Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

 

2016/0223(COD)

2.3.2017

***I

ABBOZZ TA' RAPPORT

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

( COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD) )

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Tanja Fajon

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  62

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT MINGĦANDHOM  65

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

( COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2016)0466 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 78(2)(a) u (b) u 79(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0324/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ( A8-0000/2017 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex jitnaqqsu inċentivi biex wieħed jiċċaqlaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea u tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jitħeġġu jibqgħu fl-Istat Membru li jagħtihom protezzjoni u tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

__________________

__________________

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tippreferi li jiġu stabbiliti inċentivi pożittivi għal benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li jibqgħu fl-Istat Membru li jagħtihom protezzjoni.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatut tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra), hija parti kostitwenti mill-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu l-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika jenħtieġ li tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu, bejn l-Istati Membri.

(2)  Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatut tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra), hija parti kostitwenti mill-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu l-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika jenħtieġ li tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Solidarjetà ġenwina tinvolvi d-distribuzzjoni xierqa ta' dawk li jkunu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali fl-Istati Membri. Solidarjetà finanzjarja m'għandhiex tiġi meqjusa bħala forma preferuta ta' solidarjetà.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Bħalissa, l-Istati Membri jirrikonoxxu biss deċiżjonijiet dwar l-asil maħruġa minn Stati Membri oħra fejn dawn id-deċiżjonijiet jirrifjutaw li jagħtu protezzjoni internazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tajba tal-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jappella għal status uniformi tal-asil validu fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jimxu lejn ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet dwar l-asil maħruġa minn Stati Membri oħra li jagħtu protezzjoni internazzjonali lill-persuni fil-bżonn.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Fl-aħħar mill-aħħar, rikonoxximent reċiproku sħiħ ta' deċiżjonijiet dwar protezzjoni internazzjonali meħuda mill-Istati Membri se jkun meħtieġ sabiex ikun stabbilit status verament uniformi ta' protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni. Ir-rapporteur tqis li dan għandu jkun ibbażat fuq status uniformi ta' asil u ta' protezzjoni sussidjarja li jkun validu fl-Unjoni kollha; proċeduri, kriterji u standards komuni dwar il-kondizzjonijiet sabiex jintlaqgħu l-applikanti għal asil jew għal protezzjoni sussidjarja.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016, il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b'mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-aġenzija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma' talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Tipproponi wkoll triq 'il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016.

(4)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016, il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b'mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-aġenzija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil (l-Aġenzija). Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma' talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Madankollu, tonqos milli tipproponi triq 'il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016.

__________________

__________________

32 COM (2016) 197 final.

32 COM (2016) 197 final.

33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16.

33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16.

Or. en

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(5)  Politika komuni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata fuq status uniformi. Sabiex nimxu lejn SEKA li tiffunzjona sew jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistemi nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Fl-istess ħin, huwa importanti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma jingħatawx piż amministrattiv eċċessiv. Għaldaqstant, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata lil dawk li jeħtiġuha. Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit tul armonizzat għall-permessi ta' residenza, li għandu jieħu kont sħiħ tal-prattika attwali fl-Istati Membri, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lil benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-tul armonizzat ta' permessi ta' residenza mogħtija lil dawk li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali għandu iqis bis-sħiħ il-prattika attwali fl-Istati Membri u m'għandux ikun ibbażat fuq il-prinċipju “tellieqa l-isfel”.

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni kollha fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fl-Istati Membri kollha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-persuni kollha fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess drittijiet madwar l-Unjoni.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Tenħtieġ madankollu aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja, li tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, fejn dan il-movimenti seta' ġie kkawżat minn kwalunkwe differenza fil-miżuri nazzjonali legali meħuda għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifika sostitwita minn dan ir-Regolament.

(8)  Approssimazzjoni akbar tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja għandha tgħin barra minn hekk biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ċar li d-differenzi fit-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki eżistenti huma l-kawża ta' movimenti sekondarji.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju nazzjonali ieħor mogħti mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom lil dawk li ma jikkwalifikawx għall-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus tal-protezzjoni sussidjarja. Jekk jinħareġ xi status minn dawn, għandu jinħareġ b'tali mod li ma jinvolvix riskju ta' konfużjoni mal-protezzjoni internazzjonali.

(9)  Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju nazzjonali ieħor mogħti mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom lil dawk li ma jikkwalifikawx għall-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus tal-protezzjoni sussidjarja.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Sakemm l-istatus umanitarju nazzjonali għal protezzjoni umanitarja jkompli jeżisti, huwa diffiċli ħafna li wieħed jifhem kif ma jkunx hemm riskju ta' konfużjoni ma' status ta' rifuġjat u status ta' protezzjoni sussidjarja.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Kandidati ta' risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, inklużi r-regoli biex jiġi skoraġġit il-moviment sekondarju.

(10)  Kandidati ta' risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tippreferi li jiġu stabbiliti inċentivi pożittivi għal benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li jibqgħu fl-Istat Membru li jagħtihom protezzjoni.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għall-asil, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, sigurtà soċjali u assistenza soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għall-asil, in-nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, is-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoq.

Or. en

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u r-Rifuġjati għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b'mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom.

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b'mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jisfruttaw fis-sħiħ, fil-livelli kollha ta' governanza, il-possibilitajiet offruti minn fondi li mhumiex direttament relatati mal-politika tal-asil u tal-migrazzjoni iżda li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw azzjonijiet f'dan il-qasam, pereżempju l-azzjonijiet ta' integrazzjoni, bħal dawk disponibbli fil-qafas tal-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, Orizzont 2020, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza. Dawk il-fondi għandhom ikunu direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-azzjonijiet li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltajiet tagħhom.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-titlu korrett huwa l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jitħeġġu biex jimmassimizzaw il-kapaċità ta' assorbiment tagħhom b'rabta ma' fondi oħra li jistgħu jipprovdu finanzjament għall-azzjonijiet ta' integrazzjoni għal persuni fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropew għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu b'mod partikolari l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34

(14)  L-Aġenzija jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34 . Barra minn hekk, fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni kollha rilevanti mill-UNHCR u minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fuq il-post.

__________________

__________________

34 COM(2016)271 final.

34 COM(2016)271 final.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li r-rapporteur jaqbel li informazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jivvalutaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-Aġenzija m'għandhiex tkun l-uniku sors ta' informazzjoni. Jeħtieġ li l-UNHCR u atturi rilevanti oħra fuq il-post jipprovdu wkoll informazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi.

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru.

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra d-diversità tal-familja, iċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi familji ffurmati kemm barra mill-pajjiż ta' oriġini u l-familji ffurmati wara l-wasla tagħhom fit-territorju ta' dan l-Istat, bl-esklużjoni, fil-każijiet kollha, taż-żwiġijiet furzati. Jeħtieġ li l-kunċett ta' konjugi u sieħba ma jagħmilx distinzjoni bejn konjuġi jew sħab bħal dawn fuq il-bażi tas-sess tagħhom.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Familji ffurmati wara l-wasla tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru għandhom jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' membri tal-familja. Madankollu, iż-żwiġijiet furzati - irrispettivament minn fejn iseħħu - għandhom jiġu esklużi.

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  B'mod partikolari, hu meħtieġ li wieħed jintroduċi aspetti komuni tal-bżonnijiet għall-protezzjoni li jinħolqu sur place, sorsi ta' dannu u protezzjoni, protezzjoni interna u persekuzzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-persekuzzjoni.

(22)  B'mod partikolari, hu meħtieġ li wieħed jintroduċi aspetti komuni tal-bżonnijiet għall-protezzjoni li jinħolqu sur place, sorsi ta' dannu u protezzjoni u persekuzzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-persekuzzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur ma temminx li l-kunċett ta' protezzjoni interna huwa żviluppat tajjeb, ċar u sikur, biżżejjed sabiex jiġi applikat b'mod armonizzat kompletament.

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, jew mill-Istat jew minn partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, li jikkontrollaw reġjun jew żona akbar fit-territorju tal-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, jew mill-Istat jew minn partijiet jew organizzazzjonijiet, inkarigati mill-Istat, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jikkontrollaw reġjun jew żona akbar fit-territorju tal-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 1D tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tapplika wkoll għal persuni li jirċievu protezzjoni mill-UNHCR li għandu jiġi inkarigat mill-Istat sabiex ikun preżenti fit-territorju ta' dak l-Istat. Barra minn hekk, atturi mhux Statali m'għandhomx jitqiesu bħala atturi ta' protezzjoni, sakemm ma jkunux ġew inkarigati mill-Istat speċifikament biex jagħmlu hekk, ladarba ma jistgħux jinżammu responsabbli fil-qafas tad-dritt internazzjonali; dawn jistgħu biss jipprovdu protezzjoni temporanja u limitata fl-effikaċja tagħha.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Protezzjoni interna mill-persekuzzjoni jew dannu serju jenħtieġ li tkun disponibbli b'mod effettiv għall-applikant f'parti mill-pajjiż ta' oriġini fejn dan jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali għalih, jikseb dħul għalih u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jissetilja. Il-valutazzjoni ta' jekk teżistix din il-protezzjoni interna jenħtieġ li tkun parti inerenti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u jenħtieġ li titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna jenħtieġ li jaqa' fuq l-awtorità determinanti.

