Kumitat għas-Sajd

 

2017/0043(COD)

26.10.2017

***I

ABBOZZ TA' RAPPORT

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

( COM(2017)0097 – C8-0095/2017 – 2017/0043(COD) )

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur (għal opinjoni): Ruža Tomašić

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  39

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

( COM(2017)0097 – C8-0095/2017 – 2017/0043(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2017)0097 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0095/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

-  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ( A8-0000/2017 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41 jistabbilixxi r-regoli tal-PKS f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu sostenibbli fit-tul mil-lat ambjentali, li jiġi applikat l-approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41 jistabbilixxi r-regoli tal-PKS f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu sostenibbli fit-tul mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali, li jiġi applikat l-approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.

__________________

__________________

41 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

41 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

Or. en

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli titlob settijiet tad-dejta armonizzati, affidabbli u preċiżi.

Or. en

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Il-Baħar Adrijatiku huwa subżona importanti fil-Mediterran li tirrappreżenta madwar terz tal-valur totali tal-ħatt l-art.

Or. en

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-miżuri attwali ta’ ġestjoni għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku għandhom x’jaqsmu mal-aċċess għall-ilmijiet, mal-kontroll tal-isforz tas-sajd u ma’ miżuri tekniċi li jirregolaw l-użu tal-irkaptu. Il-pariri xjentifiċi indikaw li l-kontroll tal-qabdiet huwa l-iktar mezz xieraq biex tiġi adattata l-mortalità mis-sajd u li dan se jkun għodda ta’ ġestjoni aktar effettiva għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar.

(5)  Il-miżuri attwali ta’ ġestjoni għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku għandhom x’jaqsmu mal-aċċess għall-ilmijiet, mal-kontroll tal-isforz tas-sajd u ma’ miżuri tekniċi li jirregolaw l-użu tal-irkaptu.

__________________

 

43 Id-dokument tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar il-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fil-Baħar Mediterran imsejjaħ "Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) Assessment of Mediterranean Sea stocks - part 2 (STECF-11-14)".

 

Or. en

Ġustifikazzjoni

B’kont meħud tal-aħħar rapport lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF 16-14) li, billi analizza l-effetti pożittivi u negattivi ta' diversi prinċipji ta' ġestjoni, ikkonkluda li l-aħjar effetti kellhom l-approċċ b’taħlita ta’ miżuri differenti ta’ ġestjoni (il-qabda, l-isforz, il-limiti tal-kapaċità) u li l-approċċ individwali għal kull miżura fih ukoll effetti negattivi, qed jiġi propost li din is-silta tat-test titħassar.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta’ miżuri ta’ konservazzjoni bħalma huma l-pjanijiet pluriennali, il-miżuri tekniċi, l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd u l-allokazzjoni tagħhom, skont kif ikun xieraq, fi kwalunkwe kombinament.

(6)  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta’ miżuri ta’ konservazzjoni bħalma huma l-pjanijiet pluriennali u l-miżuri tekniċi, skont kif ikun xieraq, fi kwalunkwe kombinament tagħhom.

Or. en

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-għan tal-pjan pluriennali għandu jkun li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, u b’mod speċjali biex jintlaħaq u jinżamm l-MSY għall-istokkijiet ikkonċernati, biex is-settur tas-sajd isir sostenibbli u biex jipprovdi qafas ta’ ġestjoni effettiv.

(8)  L-għan tal-pjan pluriennali għandu jkun li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS.

Or. en

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti b’mod konsistenti mal-miri stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali.

imħassar

Or. en

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Huwa xieraq li l-mortalità mis-sajd fil-mira (F) li tikkorrispondi mal-għan li jintlaħaq u jinżamm l-MSY tiġi stabbilita bħala meded ta’ valuri li huma konsistenti mal-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli (FMSY). Dawk il-meded, ibbażati fuq pariri xjentifiċi, huma meħtieġa sabiex tiġi pprovduta l-flessibbiltà biex jitqiesu l-iżviluppi fil-pariri xjentifiċi, sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tas-sajd imħallat. Il-meded tal-FMSY ikkalkulahom il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) u huma mfasslin biex jagħtu tnaqqis ta' mhux aktar minn 5% fir-rendiment fit-tul meta mqabbel mal-MSY.45 Barra minn hekk, il-limitu massimu tal-medda huwa limitat, hekk li l-probabbiltà li l-istokk jaqa' taħt il-Blim mhijiex ta' iktar minn 5%.

(12)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-punti ta' referenza tal-bijomassa SSBpa u SSBlim li jikkorrispondu mal-għan li jintlaħaq u jinżamm l-MSY. Dawk il-valuri għandhom ikunu bbażati fuq pariri xjentifiċi aġġornati.

__________________

 

45 Id-dokument tal-2015 tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar l-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u l-valutazzjonijiet tal-Mediterran imsejjaħ "Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) – Small pelagic stocks in the Adriatic Sea. Mediterranean assessments part 1 (STECF-15-14)" ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu bin-numru EUR 27492 EN, JRC 97707, li fih 52 paġna. [The second part of this reference seems to be mistaken. OPOCE, please check.]

 

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-użu biss tal-bijomassa huwa aktar xieraq u huwa valur aktar ċert għall-ġestjoni ta' speċijiet pelaġiċi żgħar, li huma aktar dipendenti fuq il-kundizzjonijiet ambjentali mill-isfruttament, għall-inqas sa ma titjieb il-valutazzjoni xjentifika.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Għall-għanijiet tal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd, irid ikun hemm limitu massimu għall-meded tal-FMSY fil-każ ta’ użu normali u limitu ogħla f’ċerti każijiet, dejjem jekk l-istokk ikkonċernat jitqies li jkun fi stat tajjeb. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu jistgħu jiġu ffissati sal-limitu ogħla biss jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament b’rabta mas-sajd imħallat jew jekk dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat id-dannu lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta’ bejn l-istokkijiet ta’ speċijiet differenti, jew sabiex jiġu llimitati l-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd minn sena għall-oħra.

(13)  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan pluriennali, il-mira għal kull speċi għandha tkun l-SSBpa. Jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi ffissata mira ogħla biss jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament b’rabta mas-sajd imħallat jew jekk dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat id-dannu lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta’ bejn l-istokkijiet ta’ speċijiet differenti, jew jekk, wieħed mill-istokkijiet ta' ħut pelaġiku żgħir ikun inqas mill-SSBlim.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-użu biss tal-bijomassa huwa aktar xieraq u huwa valur aktar ċert għall-ġestjoni ta' speċijiet pelaġiċi żgħar, li huma aktar dipendenti fuq il-kundizzjonijiet ambjentali mill-isfruttament, għall-inqas sa ma titjieb il-valutazzjoni xjentifika.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Għall-istokkijiet li għalihom ikunu disponibbli dawn il-miri, u għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja, jeħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala MSY Btrigger u Blim għall-istokkijiet tal-inċova u tas-sardin. Jekk l-istokkijiet jaqgħu taħt l-MSY Btrigger, il-mortalità mis-sajd għandha titnaqqas iktar mill-FMSY.

