<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><AQE.QER VERSION="2"><QUESTION QID="E-005607-15" AIDREF="AE-005607-15" LEG.VAL="WQ"><HEAD.Q><TI1><P.WQ>Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub<NO.WQ QID="Q-E-005607-15">E-005607-15</NO.WQ></P.WQ><P.WQ><DEST.WQ ORG="OTHER">lill-Kunsill</DEST.WQ></P.WQ></TI1><TI2><P.WQ>Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura</P.WQ><P.WQ><AUTHOR.WQ PERSID="124970">Miriam Dalli</AUTHOR.WQ><POL.GROUP GR="S&amp;D">(S&amp;D)</POL.GROUP></P.WQ></TI2><P.WQ><DATE.WQ DATE.DOC="20150409">(9 ta' April 2015)</DATE.WQ></P.WQ></HEAD.Q><OBJ.Q OBJID="O-E-005607-15"><INT.OBJ.Q>Suġġett:</INT.OBJ.Q><TXT> Il-protezzjoni ta' informaturi</TXT></OBJ.Q><CONTENTS CTNID="QC-E-005607-15"><P>Sa mill-1&#xa0;ta'&#xa0;Jannar&#xa0;2014, l-istituzzjonijiet kollha kienu meħtieġa jintroduċu regoli dwar il-protezzjoni ta' informaturi, l-aċċess tagħhom għal informazzjoni u l-proċedura biex jindirizzaw ilmenti minn informaturi dwar it-trattament li rċevew.</P><P>Reċentement, l-Ombudsman Ewropew esprimiet id-diżappunt tagħha li s'issa żewġ istituzzjonijiet Ewropej biss minn disgħa implimentaw regoli interni biex jipproteġu lill-informaturi, fatt li ilu obbligatorju minn Jannar&#xa0;2014. Istituzzjoni li m'għandhiex dawn il-mekkaniżmi fis-seħħ hija l-Kunsill.</P><P><NO.P>1.</NO.P>Hemm xi raġuni għalfejn il-Kunsill għadu ma implimentax regoli interni biex jipproteġi lill-informaturi?</P><P><NO.P>2.</NO.P>Il-kumitat interistituzzjonali li qed jiddiskuti jekk l-istituzzjonijiet jistgħux jadottaw approċċ komuni għall-obbligi tagħhom f'dan il-qasam poġġa xi pressjoni fuq il-Kunsill biex jistabbilixxi protezzjoni fuq l-informaturi?</P><P><NO.P>3.</NO.P>Kien hemm każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni fil-Kunsill fejn ingħatat protezzjoni minkejja n-nuqqas ta' regoli interni għal din il-protezzjoni?</P></CONTENTS></QUESTION></AQE.QER>