(24)  Protezzjoni interna mill-persekuzzjoni jew dannu serju tista' tkun disponibbli b'mod effettiv għall-applikant f'parti mill-pajjiż ta' oriġini fejn dan jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali għalih, jikseb dħul għalih u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jissetilja. Il-valutazzjoni ta' jekk teżistix din il-protezzjoni interna tista' tifforma parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm l-Istat jew l-aġenti tal-Istat mhumiex l-atturi tal-persekuzzjoni jew dannu serju. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna jenħtieġ li jaqa' esklużivament fuq l-awtorità determinanti iżda m'għandux jipprekludi l-applikant milli jippreżenta provi biex jikkonfuta kwalunkwe konstatazzjoni mill-awtorità determinanti li protezzjoni interna hija disponibbli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jużaw il-kunċett ta' protezzjoni interna fl-eżami globali tagħhom ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Madankollu, tali alternattiva m'għandhiex tiġu invokata mill-Istati Membri f'ċirkostanzi fejn il-persekuzzjoni jew dannu serju ġej mill-Istat jew aġenti assoċjati mal-Istat.

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fejn l-Istat jew l-aġenti tal-Istat huma l-atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju, jenħtieġ li jkun hemm preżunzjoni li l-protezzjoni effettiva mhijiex disponibbli għall-applikant. Fejn l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, id-disponibbiltà ta' arranġamenti ta' kura u kustodja xierqa, li jkunu fl-aħjar interessi tal-minorenni mhux akkumpanjat, jenħtieġ li tifforma parti mill-valutazzjoni dwar jekk dik il-protezzjoni hijiex effettivament disponibbli.

(25)  Fejn l-Istat jew l-aġenti tal-Istat huma l-atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju, jenħtieġ li jkun hemm preżunzjoni li l-protezzjoni effettiva mhijiex disponibbli għall-applikant u d-dispożizzjoni relatata mal-protezzjoni interna jenħtiġx li ma tapplikax. Fejn l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, id-disponibbiltà ta' arranġamenti ta' kura u kustodja xierqa, li jkunu fl-aħjar interessi tal-minorenni mhux akkumpanjat, jenħtieġ li tifforma parti mill-valutazzjoni dwar jekk dik il-protezzjoni hijiex effettivament disponibbli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-alternattiva tal-protezzjoni interna għandhiex tiġi invokata mill-Istati Membri f'ċirkostanzi fejn il-persekuzzjoni jew dannu serju ġej mill-Istat jew aġenti assoċjati mal-Istat.

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jenħtieġ, meta jiġu eżaminati applikazzjonijiet minn minorenni għal protezzjoni internazzjonali, li l-awtoritajiet determinanti jqisu l-forom ta' persekuzzjoni speċifiċi għat-tfal.

(26)  Jenħtieġ, meta jiġu eżaminati applikazzjonijiet minn minorenni għal protezzjoni internazzjonali, li l-awtoritajiet determinanti jqisu l-forom ta' persekuzzjoni speċifiċi għat-tfal jew in-nuqqas ta' protezzjoni minn tali atti ta' persekuzzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' protezzjoni mill-persekuzzjoni hija wkoll fattur li għandu jiġi kkunsidrat fil-valutazzjoni tad-disponibbiltà ta' protezzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-minorenni.

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta' persekuzzjoni “sħubija fi grupp soċjali partikolari”. Minħabba l-bżonn li tingħata tifsira ta' grupp soċjali partikolari, kwistjonijiet li jinħolqu mis-sess ta' applikant, inkluża l-identità sesswali u l-orjentazzjoni sesswali, li jistgħu jkunu relatati ma' ċerti tradizzjonijiet u drawwiet legali, li jirriżultaw pereżempju f'mutilazzjoni ġenitali, sterilizzazzjoni furzata, jew abort furzat, jenħtieġ li jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom, sa fejn ikunu relatati mal-biża' ġustifikata tal-applikant minn persekuzzjoni.

(28)  Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta' persekuzzjoni “sħubija fi grupp soċjali partikolari”. Minħabba l-bżonn li tingħata tifsira ta' grupp soċjali partikolari, kwistjonijiet li jinħolqu mis-sess ta' applikant, inkluża l-identità sesswali, il-karatteristiċi tas-sess u l-orjentazzjoni sesswali, li jistgħu jkunu relatati ma' ċerti tradizzjonijiet legali u drawwiet, li jirriżultaw pereżempju f'mutilazzjoni ġenitali, sterilizzazzjoni furzata, jew abort furzat, jenħtieġ li jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom, sa fejn ikunu relatati mal-biża' ġustifikata tal-applikant minn persekuzzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-karatteristiċi tas-sess ta' applikant li jistgħu jkunu fattur fid-determinazzjoni dwar jekk l-applikant jappartjenix għal grupp soċjali partikolari.

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  F'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b'mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-omosesswalità b'mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw lill-omosesswali u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha.

(29)  F'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b'mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha. Barra minn dan, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jikkonstatawx li hemm nuqqas ta' kredibilità fid-dikjarazzjonijiet tal-applikant għall-unika raġuni li l-applikant ma invokax l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tiegħu jew tagħha meta hu jew hi l-ewwel stabbilixxa jew stabbilixxiet id-dettalji tal-persekuzzjoni tiegħu jew tagħha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Komunikazzjoni tardiva hija waħda mill-erba' parametri msemmija f'sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża ta' A, B u C vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, tat-2 ta' Diċembru 2014 iżda ma ġietx imsemmija fit-test tal-Kummissjoni u għandha tiġi miżjuda. Għal persuni LGBTI li jfittxu asil, il-biża' u l-istigma ta' spiss iwasslu għal komunikazzjoni tardiva tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tagħhom. L-applikazzjonijiet tagħhom m'għandhomx jiġu preġudikati minħabba ta' tali komunikazzjoni tardiva biss.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)  Ir-rikonoxximent ta' status ta' protezzjoni sussidjarja huwa att dikjaratorju.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Peress li kemm l-istatus ta' rifuġjat kif ukoll l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja għandhom, fil-fehma tar-Rapporteur, jagħtu lok għall-istess drittijiet fl-Istat Membru li qed jagħti l-protezzjoni, l-istatus tagħhom għandhom jiġu ugwali fir-Regolament.

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Bil-għan li jiġi valutat dannu serju li jista' jikkwalifika lill-applikanti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, il-kunċett ta' vjolenza mingħajr distinzjoni, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jinkludu vjolenza li tista' tiġi estiża għal persuni irrispettivament miċ-ċirkostanza personali tagħhom.

(34)  Bil-għan li jiġi valutat dannu serju li jista' jikkwalifika lill-applikanti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, il-kunċett ta' vjolenza mingħajr distinzjoni, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jinkludu vjolenza li tista' tiġi estiża għal persuni irrispettivament miċ-ċirkostanza personali tagħhom. Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi ddeterminat jekk teżistix vjolenza indiskriminata jistgħu jinkludu aggressjoni esterna, okkupazzjoni, ħakma barranija, kunflitti interni, ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew avvenimenti li serjament jiddisturbaw l-ordni pubblika fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, jew f'parti minnu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ċerti fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jkun qed jiġi kkunsidrat jekk hemmx vjolenza indiskriminata. Din il-lista mhijiex eżawrjenti.

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)  Persuna li teħtieġ protezzjoni minħabba li hu jew hi li ma jistgħux imorru lura lejn il-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha minħabba diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem għandhom ukoll ikunu eliġibbli biex jikkwalifikaw għall-protezzjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Persuni jew gruppi ta' persuni, li, għal raġunijiet konvinċenti ta' tibdil f'daqqa jew progressiv fl-ambjent li affettwa avversament ħajjithom jew il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom, huma obbligati jħallu d-djar abitwali tagħhom u qed ifittxu u għandhom bżonn ta' protezzjoni għandhom jikkwalifikaw taħt dan ir-Regolament għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-permess ta' residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba jew li jiġġedded wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

(37)  Il-permess ta' residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Huwa irrilevanti jekk il-permess ta' residenza jew dokument tal-ivvjaġġar jinħariġx għall-ewwel darba jew iġġedded, peress li dan għandu jkun dejjem konformi mar-Regolamenti rispettivi.

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta' residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta' rifuġjati, u għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta' benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament.

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament.

__________________

__________________

37 COM(2016)271 final.

37 COM(2016)271 final.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Reviżjoni sistematika tal-bżonn ta' protezzjoni tista' tirriżulta fl-użu ta' ħafna riżorsi għall-awtoritajiet determinanti tal-Istati Membri. Mhuwiex assolutament il-każ li l-awtoritajiet responsabbli għal deċiżjonijiet dwar il-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali huma l-istess awtoritajiet bħal dawk li joħorġu permessi ta' residenza. Huwa importanti wkoll li ma jiġux indebitament imminati l-prospetti ta' integrazzjoni permezz tal-perċezzjoni li l-protezzjoni tista' tkun temporanja biss.

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 41

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Meta l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta' raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta' familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

(41)  Meta l-istatus ta' benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali ma jibqax jeżisti, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirtira l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta' raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta' familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

Or. en

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Dawk il-benefiċjarji li huma fil-pussess ta' dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta' residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jenħtieġ li jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen38 u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen39 . Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu japplikaw bl-istess mod biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li ta l-protezzjoni, f'konformità mar-regoli rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fuq il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg bi kwalifiki għoljin40 u regoli nazzjonali; madankollu, dan ma jimplikax kwalunkwe trasferiment tal-protezzjoni internazzjonali u drittijiet relatati.

(42)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Dawk il-benefiċjarji li huma fil-pussess ta' dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta' residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jenħtieġ li jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, matul il-perjodu ta' permanenza awtorizzat, għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen38 u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen39 . Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu japplikaw bl-istess mod biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li ta l-protezzjoni, f'konformità mar-regoli rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fuq il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg bi kwalifiki għoljin40 u regoli nazzjonali; madankollu, dan ma jimplikax kwalunkwe trasferiment tal-protezzjoni internazzjonali u drittijiet relatati.

