Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
14.7.2016
***I
ABBOZZ TA' RAPPORT
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013
( COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD) )
Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Lambert van Nistelrooij, Constanze Krehl
Rapporteur għal opinjoni (*):
Costas Mavrides, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 6
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013
( COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2015)0701 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 175 u 197(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0373/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Sajd u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A80000/2016),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Ir-riformi huma min-natura tagħhom proċessi kumplessi li jeħtieġu katina sħiħa ta’ għarfien u ħiliet speċjalizzati ħafna. L-indirizzar tar-riformi strutturali f’varjetà ta’ oqsma ta’ politika pubblika huwa sfida billi l-benefiċċji tagħhom ħafna drabi jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw ruħhom. Għaldaqstant, tfassil u implimentazzjoni bikrija u effiċjenti huma kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll dawk strutturalment dgħajfin. F’dan il-kuntest, il-forniment ta’ appoġġ mill-Unjoni f’forma ta’ assistenza teknika kien kruċjali fl-appoġġ ta’ aġġustament ekonomiku tal-Greċja u Ċipru f’dawn l-aħħar snin. | (4) Ir-riformi huma min-natura tagħhom proċessi kumplessi li jeħtieġu katina sħiħa ta’ għarfien u ħiliet speċjalizzati ħafna. L-indirizzar tar-riformi strutturali f’varjetà ta’ oqsma ta’ politika pubblika huwa sfida billi l-benefiċċji tagħhom ħafna drabi jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw ruħhom. Għaldaqstant, tfassil u implimentazzjoni bikrija u effiċjenti huma kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll dawk strutturalment dgħajfin. F’dan il-kuntest, il-forniment ta’ appoġġ mill-Unjoni f’forma ta’ assistenza teknika kien importanti fl-appoġġ ta’ aġġustament ekonomiku tal-Greċja u Ċipru f’dawn l-aħħar snin. |
Or. en
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) Ir-Rapport Speċjali (Nru 19/2015) tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bl-isem "Jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni għar-riżultati biex jitjieb it-twassil tal-assistenza teknika lill-Greċja" jinkludi rakkomandazzjonijiet utli rigward l-għoti ta' assistenza teknika mill-Kummissjoni lill-Istati Membri li għandhom jitqiesu fl-implimentazzjoni tal-appoġġ taħt il-programm. |
Or. en
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u jitħeġġeġ l-investiment fl-ekonomija reali. | (7) F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ('il-Fondi SIE'). Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-ħolqien tal-impjiegi, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u jitħeġġeġ l-investiment fl-ekonomija reali. |
Or. en
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) L-appoġġ taħt il-Programm għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, f'oqsma bħall-baġit u t-tassazzjoni, il-funzjoni pubblika, ir-riformi istituzzjonali u amministrattivi, is-sistema tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-frodi, l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki dwar ix-xogħol, is-saħħa pubblika, l-asil, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u dwar il-politiki tas-settur finanzjarju. | (8) L-appoġġ taħt il-Programm għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, f'oqsma bħall-koeżjoni, il-baġit u t-tassazzjoni, il-funzjoni pubblika, ir-riformi istituzzjonali u amministrattivi, is-sistema tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-frodi, l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki dwar ix-xogħol, is-saħħa pubblika, l-asil, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u dwar il-politiki tas-settur finanzjarju. |
Or. en
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jitolbu appoġġ mill-Kummissjoni taħt il-Programm fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riformi fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikulari tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, għal azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi jitolbu appoġġ fir-rigward ta' riformi fuq l-inizjattiva tagħhom stess, sabiex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. | (9) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jitolbu appoġġ mill-Kummissjoni taħt il-Programm fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riformi fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikulari tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, għal azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi jitolbu appoġġ fir-rigward ta' riformi fuq l-inizjattiva tagħhom stess, sabiex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-Kummissjoni għandha tipprepara gwida dwar l-elementi ewlenin ta' talba għal appoġġ. |
Or. en
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, ta' trattament ugwali u ta' ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità, l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni. | (10) Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, ta' trattament ugwali u ta' ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Abbażi ta' din l-analiżi u b'kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-attivitajiet iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tilħaq ftehim mal-Istat Membru kkonċernat dwar l-oqsma ta' prijorità, l-objettivi, skeda indikattiva ta' żmien, l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali stmata għal dan l-appoġġ, li għandhom jiġu stipulati fi pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ. Il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat sew dwar it-twassil ta' talba għal appoġġ taħt il-Programm u dwar l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ lill-Parlament Ewropew mill-aktar fis possibbli. |
