<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><AQE.QER VERSION="2"><QUESTION QID="E-002958-17" AIDREF="AE-002958-17" LEG.VAL="WQ"><HEAD.Q><TI1><P.WQ>Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub<NO.WQ QID="Q-E-002958-17">E-002958-17</NO.WQ></P.WQ><P.WQ><DEST.WQ ORG="COM">lill-Kummissjoni</DEST.WQ></P.WQ></TI1><TI2><P.WQ>Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura</P.WQ><P.WQ><AUTHOR.WQ PERSID="28122">David Casa</AUTHOR.WQ><POL.GROUP GR="PPE">(PPE)</POL.GROUP></P.WQ></TI2><P.WQ><DATE.WQ DATE.DOC="20170427">(27 ta' April 2017)</DATE.WQ></P.WQ></HEAD.Q><OBJ.Q OBJID="O-E-002958-17"><INT.OBJ.Q>Suġġett:</INT.OBJ.Q><TXT> Il-korruzzjoni u l-istat tad-dritt</TXT></OBJ.Q><CONTENTS CTNID="QC-E-002958-17"><P>B'referenza għall-avvenimenti li qed jiżvolġu f'Malta bħalissa, jirriżultaw numru ta' fatti mhux ikkontestati li joħorġu mill-kwistjoni tal-Panama Papers kif ukoll minn avvenimenti sussegwenti bl-involviment tal-Prim Ministru, ta' ministru u tal-kap tal-persunal tal-Prim Ministru.</P><P>Jiena tal-fehma li kaġun tal-pożizzjoni kompromettenti tal-Kummisarju tal-Pulizija fl-investigazzjoni kurrenti, hu ovvju li l-pulizija ma jistgħux jinvestigaw dawn l-allegazzjonijiet b'imparzjalità. Minħabba f'hekk, l-istat tad-dritt f'Malta jinsab mhedded.</P><P>Il-Kummissjoni beħsiebha timmonitorja l-iżviluppi f'Malta u ssostni liċ-ċittadini Maltin, billi teżerċità l-poteri disponibbli għaliha, sabiex tiżgura l-istat tad-dritt f'Malta?</P></CONTENTS></QUESTION></AQE.QER>