__________________

__________________

38 Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

38 Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

39 Il-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom.

39 Il-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom.

40 COM (2016) 378 final.

40 COM (2016) 378 final.

Or. en

Ġustifikazzjoni

M'hemmx għalfejn li premessa jkun fiha dawn l-elementi dettaljati rigward il-perjodi ta' żmien li jistgħu jiġu soġġetti għal reviżjoni u li huma parti mid-dispożizzjonijiet ta' promulgazzjoni fl-artikoli. Il-premessi għandhom pjuttost jistabbilixxu r-raġuni tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-att.

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 43

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41

(43)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41.

__________________

__________________

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

Or. en

Ġustifikazzjoni

Skont l-approċċ tar-Rapporteur biex il-benefiċjarji jitħeġġu jibqgħu u jintegraw fl-Istat Membru li jagħti protezzjoni internazzjonali, il-prevenzjoni ta' movimenti sekondarji għandha tiġi milqugħa b'sodisfazzjon bħala riżultat sekondarju ta' politika bħal din iżda mhux m'għandhiex titqies l-għan.

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 44

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul 2003/109/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta' ħames (5) snin wara liema l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta' Resident fit-Tul jenħtieġ li jerġa' jinbeda kull darba li l-persuna tinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta' permanenza jew residenza f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

(44)  Sabiex jitħeġġu l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li jibqgħu fl-Istat Membru li tahom protezzjoni bħal din, it-tul ta' żmien tal-permessi ta' residenza mogħtija lilhom għandhom ikunu armonizzati għal perjodu xieraq ta' żmien.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-moviment sekondarju ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandu jiġi skoraġġut mhux permezz tal-promozzjoni ta' sanzjonijiet kontra l-benefiċjarji iżda billi jitħeġġu jibqgħu fl-Istat Membru li jagħti protezzjoni u jintegraw hemmhekk. Waħda minn dawn il-forom ta' inkoraġġiment hija l-armonizzazzjoni tat-tul tal-permessi ta' residenza konċessi lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għal perjodu ta' żmien twil biżżejjed. Tali perjodu armonizzat għandu jqis il-prattiki attwali fl-Istati Membri.

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 45

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Il-kunċett ta' sigurtà nazzjonali u ordni pubbliku jkopri wkoll każijiet li fihom ċittadin ta' pajjiż terz jappartjeni għal assoċjazzjoni li tappoġġja terroriżmu internazzjonali jew tappoġġja din l-assoċjazzjoni.

(45)  Il-kunċett ta' sigurtà nazzjonali u ordni pubbliku jkopri wkoll każijiet li fihom ċittadin ta' pajjiż terz jappartjeni għal assoċjazzjoni li tappoġġja terroriżmu internazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' appoġġ għal assoċjazzjoni li, min-naħa tagħha, tappoġġa t-terroriżmu huwa kunċett vag wisq biex jipprovdi ċarezza legali.

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 49a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(49a)  Fid-dawl tal-fatt li l-integrazzjoni hija proċess bilaterali, ir-rispett għall-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni u r-rispett għad-drittijiet fondamentali ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkunu parti integrali mill-proċess ta' integrazzjoni. Jenħtieġ li l-integrazzjoni tippromwovi l-inklużjoni, minflok l-iżolament, u l-parteċipazzjoni tal-atturi kollha involuti hija kruċjali għas-suċċess tagħha. Jenħtieġ li l-Istati Membri, li qed jaġixxu fuq il-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, joffru lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali appoġġ u opportunitajiet biex jintegraw u jibnu ħajja fis-soċjetà l-ġdida tagħhom, li jinkludi akkomodazzjoni, korsijiet tal-litteriżmu u tal-lingwa, djalogu interkulturali, edukazzjoni u taħriġ professjonali, kif ukoll aċċess effettiv għall-istrutturi demokratiċi fis-soċjetà.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur temmen li l-integrazzjoni hija wieħed mill-elementi ewlenin li jtejbu l-funzjonament tajjeb tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil. Jekk il-benefiċjarji huma integrati sew fis-soċjetajiet ospitanti tagħhom, inċentivi biex iwettqu movimenti sekondarji għandhom jiġu mnaqqsa b'mod sinifikanti.

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 51

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw xi flessibbiltà biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati għal benefiċċji bażiċi, li għandu jinftiehem li jkopru mill-inqas is-sostenn ta' dħul minimu, għajnuna fil-każ ta' mard, jew tqala, u assistenza lill-ġenituri, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw liċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhijiex ċara r-raġuni l-għala persuni fil-bżonn ta' protezzjoni u li jkunu ngħataw status ta' protezzjoni sussidjarja m'għandhomx jirċievu għajnuna soċjali li minnha jibbenefikaw persuni oħra li jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali. M'għandu jkun hemm ebda trattament mhux ugwali bejn il-persuni fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. Dan huwa kemm legalment dubjużi u mhux ta' għajnuna mil-lat amministrattiv. Ladarba l-bżonn għall-protezzjoni tkun ġiet stabbilita dawn il-persuni kollha għandhom l-istess ħtiġijiet soċjali fl-Istat Membru ospitanti.

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 52a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(52a)  Jenħtieġ li l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jgawdu aċċess għal oġġetti u servizzi u l-provvista ta' oġġetti u servizzi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, inkluż informazzjoni u servizzi ta' konsulenza pprovduti minn uffiċċji tal-impjieg.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni tal-premessa ġiet allinjata mal-kliem propost mill-Kummissjoni Ewropea għal provvedimenti ta' trattament ugwali fi strumenti legali ta' migrazzjoni (b'mod partikolari r-reviżjoni tal-Karta Blu). Il-premessi ġew attwati fl-Artikoli 30 u 35 rispettivament.

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 53

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja, sakemm dawk il-miżuri ta' integrazzjoni jkunu faċilment aċċessibbli, disponibbli u bla ħlas.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur tilqa' d-dispożizzjonijiet dwar aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, iżda temmen li dawn il-miżuri għandhom dejjem ikunu bla ħlas, faċilment aċċessibbli għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali (jiġifieri mhumiex limitati għal belt jew żewġ bliet kbar fi Stat Membru), u jieħdu kont ta' kwalunkwe ħtieġa partikolari tal-benefiċjarju inkwistjoni. Dan huwa saħansitra aktar imperattiv jekk Stat Membru jixtieq jagħmel il-parteċipazzjoni obbligatorja għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  “membri tal-familja” tfisser, sa fejn il-familja tkun diġà eżistiet qabel ma l-applikant ikun wasal fit-territorju tal-Istati Membri, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li ġejjin li huma preżenti fl-istess Stat Membru fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:

(9)  “membri tal-familja” tfisser, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li ġejjin li huma preżenti fit-territorju tal-Istati Membri:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Familji ffurmati wara l-wasla tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru għandhom jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' membri tal-familja. Madankollu, iż-żwiġijiet furzati, irrispettivament minn fejn iseħħu, għandhom jiġu esklużi.

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-konjuġi tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali jew is-sieħeb/sieħba tiegħu f'relazzjoni stabbli, fejn il-liġi jew il-prattiki tal-Istat Membru interessat tittratta koppji mhux miżżewġa b'mod paragunabbli għal koppji miżżewġa skont il-liġi li tirrigwarda ċittadini ta' pajjiż terz;

(a)  il-konjuġi tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali jew is-sieħeb/sieħba tiegħu f'relazzjoni stabbli, fejn il-liġi jew il-prattiki tal-Istat Membru interessat jittrattaw koppji mhux miżżewġa b'mod paragunabbli għal koppji miżżewġa skont il-liġi nazzjonali rilevanti;

Or. en

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tfal minorenni tal-koppji msemmija fil-punt (a) jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, fuq kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u indipendentement mill-fatt jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit skont liġi nazzjonali;

(b)  it-tfal minorenni tal-koppji msemmija fil-punt (a) jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali,indipendentement mill-fatt jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit jew rikonoxxut skont liġi nazzjonali;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur ma temminx li l-status ta' miżżewweġ jew mhux miżżewweġ tat-tfal għandu jkun fattur meta jiġu determinati l-membri ta' familja.

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 –punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, meta dak il-benefiċjarju hu minorenni jew mhux miżżewweġ;

(c)  fejn il-benefiċjarju hu minorenni, il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-benefiċjarju, sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur ma temminx li l-status ta' miżżewweġ jew mhux miżżewweġ tat-tfal għandu jkun fattur meta jiġu determinati l-membri ta' familja.

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-aħwa tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan l-inċiż huwa meħud mid-definizzjoni ta' “membri tal-familja” proposta fir-riformulazzjoni l-ġdida tar-Regolament ta' Dublin.

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  “gwardjan” tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu żgurati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ.

(19)  “gwardjan” tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu salvagwardjati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u l-benessri tiegħu/tagħha u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-armonizzazzjoni tad-definizzjonijiet u riferiment għall-Artikolu 3 tal-UNCRC.

 

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Għandu jikkoopera mal-awtorità determinanti u għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura.

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. L-awtorità determinanti u l-applikant għandhom jikkooperaw tul il-proċedura kollha. L-applikant għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura.

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huma l-awtoritajiet determinanti li għandhom jikkooperaw mal-applikant meta jiddeterminaw l-elementi rilevanti tal-każ. Din il-formulazzjoni ntużat wkoll fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva eżistenti.

 

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-proċeduri.]