Or. en
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Il-Kummissjoni tista', bil-kunsens tal-Istat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ, torganizza l-forniment ta' appoġġ f'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kif definit f'dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10b) Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ jista', għal qasam jew oqsma speċifiċi ta' appoġġ, jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed jew aktar bħala Sħab għar-Riforma biex jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u l-proġetti. Filwaqt li r-responsabbiltà għar-riformi hija tal-Istat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ, is-Sħab għar-Riforma u/jew Stati Membri oħra li jipprovdu appoġġ jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Programm. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bis-sħiħ dwar il-parteċipazzjoni ta' Sieħeb għar-Riforma u r-rwol tiegħu fil-pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ. |
Or. en
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE"13 u "Baġit għall-Ewropa 2020"14 jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffukat fuq attivitajiet b'valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri meta l-intervent tal-Unjoni jkun jista' jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. F'dan l-isfond, l-azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma' programmi u politiki oħrajn fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza. | (11) Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE"13 u "Baġit għall-Ewropa 2020"14 jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffukat fuq azzjonijiet u attivitajiet b'valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri meta l-intervent tal-Unjoni jkun jista' jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. F'dan l-isfond, l-azzjonijiet u attivitajiet ta' appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma' programmi u politiki oħrajn fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif stabbilit fil-Qafas Strateġiku Komuni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll fil-livell internazzjonali fejn xieraq. L-azzjonijiet u attivitajiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza. |
__________________ | __________________ |
13 COM(2010)700 tad-19 ta' Ottubru 2010. | 13 COM(2010)700 tad-19 ta' Ottubru 2010. |
14 COM(2011)500 finali tad-29 ta' Ġunju 2011. | 14 COM(2011)500 finali tad-29 ta' Ġunju 2011. |
Or. en
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13 a) Is-sors ta' finanzjament għal dan il-programm partikolari m'għandhux jikkostitwixxi preċedent għal ebda proposta futura. Il-Kummissjoni għandha, fil-kuntest tal-evalwazzjoni interim, tanalizza jekk sorsi oħra ta' finanzjament jistgħux jiġu kkunsidrati f'dan il-kuntest. |
Or. en
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-Istati Membri li jitolbu appoġġ għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-pakkett finanzjarju tal-Programm b'fondi addizzjonali. Bħalissa, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jillimita l-possibbiltà ta' trasferiment ta' riżorsi ddedikati għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru lil dawk l-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet baġitarji temporanji. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw finanzjarjament f'dan il-programm. Ir-riżorsi trasferiti fil-baġit tal-Unjoni għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jew għanijiet speċifiċi fl-Istati Membri kkonċernati. | imħassar |
Or. en
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha taddotta programmi ta' ħidma pluriennali li jistabbilixxu l-objettivi politiċi segwiti, ir-riżultati mistennija tal-appoġġ u l-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rispettivi. Dawk l-elementi għandhom jiġu speċifikati aktar fil-programmi ta' ħidma annwali adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. | (15) Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'l isfel imsejjaħ ir-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi programmi ta' ħidma pluriennali li jistabbilixxu l-objettivi politiċi segwiti, ir-riżultati mistennija tal-appoġġ u l-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rispettivi. Dawk l-elementi għandhom jiġu speċifikati aktar fil-programmi ta' ħidma annwali adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. |
__________________ | __________________ |
18 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1). | 18 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1). |
Or. en
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Filwaqt li titqies l-importanza li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri biex isegwu u jimplimentaw riformi strutturali, istituzzjonali u amministrattivi, jeħtieġ li jkun hemm rata ta' kofinanzjament ta' 100% tal-kostijiet eliġibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, filwaqt li tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt. | (16) Filwaqt li titqies l-importanza li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri biex isegwu u jimplimentaw riformi strutturali, istituzzjonali u amministrattivi, jeħtieġ li jkun hemm rata ta' kofinanzjament għal għotjiet sa 100% tal-kostijiet eliġibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, filwaqt li tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt. |
Or. en