(15)  Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja, jeħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta' referenza għall-konservazzjoni espressi bħala SSBlim u SSBpa għall-ħut pelaġiku żgħir. Jekk l-istokkijiet jaqgħu taħt SSBlim, ikun jenħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ rimedju xierqa biex jikkontribwixxu għar-ritorn rapidu tal-istokk ikkonċernat għal livelli ogħla mill-SSBpa.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-użu biss tal-bijomassa huwa aktar xieraq u huwa valur aktar ċert għall-ġestjoni ta' speċijiet pelaġiċi żgħar, li huma aktar dipendenti fuq il-kundizzjonijiet ambjentali mill-isfruttament, għall-inqas sa ma titjieb il-valutazzjoni xjentifika.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li jiġu implimentati iktar miżuri ta’ salvagwardja jekk id-daqs tal-istokk jaqa’ taħt il-punt ta’ referenza ta’Blim. Jenħtieġ li l-miżuri ta’ salvagwardja jkunu jinkludu t-tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jkun jindika li xi stokk ikun mhedded. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jkollhom magħhom miżuri oħrajn, skont kif ikun xieraq, bħal miżuri tal-Kummissjoni meħudin skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew miżuri tal-Istati Membri meħudin skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

imħassar

Or. en

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Għall-istokkijiet li għalihom ma jkunux disponibbli l-punti ta’ referenza, jenħtieġ li japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni. Fil-każ speċifiku tal-istokkijiet li jinqabdu bħala qabdiet aċċessorji, jekk ma jkunx hemm parir xjentifiku dwar il-livelli minimi tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv għat-tali stokkijiet, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jkun jindika li hemm bżonn ta’ miżuri ta’ rimedju.

(17)  Għall-istokkijiet li għalihom ma jkunux disponibbli l-punti ta’ referenza, jenħtieġ li japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni.

Or. en

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Rakkomandazzjoni konġunta mill-Istati Membri tal-Adrijatiku u studju dwar il-karatteristiċi tekniċi tax-xbieki bit-tartarun tal-borża u l-impatt tagħhom fuq il-komunitajiet tal-qiegħ ġew sottomessi, u riveduti, minn esperti indipendenti u l-STECF. Huwa għalhekk xieraq li tiġi prevista deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, u l-punt 2 tal-Anness II għall-istess Regolament.

Or. en

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Filwaqt li jiġi rrikonoxxut li t-tendenza għall-bastimenti li jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku hi li huma jagħmlu vjaġġi qosra tas-sajd, jenħtieġ li l-użu tan-notifiki minn qabel kif inhu meħtieġ skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jiġi adattat sabiex in-notifiki minn qabel jintbagħtu mill-inqas siegħa u nofs qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. Madankollu, meta jitqies l-effett limitat ta’ vjaġġi tas-sajd li jinvolvu kwantitajiet żgħar ħafna ta’ ħut fuq l-istokkijiet ikkonċernati, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu massimu għat-tali notifiki minn qabel meta dawn il-bastimenti jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta’ inċova jew ta’ sardin.

(22)  Filwaqt li jiġi rrikonoxxut li t-tendenza għall-bastimenti li jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku hi li huma jagħmlu vjaġġi qosra tas-sajd, jenħtieġ li l-użu tan-notifiki minn qabel kif inhu meħtieġ skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jiġi adattat sabiex in-notifiki minn qabel jintbagħtu mill-inqas siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. Madankollu, meta jitqies l-effett limitat ta’ vjaġġi tas-sajd li jinvolvu kwantitajiet żgħar ħafna ta’ ħut fuq l-istokkijiet ikkonċernati, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu massimu għat-tali notifiki minn qabel meta dawn il-bastimenti jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta’ ħut pelaġiku żgħir.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Minħabba kosta speċifika u minħabba l-fatt li ż-żoni tas-sajd huma relattivament qrib il-portijiet, huwa meħtieġ li jiġi previst perjodu iqsar għal notifika minn qabel.

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi għall-qabdiet tal-inċova u tas-sardin li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet f’port deżinjat jew f’post viċin il-kosta skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, meta jkunu qed jagħżlu dawk il-portijiet jew dawk il-postijiet viċin il-kosta, jeħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 43(5) ta’ dak ir-Regolament b’tali mod li jiġi żgurat kontroll effettiv.

(24)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi għall-qabdiet tal-ħut pelaġiku żgħir li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet f’port deżinjat jew f’post viċin il-kosta skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, meta jkunu qed jagħżlu dawk il-portijiet jew dawk il-postijiet viċin il-kosta, jeħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 43(5) ta’ dak ir-Regolament b’tali mod li jiġi żgurat kontroll effettiv.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li tintuża d-definizzjoni ta' "speċijiet pelaġiċi żgħar" attwali tal-GFCM MP. Din id-definizzjoni timplika li dawn iż-żewġ speċijiet huma immaniġġjati flimkien. Dawn iż-żewġ speċijiet jinqabdu flimkien, u billi fis-sajd bit-tartarun tal-borża mhuwiex possibbli li tkun fil-mira biss speċi waħda, għandhom japplikaw miżuri ta' ġestjoni għat-tnejn li huma flimkien. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ speċijiet jalternaw fin-natura tagħhom, u huma dipendenti ħafna fuq il-kundizzjonijiet ambjentali. Minħabba dan, l-isfruttament ta' dawn l-ispeċijiet għandu jkun ikkontrollat u ġestit flimkien, kif diġà rikonoxxut fil-qafas attwali tal-GFCM.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Sabiex ikun hemm adattament f’waqtu u b’mod proporzjonat għall-progress tekniku u xjentifiku u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa l-evoluzzjoni ta’ ċerti miżuri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’rabta mas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament f’dak li għandu x’jaqsam ma’ miżuri ta’ rimedju għall-konservazzjoni tal-kavalli u tas-sawrell, mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u ma’ miżuri tekniċi. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(25)  Sabiex ikun hemm adattament f’waqtu u b’mod proporzjonat għall-progress tekniku u xjentifiku u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa l-evoluzzjoni ta’ ċerti miżuri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’rabta mas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u ma’ miżuri tekniċi. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-MAP għandhom japplikaw biss għas-sardin u l-inċova, peress li għal speċijiet oħrajn (il-kavalli (Scomber spp.) u s-sawrell (Trachurus spp.)) hemm nuqqas qawwi ta' dejta u ta' valutazzjonijiet xjentifiċi. Dawn l-ispeċijiet għandhom jiġu koperti mill-MAP minħabba obbligu ta' ħatt l-art, peress li din kienet l-ispjegazzjoni KE ewlenija, iżda dan għandu jkun separat b'mod ċar fl-ambitu tal-MAP.

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza u tal-effettività tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li t-tali valutazzjoni ssegwi evalwazzjoni perjodika tal-pjan li tkun ibbażata fuq il-parir xjentifiku u li din tissejjes fuqha. Jenħtieġ li l-pjan jiġi evalwat kull ħames snin. Dan il-perjodu jippermetti li jiġi implimentat bis-sħiħ l-obbligu tal-ħatt l-art u li jiġu adottati u implimentati miżuri reġjonalizzati u li dawn jibda jkollhom impatt fuq l-istokkijiet u fuq is-sajd. Dan huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi.

