Kumitat għas-Sajd
8.5.2013
***I
ABBOZZ TA' RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar
( COM(2012)0432 – C7‑0211/2012 – 2012/0208(COD) )
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Rareş-Lucian Niculescu
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5
NOTA SPJEGATTIVA.............................................................................................................13
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar
( COM(2012)0432 – C7‑0211/2012 – 2012/0208(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2012)0432 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0211/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Novembru 2012[1],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd ( A7-0000/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Sabiex jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 850/98, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej: | (3) Sabiex ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu aġġornati b'mod effikaċi biex jirriflettu progress tekniku u xjentifiku, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej: |
– id-diviżjoni tar-reġjuni f'żoni ġeografiċi; | – id-diviżjoni tar-reġjuni f'żoni ġeografiċi; |
– l-emendar tar-regoli li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-użu ta' ċerti kumbinazzjonijiet ta' daqsijiet tal-malji; | – l-emenda tar-regoli li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-użu ta' ċerti kumbinazzjonijiet ta' daqsijiet tal-malji; |
– l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati sabiex tinkiseb il-perċentwali ta' speċijiet fil-mira meħuda minn iktar minn bastiment tas-sajd wieħed, sabiex ikun żgurat li dawn il-perċentwali jiġu rrispettati mill-bastimenti kollha involuti fl-operazzjoni tas-sajd; | – l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati sabiex tinkiseb il-perċentwali ta' speċijiet fil-mira meħuda minn iktar minn bastiment tas-sajd wieħed, sabiex ikun żgurat li dawn il-perċentwali jiġu rrispettati mill-bastimenti kollha involuti fl-operazzjoni tas-sajd; |
– l-adozzjoni ta’ regoli dwar id-deskrizzjonijiet tekniċi u l-metodu tal-użu ta' mezzi awtorizzati li jistgħu jitwaħħlu max-xibka tas-sajd, u li ma jfixklux jew inaqqsu l-fetħa effettiva tal-malja tax-xibka; | – l-adozzjoni ta’ regoli dwar id-deskrizzjonijiet tekniċi u l-metodu tal-użu ta' mezzi awtorizzati li jistgħu jitwaħħlu max-xibka tas-sajd, u li ma jfixklux jew inaqqsu l-fetħa effettiva tal-malja tax-xibka; |
– il-kundizzjonijiet li l-bastimenti li jaqbżu t-tul totali ta' tmien metri għandhom jissodisfaw sabiex jingħatalhom il-permess li jużaw xbieki tat-tkaxkir bit-travu f'ċerti ilmijiet tal-Unjoni; | – il-kundizzjonijiet li l-bastimenti li jaqbżu t-tul totali ta' tmien metri għandhom jissodisfaw sabiex jingħatalhom il-permess li jużaw xbieki tat-tkaxkir bit-travu f'ċerti ilmijiet tal-Unjoni; |
– miżuri mfassla sabiex jindirizzaw reklutaġġi żgħar jew kbar mhux mistennija ta’ ħut li għadu qed jikber, bidliet fil-mudelli ta’ migrazzjoni jew kwalunkwe bidla oħra fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b'effett immedjat. | – il-miżuri mfassla sabiex jindirizzaw reklutaġġi żgħar jew kbar mhux mistennija ta’ ħut li għadu qed jikber, bidliet fil-mudelli ta’ migrazzjoni jew kwalunkwe bidla oħra fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b'effett immedjat. |
| - l-atti li jiddeterminaw liema rkapti għandhom jitqiesu li għandhom selettività għolja ekwivalenti għas-sajd għall-iskampu fis-subżona VI tal-ICES. |
| - l-atti li jeskludu sajd speċifiku ta' Stat Membru, fis-subżoni VIII, IX u X tal-ICES, mill-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjoniijet għall-għeżula, għall-għeżula tat-tħabbil u għall-pariti, b'livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar u ta' rimi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Hemm bżonn ta' aktar preċiżjonijiet dettaljati għad-delegazzjoni tas-setgħat.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 850/98
Artikolu 2 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Ir-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinqasmu f'żoni ġeografiċi, b'mod partikolari fuq il-bażi tad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48a dwar id-diviżjoni tar-reġjuni f'żoni ġeografiċi għall-iskop li jiġu identifikati żoni ġeografiċi fejn japplikaw miżuri ta’ konservazzjoni tekniċi speċifiċi. " | 3. Ir-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinqasmu f'żoni ġeografiċi, b'mod partikolari fuq il-bażi tad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48a dwar id-diviżjoni tar-reġjuni għall-iskop li jiġu identifikati żoni ġeografiċi fejn japplikaw miżuri ta’ konservazzjoni tekniċi speċifiċi. " |
Or. en
Ġustifikazzjoni
It-test propost m'għadux rilevanti.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 1 - punt 7a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 850/98
Artikolu 29d – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Fl-Artikolu 29d, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "7. B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess is-sajd għall-iskampu fiż-żona msemmija f' dak il-paragrafu, sakemm: |
| (a) l-irkaptu tas-sajd użat jinkludi gradilja tat-tqassim skont il-punti 2 sa 5 tal-Anness XIVa, jew pannell ta' malji kwadri hekk kif deskritt fl-Anness XIVc, jew irkaptu ieħor b'selettività għolja ekwivalenti; |
| (b) l-irkaptu tas-sajd ikun magħmul minn malji b'qies minimu ta' 80 millimetru; |
