatura doppja".

 

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi l-ebda emenda sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma ikkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil sustantiv, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

 

F. DREXLER   H. LEGAL   L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult   Ġurikonsult   Direttur Ġenerali

 

 

[1] ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.