(26)  Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza u tal-effettività tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li t-tali valutazzjoni ssegwi evalwazzjoni perjodika tal-pjan li tkun ibbażata fuq il-parir xjentifiku u li din tissejjes fuqha. Jenħtieġ li l-pjan jiġi evalwat ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Dan il-perjodu jippermetti li jiġi implimentat bis-sħiħ l-obbligu tal-ħatt l-art u li jiġu adottati u implimentati miżuri reġjonalizzati u li dawn jibda jkollhom impatt fuq l-istokkijiet u fuq is-sajd. Dan huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Hemm ħafna mistoqsijiet miftuħa f'termini tal-istatus tal-istokk u tal-approċċ ta' ġestjoni, u huwa propsot li għandha tkun prevista reviżjoni tal-PMA wara perjodu ta' ħames snin. Ix-xjenza għandha tkun tista' tagħti tweġiba ċara dwar il-ħtieġa possibbli għal bidla fl-approċċ tal-ġestjoni wara dan il-perjodu.

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istokkijiet tal-inċova (Engraulis encrasicolus) u tas-sardin (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku (“l-istokkijiet ikkonċernati”) u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Huwa għandu japplika wkoll għall-qabdiet aċċessorji tal-kavalli (Scomber spp.) u tas-sawrell (Trachurus spp.) fil-Baħar Adrijatiku li jinqabdu waqt is-sajd għal wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati jew għat-tnejn li huma.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istokkijiet tal-inċova (Engraulis encrasicolus) u tas-sardin (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku ("ħut pelaġiku żgħir") u għas-sajd li għandu fil-mira dawn l-istokkijiet. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-qabdiet aċċessorji tal-kavalli (Scomber spp.) u tas-sawrell (Trachurus spp.) fil-Baħar Adrijatiku li jinqabdu waqt is-sajd għall-ħut pelaġiku żgħir.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-MAP għandhom japplikaw biss għas-sardin u l-inċova, peress li għal speċijiet oħrajn hemm nuqqas qawwi ta' dejta u ta' valutazzjonijiet xjentifiċi. Dawn l-ispeċijiet għandhom jiġu koperti mill-MAP minħabba obbligu ta' ħatt l-art, peress li din kienet l-ispjegazzjoni KE ewlenija, iżda dan għandu jkun separat b'mod ċar fl-ambitu tal-MAP.

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  "Iffukar" tfisser li s-sardin jew l-inċova jirrappreżentaw tal-inqas 50 % tal-qabda f'piż ħaj;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' iffukar hija importanti għall-ġestjoni f'termini ta' jiem ta' sajd.

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  “stokkijiet pelaġiċi żgħar” tfisser l-istokkijiet imniżżlin fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe kombinament tagħhom;

(c)  "Ħut pelaġiku żgħir" tfisser l-istokkijiet tas-sardin (Sardina pilchardus) u l-inċova (Engraulis encrasicolus);

Or. en

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li tintuża d-definizzjoni ta' "speċijiet pelaġiċi żgħar" attwali tal-GFCM MP. Din id-definizzjoni timplika li dawn iż-żewġ speċijiet huma immaniġġjati flimkien. Dawn iż-żewġ speċijiet jinqabdu flimkien, u billi fis-sajd bit-tartarun tal-borża mhuwiex possibbli li tkun fil-mira biss speċi waħda, għandhom japplikaw miżuri ta' ġestjoni għat-tnejn li huma flimkien. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ speċijiet jalternaw fin-natura tagħhom, u huma dipendenti ħafna fuq il-kundizzjonijiet ambjentali. Minħabba dan, l-isfruttament ta' dawn l-ispeċijiet għandu jkun ikkontrollat u ġestit flimkien, kif diġà rikonoxxut fil-qafas attwali tal-GFCM.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  “medda tal-FMSY” tfisser medda ta’ valuri fejn, f’sitwazzjonijiet ta’ sajd imħallat u bi qbil mal-parir xjentifiku, il-livelli kollha ta’ mortalità mis-sajd fil-limiti xjentifikament indikati ta’ dik il-medda jwasslu għal rendiment massimu sostenibbli (MSY) fit-tul bil-kundizzjonijiet ambjentali medji eżistenti mingħajr ma jaffettwaw b’mod sinifikanti l-proċess ta’ riproduzzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati;

imħassar

Or. en

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  “Jum tas-sajd” tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta’ 24 siegħa, jew parti minnu, meta bastiment tas-sajd ikun involut f’attività tas-sajd, bħat-tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irmonk, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord jew it-trasferiment u l-ħatt l-art ta’ ħut u prodotti tas-sajd; .

Or. en

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  "SSBlim" tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv li taħtu azzjoni ta' ġestjoni ta' rimedju għandha tittieħed sabiex jiġi żgurat li l-istokk jerġa' jinbena sa livell fejn ikun fil-limiti ta' sikurezza tiegħu;

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-użu biss tal-bijomassa huwa aktar xieraq u huwa valur aktar ċert għall-ġestjoni ta' speċijiet pelaġiċi żgħar, li huma aktar dipendenti fuq il-kundizzjonijiet ambjentali mill-isfruttament, għall-inqas sa ma titjieb il-valutazzjoni xjentifika.

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt dc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  "SSBpa" tfisser il-punt ta' referenza prekawzjonarju tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv li taħtu azzjoni ta' ġestjoni għandha tittieħed sabiex jiġi żgurat li l-istokk jerġa' jinbena sa livell fejn ikun fil-limiti ta' sikurezza tiegħu;

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-użu biss tal-bijomassa huwa aktar xieraq u huwa valur aktar ċert għall-ġestjoni ta' speċijiet pelaġiċi żgħar, li huma aktar dipendenti fuq il-kundizzjonijiet ambjentali mill-isfruttament, għall-inqas sa ma titjieb il-valutazzjoni xjentifika.

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  “MSY Btrigger” tfisser il-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni speċifika u xierqa ta’ ġestjoni sabiex ikun żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jerġgħu jżidu l-istokkijiet għal-livelli ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu MSY fit-tul;

imħassar

Or. en

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  “opportunità tas-sajd” tfisser dritt legali kkwantifikat għas-sajd, mogħti f’termini tal-qabdiet u/jew tal-isforz tas-sajd.

imħassar

Or. en

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd imniżżlin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b’mod partikulari billi japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jerġa’ jżid il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom f’livelli ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY.

1.  Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd imniżżlin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-għanijiet huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u mhuwiex meħtieġ li jiġu ripetuti hawnhekk. L-għanijiet tal-PKS huma ugwalment importanti u li l-ilħuq tal-MSY ma jistax ikun aktar importanti minn għanijiet oħra bħalma huma l-istabbiltà soċjali tas-segment tas-sajd ikkonċernat.

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-pjan pluriennali għandu jipprovdi qafas ta’ ġestjoni effettiv, sempliċi u stabbli għall-isfruttament tal-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku.