3.  L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-proċeduri.]

Or. en

 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-applikant ikun għamel sforz ġenwin sabiex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha;

(a)  l-applikant ikun għamel sforz ġenwin sabiex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali;;

Or. en

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-applikant ikun applika għal protezzjoni internazzjonali l-aktar kmieni possibbli, sakemm l-applikant jkun jista' jagħti raġuni tajba għaliex ma jkunx għamel dan;

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Hemm ħafna raġunijiet għalfejn applikant ma jfittxix protezzjoni internazzjonali immedjatament. Il-fatt dwar jekk l-applikant ikunx applika għal protezzjoni internazzjonali l-aktar kmieni possibbli m'għandux jiddetermina il-piż marbut mad-dikjarazzjonijiet tal-applikant

 

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, applikant li jiddepożita applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] normalment m'għandux jingħata status ta' rifuġjat jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

3.  Dment li kwalunkwe deċiżjoni meħuda hija f'konformità sħiħa mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, applikant li jiddepożita applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jiġi rrifjutat l-istatus ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tagħmilha ċara li l-applikant ma huwiex obbligat li jaġixxi b'mod diskret, jastjeni mill-prattika reliġjuża jew jaħbi l-orjentazzjoni sesswali tiegħu biex ikun intitolat għal protezzjoni internazzjonali. Jekk il-protezzjoni internazzjonali għandha tinċaħad, allura kwalunkwe tali rifjut għandu jkun f'konformità sħiħa mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, u mal-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE u l-QEDB.

 

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat

(b)  partijiet jew organizzazzjonijiet, inkarigati mill-Istat, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 1D tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tapplika wkoll għal persuni li jirċievu protezzjoni mill-UNHCR li għandu jiġi inkarigat mill-Istat sabiex ikun preżenti fit-territorju ta' dak l-Istat. Barra minn hekk, atturi mhux Statali m'għandhomx jitqiesu bħala atturi ta' protezzjoni, sakemm ma jkunux ġew inkarigati mill-Istat speċifikament biex jagħmlu hekk, ladarba ma jistgħux jinżammu responsabbli fil-qafas tad-dritt internazzjonali; dawn jistgħu biss jipprovdu protezzjoni temporanja u limitata fl-effikaċja tagħha.

 

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

sakemm dawn iridu u jistgħu joffru protezzjoni skont il-paragrafu 2.

sakemm dawn iridu u jistgħu jipprovdu protezzjoni skont il-paragrafu 2.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Protezzjoni għall-applikant trid tintwera fil-prattika u f'dak il-każ partikolari, u mhux biss fil-prinċipju jew f'termini ġenerali. Għandu jintwera mill-awtorità kompetenti li l-protezzjoni ma tkunx biss temporanja u limitata l-effikaċja tagħha.

 

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bħala parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti għandha tiddetermina li applikant mhuwiex fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jekk ikun jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali lejn parti mill-pajjiż ta' oriġini u jkun jista' jikseb dħul għalih u jkun mistenni b'mod raġonevoli li jissetilja fih u jekk f'dik il-parti mill-pajjiż, hu:

1.  Bħala parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, u sakemm l-Istat jew l-aġenti tal-istat mhumiex l-atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju, l-awtorità determinanti tista' tiddetermina li applikant mhuwiex fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jekk ikun jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali lejn parti mill-pajjiż ta' oriġini u jkun jista' jikseb dħul għalih u jkun mistenni b'mod raġonevoli li jissetilja fih u jekk f'dik il-parti mill-pajjiż, hu:

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-alternattiva tal-protezzjoni interna għandhiex tiġi invokata mill-Istati Membri f'ċirkostanzi fejn il-persekuzzjoni jew dannu serju ġej mill-Istat jew aġenti assoċjati mal-Istat. Barra minn hekk, peress li l-applikazzjoni tal-kunċett ta' protezzjoni interna tvarja ħafna fost l-Istati Membri u peress li l-kunċett mhuwiex użat b'mod uniformi, din għandha tibqa' għażla għall-Istati Membri.

 

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandha titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandu jaqa' fuq l-awtorità determinanti. L-applikant m'għandux ikun meħtieġ jipprova li, qabel ma jfittex il-protezzjoni internazzjonali, ikun eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha biex tinkiseb protezzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

2.  L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandu jaqa' fuq l-awtorità determinanti. Dak m'għandux jipprekludi lill-applikant milli jippreżenta xi provi biex jikkonfuta kwalunkwe konstatazzjoni mill-awtorità determinanti li protezzjoni interna hija disponibbli. L-applikant m'għandux ikun meħtieġ jipprova li, qabel ma jfittex il-protezzjoni internazzjonali, ikun eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha biex tinkiseb protezzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ma teżisti l-ebda raġuni valida l-għala d-deċiżjoni dwar tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandha sseħħ wara li l-awtorità determinanti tkun diġà ddeċidiet li l-applikant kieku kien ikun fil-bżonn ta' protezzjoni. Din għandha tkun parti mill-valutazzjoni globali tal-bżonn ta' protezzjoni għall-applikant. Barra minn hekk, filwaqt li r-Rapporteur tilqa' l-fatt li l-oneru tal-prova qed jitqiegħed fuq l-awtorità determinanti b'mod ċar, dan m'għandux jipprekludi lill-applikant milli jikkonfuta kwalunkwe konstatazzjoni li protezzjoni interna hija disponsibbli għalih.

 

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-kunċett ta' grupp soċjali partikolari għandu jinkludi, partikolarment, grupp fejn:

(d)  il-kunċett ta' sħubija ma' grupp soċjali partikolari għandu jinkludi, partikolarment, grupp fejn:

Or. en

 

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  membri jaqsmu karatteristika innata, jew sfond komuni li ma jistax jinbidel, jew jaqsmu karatteristika jew twemmin li tant huwa fundamentali għall-identità jew il-kuxjenza li persuna m'għandhiex tiġi sfurzata li tirrinunzja għalih, u

-  membri jaqsmu karatteristika innata, jew sfond komuni li ma jistax jinbidel, jew jaqsmu karatteristika jew twemmin li tant huwa fundamentali għall-identità jew il-kuxjenza li persuna m'għandhiex tiġi sfurzata li tirrinunzja għalih, jew

Or. en

Ġustifikazzjoni

Iż-żewġ inċiżi iddeskrivu żewġ modi li bihom grupp soċjali partikolari jista' jeżisti. L-inċiżi għandhom għalhekk ikunu alternattivi u mhux kumulattivi.

 

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

skont iċ-ċirkostanzi fil-pajjiż ta' oriġini, il-kunċett jista' jinkludi grupp ibbażat fuq karatteristika komuni ta' orjentazzjoni sesswali (terminu li jista' jinftiehem li jinkludi atti kkunsidrati bħala kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri); aspetti relatati mas-sess, inkluża l-identità sesswali, għandhom jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom sabiex tiġi determinata sħubija fi grupp soċjali partikolari jew identifikata karatteristika ta' grupp bħal dan;

skont iċ-ċirkostanzi fil-pajjiż ta' oriġini, il-kunċett għandu jinkludi grupp ibbażat fuq karatteristika komuni ta' orjentament sesswali u aspetti relatati mas-sess, inkluża l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess. Dawn l-aspetti għandhom jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom sabiex tiġi determinata sħubija fi grupp soċjali partikolari jew identifikata karatteristika ta' grupp bħal dan.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-rabta tal-orjentazzjoni sesswali ma' atti meqjusa kriminali m'għandhiex postha u għandha titneħħa. L-orjentazzjoni sesswali fil-leġiżlazzjoni qatt ma tista' tfisser atti li huma meqjusa bħala kriminali u dan m'għandu l-ebda valur miżjud peress li l-kunċett ta' orjentazzjoni sesswali huwa definit b'mod ċar mit-Trattati Ewropej u d-dritt tal-UE, u b'hekk ukoll rikonoxxut mid-dritt nazzjonali.

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-valutazzjoni jekk applikant għandux biża' ġustifikata li jiġi ppersegwitat, l-awtorità determinanti ma tistax tistenna raġonevolment lil applikant iġib ruħu b'mod diskret jew jastjeni minn ċerti prattiki, fejn din l-imġiba jew dawn il-prattiki jkunu inerenti għall-identità tiegħu jew tagħha, biex jiġi evitat ir-riskju ta' persekuzzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

3.  Fil-valutazzjoni jekk applikant għandux biża' ġustifikata li jiġi ppersegwitat, l-awtorità determinanti ma tistax tistenna raġonevolment lil applikant iġib ruħu b'mod diskret jew jastjeni minn ċerti prattiki, fejn din l-imġiba jew dawn il-prattiki jkunu inerenti għall-identità jew il-kuxjenza tiegħu jew tagħha, biex jiġi evitat ir-riskju ta' persekuzzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

Or. en

Ġustifikazzjoni

It-terminu “identità” hija naqra ristrettiva. Jista' jkun l-kuxjenza ta' persuna li twassal li jkollha biża ġustifikata li tiġi persegwitata.

 

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Persuna li tkun ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandha tiġi eskluża milli tkun rifuġjat jekk:

1.  Persuna li tkun ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandha tiġi eskluża mill-ambitu ta' dan ir-Regolament jekk:

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 1(D) tal-Konvenzjoni ta' Genève ma jiċħadx l-istatus ta' “rifuġjat” lil ċerti kategoriji ta' persuni. Dan sempliċement jċaħħadhom minn drittijiet u benefiċċji tal-Konvenzjoni. Peress li dan l-Artikolu hu wkoll ispirat tal-Artikolu 1(D) tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, l-istess approċċ għandu jiġi segwit f'dan ir-Regolament.

 

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, l-atti li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala atti serji mhux politiċi:

imħassar

(a)   azzjonijiet partikolarment krudili meta l-att inkwistjoni jkun sproporzjonat għall-allegat objettiv politiku,

 

(b)   atti terroristiċi, li huma karatterizzati mill-vjolenza tagħhom lejn popolazzjonijiet ċivili, anke jekk jitwettqu b'objettiv allegatament politiku.