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Fil-każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li teħtieġ reazzjoni immedjata, bħal tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkustanzi sinifikanti li jaffettwaw serjament il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri speċjali, għal proporzjon limitat tal-programm ta' ħidma annwali, skont l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali fl-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti. | (17) Fil-każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li teħtieġ reazzjoni immedjata, bħal tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkustanzi sinifikanti li jaffettwaw serjament il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, fuq talba ta' Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri speċjali, għal proporzjon limitat tal-programm ta' ħidma annwali u għal perjodu limitat sa sitt xhur, skont l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali fl-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bis-sħiħ dwar l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri. |
Or. en
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni u l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jikkumplimentaw u jkunu addizzjonali għall-programmi tal-Unjoni li għaddejjin bħalissa, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju tal-istess nefqa. B'mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw, fil-livelli tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri, f'kull stadju tal-proċess, koordinazzjoni effettiva sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija bejn sorsi ta' finanzjament li jappoġġja azzjonijiet fl-Istati Membri rilevanti b'rabtiet mill-qrib ma' dan il-Programm, speċifikament mal-miżuri li qed jiġu ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni fl-Istati Membri. | (18) Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni u l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jikkumplimentaw u jkunu addizzjonali għall-programmi tal-Unjoni li għaddejjin bħalissa, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju tal-istess nefqa. B'mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw, fil-livelli tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri, f'kull stadju tal-proċess, koordinazzjoni effettiva sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija bejn sorsi ta' finanzjament li jappoġġja azzjonijiet fl-Istati Membri rilevanti b'rabtiet mill-qrib ma' dan il-Programm, speċifikament mal-miżuri li qed jiġu ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni fl-Istati Membri, b'mod partikolari l-Fondi SIE. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel mill-aħjar li tista' biex tiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġiji b'appoġġ ipprovdut minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn. |
Or. en
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjon tal-Programm, għandu jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Programm mill-bidu nett. Għandha titwettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-ksib tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tiegħu u l-valur miżjud tiegħu fil-livell Ewropew. Valutazzjoni finali għandha, flimkien ma' dan, tittratta l-impatt fit-tul u l-effetti ta' sostenibbiltà tal-Programm. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li jkejlu l-effetti tal-Programm. | (20) Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjon tal-Programm, għandu jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Programm mill-bidu nett. Għandu jitwettaq rapport ta' monitoraġġ annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, inkluża analiżi tal-applikazzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni tat-talba għal appoġġ, evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-ksib tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tiegħu, il-valur miżjud tiegħu fil-livell Ewropew u valutazzjoni dwar il-futur tal-Programm wara l-2020, inklużi sorsi alternattivi ta' finanzjament. Valutazzjoni ex-post għandha, flimkien ma' dan, tittratta l-impatt fit-tul u l-effetti ta' sostenibbiltà tal-Programm. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li jkejlu l-effetti tal-Programm. |
Or. en
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Sabiex tiġi adattata l-lista ta' indikaturi li jkejlu s-suċċess tal-objettivi tal-Programm, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-Programm, is-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | (21) Sabiex tiġi adattata l-lista ta' indikaturi li jkejlu s-suċċess tal-objettivi tal-Programm, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-Programm, is-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista. |
Or. en
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21a) Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
Or. en
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. | (22) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. |
Or. en
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(23) Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri li għandhom l-għan li jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjali, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, billi l-kamp ta' applikazzjon ta' dak l-appoġġ ikun maqbul b'mod reċiproku mal-Istat Membru kkonċernat. | (23) Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali kif definit f'dan ir-Regolament, għal miżuri li għandhom l-għan li jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjali, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, billi l-kamp ta' applikazzjon ta' dak l-appoġġ ikun maqbul b'mod reċiproku mal-Istat Membru kkonċernat. |
Or. en