2.  Il-pjan pluriennali għandu jipprovdi qafas ta’ ġestjoni effettiv, sempliċi u stabbli għall-isfruttament tal-istokkijiet tal-ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Adrijatiku.

Or. en

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miri għall-inċova u għas-sardin

Miri għall-ħut pelaġiku żgħir

Or. en

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni timplika li dawn iż-żewġ speċijiet huma immaniġġjati flimkien.

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-mortalità mis-sajd fil-mira għandha tintlaħaq mill-aktar fis possibbli u fuq bażi progressiva u inkrimentali sal-2020 għall-istokkijiet ikkonċernati u, wara dak iż-żmien, għandha tinżamm fil-meded stabbiliti fl-Anness I u f’konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

1.  Il-valuri mira ta' referenza għall-ħut pelaġiku żgħir għandhom jintlaħqu mill-aktar fis possibbli u għandhom jinżammu 'l fuq mill-valuri stabbiliti fl-Anness I u f'konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 huma b'dan qed jiġu aġġustati skont il-proposta għal punti ta' referenza bbażati fuq il-bijomassa.

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jikkonformaw mal-meded tal-mortalità mis-sajd fil-mira stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-miżuri ta' ġestjoni għall-ħut pelaġiku żgħir għandhom jikkonformaw mal-valuri mira ta' referenza stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 huma b'dan qed jiġu aġġustati skont il-proposta għal punti ta' referenza bbażati fuq il-bijomassa. Qed jiġi propost li jitħassar it-terminu “opportunitajiet tas-sajd” u li dan jinbidel bit-terminu “miżuri ta’ ġestjoni”. B’mod partikolari, l-opportunitajiet tas-sajd jindikaw sistema tat-TAC; minflok qed jiġi propost li dawn jiġu sostitwiti b'miżuri ta’ ġestjoni li jkunu aktar xierqa għal sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq l-isforz.

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu ffissati f’livelli li jikkorrispondu għal livelli aktar baxxi ta’ mortalità mis-sajd minn dawk stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I.

3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-miżuri ta' ġestjoni jista' jkollhom fil-mira l-livelli li jikkorrispondu għal valuri ogħla minn dawk stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I jekk:

 

(a)  abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;

 

(b)  abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta’ bejn l-istokkijiet ta’ speċijiet differenti; jew

 

(c)  wieħed mill-istokkijiet ta' ħut pelaġiku żgħir huwa inqas mill-punt ta' referenza stipulat fl-Anness I, kolonna B.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 huma b'dan qed jiġu aġġustati skont il-proposta għal punti ta' referenza bbażati fuq il-bijomassa. B’mod partikolari, l-opportunitajiet tas-sajd jindikaw sistema tat-TAC; minflok qed jiġi propost li dawn jiġu sostitwiti b'miżuri ta’ ġestjoni li jkunu aktar xierqa għal sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq l-isforz.

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-opportunitajiet tas-sajd għal xi stokk partikulari jistgħu jiġu ffissati skont il-meded tal-mortalità mis-sajd stabbiliti fil-kolonna B tal-Anness I, dejjem jekk l-istokk ikkonċernat ikun f’livell ogħla mil-livell minimu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna A tal-Anness II:

imħassar

(a)  jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;

 

(b)  jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta’ bejn l-istokkijiet ta’ speċijiet differenti, jew

 

(c)  sabiex il-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd bejn snin konsekuttivi jiġu llimitati għal mhux aktar minn 20%.

 

Or. en

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 huma b'dan qed jiġu aġġustati skont il-proposta għal punti ta' referenza bbażati fuq il-bijomassa. B’mod partikolari, l-opportunitajiet tas-sajd jindikaw sistema tat-TAC; minflok qed jiġi propost li dawn jiġu sostitwiti b'miżuri ta’ ġestjoni li jkunu aktar xierqa għal sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq l-isforz.

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala livelli minimi u livelli ta' limitu tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li għandhom jiġu applikati sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kapaċità riproduttiva sħiħa tal-istokkijiet ikkonċernati huma stabbiliti fl-Anness II.

1.  Il-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala livelli ta' limitu tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li għandhom jiġu applikati sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kapaċità riproduttiva sħiħa tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar huma stabbiliti fil-kolonna B tal-Anness I.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet proposti huma konformi ma' proposti oħra li huma bbażati fuq il-bijomassa bħala l-unika valur u l-aktar valur ċert.

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-livell minimu tal-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati l-miżuri kollha ta' rimedju x-xierqa biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa' jitla' malajr għal livelli li jkunu ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. B'mod partikulari, b'deroga mill-Artikolu 4(2) u (4) ta' dan ir-Regolament, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet ikkonċernati għandhom jiġu ffissati f'livell li jkun konsistenti ma' mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset iktar mill-medda stabbilita fil-kolonna A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa ta' dak l-istokk.

2.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-pelaġji żgħar tkun taħt il-livell minimu tal-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna B tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati l-miżuri kollha ta' rimedju x-xierqa biex jikkontribwixxu għar-ritorn rapidu tal-pelaġji ż-żgħar għal livelli li jkunu ’l fuq mill-punt ta' referenza stipulat fl-Anness I, Kolonna A. B'mod partikulari, b'deroga mill-Artikolu 4(2) u f'konformità mal-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, il-miżuri ta' ġestjoni għandhom jiġu aġġustati waqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa ta' dak l-istokk.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet proposti huma konformi ma' proposti oħra li huma bbażati fuq il-bijomassa bħala l-unika valur u l-aktar valur ċert.

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-limitu tal-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv (Blim) kif stabbilit fil-kolonna B tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu iktar miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa' jitla' malajr għal livelli li jkunu ’l fuq minn dak li jista' jipproduċi l-MSY. B'mod partikulari, b'deroga mill-Artikolu 4(2) u (4), dawk il-miżuri ta' rimedju jistgħu jinkludu s-sospensjoni tas-sajd li jkollu fil-mira lill-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis ix-xieraq tal-opportunitajiet tas-sajd.

3.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed miż-żewġ stokkijiet pelaġiċi żgħar tkun taħt il-limitu tal-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv (SSBlim) kif stabbilit fil-kolonna B tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu iktar miżuri ta' rimedju biex jikkontribwixxu għar-ritorn rapidu taż-żewġ stokkijiet għal livelli li jkunu ’l fuq mill-punt ta' referenza stipulat fl-Anness I, Kolonna A. B'mod partikulari, b'deroga mill-Artikolu 4(2), dawk il-miżuri ta' rimedju jistgħu jinkludu s-sospensjoni tas-sajd li jkollu fil-mira lill-istokk ikkonċernat u miżuri oħra adegwati ta' ġestjoni.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet proposti huma konformi ma' proposti oħra li huma bbażati fuq il-bijomassa bħala l-unika valur u l-aktar valur ċert.