 

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE, imsemmija fil-Premessa 31, tinterpreta d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-Artikolu 12(2)(b) u (c). Iż-żieda ta' paragrafu addizzjonali fl-Artikolu jżid il-konfużjoni biss. L-interpretazzjoni tal-QtĠ-UE hija stipulata fil-Premessa 31 u hija ċara u suffiċjenti sabiex tinterpreta l-Artikolu 12(2)(b) u (c) fir-rigward tat-terroriżmu u partikolarment azzjonijiet krudili. Il-paragrafu 5 għandu għalhekk jitħassar.

 

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-esklużjoni ta' persuna minn status ta' rifuġjat għandha tiddependi esklussivament fuq jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi (1) sa (5) u m'għandhiex tkun soġġetta għal kwalunkwe valutazzjoni ta' proporzjonalità addizzjonali fir-rigward tal-każ partikolari.

imħassar

Or. en

Justification

The Commission's proposed text in Article 12(6) is terribly confusing insofar as it refers to case law. The principle of proportionality is a general principle of Union law. The CJEU, in its case-law, has stated that whether someone is refused refugee status on the grounds laid down in Article 12 depends on an assessment of the “seriousness of the acts committed”, which in turn requires taking account of “all the circumstances surrounding the acts in question and the situation of that person”. This inevitably requires a proportionality test. The Commission proposal is misleading in that regard and should be deleted.

 

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Revoka ta', tmiem ta' jew rifjut għat-tiġdid ta' status ta' rifuġjat

L-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi bidliet fit-test kollu.)

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 2(14) ta' dan ir-Regolament propost jipprovdi għal definizzjoni ta' “irtirar ta' protezzjoni internazzjonali”, li hija intiża li tfisser “id-deċiżjoni ta' awtorità kompetenti li tirrevoka, twaqqaf jew tirrifjuta li ġġedded status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja”. Fid-dawl ta' din id-definizzjoni, huwa xieraq li tintuża l-espressjoni “irtirar tal-protezzjoni internazzjonali” tul l-Artikoli kollha u jiġux repetuti kostantament “revoka u, tmien ta' jew rifjut għat-tiġdid ta' stat”.

 

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità determinanti għandha tirrevoka, ittemm jew tirrifjuta li ġġedded l-istatus ta' rifuġjat ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat meta:

1.  L-awtorità determinanti għandha tirtira l-istatus ta' rifuġjat ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat meta:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda mqiegħda fuq il-mejda għall-konsistenza ma' emendi preċedenti.

 

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ikun hemm bażi raġonevoli sabiex il-persuna titqies bħala periklu għas-sigurtà tal-Istat Membru li fih hija tkun preżenti;

(d)  ikun hemm bażi raġonevoli sabiex il-persuna titqies bħala periklu għas-sigurtà tal-Istat Membru li fih hija tkun preżenti, wara li tkun instabet ħatja b'sentenza finali ta' delitt partikolarment serju;

Or. en

Ġustifikazzjoni

M'hemmx motivi fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra li jikkorrispondu għall-motivi għall-irtirar stabbiliti fl-Artikolu 14(1)(d) u (e). Ir-Rapporteur temmen li dawn għandhom jingħaqdu peress li huwa l-fatt li l-persuna tkun instabet ħatja delitt serju li se jipprovdi l-“motiv raġonevoli” sabiex jiġi stabbilit li dan ir-rifuġjat huwa perikolu għas-sigurtà tal-Istat Membru inkwistjoni.

 

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-persuna, wara li tkun instabet ħatja b'sentenza finali ta' delitt partikolarment serju, tikkostitwixxi periklu għall-komunità tal-Istat Membru li fih hija preżenti;

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

M'hemmx motivi fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra li jikkorrispondu għall-motivi għall-irtirar stabbiliti fl-Artikolu 14(1)(d) u (e). Ir-Rapporteur temmen li dawn għandhom jingħaqdu peress li huwa l-fatt li l-persuna tkun instabet ħatja delitt serju li se jipprovdi l-“motiv raġonevoli” sabiex jiġi stabbilit li dan ir-rifuġjat huwa perikolu għas-sigurtà tal-Istat Membru inkwistjoni.

 

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  L-Artikolu 23(2) jiġi applikat.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' non-refoulement huwa assolut skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza rilevanti tal-QtĠ-UE u l-QEDB. Għalhekk, ebda persuna m'għandha tintbagħat lura jekk tkun soġġetta għal tortura jew għal pieni jew trattamenti inumani jew degradanti. Dan il-paragrafu addizzjonali huwa irrelevanti u għandu jitħassar.

 

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (d) sa (f) tal-paragrafu 1, l-awtorità determinanti tista' tiddeċiedi li ma tagħtix status lil rifuġjat, fejn din id-deċiżjoni tkun għadha ma tteħditx.

2.  Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, l-awtorità determinanti tista' tiddeċiedi li ma tagħtix status lil rifuġjat, fejn din id-deċiżjoni tkun għadha ma tteħditx.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda mqiegħda fuq il-mejda għall-konsistenza ma' emendi preċedenti.

 

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Persuni li għalihom japplikaw il-punti (d) sa (f) tal-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandhom ikunu intitolati għal drittijiet stabbiliti jew simili għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 3, 4, 16, 22, 31, 32 u 33 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra sa fejn huma preżenti fl-Istat Membru.

3.  Persuni li għalihom japplika l-punti (d) tal-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandhom ikunu intitolati għal drittijiet stabbiliti jew simili għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 3, 4, 16, 22, 31, 32 u 33 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra sa fejn huma preżenti fl-Istat Membru.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda mqiegħda fuq il-mejda għall-konsistenza ma' emendi preċedenti.

 

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Deċiżjonijiet tal-awtorità determinanti li tirrevoka, ittemm jew tirrifjuta li ġġedded status ta' rifuġjat skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ tliet xhur biss wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni, sabiex iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat jingħataw l-opportunità li japplikaw għal residenza fl-Istat Membru għal raġunijiet oħra f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

5.  Deċiżjonijiet tal-awtorità determinanti li jirtiraw status ta' rifuġjat skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ tliet xhur biss wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni, sabiex iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat jingħataw l-opportunità li japplikaw għal residenza fl-Istat Membru għal raġunijiet oħra f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda mqiegħda fuq il-mejda għall-konsistenza ma' emendi preċedenti.

 

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi applikat l-Artikolu 14(1), l-awtorità determinanti għandha teżamina mill-ġdid l-istatus ta' rifuġjat, b'mod partikolari:

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 14(1), l-awtorità determinanti tista' teżamina mill-ġdid l-istatus ta' rifuġjat, b'mod partikolari meta informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini kif imsemmija fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament tindika bidla sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini li tkun rilevanti għall-bżonnijiet tal-protezzjoni tal-applikant.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Reviżjoni sistematika tal-bżonn ta' protezzjoni tista' tirriżulta fl-użu ta' ħafna riżorsi għall-awtoritajiet determinanti tal-Istati Membri. Mhuwiex assolutament il-każ li l-awtoritajiet responsabbli għal deċiżjonijiet dwar il-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali huma l-istess awtoritajiet bħal dawk li joħorġu permessi ta' residenza. Huwa importanti wkoll li ma jiġux indebitament imminati l-prospetti ta' integrazzjoni permezz tal-perċezzjoni li l-protezzjoni tista' tkun temporanja biss.

 

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini fil-livell tal-Unjoni u analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini kif imsemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] tindika bidla sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini li tkun rilevanti għall-bżonnijiet tal-protezzjoni tal-applikant;

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-punt ingħaqad flimkien mal-parti introduttiva tal-paragrafu 1.

 

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta jiġi mġedded, għall-ewwel darba, il-permess ta' residenza maħruġ lil rifuġjat.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Reviżjoni sistematika tal-bżonn ta' protezzjoni tista' tirriżulta fl-użu ta' ħafna riżorsi għall-awtoritajiet determinanti tal-Istati Membri. Mhuwiex assolutament il-każ li l-awtoritajiet responsabbli għal deċiżjonijiet dwar il-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali huma l-istess awtoritajiet bħal dawk li joħorġu permessi ta' residenza. Huwa importanti wkoll li ma jiġux indebitament imminati l-prospetti ta' integrazzjoni permezz tal-perċezzjoni li l-protezzjoni tista' tkun temporanja biss. Konsegwentement, dan il-punt għandu jitħassar.

 

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  minn theddida serja u individwali għall-ħajja jew għall-persuna ċivili minħabba vjolenza mingħajr distinzjoni f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat internazzjonali jew intern.

(c)  minn theddida serja u individwali għall-ħajja jew għall-persuna ċivili minħabba vjolenza mingħajr distinzjoni f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat internazzjonali jew intern; jew

Or. en

 

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  theddida serja u individwali għal ħajja ta' pajżan jew persuna minħabba diżastru naturali jew ikkawżat mill-bniedem.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Persuni jew gruppi ta' persuni, li, għal raġunijiet konvinċenti ta' tibdil f'daqqa jew progressiv fl-ambjent li affettwa avversament ħajjithom jew il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom, huma obbligati jħallu d-djar abitwali tagħhom u qed ifittxu u għandhom bżonn ta' protezzjoni għandhom jikkwalifikaw taħt dan ir-Regolament għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

 

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Revoka ta', tmiem ta' jew rifjut għat-tiġdid ta' status ta' protezzjoni sussidjarja

L-irtirar ta' status ta' protezzjoni sussidjarja

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi bidliet fit-test kollu.)

