<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><AQE.QER VERSION="2"><QUESTION QID="E-005372-17" AIDREF="AE-005372-17" LEG.VAL="WQ"><HEAD.Q><TI1><P.WQ>Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub<NO.WQ QID="Q-E-005372-17">E-005372-17</NO.WQ></P.WQ><P.WQ><DEST.WQ ORG="COM">lill-Kummissjoni</DEST.WQ></P.WQ></TI1><TI2><P.WQ>Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura</P.WQ><P.WQ><AUTHOR.WQ PERSID="118859">Roberta Metsola</AUTHOR.WQ><POL.GROUP GR="PPE">(PPE)</POL.GROUP></P.WQ></TI2><P.WQ><DATE.WQ DATE.DOC="20170830">(30 ta' Awwissu 2017)</DATE.WQ></P.WQ></HEAD.Q><OBJ.Q OBJID="O-E-005372-17"><INT.OBJ.Q>Suġġett:</INT.OBJ.Q><TXT> Rimedju rigward deċiżjonijiet dwar residenza</TXT></OBJ.Q><CONTENTS CTNID="QC-E-005372-17"><P>L-Artikolu&#xa0;31 tad-Direttiva&#xa0;2004/38/KE jipprevedi salvagwardji proċedurali fir-rigward ta' deċiżjonijiet meħuda kontra individwu partikolari.</P><P>F'ħafna każijiet, is-sistemi ta' appell stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet nazzjonali jmorru kontra d-dritt għal rimedju effettiv stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, peress li l-prinċipju ta' <FT CARACT="I">audi alteram partem</FT> mhux dejjem huwa rrispettat, minħabba li ma hemm l-ebda seduta orali u ma hemm l-ebda aċċess għas-sottomissjonijiet tar-rispondent, filwaqt li mhu previst l-ebda appell ġudizzjarju tat-tieni istanza fir-rigward ta' deċiżjonijiet.</P><P>Tista' l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar jekk tatx ħarsa lejn il-mod li bih ġie implimentat l-Artikolu&#xa0;31 tad-Direttiva&#xa0;2004/38/KE mill-Istati Membri?</P><P>Il-Kummissjoni għandha xi informazzjoni dwar jekk dawn is-sistemi jaħdmux b'mod effettiv fil-prattika?</P></CONTENTS></QUESTION></AQE.QER>