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-parir xjentifiku jindika li hemm bżonn ta' azzjoni ta' rimedju biex tkun żgurata l-konservazzjoni tal-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar imsemmijin fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament jew, fil-każ tal-inċova u tas-sardin, meta l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-istokkijiet għal sena partikulari tkun taħt il-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 b'rabta mal-affarijiet li ġejjin:

1.   Meta l-parir xjentifiku jindika li hemm bżonn ta' azzjoni ta' rimedju biex tkun żgurata l-konservazzjoni tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar jew meta l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-istokkijiet għal sena partikulari tkun taħt il-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni stabbiliti fil-kolonna B tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 b'rabta mal-affarijiet li ġejjin:

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet proposti huma konformi ma' proposti oħra li huma bbażati fuq il-bijomassa bħala l-unika valur u l-aktar valur ċert.

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, b'mod partikulari d-daqs tal-malja, il-bini tal-irkaptu, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta' tagħmir tas-selettività sabiex tkun żgurata s-selettività jew sabiex din tittejjeb;

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li jitħassru dawn is-settijiet ta' miżuri għax ma jistgħux jipprovdu riżultati rapidi. F'sitwazzjoni fejn wieħed miż-żewġ stokkijiet ikkonċernati jaqa' taħt l-SSBlim, u jkun meħtieġ li l-KE tirreaġixxi, huwa neċessarju li jkunu previsti aktar miżuri xierqa li jistgħu jwasslu għal tendenzi pożittivi kemm jista' jkun malajr.

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-użu tal-irkaptu tas-sajd u l-fond li fih jintuża l-irkaptu sabiex tkun żgurata s-selettività jew sabiex din tittejjeb;

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li jitħassru dawn is-settijiet ta' miżuri għax ma jistgħux jipprovdu riżultati rapidi. F'sitwazzjoni fejn wieħed miż-żewġ stokkijiet ikkonċernati jaqa' taħt l-SSBlim, u jkun meħtieġ li l-KE tirreaġixxi, huwa neċessarju li jkunu previsti aktar miżuri xierqa li jistgħu jwasslu għal tendenzi pożittivi kemm jista' jkun malajr.

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  karatteristiċi oħrajn marbutin mas-selettività.

imħassar

Or. en

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li jitħassru dawn is-settijiet ta' miżuri għax ma jistgħux jipprovdu riżultati rapidi. F'sitwazzjoni fejn wieħed miż-żewġ stokkijiet ikkonċernati jaqa' taħt l-SSBlim, u jkun meħtieġ li l-KE tirreaġixxi, huwa neċessarju li jkunu previsti aktar miżuri xierqa li jistgħu jwasslu għal tendenzi pożittivi kemm jista' jkun malajr.

 

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Minkejja l-paragrafu 1, sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4, il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw għal perjodu ta' ħames snin:

 

(a)   fl-2018 il-limitu tal-qbid għal speċijiet pelaġiċi żgħar għandu jkun stabbilit fil-livell ta' qbid tal-2014. Mill-bidu tal-2019, il-limiti tal-qbid għal speċijiet pelaġiċi żgħar għandhom jitnaqqsu gradwalment kull sena b'5 % meta mqabbla mas-sena preċedenti sal-2022;

 

(b)   l-isforzi tas-sajd ta' bastimenti tas-sajd li jimmiraw għal speċijiet pelaġiċi żgħar m'għandhomx jaqbżu l-180 jum ta' sajd fis-sena u l-20 jum ta' sajd fix-xahar, b'massimu ta' 144 jum ta' sajd fis-sena li fihom ifittxu s-sardin u massimu ta' 144 jum ta' sajd fis-sena li fihom ifittxu l-inċova;

 

(c)   l-għeluq spazjotemporali għandu jiġi implimentat kull sena sabiex jiġu protetti żoni tat-tkabbir u tar-riproduzzjoni. Tali għeluq għandhom ikopru d-distribuzzjoni sħiħa ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Adrijatiku, għal perjodi ta' mhux anqas minn 15-il jum kontinwi u sa 30 jum kontinwi. Dawk l-għeluq għandhom iseħħu matul il-perijodu li ġej:

 

(i)   għas-sardin, mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu, u

 

(ii)   għall-inċova, mill-1 ta' April sat-30 ta' Settembru;

 

(d)   għeluq addizzjonali għal bastimenti b'tul totali ta' aktar minn 12-il metru għandhom jiġu implimentati għal mhux inqas minn sitt xhur. Dan l-għeluq għandu jkopri tal-inqas 30 % tal-erja li ġiet identifikata bħala żona tat-tkabbir u żona importanti għall-protezzjoni tal-klassijiet ta' etajiet żgħar ta' ħut (fil-baħar territorjali u dak intern);

 

(e)   il-kapaċità tal-flotta sħiħa ta' bastimenti tat-tkarkir u dawk bit-tartarun tal-borża li jistadu b'mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar m'għandhomx jaqbżu l-kapaċità tal-flotta rreġistrata tal-flotta attiva fl-2014 f'termini ta' tunnelleġġ gross (TG) u/jew tunnellaġġ gross reġistrat (TGR), il-qawwa tal-magna (kW) u numru ta' bastimenti.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri proposti huma għal kollox implimentati sa mill-2017, u parzjalment sa mill-2015. Dawn huma konformi mal-pjan ta' ġestjoni GFCM u huwa essenzjali li jitkompla l-użu tal-istess approċċ ta' ġestjoni u miżuri sabiex inkunu nistgħu nevalwaw l-impatt tagħhom. Barra minn hekk, huwa propost li jiġi implimentat tnaqqis gradwali tal-limitu ta' qbid għall-istess perijodu.

 

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.   Minkejja l-paragrafu 1a, sabiex tiġi żgurata l-istabilità u jiġu limitati l-varjazzjonijiet tal-miżuri ta' ġestjoni, it-tul ta' żmien tal-għeluq imsemmi fil-punti (c) u (d) tiegħu m'għandux ivarja b'iktar minn 10 % bejn snin konsekuttivi.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri proposti huma għal kollox implimentati sa mill-2017, u parzjalment sa mill-2015. Dawn huma konformi mal-pjan ta' ġestjoni GFCM u huwa essenzjali li jitkompla l-użu tal-istess approċċ ta' ġestjoni u miżuri sabiex inkunu nistgħu nevalwaw l-impatt tagħhom. Barra minn hekk, huwa propost li jiġi implimentat tnaqqis gradwali tal-limitu ta' qbid għall-istess perijodu.

 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Miżuri tekniċi

 

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, u l-punt 2 tal-Anness II m'għandhomx japplikaw.

 

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tul massimu ta' xbieki tat-tidwir (tartarun tal-borża u tartaruni mingħajr vajjina) għandu jkun ristrett għal 600 metru, b'inżul massimu tax-xibka ta' 1/3 tat-tul.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Għall-implimentazzjoni ta' kwalunwe MP huwa essenzjali li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu inklużi fil-MAP. Dan diġà ntalab permezz ta' rakkomandazzjoni konġunta minn Adriatic MS u elaborat permezz ta' Studju dwar karatteristiċi tekniċi ta' xbieki PS u l-impatt tagħhom fuq il-komunitajiet tal-qiegħ. Dan l-istudju u t-talba ġew ukoll riveduti minn esperti indipendenti u mill-STECF, li kkonfermaw il-konklużjonijiet tiegħu. Dan jirrappreżenta waħda mid-dispożizzjonijiet ewlenin sabiex tiġi żgurata l-vijabilità tas-sajd PS tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku.