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 2(14) ta' dan ir-Regolament propost jipprovdi għal definizzjoni ta' “irtirar ta' protezzjoni internazzjonali”, li hija intiża li tfisser “id-deċiżjoni ta' awtorità kompetenti li tirrevoka, twaqqaf jew tirrifjuta li ġġedded status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja”. Fid-dawl ta' din id-definizzjoni, huwa xieraq li tintuża l-espressjoni “irtirar tal-protezzjoni internazzjonali” tul l-Artikoli kollha u jiġux repetuti kostantament “revoka u, tmien ta' jew rifjut għat-tiġdid ta' stat”.

 

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità determinanti għandha tirrevoka, ittemm jew tirrifjuta li ġġedded l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, fejn:

1.  L-awtorità determinanti għandha tirtira l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, fejn:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda mqiegħda fuq il-mejda għall-konsistenza ma' emendi preċedenti.

 

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  L-Artikolu 23(2) jiġi applikat.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' non-refoulement huwa assolut skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza rilevanti tal-QtĠ-UE u l-QEDB. Għalhekk, ebda persuna m'għandha tintbagħat lura jekk tkun soġġetta għal tortura jew għal pieni jew trattamenti inumani jew degradanti. Dan il-paragrafu addizzjonali huwa irrelevanti u għandu jitħassar.

 

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Deċiżjonijiet tal-awtorità determinanti li tirrevoka, ittemm jew tirrifjuta li ġġedded status ta' protezzjoni sussidjarja skont il-paragrafu 1(a) għandhom jidħlu fis-seħħ tliet xhur biss wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni, sabiex iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat jingħataw l-opportunità li japplikaw għal residenza fl-Istati Membru għal raġunijiet oħra f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

3.  Deċiżjonijiet tal-awtorità determinanti li jirtiraw status ta' protezzjoni sussidjarja skont il-paragrafu 1(a) għandhom jidħlu fis-seħħ tliet xhur biss wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni, sabiex iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat jingħataw l-opportunità li japplikaw għal residenza fl-Istati Membru għal raġunijiet oħra f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda mqiegħda fuq il-mejda għall-konsistenza ma' emendi preċedenti.

 

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi applikat l-Artikolu 20(1), l-awtorità determinanti għandha teżamina mill-ġdid l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, b'mod partikolari:

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1), l-awtorità determinanti tista' teżamina mill-ġdid l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, b'mod partikolari meta informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini kif imsemmija fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament tindika bidla sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini li tkun rilevanti għall-bżonnijiet tal-protezzjoni tal-applikant.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Reviżjoni sistematika tal-bżonn ta' protezzjoni tista' tirriżulta fl-użu ta' ħafna riżorsi għall-awtoritajiet determinanti tal-Istati Membri. Mhuwiex assolutament il-każ li l-awtoritajiet responsabbli għal deċiżjonijiet dwar il-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali huma l-istess awtoritajiet bħal dawk li joħorġu permessi ta' residenza. Huwa importanti wkoll li ma jiġux indebitament imminati l-prospetti ta' integrazzjoni permezz tal-perċezzjoni li l-protezzjoni tista' tkun temporanja biss.

 

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini kif imsemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ] jindikaw bidla sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini li tkun rilevanti għall-bżonnijiet tal-protezzjoni tal-applikant,

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Dan il-punt ingħaqad flimkien mal-parti introduttiva tal-paragrafu 1.

 

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta jiġi mġedded, għall-ewwel u t-tieni darba, il-permess ta' residenza maħruġ lil benefiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Reviżjoni sistematika tal-bżonn ta' protezzjoni tista' tirriżulta fl-użu ta' ħafna riżorsi għall-awtoritajiet determinanti tal-Istati Membri. Mhuwiex assolutament il-każ li l-awtoritajiet responsabbli għal deċiżjonijiet dwar il-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali huma l-istess awtoritajiet bħal dawk li joħorġu permessi ta' residenza. Huwa importanti wkoll li ma jiġux indebitament imminati l-prospetti ta' integrazzjoni permezz tal-perċezzjoni li l-protezzjoni tista' tkun temporanja biss. Konsegwentement, dan il-punt għandu jitħassar.

 

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rifuġjati u l-persuni li jkunu ngħataw l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja għandu jkollhom id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'dan il-Kapitolu. Dan il-Kapitolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

1.  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra, il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika.

 

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu li jinvolvu l-minorenni, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni primarja għall-awtoritajiet rilevanti.

5.  Meta jiġi applikat dan ir-Regolament, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja għandha tkopri r-Regolament kollu, mhux biss id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII kif iddikjarat fl-artikolu.

 

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn mhux ipprojbit mill-obbligi internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, rifuġjat jew benefiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja jista' jiġi ripatrijat, sewwa jekk rikonoxxut formalment u sewwa jekk le, meta:

imħassar

(a)   jkun hemm bażi raġonevoli sabiex jitqies bħala periklu għas-sigurtà tal-Istat Membru li fih huwa preżenti;

 

(b)   l-persuna, wara li tkun instabet ħatja b'sentenza finali ta' delitt partikolarment serju tikkostitwixxi periklu għall-komunità ta' dak l-Istat Membru.

 

F'dawk il-każijiet, l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja għandu jiġu rtirat ukoll f'konformità mal-Artikolu 14 jew l-Artikolu 20 rispettivament.

 

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' non-refoulement huwa assolut skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza rilevanti tal-QtĠ-UE u l-QEDB. Għalhekk, ebda persuna m'għandha tinbagħat lura jekk tkun soġġetta għal tortura jew għal pieni jew trattamenti inumani jew degradanti. Dan il-paragrafu addizzjonali huwa irrelevanti u għandu jitħassar.

 

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan l-Artikolu japplika wkoll għal qraba oħra stretti li kienu jgħixu flimkien bħala parti mill-familja fiż-żmien meta telqu mill-pajjiż ta' oriġini jew qabel ma l-applikant wasal fit-territorju tal-Istati Membri, u li kienu dipendenti għalkollox jew prinċipalment fuq il-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali f'dak iż-żmien.

6.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan l-Artikolu japplika wkoll għal qraba oħra stretti li kienu jgħixu flimkien bħala parti mill-familja fiż-żmien meta telqu mill-pajjiż ta' oriġini jew qabel ma l-applikant wasal fit-territorju tal-Istati Membri.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jsaħħu dan l-artikolu għal żamma tal-unità tal-familja, dawn m'għandhomx ikunu ristretti għal dawk qraba li kienu totalment jew parzjalment dipendenti fuq il-benefiċjarju. Id-diskrezzjoni għandha tibqa' tal-Istati Membri f'dan ir-rigward.

 

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Għal benefiċjarji ta' status ta' rifuġjat, il-permess ta' residenza għandu jkollu perjodu ta' validità ta' tliet snin u għandu jkun jista' jiġġedded wara dan għal perjodi ta' tliet snin.

(a)  Għal benefiċjarji ta' status ta' rifuġjat, il-permess ta' residenza għandu jkollu perjodu ta' validità ta' ħames snin u għandu jkun jista' jiġġedded wara dan għal perjodi ta' ħames snin.

Or. en

Ġustifikazzjoni

In the interests of encouraging integration in the host Member State, and in offering a positive incentive for beneficiaries of international protection not to engage in secondary movements, the standard period of validity of residence permits should be extended and harmonised. It is important not to unduly undermine integration prospects via the perception that protection may only be temporary. The harmonised duration of residence permits granted to those in need of international protection should take full account of current practice across the Member States and should not be based on a 'race to the bottom' principle.

 

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Għal benefiċjarji ta' status ta' protezzjoni sussidjarja, il-permess ta' residenza għandu jkollha perjodu ta' validità ta' sena u għandu jkun jista' jiġġedded wara dan għal perjodi ta' sentejn.

(b)  Għal benefiċjarji ta' status ta' protezzjoni sussidjarja, il-permess ta' residenza għandu jkollha perjodu ta' validità ta' ħames sena u għandu jkun jista' jiġġedded wara dan għal perjodi ta' ħames.

Or. en

Ġustifikazzjoni

In the interests of encouraging integration in the host Member State, and in offering a positive incentive for beneficiaries of international protection not to engage in secondary movements, the standard period of validity of residence permits should be extended and harmonised. It is important not to unduly undermine integration prospects via the perception that protection may only be temporary. The harmonised duration of residence permits granted to those in need of international protection should take full account of current practice across the Member States and should not be based on a 'race to the bottom' principle.

 

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn awtoritajiet kompetenti jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istatus ta' rifuġjat ta' ċittadin ta' pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 14 u l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja f'konformità mal-Artikolu 20;

(a)  fejn awtoritajiet kompetenti jirtiraw l-istatus ta' rifuġjat ta' ċittadin ta' pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 14 jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja f'konformità mal-Artikolu 20;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda mqiegħda fuq il-mejda għall-konsistenza ma' emendi preċedenti.

 

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn japplika l-Artikolu 23(2);

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' non-refoulement huwa assolut skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza rilevanti tal-QtĠ-UE u l-QEDB. Għalhekk, ebda persuna m'għandha tinbagħat lura jekk tkun soġġetta għal tortura jew għal pieni jew trattamenti inumani jew degradanti. Dan il-paragrafu addizzjonali huwa irrelevanti u għandu jitħassar.

 

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn ir-raġunijiet tas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku jeħtieġu hekk.

(c)  fejn ir-raġunijiet konvinċenti tas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku jeħtieġu hekk.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li titħassar il-kelma “konvinċenti” li teżisti fid-Direttiva attwali mingħajr ma tipprovdi raġuni tajba għal tali tħassir. Peress li paragrafu jittratta fuq it-tneħħija tal-permess ta' residenza ta' xi ħadd li jkun ġie kkonstatat li kellu bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, huwa ċar li r-raġunijiet għal dan għandhom ikunu imperattivi.

