<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><AQE.QER VERSION="2"><QUESTION QID="E-007553-16" AIDREF="AE-007553-16" LEG.VAL="WQ"><HEAD.Q><TI1><P.WQ>Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub<NO.WQ QID="Q-E-007553-16">E-007553-16</NO.WQ></P.WQ><P.WQ><DEST.WQ ORG="COM">lill-Kummissjoni</DEST.WQ></P.WQ></TI1><TI2><P.WQ>Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura</P.WQ><P.WQ><AUTHOR.WQ PERSID="124970">Miriam Dalli</AUTHOR.WQ><POL.GROUP GR="S&amp;D">(S&amp;D)</POL.GROUP></P.WQ></TI2><P.WQ><DATE.WQ DATE.DOC="20161004">(4 ta' Ottubru 2016)</DATE.WQ></P.WQ></HEAD.Q><OBJ.Q OBJID="O-E-007553-16"><INT.OBJ.Q>Suġġett:</INT.OBJ.Q><TXT> L-imblukkar ta' riklamar fil-livell tan-netwerk</TXT></OBJ.Q><CONTENTS CTNID="QC-E-007553-16"><P>Il-pjanijiet tal-kumpaniji Ewropej tal-mowbajls biex jimblokkaw riklami tul in-networks tagħhom qalgħu daqqa ta' ħarta wara li r-regoli l-ġodda tat-telekomunikazzjonijiet tal-UE ipprojbixxew dan il-proċess. Il-linji gwida ppubblikati mill-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) wissew lir-regolaturi lokali tal-mowbajls, li filwaqt li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jinstallaw applikazzjonijiet għall-imblukkar tar-reklami fuq il-mowbajl tagħhom, imblukkar fil-livell tan-network għandu jkun ipprojbit.</P><P>Kif se jipproteġu lilhom infushom iċ-ċittadini Ewropej milli jiġu traċċati, isir profil tagħhom u li jkunu fil-mira ta' reklamar diġitali skont il-linji gwida msemmija hawn fuq?</P></CONTENTS></QUESTION></AQE.QER>