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 10, paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  B'deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, in-notifika minn qabel imsemmija f'dak l-Artikolu għandha ssir mill-inqas siegħa u nofs qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kostali jistgħu, fuq il-bażi ta' każ b'każ, jagħtu permess għal dħul qabel fil-port.

1.  B'deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, in-notifika minn qabel imsemmija f'dak l-Artikolu għandha ssir mill-inqas siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kostali jistgħu, fuq il-bażi ta' każ b'każ, jagħtu permess għal dħul aktar bikri fil-port.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Minħabba kosta speċifika u minħabba l-fatt li ż-żoni tas-sajd huma relattivament qrib il-portijiet, huwa meħtieġ li jiġi previst perjodu iqsar għal notifika minn qabel.

 

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-obbligu ta' notifika minn qabel għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta' inċova jew tunnellata ta' sardin.

2.  L-obbligu ta' notifika minn qabel għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta' speċijiet pelaġiċi żgħar.

Or. en

 

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għandha tiġi estiża għall-bastimenti tas-sajd li b'kollox ikunu twal tmien metri jew aktar u li jkunu impenjati fis-sajd għall-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku.

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għandha tiġi estiża għall-bastimenti tas-sajd li b'kollox ikunu twal tmien metri jew aktar u li jkollhom fil-mira speċijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku.

Or. en

 

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ma għandhiex tapplika għall-bastimenti impenjati fis-sajd għall-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku skont dan ir-Regolament, irrispettivament mit-tul tagħhom.

2.  L-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ma għandhiex tapplika għall-bastimenti li jkollhom fil-mira speċijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku skont dan ir-Regolament, irrispettivament mit-tul tagħhom.

Or. en

 

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-obbligu li jinżamm ġurnal ta' abbord dwar is-sajd f'format elettroniku u li dan jintbagħat permezz ta' mezzi elettroniċi mill-inqas darba kuljum lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, għandu jiġi estiż għall-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li b'kollox ikunu twal tmien metri jew aktar u li jkunu impenjati fis-sajd għall-inċova jew għas-sardin.

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-obbligu li jinżamm ġurnal ta' abbord dwar is-sajd f'format elettroniku u li dan jintbagħat permezz ta' mezzi elettroniċi mill-inqas darba kuljum lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, għandu jiġi estiż għall-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li b'kollox ikunu twal tmien metri jew aktar u li jkunu li jkollhom fil-mira speċijiet pelaġiċi żgħar.

Or. en

 

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ma għandhiex tapplika għall-kaptani ta' bastimenti li jkunu impenjati fis-sajd għall-inċova jew għas-sardin, irrispettivament mit-tul ta' dawn il-bastimenti.

2.  L-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ma għandhiex tapplika għall-kaptani ta' bastimenti li jkollhom fil-mira speċijiet pelaġiċi żgħar, irrispettivament mit-tul ta' dawn il-bastimenti.

Or. en

 

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti massimi li japplikaw għall-piż ħaj tal-ispeċijiet tal-istokkijiet rispettivi li huma suġġetti għall-pjan pluriennali li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet tiegħu f'port deżinjat jew f'post viċin il-kosta kif stabbilit fl-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Il-limitu massimu applikabbli għall-piż ħaj tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar li, jekk jinqabeż, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet tiegħu f'port deżinjat jew f'post viċin il-kosta kif stabbilit fl-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, għandu jkun ta' 4 tunnellati.

Or. en

 

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  2 000 kg ta' inċova;

imħassar

Or. en

 

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  2 000 kg ta' sardin.

imħassar

Or. en

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan pluriennali fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan pluriennali fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha, fejn ikun xieraq, tippreżenta proposta biex temenda dan ir-Regolament.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Hemm wisq mistoqsijiet miftuħa f'termini tal-istatus tal-istokk u approċċ ta' ġestjoni, huwa propost li reviżjoni tal-MAP għandha tkun prevista wara perjodu ta' ħames snin. Ix-xjenza għandha tkun tista' tagħti tweġiba ċara dwar il-ħtieġa possibbli għal bidla fl-approċċ tal-ġestjoni wara dan il-perjodu.

 

Emenda    54

Proposta għal regolament

Anness I – intestatura 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mortalità mis-sajd fil-mira

Punti ta' referenza fil-mira għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Or. en

 

Emenda    55

Proposta għal regolament

Anness I – intestatura 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(msemmija fl-Artikolu 4)

(msemmija fl-Artikoli 4 u 5)

Or. en

 

Emenda    56

Proposta għal regolament

Anness I – tabella

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Stokk

Medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira konsistenti mal-ilħuq tar-rendiment massimu sostenibbli (FMSY)

 

 

Kolonna A

Kolonna B

Inċova

0.23 -0.30

0.30 - 0.364

Sardin

0.065 - 0.08

0.08 - 0.11

Emenda

Stokk

Punti ta' referenza fil-mira għal speċijiet pelaġiċi żgħar

 

 

Kolonna A

Kolonna B

Inċova

SSBpa

SSBlim

Sardin

SSBpa

SSBlim

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-użu biss tal-bijomassa huwa aktar xieraq u huwa valur aktar ċert għall-ġestjoni ta' speċijiet pelaġiċi żgħar, li huma aktar dipendenti fuq il-kundizzjonijiet ambjentali mill-isfruttament, għall-inqas sa ma titjieb il-valutazzjoni xjentifika.

 

Emenda    57

Proposta għal regolament

Anness II

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Or. en

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

1) Sfond tal-proposta tal-Kummissjoni

 

Il-pjan pluriennali għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (minn hawn ’il quddiem "pjan pluriennali tal-Baħar Adrijatiku") qed tiġi stabbilita skont ir-Regolament Bażiku. Il-pjanijiet pluriennali huma adottati bħala prijorità abbażi ta' pariri xjentifiċi, tekniċi, u ekonomiċi, u għandhom jinkludu miżuri ta' konservazzjoni biex l-istokkijiet tal-ħut jiġu ripristinati u jinżammu ’l fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. Ir-Regolament Bażiku jistipula wkoll li l-miżuri ma jistgħux jiġu inklużi fil-pjani multiannwali sakemm l-impatt soċjali u ekonomiku tagħhom ma jkunx ġie ikkunsidrat.

 

Il-pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku, l-ewwel pjan ta' dan it-tip fiż-żona tal-Mediterran, x'aktarx se jkollu impatt kbir fuq il-ġestjoni tas-sajd fil-Mediterran kollu.