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. "Awtorità nazzjonali" tfisser awtorità nazzjonali waħda jew aktar, inkluż awtoritajiet fil-livelli reġjonali u lokali, skont il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tal-Istat Membru u b'konformità mal-prinċipju tas-sħubija kif stipulat fil-Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' funds1a SIE1a. |
| ______________ |
| 1a Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1). |
Or. en
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2b. 'organizzazzjonijiet internazzjonali' tfisser organizzazzjonijiet internazzjonali tas-settur pubbliku stabbiliti bi ftehimiet internazzjonali u aġenziji speċjalizzati stabbiliti minn organizzazzjonijiet bħal dawn, fi ħdan it-tifsira tal-punt (c) (ii) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament Finanzjarju. |
Or. en
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet b'valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżulin għall-finanzjament aktarx jipproduċu riżultati b'valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ biex tara jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx realment. | 1. Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet u attivitajiet b'valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet u attivitajiet magħżulin għall-finanzjament aktarx jipproduċu riżultati b'valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ biex tara jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx. |
Or. en
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) il-komplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma' programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni; | (b) il-komplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma' programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni, kif stabbilit fil-qafas strateġiku komuni stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kif ukoll fil-livell internazzjonali, fejn xieraq; |
Or. en
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni. | L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-investiment, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, jew permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi SIE. |
Or. en
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija; | (a) jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi kif ukoll territorjali mistennija; |
Or. en
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) biex tassisti l-awtoritajiet nazzjonali u l-imsieħba ekonomiċi u soċjali sabiex itejbu l-kapaċitajiet amministrattivi u operattivi tagħhom biex jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi SIE. |
Or. en
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta' politika relatati mal-kompetittività, mat-tkabbir, mal-impjiegi u mal-investiment, b'mod partikolari ma' dawn li ġejjin: | 2. L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni soċjali, mal-opportunitajiet indaqs, mal-kompetittività, mat-tkabbir sostenibbli, mal-impjiegi u mal-investiment, b'mod partikolari ma' dawn li ġejjin: |
Or. en
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-asil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri; | (d) il-koeżjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-asil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri; |
Or. en
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) il-kompetenza relatata mal-konsulenza dwar il-politika, il-bidla fil-politika, u r-riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi; | (a) il-kompetenza relatata mal-konsulenza dwar il-politika, il-bidla fil-politika, u r-riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi, fil-livell nazzjonali u reġjonali; |
Or. en
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-bini ta' kapaċità istituzzjonali, amministrattiva jew settorjali u azzjonijiet ta' appoġġ relatati, b'mod partikolari: | (c) il-bini ta' kapaċità istituzzjonali, amministrattiva jew settorjali u azzjonijiet ta' appoġġ relatati, fil-livelli kollha ta' governanza, b'mod partikolari: |
Or. en
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt j
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(j) kwalunkwe attività oħra ta' appoġġ għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbilti fl-Artikoli 4 u 5. | (j) kwalunkwe attività relevanti oħra ta' appoġġ għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbilti fl-Artikoli 4 u 5. |
Or. en
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ taħt il-Programm għandu jressaq talba għal appoġġ lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fl-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 5(2). Din it-talba għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena kalendarja. | 1. Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ taħt il-Programm għandu jressaq talba għal appoġġ lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fl-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 5(2). Din it-talba għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena kalendarja. Il-Kummissjoni għandha tipprepara gwida dwar l-elementi ewlenin li għandhom jidhru f'talba għal għajnuna li għandha tiġi ppreżentata mill-Istat Membru. |
Or. en
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, tat-trattament ugwali u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b'segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika kkonċernati, l-analiżi ta' indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. B'kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità għall-appoġġ, l-ambitu tal-miżuri tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ. | 2. Filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, tat-trattament ugwali u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b'segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika kkonċernati, l-analiżi ta' indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Abbażi ta' din l-analiżi u b'kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet u l-attivitajiet eżistenti iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tilħaq ftehim mal-Istat Membru kkonċernat dwar l-oqsma ta' prijorità, l-objettivi, skeda indikattiva ta' żmien, l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali stmata għal dan l-appoġġ, li għandhom jiġu stipulati fi pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ. |