 

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar lil benefiċjarji ta' status ta' rifuġjat, fil-forma stabbilita fl-Iskeda għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u bil-karatteristiċi minimi ta' sigurtà u l-bijometriċi deskritti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/200445 . Dawn id-dokumenti tal-ivvjaġġar għandhom ikunu validi għal tal-inqas sena.

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar lil benefiċjarji ta' status ta' rifuġjat, fil-forma stabbilita fl-Iskeda għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u bil-karatteristiċi minimi ta' sigurtà u l-bijometriċi deskritti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/200445 . Dawn id-dokumenti tal-ivvjaġġar għandhom ikunu validi għal tal-inqas ħames snin.

__________________

__________________

45 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1)

45 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1)

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emendi proposti għat-tul tal-permessi ta' residenza konċessi lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandha tiġi estiża wkoll. Il-perjodu ta' validità ta' dawn id-dokumenti jenħtieġ li jqis perjodi standard ta' validità għal dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri.

 

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar bil-karatteristiċi minimi ta' sigurtà u l-bijometriċi deskritti fir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 lill-benefiċjarji tal-istatus tal-protezzjoni sussidjarja li ma jistgħux jiksbu passaport nazzjonali. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu validi għal tal-inqas sena.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar bil-karatteristiċi minimi ta' sigurtà u l-bijometriċi deskritti fir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 lill-benefiċjarji tal-istatus tal-protezzjoni sussidjarja li ma jistgħux jiksbu passaport nazzjonali. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu validi għal tal-inqas ħames snin.

Or. en

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emendi proposti għat-tul tal-permessi ta' residenza konċessi lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandha tiġi estiża wkoll. Il-perjodu ta' validità ta' dawn id-dokumenti jenħtieġ li jqis perjodi standard ta' validità għal dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri.

 

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għal benefiċjarji ta' status ta' protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-assistenza soċjali għal benefiċċji bażiċi.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Mhijiex ċara r-raġuni l-għala persuni fil-bżonn ta' protezzjoni u li jkunu ngħataw status ta' protezzjoni sussidjarja m'għandhomx jirċievu għajnuna soċjali li minnha jibbenefikaw persuni oħra li jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali. M'għandu jkun hemm ebda trattament mhux ugwali bejn il-persuni fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. Dan huwa kemm legalment dubjużi u mhux ta' għajnuna mil-lat amministrattiv. Ladarba l-bżonn għall-protezzjoni tkun ġiet stabbilita dawn il-persuni kollha għandhom l-istess ħtiġijiet soċjali fl-Istat Membru ospitanti.

 

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk minorenni mhux akkumpanjat ikun ingħata protezzjoni internazzjonali u t-traċċar tal-membri tal-familja tiegħu ma jkunx għadu beda, l-Istati Membri għandhom jibdew jittraċċawhom kemm jista' jkun malajr wara l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jiġu protetti l-aħjar interessi tal-minorenni. Jekk it-traċċar ikun diġà beda, għandu jitkompla fejn ikun xieraq. F'każijiet fejn jista' jkun hemm theddida għall-ħajja jew l-integrità tal-minorenni jew il-qraba viċini tiegħu, partikolarment jekk ikunu baqgħu fil-pajjiż ta' oriġini, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-ġbir, l-ipproċessar u ċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni rigward dawk il-persuni jsiru fuq bażi kunfidenzjali.

5.  Jekk minorenni mhux akkumpanjat ikun ingħata protezzjoni internazzjonali u t-traċċar tal-membri tal-familja tiegħu ma jkunx għadu beda, l-Istati Membri għandhom jibdew jittraċċawhom kemm jista' jkun malajr wara l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jiġu protetti l-aħjar interessi tal-minorenni. Jekk it-traċċar ikun diġà beda, għandu jitkompla fejn ikun xieraq. F'każijiet fejn jista' jkun hemm theddida għall-ħajja jew l-integrità tal-minorenni jew il-qraba viċini tiegħu, partikolarment jekk ikunu baqgħu fil-pajjiż ta' oriġini, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-ġbir, l-ipproċessar u ċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni rigward dawk il-persuni jsiru fuq bażi kunfidenzjali, biex ikun evitat li s-sigurta tagħhom titqiegħed fil-periklu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda mqiegħda fuq il-mejda biex tiċċara l-iskop tat-teħid ta' informazzjoni fuq bażi kunfidenzjali.

 

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, il-benefiċjarji għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni provduti mill-Istati Membri, b'mod partikolari korsijiet tal-lingwa, programmi ta' orjentazzjoni ċivika u ta' integrazzjoni u taħriġ vokazzjonali li jqisu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom.

1.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni provduti mill-Istati Membri, b'mod partikolari programmi ta' orjentazzjoni ċivika u ta' integrazzjoni u taħriġ vokazzjonali, li għandhom ikunu mingħajr ħlas u faċilment aċċessibbli u għandhom iqisu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur tilqa' d-dispożizzjonijiet dwar aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, iżda temmen li dawn il-miżuri għandhom dejjem ikunu bla ħlas, faċilment aċċessibbli għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali (jiġifieri mhumiex limitati għal belt jew żewġ bliet kbar fi Stat Membru), u jieħdu kont ta' kwalunkwe ħtieġa partikolari tal-benefiċjarju inkwistjoni. Dan huwa saħansitra aktar imperattiv jekk Stat Membru jixtieq jagħmel il-parteċipazzjoni obbligatorja għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Dispożizzjoni dwar il-korsijiet tal-lingwa fil-paragrafu li ġej.

 

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali b'aċċess effettiv għall-korsijiet tal-lingwa, li għandhom ikunu bla ħlas, mid-data li fiha jkunu ngħataw protezzjoni internazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-ħiliet lingwistiċi huma indispensabbli sabiex ikun żgurat li l-benefiċjarji jkollhom livell ta' għajxien adegwat, prospetti ta' impjieg realistiċi u prospetti ta' integrazzjoni aħjar. It-tagħlim tal-lingwa uffiċjali jew ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat iżid l-awtosuffiċjenza u ċ-ċans ta' integrazzjoni fis-soċjetà ospitanti, u jikkostitwixxi deterrent kontra movimenti sekondarji. Jenħtieġ għalhekk li jingħata aċċess effettiv għall-korsijiet lingwistiċi lill-benefiċjarji kollha mid-data meta ssir l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali.

 

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta' integrazzjoni obbligatorja.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta' integrazzjoni obbligatorja, sakemm il-miżuri ta' integrazzjoni inkwistjoni jkunu faċilment aċċessibbli, bla ħlas u jieħdu kont tal-bżonnijiet speċifiċi tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali inkwistjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur tilqa' d-dispożizzjonijiet dwar aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, iżda temmen li dawn il-miżuri għandhom dejjem ikunu bla ħlas, faċilment aċċessibbli għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali (jiġifieri mhumiex limitati għal belt jew żewġ bliet kbar fi Stat Membru), u jieħdu kont ta' kwalunkwe ħtieġa partikolari tal-benefiċjarju inkwistjoni. Dan huwa saħansitra aktar imperattiv jekk Stat Membru jixtieq jagħmel il-parteċipazzjoni obbligatorja għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

 

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw miżuri punittivi kontra l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali meta dawn ma jkunux jistgħu jipparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tagħhom jew minħabba n-natura mhux xierqa tal-miżuri ta' integrazzjoni inkwistjoni.

Or. en

 

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/109/KE, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

“Fir-rigward ta' persuni li lilhom tkun ingħatat protezzjoni internazzjonali, il-perjodu bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li fuq il-bażi tagħha tkun ingħatat dik il-protezzjoni internazzjonali u d-data tal-għoti tal-permess ta' residenza msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE).../... [Ir-Regolament dwar il-kwalifiki], għandu jitqies fil-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.”

Or. en

Ġustifikazzjoni

The Commission proposes for the beneficiaries of international protection to benefit from long term residence, however the period would only start once their status is granted. The Rapporteur is of the opinion that the protection needs and circumstance of an applicant for an international protection, whom protection is granted at a later stage, are exactly the same as those of beneficiaries on international protection. The period of long term residence should therefore start from the day when an application is made. The Council Directive 2003/109/EC should therefore be amended accordingly.

 

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jibda japplika minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

Dan ir-Regolament għandu jibda japplika minn [tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

Or. en

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

 

Ir-reviżjoni proposta tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) għandha l-għan li twieġeb għax-xejriet ta' migrazzjoni ta' dawn l-aħħar snin u l-wasla ta' numri kbar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea, u li ħafna minnhom huma persuni fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. Li jiġi propost li terġa' tiġi riveduta s-SEKA daqshekk malajr wara l-adozzjoni tal-aħħar riforma jista' ma jkunx l-aħjar mod biex ikun żgurat li s-sistema taħdem b'mod sħiħ u tistabbilixxi ruħha fil-politika u prattiki nazzjonali. Madankollu, l-opportunità li tiġi riformata s-SEKA għandha tinħataf sabiex titjieb il-politika komuni dwar l-asil tal-Unjoni, li għandha tkun ibbażata fuq solidarjetà reali u kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, li tersaq bil-mod il-mod lejn status ta' protezzjoni internazzjonali uniformi validu fl-Unjoni kollha kif minqux fl-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

 

Għalhekk, ir-Rapporteur hija tal-fehma li l-proposta li d-Direttiva dwar il-Kwalifika tinbidel f'Regolament hija opportunità biex isir aktar progress lejn armonizzazzjoni ta' standards progressiva, pożittiva u lejn ‘l fuq biex jiġi ddeterminat jekk persuni humiex fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali u jiġu definiti d-drittijiet li għandhom igawdu minnhom dawn il-persuni. Filwaqt li s-sistema hija taħt pressjoni, huwa essenzjali li jiġi affermat mill-ġdid it-tradizzjoni Ewropea tal-asil ibbażata fuq il-Konvenzjoni ta' Ġinevra u li jissaħħu l-protezzjonijiet addizzjonali li l-Unjoni żviluppat progressivament fuq il-bażi tal-valuri komuni tagħha.