 

Il-Baħar Adrijatiku huwa subżona importanti fil-Mediterran li tirrappreżenta madwar terz tal-valur totali tal-ħatt l-art. Is-sardin u l-inċova jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-qabdiet pelaġici żgħar. L-akbar kwantitajiet jinqabdu mill-Italja u l-Kroazja. Tielet Stat Membru, l-Islovenja, taqbad inqas minn 1 %, u l-Albanija u l-Montenegro jirrappreżentaw proporzjonijiet żgħar ukoll. Sajd pelaġiku żgħir huwa attwalment irregolat fil-livell nazzjonali, dak tal-UE u dak internazzjonali. Il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran hija korp internazzjonali li bħalissa qed tirregola s-sajd ta' dan it-tip.

 

L-għan aħħari tal-proposta huwa li jintlaħaq ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) sal-2020, kif meħtieġ mill-Politika Komuni tas-Sajd. Fil-memorandum ta' spjegazzjoni għall-proposta, il-Kummissjoni tiddikjara li l-għan ewlieni tal-pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku huwa li l-istokkijiet jiġu lura għal-livell ta' qabel u s-settur tas-sajd jerġa' lura għal stat b'saħħtu billi jiġi żgurat li s-sajd isir sostenibbli.

 

2) Il-kontenut tal-proposta

Fl-24 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Il-pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku jista' japplika għall-istokkijiet tal-inċova, sardin, kavalli u sawrell. L-għan fundamentali tal-pjan pluriennali huwa li jintlaħaq u jinżamm ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) għall-istokkijiet ikkonċernati, li s-settur tas-sajd isir sostenibbli u li jipprovdi qafas ta' ġestjoni effettiv.

Skont il-pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku, il-miri proposti huma mogħtija bħala meded tal-mortalità mis-sajd madwar l-FMSY kif irrakkomandat mill-STECF bi skadenza tal-2020. Ġew inklużi miri għall-inċova u għas-sardin, u l-meded huma bbażati fuq rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-STECF. Skont il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-Kummissjoni, dawn il-meded se jippermettu lill-istokkijiet ikkonċernati li jkunu ġestiti fuq il-bażi ta' MSY u x'aktarx jagħtu lok għal aġġustament f'każ li jkun hemm xi bidliet fil-pariri xjentifiċi. F'każijiet fejn ikun hemm data disponibbli dwar l-istokkijiet tal-ħut, dawn il-punti ta' referenza għandhom jingħataw bħala bijomassa ta' stokk riproduttiv;

 

Il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet marbutin mal-obbligu tal-ħatt l-art li jridu jiġu adottati għar-raġunijiet tar-reġjonalizzazzjoni.  

 

 

3) Pożizzjoni tar-rapporteur

 

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-pjan pluriennali tal-Baħar Adrijatiku, peress li se jipprovdi għodda tal-ġestjoni pluriennali tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi biex jgħinu sabiex jinbnew mill-ġdid l-istokkijiet, u s-settur tas-sajd jerġa' lura għal livell sostenibbli. Skont l-evalwazzjonijiet xjentifiċi tal-istatus tal-istokkijiet tas-sardin u l-inċova, il-livell attwali ta' sajd fil-Baħar Adrijatiku jikkostitwixxi sfruttament żejjed. Ir-rapporteur jappoġġja l-miżuri intiżi sabiex itejbu l-istat tal-istokkijiet, b'enfasi partikolari fuq il-ħarsien ta' żoni ġeografiċi li fihom jinżamm il-ħut li għadu qed jikber, u sabiex jipproteġu stokk waqt li jkun qed ibid.

 

B'kont meħud tal-istat tal-istokkijiet, in-natura speċifika tas-sajd, u s-sitwazzjoni soċjoekonomika kumplessa fl-Adrijatiku, u bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni effikaċi u biex jiġu ċċarati u ssimplifikati dispożizzjonijiet individwali tal-proposta, ir-rapporteur qed tipproponi li jsiru l-emendi li ġejjin:

 

Ġestjoni konġunta tas-sardin u l-inċova

 

Ir-rapporteur ma jaqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni dwar ġestjoni separata għal sardin u inċova, u qed jipproponi minflok li dawn iż-żewġ speċi jiġu ġestiti flimkien. Il-bijomassa tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar tista' tvarja ħafna minn sena għal sena, irrispettivament mill-mortalità tas-sajd, peress li l-ħut pelaġiku żgħir huwa dipendenti ħafna fuq il-kundizzjonijiet ambjentali. Fid-dawl tal-fatt li fis-sajd mhuwiex kompletament possibbli esklussivament li jkun fil-mira wieħed minn dawn iż-żewġ speċi ta' hawn fuq, ir-rapporteur tqis li dawn għandhom jiġu ġestiti flimkien. Barra minn hekk, iż-żewġ speċijiet, is-sardin u l-inċova, jikkondividu l-istess niche ekoloġiku u l-bijomassa tagħhom qed tinbidel. Fil-proposta, ir-rapporteur qed tintroduċi l-kunċett ta' "speċijiet pelaġiċi żgħar", li jintuża wkoll fil-pjan reġjonali mfassal mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran.

 

Iż-żamma tal-prinċipju ta' reġim ibbażat fuq il-ġestjoni tal-isforz tas-sajd

 

Ir-rapporteur toġġezzjona bil-qawwa t-tentattivi tal-Kummissjoni biex tiżgura li s-sajd ikun irregolat billi tistipula l-volumi ta' qbid totali u tistabbilixxi sistema ta' kwoti. Bħalissa l-erja kollha tal-Adrijatiku (GSA17 u GSA18) hija koperta mill-pjan ta' ġestjoni prodotta mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM), li hija bbażata fuq ir-regolamentazzjoni tal-isforzi tas-sajd u tal-kapaċità tas-sajd permezz ta' regolamentazzjoni spazjali-temporali u limiti fuq in-numru ta' ġranet tas-sajd għal kull bastiment, iżda inizjalment tistabbilixxi limitu tal-qbid sikur fil-livell ta' qabdiet fl-2014. Ir-rakkomandazzjoni GFCM li issa hija fis-seħħ (GFCM/40/2016/2) ħarġet fl-2016. Ir-rapporteur tqis ir-rakkomandazzjoni attwali bħala partikolarment importanti għaliex toffri stabilità relattiva għal dan is-settur. Il-pakkett ta' miżuri qed tiġi applikata fl-2017 u fl-2018, u matul dan iż-żmien għandu jsir evidenti jekk dawk il-miżuri, li ġew kompletament applikabbli mill-2015, kinux effettivi u jipproduċux riżultati.

 

Fil-Mediterran bħala ħaġa waħda, ir-reġim ta' ġestjoni qed jiġi implimentat kif deskritt hawn fuq, u kwalunkwe bidla sinifikanti fil-ġestjoni f'parti żgħira waħda hija probabbli li tfixkel is-suq tal-UE, tiftaħ spazju għal aktar importazzjonijiet minn pajjiżi barra l-UE, u tqiegħed is-settur tas-sajd f'pożizzjonijiet mhux ugwali fis-suq.

 

Peress li l-proposta tar-rapporteur hija bbażata fuq il-ġestjoni tal-isforz tas-sajd, hija qed tipproponi li tbiddel is-sistema ta' ġestjoni li tinvolvi "opportunitajiet" ma' "miżuri ta' ġestjoni".