Or. en
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat b'mod sħiħ dwar l-irċevuta ta' talba għal appoġġ taħt il-Programm u l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ lill-Parlament Ewropew mill-aktar fis possibbli. |
Or. en
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Organizzazzjoni tal-appoġġ | Organizzazzjoni tal-appoġġ u Sħab għar-Riforma |
Or. en
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi l-appoġġ previst għall-Istati Membri Benefiċjarji f'koperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn jew organizzazzjonijiet internazzjonali. | 1. Il-Kummissjoni tista', bil-kunsens tal-Istat Membru Benefiċjarju, torganizza l-appoġġ f'kooperazzjoni ma' Stati Membri jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn. |
Or. en
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istat Membru Benefiċjarju, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta' oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti. | 2. L-Istat Membru Benefiċjarju, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta' oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, u abbażi ta’ ftehim reċiproku mal-Istat Membru benefiċjarju u l-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat b'mod sħiħ dwar il-parteċipazzjoni ta' sieħeb għar-riforma u r-rwol tiegħu fil-pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ. |
Or. en
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm ikun sa massimu ta' EUR142 800 000. | 1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm ikun sa massimu ta' EUR142 800 000 fi prezzijiet attwali. |
Or. en
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 10 | imħassar |
Kontribuzzjonijiet finanzjarji oħrajn għall-baġit tal-Programm |
|
1. Minbarra l-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 9, il-programm jista' jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri. |
|
2. Il-kontribuzzjonijiet addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonsistu f'kontribuzzjonijiet minn riżorsi pprovduti għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri taħt l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u trasferiti skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament. |
|
3. Dawn il-kontribuzzjonijiet addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw biex jappoġġjaw azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Kontribuzzjoni magħmula minn Stat Membru Benefiċjarju skont il-paragrafu 2 tintuża esklużivament f'dak l-Istat Membru. |
|
Or. en
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) rimborż ta' spejjeż magħmula minn esperti esterni; | (f) rimborż ta' spejjeż magħmula minn esperti esterni, inklużi esperti minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istati Membri li jipprovdu appoġġ; |
Or. en
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji; | (g) kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji, stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali; kif ukoll |
Or. en
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-appoġġ jista' jingħata wkoll minn esperti individwali li jistgħu jiġu mistiedna jikkontribwixxu għal attivitajiet organizzati taħt il-Programm, meta dan ikun meħtieġ għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 5. | (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Or. en
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma pluriennali, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi ta' politika li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ previst u r-riżultati mistennija, kif ukoll il-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rilevanti. Il-programmi ta' ħidma multiannwali għandhom jiġu ddettaljati fil-programmi ta' ħidma annwali, adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jidentifikaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, flimkien mal-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. | 5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi programmi ta' ħidma pluriennali. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi ta' politika li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ previst u r-riżultati mistennija, kif ukoll il-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rilevanti. Il-programmi ta' ħidma multiannwali għandhom jiġu ddettaljati fil-programmi ta' ħidma annwali, adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jidentifikaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, flimkien mal-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. |
Or. en
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà f'waqtha tar-riżorsi, il-programm ta' ħidma annwali jista' jindika li f'każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata, fosthom tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b'mod serju l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru, tista' tadotta miżuri speċjali f'konformità mal-objettivi u l-azzjonijiet definiti f'dan ir-Regolament biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali jistgħu jammontaw biss għal parti limitata tal-programm ta' ħidma annwali u ma jkunux soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7. | 6. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà f'waqtha tar-riżorsi, il-programm ta' ħidma annwali jista' jindika li f'każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata, fosthom tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b'mod serju l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru li jkun jixtieq jirċievi appoġġ, tista' tadotta miżuri speċjali f'konformità mal-objettivi u l-azzjonijiet definiti f'dan ir-Regolament biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali huma ta' natura proviżorja, jistgħu jammontaw biss għal parti limitata tal-programm ta' ħidma annwali u ma jkunux soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7. Il-miżuri speċjali għandhom jintemmu fi żmien sitt xhur u jistgħu jiġu sostitwiti b'appoġġ skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7. |
| Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat b'mod sħiħ dwar il-miżuri speċjali adottati abbażi ta' dan l-Artikolu. |
Or. en
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn strumenti differenti fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi ta' ppjanar kif ukoll matul l-implimentazzjoni; | (a) jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn strumenti differenti fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi ta' ppjanar kif ukoll matul l-implimentazzjoni, b'mod partikolari l-Fondi SIE. |
Or. en
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni sabiex iwasslu azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u simplifikati. | (c) jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali sabiex iwasslu azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u simplifikati. |
| Il-Kummissjoni għandha tagħmel mill-aħjar li tista' biex tiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġiji b'appoġġ ipprovdut minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn. |
Or. en
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u tkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness. | Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u tkejjel il-kisba tal-objettivi ġenerali fl-Artikolu 4 u l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness. |
Or. en
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport ta' evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta' valutazzjoni ex post sal-aħħar ta' Diċembru 2021. | 2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport ta' monitoraġġ annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm, inkluża analiżi tal-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 7(2) għall-valutazzjoni ta' talbiet għal appoġġ mibgħuta mill-Istati Membri, rapport ta' evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta' valutazzjoni ex post sal-aħħar ta' Diċembru 2021. |
Or. en
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Ir-rapport ta' evalwazzjoni interim jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati jew estiżi wara l-2020. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm. | 3. Ir-rapport ta' evalwazzjoni interim jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati jew estiżi wara l-2020, u jekk jistgħu jiġu kkunsidrati sorsi oħra ta' finanzjament. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm. |
Or. en
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 2017. | 2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 12(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 2017. |
Or. en
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. | 3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 12(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
Or. en
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Or. en
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – punt 1 – punt a
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 25 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) it-titlu jinbidel hekk: | imħassar |
"Ġestjoni ta' assistenza teknika għall-Istati Membri2; |
|
Or. en
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – punt 1 – punt b
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 25 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) il-paragrafu 1 jinbidel hekk: | imħassar |
‘1. Fuq talba ta' Stat Membru b'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), parti mir-riżorsi previsti mill-Artikolu 59 ta' dan ir-Regolament u programmati bi qbil mar-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għal għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' miżuri fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-punt (l) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(1) ta' dan ir-Regolament permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta." |
|
(*) ĠU […]' |
|
Or. en
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – punt 1 – punt c
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel hekk: | imħassar |
“Stat Membru għandu jitlob it-trasferiment msemmi fil-paragrafu 1 għal sena kalendarja sal-31 ta' Jannar tas-sena li fiha għandu jsir it-trasferiment. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn proposta li temenda l-programm jew programmi li minnhom se jsir it-trasferiment. Għandhom isiru emendi korrispondenti għall-Ftehim ta' Sħubija skont l-Artikolu 30(2), li jistabbilixxi l-ammont totali trasferit kull sena lill-Kummissjoni."; |
|
Or. en
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – punt 1 – punt d
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 25 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) jiżdied il-paragrafu 4 b'dan: | imħassar |
‘4. Ir-riżorsi trasferiti minn Stat Membru skont il-paragrafu 1 ikunu soġġetti għal regola ta' diżimpenn stabbilita fl-Artikolu 136"; |
|
Or. en
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt l
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(1), il-punt (l) jinbidel hekk: | imħassar |
(l) azzjonijiet iffinanzjati taħt ir-Regolament (UE) 2015/XXX sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.”; ’ |
|
Or. en