 

Fid-dawl ta' dan, ir-Rapporteur tat attenzjoni partikolari fl-iżgurar li l-ġurisprudenza żviluppata miż-żewġ qrati Ewropej, fil-Lussemburgu u Strasburgu, kienet integrata sew fil-leġiżlazzjoni riveduta, bħad-drittijiet fundamentali u l-acquis kontra d-diskriminazzjoni. Ir-Rapporteur ħadet inkunsiderazzjoni l-politiki u l-prattiki żviluppati s'issa mill-Istati Membri fuq il-bażi tad-Direttiva dwar il-Kwalifika, u pprovat ttejjibha.

 

Il-loġika tal-approssimazzjoni ta' żewġ status ta' protezzjoni u aktar armonizzazzjoni mexxiet l-għażla tal-politika tar-Rapporteur f'dan ir-rapport. Il-prattika attwali fl-Istati Membri u l-kunċett ta' protezzjoni stess ma jipprovdux motivi effikaċi għad-distinzjoni bejn iż-żewġ statuses. B'mod partikolari, ir-realtà turi li l-protezzjoni sussidjarja hija bbażata fuq preżunzjoni mhux ġustifikata ta' natura aktar temporanja ta' protezzjoni limitata fl-effikaċja tagħha.

 

Barra minn hekk, ir-Rapporteur ipprovat torbot il-protezzjoni mal-integrazzjoni iktar milli ma' miżuri punittivi, u dan jiffavorixxi b'hekk koeżjoni soċjali u s-sigurtà fit-tul għal kulħadd, u jiskoraġġixxi movimenti sekondarji. Tħassib ġenerali għall-futur tat-tħaddim prattiku tar-Regolament dwar li jiġi evitat li dan jitfa' piż żejjed fuq l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, mexxa l-emendi proposti.

 

Fuq l-istess linja, ir-Rapporteur tixtieq temenda l-eżami mill-ġdid obbligatorju propost tal-istatus mogħti ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, kemm f'każ ta' bidla fiċ-ċirkostanzi fil-pajjiż ta' oriġini u fil-mument tat-tiġdid. Għalkemm ir-Rapporteur taqbel li l-iżviluppi fil-pajjiż ta' oriġini, evalwati b'mod armonizzat mill-Aġenzija tal-UE għall-Asil, jistgħu jaffettwaw il-ħtiġijiet ta' protezzjoni, l-eżami mill-ġdid sistematiku jista' jirriżulta fl-użu ta' ħafna riżorsi għall-awtoritajiet determinanti fl-Istati Membri. Barra minn hekk, li l-fatt l-benefiċjarju jkun kontinwament u potenzjalment suġġett għal eżami mill-ġdid ta' dan it-tip, jista' jimmina l-prospetti ta' integrazzjoni tal-benefiċjarju fis-soċjetà ospitanti tiegħu. Għaldaqstant ir-Rapporteur tipproponi li tħalli l-eżami mill-ġdid bħala għażla għall-Istati Membri iktar milli timponiha bħala parti awtomatika u obbligatorja tal-istatus ta' asil.

 

Bl-istess mod, ir-Rapporteur ma tixtieqx li l-leġislazzjoni riveduta tal-UE twassal għal tnaqqis tat-tul tal-permessi ta' residenza attwalment mogħtija mill-Istati Membri lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jirrisjedu fit-territorju tagħhom. Għalhekk hija tipproponi li jiġi emendat il-perjodu standard ta' validità tal-UE l-ġdid tal-permessi ta' residenza kemm għar-rifuġjati u kemm għall-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja sabiex tiġi riflessa aħjar il-prattika fil-preżent fuq livell nazzjonali u l-benefiċjarji jiġu pprovduti b'aktar sigurtà legali. Dan, għal darb' oħra, għandu l-għan li jinkoraġġixxi l-benefiċjarji biex jinvestu f'ħajjithom u b'hekk jikkontribwixxu għall-komunitajiet ospitanti tagħhom.

 

Barra minn hekk, l-emendi dwar dan il-punt għandhom it-tendenza li jallinjaw it-tul tal-permess ta' residenza għar-rifuġjati u l-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja. Tabilħaqq, għal dan l-aħħar status m'hemmx bżonn ta' protezzjoni li tkun aktar temporanja, iżda sempliċement differenti minħabba l-fatt li dan ma jidħolx fid-definizzjoni legali u l-istatus ta' rifuġjat. Għalkemm mhux “rifuġjatġjati” stricto sensu, dawn il-persuni jiffaċċjaw riskji kbar ukoll fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, ma jistgħux jirritornaw b'mod sikur u jridu jerġgħu jibnu ħajjithom f'pajjiż li jipprovdilhom “refuġju”. Huwa għalhekk essenzjali għalihom bħalma huwa għal rifuġjat li tipprova tibni qafas legali li jinkoraġġixxi l-integrazzjoni tagħhom. Lil hinn mill-perjodu ta' validità tal-permess ta' residenza, din il-loġika tal-approssimazzjoni ta' żewġ status ta' protezzjoni ispirat għadd ta' emendi mressqa mir-rapporteur.

 

Il-livell ta' armonizzazzjoni milħuq illum huwa raġuni għal kburija iżda x-xejra jeħtieġ li tinżamm. Ir-Rapporteur tixtieq tmexxi ‘il quddiem it-tradizzjoni umanistika Ewropea tal-asil, li għaddiet minn sekli u progressivament rabbiet l-għeruq madwar it-territorju kollu tal-UE. Dan ifisser li jiġi kkonsolidat l-acquis, u armonizzazzjoni ulterjuri fost l-Istati Membri. Dan jinvolvi wkoll l-antiċipazzjoni u li nħarsu lejn il-futur. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur tipproponi emenda innovattiva li tirrigwarda t-tibdil ambjentali. L-evoluzzjonijiet naturali jew magħmula mill-bniedem tal-pjaneta diġà qegħdin joħolqu sitwazzjonijiet ta' vulnerabbiltà u x'aktarx se jaffettwaw aktar u aktar bnedmin. Huma jistgħu jobbligaw lil persuni li jitilqu l-post ta' residenza tagħhom u anki mill-pajjiż tagħhom biex isibu kenn barra mill-pajjiż. Il-protezzjoni internazzjonali pprovduta fid-dritt tal-UE għandha tkopri wkoll dawn il-bżonnijiet ġodda ta' protezzjoni.

 

Madankollu l-protezzjoni kontra atti ta' persekuzzjoni mhux dejjem tinvolvi t-tluq mill-pajjiż. Ir-Rapporteur tirrikonoxxi li l-każijiet individwali jista' jinsab “refuġju” fil-pajjiż ta' oriġini stess, f'ċirkostanzi fejn il-persekuzzjoni jew dannu serju ġej mill-Istat jew aġenti assoċjati mal-Istat. Li tobbliga lill-Istati Membri biex jeżaminaw l-alternattiva tal-protezzjoni interna wara li l-awtorità determinanti tkun diġà ddeċidiet li l-applikant kieku kien ikun fil-bżonn ta' protezzjoni, se tkun pass żejjed. L-alternattiva tal-protezzjoni interna għandha tibqa', f'każijiet limitati, bħala għażla għall-Istati Membri u mhux obbligu.

 

Bħala konklużjoni, l-emendi proposti mir-Rapporteur huma intiżi għall-ksib tal-għan ġenerali li jiġi żgurat li dawk li jeħtieġu l-protezzjoni huma rikonoxxuti sew u jibbenefikaw mid-drittijiet li ser jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom, indipendentement minn fejn jgħixu fl-Unjoni. Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza li r-riforma tas-SEKA għandha x'taqsam mat-titjib tal-protezzjoni mogħtija lil ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-bżonn, skont it-tradizzjoni u l-valuri tal-UE. L-UE trid tipprovdi għas-sigurtà tagħha stess iżda dawn it-tnejn jimxu flimkien - l-UE għandha tibqa' sikura jekk trid tibqa' kenn għal dawk li jaħarbu minn kunflitti u l-barbariżmu u jfittxu protezzjoni. It-tqiegħid tal-enfasi fuq sanzjonijiet u l-abbuż possibbli ta' din is-sistema x'aktarx se jsaħħaħ biss is-sens ġenerali ta' insigurtà, kemm min-naħa tal-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni u min-naħa taċ-ċittadini tal-UE. Messaġġ pożittiv għandu jintbagħat fiż-żewġ direzzjonijiet b'tali mod li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhux neċessarjament għażlu li jiġu fl-UE, ikunu jistgħu jħossuhom malajr parti minn soċjetà fejn il-protezzjoni u s-sigurtà huma rikonċiljati — dan huwa dak li qed tipprova tikseb ir-Rapporteur bil-proposti tagħha.

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT MINGĦANDHOM

 

Il-lista li ġejja hija kkompilata fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklussiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva input mill-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta' rapport:

 

 

 

Entità u/jew persuna

Save the Children

Il-Kunsill Ewropew għar-Rifuġjati u l-Eżiljati (ECRE)

Il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati

Il-Kumitat Meijers

EUROCITIES, in-netwerk tal-bliet Ewropew ewlenin

ILGA-Europe

Migration Policy Group (Grupp għall-Politika ta' Migrazzjoni)

Is-Servizz għar-Rifuġjati tal-Ġeżwiti Fl-Ewropa

Ajda Mihelčič, Brussels

 

 

 

 

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
[2] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.