| (c) tal-anqas 30 % tal-qabda miżmuma skont il-piż tkun ksampi; |
| Abbażi ta' opinjoni favorevoli mill-STECF, il-Kummissjoni għandha, tadotta atti ddelegati, filwaqt li tiddetermina liema rkapti għandhom jitqiesu li għandhom selettività għolja ekwivalenti għall-fini tal-punt (a). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-kwistjonijiet ikkonċernati ma jitrattawx kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-regolament kif meħtieġ mill-Artikolu 291 tat-TFUE. Fil-verità, huma eċċezzjonijiet u għaldaqstant huma emendi skont l-Artikolu 290 tat-TFUE.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 850/98
Artikolu 34 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Ir-regoli tekniċi għall-kejl tas-saħħa tal-magna u d-dimensjonijiet talkirkaptu għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). | 6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli tekniċi għall-kejl tad-dimensjonijiet tal-irkaptu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-Artikoli 39, 40 u 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd diġà jipprovdu qafas għall-monitoraġġ, iċ-ċertifikazzjoni u l-verifika tal-qawwa tal-magna tal-bastimenti tas-sajd.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 8a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 850/98
Artikolu 34b – paragrafu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8a) Fl-Artikolu 34b, il-paragrafu 11 għandu jinbidel b’dan li ġej: |
| "11. Wara konsultazzjoni mal-STECF, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati li jeskludu sajd speċifiku ta' Stat Membru, fis-subżoni VIII, IX, X tal-ICES, mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 9, fejn l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri turi li dak is-sajd jirriżulta f'livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar u ta' rimi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-kwistjonijiet ikkonċernati ma jitrattawx kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-regolament kif meħtieġ mill-Artikolu 291 tat-TFUE. Fil-verità, huma eċċezzjonijiet u għaldaqstant huma emendi skont l-Artikolu 290 tat-TFUE.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – punt 11
Regolament (KE) Nru 850/1998
Artikolu 48 a (ġdid) – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-delega tas-setgħat hija msemmija fl-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6) u 45(1), u għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien indeterminat. | 2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6), 29d(7), 34b(11) u 45(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin mill-…* . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodu ta' żmien identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu. |
| ______________ |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Or. enen
Ġustifikazzjoni
Jidher li hu aktar xieraq li maż-żmien id-delega tiġi limitata u li l-Kummissjoni tiġi obbligata tirrapporta dwar l-eżerċizzju tagħha biex ikun hemm evalwazzjoni u mistoqsijiet regolari dwar l-użu tad-delega.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – punt 11
Regolament (KE) Nru 850/1998
Artikolu 48 a (ġdid) – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6) u 45(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ. | 3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6), 29d(7), 34b(11) u 45(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li ssir revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ. |
Or. en
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – punt 11
Regolament (KE) Nru 850/1998
Artikolu 48 a (ġdid) – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6) u 45(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | 5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6) 29d(7), 34b(11) u 45(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Or. en
NOTA SPJEGATTIVA
Il-kuntest ġenerali
It-Trattat ta' Lisbona daħħal ġerarkija ġdida ta' normi li tikkonsisti fi tliet livelli. Fl-ewwel livell jinsabu l-atti legiżlattivi li huma adottati mil-legiżlaturi skont il-proċedura legiżlattiva ordinarja, fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu bħala koleġiżlaturi indaqs (ara l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - TFUE), jew skont proċeduri leġiżlattivi speċjali. Barra minn hekk, il-leġiżlatur jista' jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv (l-hekk imsejħa atti ddelegati, definiti fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE), li jiffurmaw it-tieni livell ta' normi. Atti tal-Unjoni li huma legalment vinkolanti jistgħu jagħtu wkoll setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fejn ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dawn l-atti tal-Unjoni. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni tadotta l-hekk imsejħa atti ta' implimentazzjoni (ara l-Artikolu 291 tat-TFUE), li jikkostitwixxu t-tielet livell.
L-għażla ta' liema tip ta' att għandu jintuża mhijiex dejjem ċara sal-aħħar. L-atti ddelegati u l-atti ta' implimentazzjoni, meta mqabbla mal-atti leġiżlattivi, għandhom il-vantaġġ li jipprovdu l-possibilità li tingħata reazzjoni malajr għal sitwazzjoni ġdida. Billi l-proċedura legiżlattiva ordinarja u l-użu tal-atti ddelegati jiggarantixxu l-parteċipazzjoni tal-Parlament fuq l-istess livell tal-Kunsill, l-użu tal-atti ita' implimentazzjoni jinkludi l-esklużjoni de facto tal-Parlament, billi d-dritt tiegħu għall-iskrutinju ma jobbligax lill-Kummissjoni ssegwi l-pożizzjoni tal-Parlament.
