<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><AQE.QER VERSION="2"><QUESTION QID="E-002353-16" AIDREF="AE-002353-16" LEG.VAL="WQ"><HEAD.Q><TI1><P.WQ>Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub<NO.WQ QID="Q-E-002353-16">E-002353-16</NO.WQ></P.WQ><P.WQ><DEST.WQ ORG="COM">lill-Kummissjoni</DEST.WQ> (Viċi President/Rappreżentant Għoli)</P.WQ></TI1><TI2><P.WQ>Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura</P.WQ><P.WQ><AUTHOR.WQ PERSID="28122">David Casa</AUTHOR.WQ><POL.GROUP GR="PPE">(PPE)</POL.GROUP></P.WQ></TI2><P.WQ><DATE.WQ DATE.DOC="20160321">(21 ta' Marzu 2016)</DATE.WQ></P.WQ></HEAD.Q><OBJ.Q OBJID="O-E-002353-16"><INT.OBJ.Q>Suġġett:</INT.OBJ.Q><TXT> VP/HR — Ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ażerbajġan</TXT></OBJ.Q><CONTENTS CTNID="QC-E-002353-16"><P>L-Ażerbajġan ilu għal żmien twil jiġi kkritikat talli kontinwament jikser id-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini tiegħu. Fir-Rapport tagħha tal-2015 dwar l-Azerbajġan, il-Human Rights Watch ikkritikat il-gvern tal-President Ilham Aliyev dwar deterjorament ulterjuri fir-rigward tar-rekord diġà ħażin tiegħu fejn għandhom x'jaqsmu d-drittijiet tal-bniedem. Matul l-aħħar xhur kien hemm trażżin, u kif ukoll priġunerija għall-attivitisti politiċi u ċivili, iffriżar tal-kontijiet tal-bank ta' gruppi ċiviċi indipendenti, rippressjoni tal-midja u tortura u trattament ħażin lill-attivisti fil-kustodja tal-pulizija.</P><P>Fid-dawl taż-żjara tar-Rappreżentant Għoli f'Baku fl-1&#xa0;ta'&#xa0;Marzu&#xa0;2016, l-Unjoni Ewropea x'qiegħda tagħmel biex tinkoraġġixxi t-trawwim tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-Ażerbajġan?</P><P>Ir-relazzjonijiet eqreb bejn l-UE u l-Ażerbajġan permezz tal-Politika Ewropea tal-Viċinat huma kondizzjonali fuq il-progress fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż?</P><P>L-iżvilupp ta' relazzjonijiet eqreb bejn l-UE u l-Ażerbajġan se jkun iffriżat jekk ma jsirx biżżejjed progress fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem?</P></CONTENTS></QUESTION></AQE.QER>