 

Ir-rapporteur jixtieq jirrimarka li valutazzjonijiet xjentifiċi u r-rakkomandazzjonijiet huma adattati għall-bidla u tqis dan bħala raġuni oħra għal direzzjoni ċara ta' sistemi ta' kwoti. Fatt ta' min wieħed jisħaq fuqu huwa li nkisbu riżultati differenti mill-istess data prodotta mill-gruppi ta' ħidma GFCM u STECF. L-inċertezza inerenti f'dawn il-valutazzjonijiet toħloq tħassib addizzjonali meta jittieħdu deċiżjonijiet ewlenin fit-tul ibbażati fuq rakkomandazzjonijiet xjentifiċi li jistgħu jvarjaw ħafna.

 

 

Valutazzjonijiet xjentifiċi u l-użu tagħhom fil-pjan propost

 

Waħda mid-dispożizzjonijiet ewlenin ta' din il-proposta hija relatata ma' punti ta' referenza bijoloġiċi. Fil-proposta, dawn il-punti ta' referenza huma bbażati fuq il-valur tal-mortalità mis-sajd (F), li jikkorrispondi għall-isfruttar tar-riżorsi fil-livelli tar-rendiment massimu sostenibbli (FMSY). Dak il-valur jikkostitwixxi l-livell fil-mira li għandu jintlaħaq, skont ir-Regolament Bażiku, sal-2020. Madankollu, il-valur tal-mortalità mis-sajd li jikkorrispondi għall-valur teoretiku ta' sfruttament fir-rendiment sostenibbli massimu jiddependi fuq għadd ta' suppożizzjonijiet inkorporati fil-proċedura għal valutazzjoni xjentifika tal-istat tal-istokkijiet u għalhekk jista' jvarja ħafna. Fl-2016, pereżempju, l-STECF qies li l-valur għal FMSY għas-sardin kien 0.08, filwaqt li fl-istess ħin il-GFCM stabbilixxa l-valur għal 0.7, fi kliem ieħor kważi għaxar darbiet ogħla. Fl-aħħar laqgħa plenarja tal-STECF (17-01) inħarġet rakkomandazzjoni li tgħid li l-valur li għandu jintuża għal-livell fil-mira ta' rendiment massimu sostenibbli m'għandux ikun FMSY, iżda konverżjoni teoretika bl-esplojtazzjoni integrata (il-proporzjon bejn il-mortalità mis-sajd u tal-mortalità totali, E=0.4), li tista' wkoll tiġi espressa bħala valur tal-mortalità mis-sajd F. Billi anki l-korp konsultattiv xjentifiku tal-Kummissjoni (l-STECF) ikkonkluda li hemm wisq inċertezzi f'dawn il-valutazzjonijiet, ir-rapporteur jipproponi li l-punt ta' referenza li għandu jintuża fil-pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku għandu jkun tal-bijomassa tal-istokk u mhux il-mortalità mis-sajd. Huwa speċjalment importanti li, fi żmien meta din il-kwistjoni qed twassal għal kontroversji fi ħdan il-komunità xjentifika, ma għandux ikun hemm il-possibilità ta' introduzzjoni ta' sistema ta' kwoti, li permezz tagħha jiġi ddeterminat b'mod preċiż il-qabda totali billi tiffoka fuq dawk il-punti ta' referenza. Minħabba l-varjazzjonijiet fil-punti ta' referenza, dawn ma jistgħux jintużaw biex jiddeterminaw il-qabda totali permissibbli; l-arranġament li għandu jiġi applikat irid ikun ibbażat fuq ir-regolamentazzjoni tal-isforzi tas-sajd biex jiżgura s-sopravivenza tal-ispeċi individwali fi kwantità suffiċjenti f'termini tal-bijomassa tagħha.

 

Id-definizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi ta' tartaruni tal-borża għas-sajd għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku

 

Ir-rapporteur tipproponi li l-pjan propost jipprevedi eżenzjoni mid-dispożizzjoni tar-Regolament tal-Mediterran dwar it-tnaqqis ta' tartarun tal-borża u r-relazzjoni tal-fond mat-twaqqigħ tax-xibka. Għandu jiġi enfasizzat li l-pjan qed jiġi prodott f'konformità ma' karatteristiċi reġjonali u jrid jiġi adattat għas-sajd fiż-żona li għalih huwa maħsub; huwa jrid ukoll, mill-bidu nett, jirrikonoxxi, u jippermetti, il-karatteristiċi speċifiċi ta' rkaptu tas-sajd użati fil-Baħar Adrijatiku.

 

Il-pajjiżi Adrijatiċi miġbura flimkien fi ħdan l-inizjattiva AdriaMed (inizjattiva subreġjonali fil-forma ta' proġett tal-FAO) wettqu studju xjentifiku sabiex jiddeskrivi l-karatteristiċi tekniċi ta' tartaruni tal-borża fil-Baħar Adrijatiku, l-impatt possibbli tagħhom fuq qiegħ il-baħar, u l-imġiba tas-sajd tagħhom. Dan l-istudju wera li l-Italja, il-Kroazja u l-Islovenja għandhom raġun li jitolbu li d-dimensjonijiet ta' tartarun tal-borża jkunu definiti skont il-pjan b'tali mod li t-tul massimu jkun ta' 600 m u t-twaqqigħ tax-xibka, mhux aktar minn 1/3 tat-tul. Peress li dawk huma d-dimensjonijiet li qed jiġu proposti, huwa essenzjali li titneħħa d-dispożizzjoni tar-Regolament tal-Mediterran li tirrestrinġi l-użu ta' tartaruni tal-borża f'żoni b'fond ta' inqas minn 70 % tat-twaqqigħ tax-xibka; minħabba l-konfigurazzjoni ta' qiegħ il-baħar Adrijatiku, dan mhuwiex infurzabbli.

 

L-impatt soċjoekonomiku fuq il-pjan propost

 

Ir-Regolament Bażiku jistipula, fost l-oħrajn, li l-miżuri ma jistgħux jiġu inklużi fil-pjanijiet pluriennali sakemm l-impatt soċjali u ekonomiku tagħhom ma jkunx ġie kkunsidrat.

 

Ir-rapporteur tixtieq tirrimarka li fil-proposta tal-Kummissjoni ma hemm l-ebda valutazzjoni dettaljata tal-impatti soċjoekonomiċi. Hija tinsab partikolarment imħassba minħabba li s-settur tas-sajd fil-Mediterran ilu fi kriżi għal aktar minn għoxrin sena, u dispożizzjonijiet ġodda li ma tqisux sew jista' jkollhom effett sinifikanti u jwasslu għr-rovina tas-settur kollu kemm hu. Barra minn hekk, m'hemm l-ebda appoġġ finanzjarju u/jew miżura ta' konverżjoni għal ditti u ħaddiema flimkien mal-proposta biex jitnaqqsu l-qabdiet tas-sardin u l-inċova, minkejja li dawn huma riżors ekonomiku importanti għall-komunitajiet lokali żgħar, speċjalment il-komunitajiet tal-gżejjer, u l-industriji.

 

 

 

[1] Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.