Il-proposta tal-Kummissjoni
Fil-kuntest tal-allinjament tar-Regolament (KE) Nru 850/98 mar-regoli l-ġodda tat-TFUE, il-Kummissjoni ħejjiet abbozz ta' proposta li tikklassifika s-setgħat li attwalment huma mogħtija lill-Kummissjoni permezz ta' dak ir-Regolament f'miżuri ta' natura delegattiva u miżuri ta' natura implimentattiva. B'mod ġenerali, il-bidliet proposti jolqtu biss it-tipi ta' atti li għandhom jiġu addottati u ma jimmodifikawx il-kontenut tal-miżuri.
Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati fir-rigward tad-diviżjoni tar-reġjuni f'żoni ġeografiċi, ir-regoli għall-użu ta' kumbinazzjonijiet ta' daqsijiet tal-malji, ir-regoli għall-kisba tal-perċentwali tal-ispeċijiet fil-mira meħuda minn iktar minn bastiment tas-sajd wieħed sabiex ikun żgurat li tali kompożizzjonijiet tal-qbid jiġu rrispettati mill-bastimenti kollha involuti fl-operazzjoni tas-sajd, ir-regoli dwar id-deskrizzjonijiet tekniċi u l-metodu tal-użu ta' mezzi awtorizzati li jistgħu jitwaħħlu max-xibka tas-sajd, u li ma jfixklux jew inaqqsu l-fetħa effettiva tal-malja tax-xibka, il-kundizzjonijiet li l-bastimenti li jaqbżu t-tul totali ta' tmien metri għandhom jissodisfaw sabiex jingħatalhom il-permess li jużaw xbieki tat-tkaxkir bit-travu u l-miżuri mfassla sabiex jindirizzaw reklutaġġi żgħar jew kbar mhux mistennija ta' ħut li għadu qed jikber, bidliet fil-mudelli ta' migrazzjoni jew kwalunkwe bidla oħra fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b'effett immedjat.
Il-Kummissjoni tipproponi li tagħti s-setgħa ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward ta' regoli tekniċi għall-kejl tad-daqsijiet tal-malji, ix-xbieki b'malji kwadri u tal-ħxuna tal-ispag, regoli tekniċi relatati mal-manifattura tal-materjali tax-xbieki, l-elenkar ta' mezzi li jistgħu jostakolaw jew inkella jnaqqsu l-fetħa effettiva tal-malji f'xibka tas-sajd, it-trażmissjoni tal-listi ta' bastimenti li nħarġilhom permess speċjali tas-sajd għall-użu tax-xbieki tat-tkaxkir bit-travu, regoli tekniċi dwar il-kejl tal-qawwa tal-magna u d-dimensjonijiet tal-irkaptu, l-obbligu tal-Istati Membri biex ikun żgurat li l-livelli tal-isforzi tas-sajd ma jinqabżux f'ċerti żoni tad-Diviżjoni IXa tal-ICES, u l-miżuri temporanji meta il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-organiżmi tal-baħar titlob azzjoni immedjata.
Fis-6 ta' Frar 2013 il-PE adotta Anness għar-Riżoluzzjoni tiegħu dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar[3], F'dan l-anness, il-Parlament Ewropew iddikjara li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward l-atti ta' implimentazzjoni kienu r-riżultat ta' kompromess delikat. Sabiex jintlaħaq ftehim fl-ewwel qari qabel ma jiskadi r-Regolament (KE) Nru 850/98 sal-aħħar tal-2012, il-Parlament Ewropew aċċetta l-possibilità li jintużaw l-atti ta' implimentazzjoni f'ċerti każijiet speċifiċi fir-Regolament (KE) Nru 850/98. Il-Parlament Ewropew jenfasizza, madankollu, li dawk id-dispożizzjonijiet m'għandhomx jittieħdu jew jintużaw bħala preċedent fl-ebda regolament adottat bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, b'mod partikolari l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 li jikkonċerna l-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar.
L-opinjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur huwa globalment sodisfatt bl-għażliet li saru mill-Kummissjoni fejn ipproponiet bidliet. Madankollu, fl-opinjoni tar-rapporteur xi kwistjonijiet proposti bħala atti ta' implimentazzjoni ma jitrattawx kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-regolament kif meħtieġ mill-Artikolu 291 tat-TFUE. Fil-verità, huma eċċezzjonijiet u għaldaqstant huma emendi skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, u b'konsegwenza ta' dan, għandhom jikkwalifikaw bħala atti ddelegati.
Min-naħa l-oħra, ir-rapporteur jqis li l-Artikoli 39, 40 u 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd li diġà jipprovdu qafas għall-monitoraġġ, iċ-ċertifikazzjoni u l-verifika tal-qawwa tal-magna tal-bastimenti tas-sajd u għaldaqstant, din il-kwistjoni m'għandix titqies bħala atti ta' implimentazzjoni.
Barra minn hekk, ir-rapporteur hu tal-fehma li fejn ikunu proposti atti ddelegati, id-delega jmissha tiġi limitati fiż-żmien bil-għan li tkun tista' ssir evalwazzjoni regolari tal-użu tagħha.