<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><AQE.QER VERSION="2"><QUESTION QID="E-002004-17" AIDREF="AE-002004-17" LEG.VAL="WQ"><HEAD.Q><TI1><P.WQ>Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub<NO.WQ QID="Q-E-002004-17">E-002004-17</NO.WQ></P.WQ><P.WQ><DEST.WQ ORG="COM">lill-Kummissjoni</DEST.WQ></P.WQ></TI1><TI2><P.WQ>Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura</P.WQ><P.WQ><AUTHOR.WQ PERSID="118858">Marlene Mizzi</AUTHOR.WQ><POL.GROUP GR="S&amp;D">(S&amp;D)</POL.GROUP></P.WQ></TI2><P.WQ><DATE.WQ DATE.DOC="20170323">(23 ta' Marzu 2017)</DATE.WQ></P.WQ></HEAD.Q><OBJ.Q OBJID="O-E-002004-17"><INT.OBJ.Q>Suġġett:</INT.OBJ.Q><TXT> It-traffikar ta' organiżmi salvaġġi</TXT></OBJ.Q><CONTENTS CTNID="QC-E-002004-17"><P>It-traffikar ta' organiżmi selvaġġi huwa attività kriminali li trendi profitti kbar u hija stmat li tiswa EUR&#xa0;20&#xa0;biljun kull sena. L-UE mhijiex biss destinazzjoni importanti għall-prodotti illegali li ġejjin mill-organiżmi selvaġġi iżda saħansitra rotta kruċjali ta' tranżitu. Għaldaqstant huwa essenzjali li l-Unjoni Ewropea tagħmel l-almu tagħha biex teqred dan il-kummerċ orribbli li qed jhedded lill-ispeċijiet fil-periklu u lill-ekosistemi fraġli.</P><P>Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, tista' l-Kummissjoni telabora dwar kif il-politika kummerċjali tal-UE tista' tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi u għall-preservazzjoni tal-bijodiversità?</P></CONTENTS></QUESTION></AQE.QER>